Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 31997R1488

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1488/97 tad-29 ta' Lulju 1997 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel

    ĠU L 202, 30.7.1997, p. 12–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
    Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15 Volum 003 P. 338 - 343

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (CS, ET, LV, LT, HU, PL, SK, SL, BG, RO)

    Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/1488/oj

    31997R1488



    Official Journal L 202 , 30/07/1997 P. 0012 - 0017


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1488/97

    tad-29 ta' Lulju 1997

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li stabbilixxa il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 418/96 [2], u partikolarment minn l-Artikolu 13 tiegħu miġjub fih,

    Billi, b'mod konformi ma’ l-Artikolu 7 (1a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7(1) ta' dan ir-Regolament ma japplikawx għall-prodotti li kienu f'użu komuni qabel l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament skond il-kodiċijiet tal-prattika tal-biedja organika segwiti fil-Komunita;

    Billi numru ta' Stati Membri kkomunikaw it-tagħrif rilevanti lill-Kummissjoni rigward il-prodotti li kienu jintużaw komunement fil-biedja organika fit-territorju tagħhom qabel l-24 ta' Ġunju 1991 u ma humiex inklużi f'L-Anness II mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91; billi huma indikaw ukoll illi dawn il-prodotti għadhom awtorizzati fl-Istati Membri interessati fil-biedja in ġenerali; billi wara eżami tat-talbiet ta' l-Istati Membri, deher xieraq li jiġi inklużi f'dan l-istadju ’tipi ta' tafal’ bħala kondizzjonatur miżjud mal-ħamrija u l-prodotti li ġejjin bħala prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti: l-azadiraktin, ix-xama’ tan-naħal, ċerti komposti tar-ram, l-etilene, il-ġelatina, l-allumi tal-putassju, il-kubrit tal-ġir, il-leċitina, l-estratt mit-tabakk (Nicotiana tabacum), preparati mill mikro-organiżmi, żjut minerali, il-permanganat tal-putassju u r-ramel tal-kwarz;

    Billi f'dan il-kuntest ċerti prodotti (skart kompost tad-djar, ġir industrijali mir-raffineriji taz-zokkor) f'użu tradizzjonali fl-Istati Membri ġodda (l-Awstrija, il-Finlandja, l-Isvezja) għandhom ukoll jiġu inklużi;

    Billi, barra minn hekk, uħud mill-Istati Membri talbu li ċerti fertilizzanti oħra, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u prodotti oħra wżati fil-biedja jiġu inklużi f'L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 sabiex jista jsir l-użu ta' dawn il-prodotti fil-biedja organika; billi, wara eżami ta' dawn it-talbiet, instab illi l-ħteġijiet ta' l-Artikolu 7(1) ta' dan ir-Regolament jiġu sodisfatti għall-fosfat di-ammoniku, u għal ċerti piretrojdi billi dawn il-prodotti jiġu aċċettati biss meta wżati fin-nases u għall-proteini idrolizzati meta dawn jintużaw fin-nases jew f'applikazzjonijiet awtorizzati meta kkombinati ma’ prodotti oħra għall-protezzjoni tal-pjanti fit-Taqsima B ta' l-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91;

    Billi l-inklużjoni ta' l-iskart kompost domestiku, il-ġir industrijali mir-raffinazzjoni taz-zokkor, l-estratt mit-tabakk (Nicotiana tabacum), il-komposti tar-ram, żjut minerali, in-nases tal-metaldeid u n-nases tal-piretrojdu għandha tiġi limitata għal perjodu taż-żmien ta' ħames snin, sakemm ikun hemm riżultati ta' eżami ieħor bil-ħsieb li jiġu perfezzjonati iktar il-ħtiġijiet jew li possibilment jiġu sostitwiti dawn il-prodotti b'soluzzjonijiet oħra; billi dan l-eżami mill-ġdid għandu jinbeda malajr kemm jista’ jkun fuq il-bażi ta' iktar tagħrif li għandu jiġi sottomess mill-Istati Membri interessati li jżommu l-inklużjoni ta' dawn il-prodotti;

    Billi għal ċerti fertilizzanti u għall-prodotti kollha għall-protezzjoni tal-pjanti, jeħtieġ li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet restrittivi dwar l-użu u/jew ħteġijiet dwar il-kompożizzjoniiet; billi partikolarment għall-komposti tar-ram u għall-estratt mit-tabakk (Nicotiana tabacum), huwa xieraq li r-restrizzjoni addizzjonali għall-kondizzjonijiet dwar l-użu fuq ċerti wċuh (tar-raba) u kontra organiżmi li jagħmlu ħsara, jiġu studjati malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 1999;

    Billi deher illi ċerti prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fit-Taqsima B ta' l-Anness II mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 ma jintużawx u għalhekk jistgħu jitħassru minn dan l-Anness;

    Billi ċerti Stati Membri talbu ż-żieda ta' ċerti ptodotti f'L-Anness VI mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u l-inklużjoni ta' kondizzjonijiet iktar restrittivi dwar l-użu ta' ċerti prodotti ta' oriġini mhux agrikola diġa inklużi f'dan l-Anness; billi, wara eżami, instab illi dawn it-talbiet jissodisfaw il-ħteġijiet preskritti fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 207/93 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 345/97 [4];

    Billi għandu jiġi permess perjodu taż-żmien ta' grazzja sabiex jintużaw il-prodotti li jiġu maqtugħa jew awtorizzati biss fuq kondizzjonijiet ristrettivi;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu jiġi emendat kif meħtieġ;

    Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma l-opinjoni tal-Kumitat riferit fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi II u VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandhom jiġu emendati b'mod konformi ma’ l-Anness ma dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Il-prodotti mniżżla fil-lista fit-Taqsima B ta' l-Anness II u t-Taqsimiet B u C ta' l-Anness VI mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jissoktaw jintużaw skond il-kondizzjonijiet li kienu japplikaw qabel sakemm jinħlew il-ħażniet eżistenti iżda mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu 1998.

    Il-prodotti elenkati f'L-Annessi II sa VI mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 fuq kondizzjonijiet iktar restrittivi minn dawk ta' qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jissoktaw jintużaw fuq il-kondizzjonijiet li kienu japplikaw qabel sakemm jinħlew il-ħażniet eżistenti iżda mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu 1998.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Lulju 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1.

    [2] ĠU L 59, tat-8.3.1996, p. 10.

    [3] ĠU L 25, tat-2.2.1993, p. 5.

    [4] ĠU L 58, tas-27.2.1997, p. 38.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    1. It-Taqsima A ta' l-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 tiġi emendata kif ġej:(a)It-Titolu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "Fertilizzanti u kondizzjonaturi tal-ħamrija."

    (b)Dan li ġej jiddaħħal fl-intestatura ta' l-Anness bit-Titolu:

    "Kondizzjonijiet ġenerali għall-prodotti kollha:

    - użati b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness I,

    - użati biss b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-leġisżlazzjoni dwar il-fertilizzanti li tapplika f'kull Stat Membru."

    (ċ)Il-prodott li ġej jiddaħħal wara "Eskrement likwidu ta' l-annimali":

    "Isem | Deskrizzjoni; rekwiżiti ta' kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu |

    — Skart tad-dar magħmul kompost | Kompost ta' skart tad-djar separat minn l-ewwel; |

    skart tal-ħaxix u ta' l-annimali biss; |

    prodott f'sistema ta' ġbir magħluqa u kkontrollata, aċċettata minn l-Istat Membru; |

    konċentrazzjonijiet massimi ta' materja xotta f'mg/kg: Kadmju: 0,7; Ram: 70; Nikel: 25; Ċomb: 45; Zingu: 200; Merkurju: 0,4; Kromju (totali): 70; Kromju (VI); 0 |

    Matul it-terminu li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002 biss; |

    Ħtieġa rikonoxxuta mill-korp jew l-awtorita ta' spezzjoni |

    "Isem | Deskrizzjoni; rekwiżiti ta' kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu |

    "tafal (e.g. perlite, vermikulite, eċċ.)"" | |

    (e)Dan li ġej jiżdied fil-kolonna "Deskrizzjoni; rekwiżiti ta’ kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu" rigward il-prodotti msemmja hawn taħt:

    "Isem | Deskrizzjoni; rekwiżiti ta' kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu |

    Pil | Konċentrazzjoni massima ta' materja xotta ta' Kromju (VI) f'mg/kg: 0 |

    "Isem | Deskrizzjoni; rekwiżiti ta' kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu |

    Alka u prodotti minn l-alka | Sa fejn ikunu direttament akkwistati billi: (i)Isir proċess fiżiku inkluż deidrazzjoni, friżar u dris;(ii)isir proċess ta' estrazzjoni bl-ilma jew aċidu ta' l-ilma u/jew soluzzjoni alkalina;(iii)bil-fermentazzjoni;il-ħtieġa rikonoxxuta mill-korp jew awtorita ta' spezzjoni" |

    (g)Il-prodotti li ġejjin jiżdiedu wara "Sulfat tal-kalċju (ġibs)":

    "Isem | Deskrizzjoni; rekwiżiti ta' kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu |

    Ġir industrijali mill-produzzjoni taz-zokkor | Ħtieġa rikonoxxuta mill-korp jew awtorita ta' spezzjoni; |

    matul it-terminu li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002 biss" |

    2. It-Taqsima B ta' l-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    "B. PRODOTTI GĦALL-PROTEZZJONI TAL-PJANTI

    Kondizzjonijiet ġenerali li japplikaw għall-prodotti kollha komposti minn jew li jkun fihom is-sustanzi attivi li ġejjin:

    - użu b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness I,

    - b'mod konformi biss mad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-leġislazzjoni dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li tapplika fl-Istati Membri fejn il-prodott huwa wżat (fejn rilevanti [3]).

    I. Sustanzi ta' orġini mill-uċuħ (tar-raba) jew mill-annimali

    Isem | Deskrizzjoni; rekwiżiti ta' kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu |

    Ażadiraktin estratt minn Azadirachta indica | Insettiċida; |

    Għandu jintuża biss fuq il-pjanta omm għall produzzjoni taż-żrieragħ u fuq pjanti oħra għall produzzjoni ta' materjal għar-riproduzzjoni veġitattiva u fuq uċuħ ornamentali |

    Xema’ tan-naħal | Aġent taż-Żabra |

    Ġelatina | Insettiċida |

    Proteini idroliżżati | Attraent; |

    F'applikazzjonijiet awtoriżżati biss kombinati ma’ prodotti oħra appropriati ta' dan l-Anness 2 parti B |

    Leċitin | Fungiċida |

    Estratt (soluzzjoni ta' l-ilma) minn Nicotiana tabacum | Insettiċida; |

    Kontra l-afidi f'siġar tal-frott subtropikali (arinġ, lumi) u uċuħ tropikali (e.g. banana) biss; uża biss fil-bidu tal-perjodu ta' veġetazzjoni; |

    ħtieġa rikonoxxuta mill-korp jew awtorita ta' espezzjoni; |

    matul it-terminu li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002, biss |

    Żjut mill-pjanti (e.g. żejt tal-menta, żejt mill-pieni, żejt mill-karawett) | Insettiċida, akariċida, fungiċida u li jżomm it-tnibbit. |

    Piretrini estratti mill-Chysanthemum cinerariaefolium | Insettiċida |

    Kwassja estratta mill-Quassia amara. | Insettiċida, ripellant |

    Rotenone estratt minn Derris spp. u Lonchocarpus spp. u Terphrosia spp. | Insettiċida u ħtieġa rikonoxxuta mill-korp jew awtorita ta' spezzjoni |

    Isem | Deskrizzjoni; rekwiżiti ta' kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu |

    Mikroorganiżmu (bacteria, virus u fungi) e.g. Bacillus thuringensis, Granulosis virus, eċċ. | Prodotti mhux ġenetikament modifikati fis-sens ta' Direttiva 90/220/KEE |

    Isem | Deskrizzjoni; rekwiżiti ta' kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu |

    Fosfat tad-diamonju | Attraent; |

    Fin-nasses biss |

    Metaldejde | Molluskiċida; |

    Fin-nasses biss li jkun fihom ripellent għall-speċi għolja ta' annimali |

    Matul it-terminu li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002 biss |

    Feromonji | Insettiċida, attraent; |

    Fin-nasses u apparati ta' distribuzzjoni awtomatika |

    Piretrojdi (deltametrin jew lambdaċijalotrin) biss | Insettiċida; |

    Fin-nasses biss b'attraenti speċifiċi; |

    Kontra il-Batrocera oleae u Ceratitis capitata wied biss; |

    Ħtieġa rikonoxxuta mill-korp jew awtorita ta' ispezzjoni |

    Matul it-terminu li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002 biss; |

    IV. Sustanzi oħra f'użu tradizzjonali fil-biedja organika

    Isem | Deskrizzjoni; rekwiżiti ta' kompożizzjoni; kondizzjonijiet għall-użu |

    Ram fil-forma ta' idrussidu tar-ram, ossiklorur tar-ram; (tribasiku) sulfat tar-ram u ossidu kupru | Funġiċida; |

    Matul it-terminu li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002 biss; |

    Htieġa rikonoxxuta mill-korp jew awtorita ta' spezzjoni |

    Etilene | Biex titneħħa il-ħdura mill-banana |

    Melħ tal-potassa minn aċidu grass (sapun artab) | Insettiċida |

    Alum tal-potassa (Kalanite) | Biex Iżżomm is-sajran tal-banana |

    Kubrit tal-ġir (Calcium polysulphide) | Finġiċide, insettiċida, akariċida; |

    Biss għat-trattament fix-xitwa ta' siġar tal-frott ta' siġar taż-żebbuġ u dwieli |

    Żejt paraffin | Insettiċida, agariċida |

    Żjut minerali | Insettiċida, funġIċida; |

    Biss f'siġar tal-frott, dwieli, siġar taż-żebbuġ u uċuħ tropikali (e.g. banana) |

    Biss matul it-terminu li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002 |

    Ħtieġa rikonoxxuta mill-korp jew awtorita ta' l-spezzjoni |

    Permanganat tal-potassju | Funġiċida, batteriċida; |

    Biss fuq siġar tal-frott u dwieli. |

    Ramel tal-kwarz | Repellenti |

    Kubrit | Funġiċida, akariċida, repellenti" |

    "Isem | Kondizzjonijiet Speċifiċi |

    Aċidu Ċitriku | Produzzjoni taż-żejt u idrolisi tal-lamtu" |

    (ċ) Fit-Taqsima Ċ, il-prodott li ġej jitħassar mis-sotto-taqsima Ċ.2.3:"Għasir tal-lumi".

    [3] F'ċerti Stati Membri il-prodotti mmarkati b (*) mhumiex konsidrati bħala prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti u mhumiex soġetti għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet dwar il-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti.

    --------------------------------------------------

    Fuq