Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R0282

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/98 tat-3 ta’ Frar 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatterstiċi taż-żejt taż-zebbuġa u l-fdalijiet taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodu rilevanti ta’ l-analiżi

    ĠU L 28, 4.2.1998, p. 5–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/11/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R2104

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/282/oj

    31998R0282



    Official Journal L 028 , 04/02/1998 P. 0005 - 0008


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/98

    tat-3 ta’ Frar 1998

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatterstiċi taż-żejt taż-zebbuġa u l-fdalijiet taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodu rilevanti ta’ l-analiżi

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta’ l-organizazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1581/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 [3], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 2472/97 [4], jiddefinixxi l-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdalijiet taż-żejt taż-żebbuġa u l-metodi rilevanti ta’ l-analiżi;

    Billi verifika sussegwenti uriet il-ħtieġa biex jitranġa t-test tar-Regolament (KE) Nru 2472/97; billi, bħala rizultat, it-test tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 irid jigi adattat;

    Billi r-Regolament (KE) Nru 2472/97 jidħol fis-seħħ fis-60 jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, jiġifieri fl-10 ta’ Frar 1998; billi dan ir-Regolament irid ukoll jidħol fis-seħħ f’dik id-data;

    Billi l-miżuri li hemm provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijiet,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Figuri 1, 2, 3 u 4 annessi ma’ dan ir-Regolament huma b’dan miżjuda ma’ l-Anness XVIII tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Frar 1998.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Brussel, it- 3 ta’ Frar 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

    [2] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 11.

    [3] ĠU L 248, tal-5.9.1991, p. 1.

    [4] ĠU L 341, tat-12.12.1997, p. 25.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    +++++ TIFF +++++

    Nota:

    La = aċtu lauric

    My = aċtu myristic

    P = aċtu palmitic

    St = aċtu stearic

    O = aċtu oleic

    L = aċtu linoleic

    Ln = aċtu linolenic.

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top