EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0518

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE dwar it-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ ċerti prodotti li għandhom jiġu importati minn pajjiżi terzi, skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE (notifikata taħt id-dokument numru C(1999) 2517)Test b’ rilevanza għall-ŻEE

ĠU L 197, 29.7.1999, p. 50–50 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R2129

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/518/oj

31999D0518



Official Journal L 197 , 29/07/1999 P. 0050 - 0050


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta’ Lulju 1999

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE dwar it-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ ċerti prodotti li għandhom jiġu importati minn pajjiżi terzi, skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE

(notifikata taħt id-dokument numru C(1999) 2517)

(Test b’ rilevanza għall-ŻEE)

(1999/518/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjonijiet ta’ kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [1] u b’ mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

(1) Billi l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Isvizzera, fis-16 ta’ Lulju 1999, infurmaw lis-servizzi tal-Kummissjoni li d-diethylstilboestrol (DES) instab f’żewġ okkażjonijiet fil-laħam taċ-ċanga importat minn stabbiliment fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USA);

(2) Billi l-użu tad-DES, minħabba l-proprjetajiet tossiċi tiegħu, huwa pprojbit taħt l-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 3(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE dwar il-projbizzjoni fuq l-użu ta’ l-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li għandhom attività ormonali jew azzjoni thyrostatika ta’ beta agonists [2];

(3) Billi għall-istess raġunijiet, l-użu tad-DES huwa wkoll ipprojbit fil-USA;

(4) Billi s-servizzi tal-Kummissjoni ma rċevewx ebda spjegazzjoni uffiċjali mill-awtoritajiet fl-Istati Uniti tal-Amerika dwar din il-problema jew dwar il-miżuri li ttieħdu biex din is-sitwazzjoni tiġi kkontrollata;

(5) Billi l-miżuri ta’ spezzjoni li jittieħdu fil-posti ta’ l-ispezzjoni fil-fruntieri tal-Komunità għandhom jinkludu l-ittestjar speċifiku għall-istilbenes;

(6) Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 94/360/KE [3], it-tieni inċiż tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 1(a) qed jinbidel bit-test li ġej:

"— żewġ kampjuni uffiċjali għandhom jittieħdu minn kull kunsinna u jiġu eżaminati għar-residwi ta’ kull wieħed mill-ormoni xenobiotiċi melengestrol acetate, trenbolone, zeranol, and stilbenes inkluż id-diethylstilboestrol, u għal livelli anormalment għolja ta’ residwu ta’ l-ormoni naturali 17 beta oestradiol, progesterone u testosterone."

.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9.

[2] ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 3.

[3] ĠU L 158, tal-25.6.1994, p. 41.

--------------------------------------------------

Top