This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997D0836
97/836/EC: Council Decision of 27 November 1997 with a view to accession by the European Community to the Agreement of the United Nations Economic Commission for Europe concerning the adoption of uniform technical prescriptions for wheeled vehicles, equipment and parts which can be fitted to and/or be used on wheeled vehicles and the conditions for reciprocal recognition of approvals granted on the basis of these prescriptions ('Revised 1958 Agreement')
Id-Deċiżjoni tal-Kummissoni tas-27 ta' Novembru bil-ħsieb ta' l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu ikunu iffittjati ma' u/jew ikunu wżati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi ta' l-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (Ftehim Rivedut ta' l-1958)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissoni tas-27 ta' Novembru bil-ħsieb ta' l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu ikunu iffittjati ma' u/jew ikunu wżati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi ta' l-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (Ftehim Rivedut ta' l-1958)
ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78–94
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/09/2013
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/836/oj
Official Journal L 346 , 17/12/1997 P. 0078 - 0094
Id-Deċiżjoni tal-Kummissoni tas-27 ta' Novembru bil-ħsieb ta' l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu ikunu iffittjati ma' u/jew ikunu wżati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi ta' l-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet ("Ftehim Rivedut ta' l-1958") (97/836/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 100a u 113 tat-Trattat, flimkien ma' l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza, l-Artikolu 228(3), tieni sub-inċiż, u l-Artikolu 228(4) tat-Trattat, Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kunsidra il-kunsens tal-Parlament Ewropew [2], (1) Billi, fid-Deċiżjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 1990, il-Kunsill awtorizza l-Kummissjoni biex tieħu sehem fin-negozjati li jikkonċernaw ir-riviżjoni tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijet Uniti (ECE) li jikkonċerna l-addozzjoni tal-kondizzjonijiet uniformi ta' l-approvazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku ta' l-approvazzjoni tat-taghmir u l-partijiet tal-karrozza, magħmulin f'Ġinevra fl-20 ta' Marzu 1958; (2) Billi l-Ftehim tal-1958 ġie rivedut; (3) Billi, bħala riżultat tan-negozjati msemmija qabel, il-Komunità għandha l-għażla li ssir Parti Kontraenti mal-Ftehim Rivedut fil-kapaċita tagħha bħala organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali għal-liema l-Istati Membri trasferew il-poteri fil-qasam kopert bil-Ftehim; (4) Billi l-adeżjoni fil-Ftehim Rivedut jikkostitwixxi għan għall-politika komuni tal-kummerċ b'mod konformi ma' l-Artikolu 113 tat-Trattat biex ineħħi l-barrieri tekniċi għall-kummerċ fil-karrozzi bejn Partijiet Kontraenti; billi involviment mill-Komunita irid iżid il-piż ma' l-armonizzazzjoni ta' l-attivitajiet li saru skond dak il-Ftehim u għandhom għalhekk jippermettu aċċess eħfef għas-swieq ta' pajjiżi terzi; billi dan l-involviment irid jirriżulta fit-twaqqif ta' konsistenza bejn l-istrumenti riferuti bħala r-"Regolamenti", addottati taħt il-Ftehim Rivedut, u l-leġislazzjoni tal-Komunità f'dan il-qasam; (5) Billi l-approvazzjoni tal-karrozzi u l-armonizzazzjoni teknika ssir fuq il-bażi ta' Direttivi li jikkonċernaw sistemi ta' vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati skond l-Artikolu 100a tat-Trattat, liema tikkonċerna t-twaqqif u t-tħaddim tas-suq intern; billi, mill-1 ta' Jannar fir-rigward tal-kategorija tal-vetturi M1, l-armonizzazzjoni hi totali u mandatorja fit-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 fuq l-appromizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw mat-tip ta' approvazzjoni ta' karozzi u t-trejlers tagħhom [3] u d-Direttivi separati fuq din il-kategorija ta' vettura; (6) Billi l-adeżjoni fil-Ftehim Rivedut mill-Komunità teħtieġ emendi għall-istrumenti addottati b'mod konformi mal-proċedura provduta fl-Artikolu 189b tat-Trattat; billi l-kunsens tal-Parlament Ewropew hu għalhekk meħtieġ; (7) Billi l-istumenti riferuti bħala r-"Regolamenti" addottati fl-entitajiet skond il-Ftehim tar-Revediment għandhom jorbtu lill-Komunità fl-iskadenza tal-perjodu ta' sitt xhur wara n-notifikazzjoni tagħhom jekk il-Komunità għad m'għamlitx magħrufa l-opposizzjoni tagħha għalihom, billi hi għandha għalhekk tistipula li l-vot tal-Komunità li jikkonċerna t-tali strumenti għandu jkun preċedut bid-deċiżjoni addottata b'mod konformi ma' l-istess proċedura bħal dik li tapplika għall-Adeżjoni tal-Ftehim Rivedut, jekk dawk l-istrumenti ma jikkostitwux sempliċiment addozzjoni għall-progress tekniku; (8) Billi, madankollu, jassumi li l-addozzjoni ta' regolament ta' dan it-tip sempliciment tikkostitwixxi addozzjoni għall-progress tekniku, l-vot tal-Komunità għandu jiġi deċiż b'mod konformi mal-proċedura wżata għall-addozzjonijet tekniċi lid-Direttivi fuq it-tip ta' approvazzjoni tal-vetturi; (9) Billi hu xieraq biex tistabbilixxi arranġamenti prattiċi fir-rigward ta' l-involviment tal-Komunità u ta' l-Istati Membri fil-Ftehim Rivedut; (10) Billi l-Ftehim Rivedut jipprovdi għall-proċedura sempliċi għall-emendi tiegħu; billi forma ta' teħid ta' deċiżjoni fil-livell Komunità għandha tkun mibdija billi jieħdu kont tal-limitazzjonijiet ta' dik il-proċedura; (11) Billi, kif meħtieġ fil-Ftehim Rivedut, kwalunkwe' Parti Kontratanti ġdida għandha għażla, meta titfa' l-istrumenti tagħha tas-sħubija, li tiddikjara b'mod impenjattiv li għandha l-ħsieb li ma tkunx marbuta b'ċerti Regolamenti UN/ECE ta' liema hi trid tagħti d-dettalji; billi il-Komunità tixtieq li tagħmel użu mid-dispożizzjoni biex teċċedi immedjatament mal-lista ta' Regolamenti konsidrati li huma essenzali għat-tħaddim tajjeb tas-sistema ta' approvazzjoni tal-vetturi, kif definuti qabel fid-Direttivi 70/156/KEE, 74/150/KEE [4] u 92/61/KE [5], u in vista' ta' l-importanza fir-rigward ta' l-approvazzjoni tal-vetturi fil-livell tal-Komunità u, l-istess, fl-livell internazzjonali, biex teżamina l-iskop għall-adeżjoni sussegwenti għar-Regolamenti l-oħrajn fuq bażi ta' każ b'każ; (12) Billi l-adeżjoni ma tippreġudikax l-għażla tat-twaqqif ta' l-applikazzjoni tar-Regolamenti UN/ECE stabbiliti fil-lista aċċettata mill-Komunità, kif provduta fl-Artikolu 1(6) tal-Ftehim Rivedut; billi t-tali twaqqif ħa jikkonċerna b'mod partikolari l-każi fejn il-Komunità taddotta valuri limitati iktar strinġenti għal min iħammeġ u min ikun responsabbli ghal emmissjonijiet tal-ħoss u filwaqt li r-Regolamenti UN/ECE korrispondenti m'humiex emendati kif jixraq; (13) Billi, fejn il-Komunità teċċedi mhux għar-Regolamenti UN/ECE kollha, imma għal-lista definita tat-tali Regolamenti konsidrati essenzali għat-tħaddim tajjeb tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura, dawk l-Istati Membri li jinkitbu għat-tali Regolamenti għal-liema l-Komunità ma taċċedix m'għandhomx ikunu permessi biex ikomplu jimmaniġaw u jiżviluppaw dawk ir-Regolamenti; (14) Billi, skond l-Artikolu 234 tat-Trattat, Stati Membri għandhom jassiguraw li bħalissa m'hemm l-ebda inkompatibbilita bejn ir-Regolamenti UN/ECE iffirmati qabel, imma għal-liema l-Komunita ma sseħbitx, u l-leġislazzjoni kurrenti korrispondenti tal-Komunità; (15) Billi l-kitba fir-Regolamenti UN/ECE mill-Istati Membri m'għandhiex tkun inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 70/156/KEE, 74/150/KEE u 92/61/KEE, u għandha tieħu kont tal-proċeduri tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta' Marzu 1983 li tfassal proċedura għall-proviżjoni ta' l-informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards tekniċi u regolamenti [6]; (16) Billi, taħt ir-regoli tal-Komunità, l-Istati Membri jridu jiehdu hsieb biex jimplimentaw l-obligazzjonijet li joħorġu minn l-Artikoli 2, 4 u 5 tal-Ftehim Rivedut, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Komunità għandha tissieħeb fil-Ftehim ta' l-Ewropa tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, taghmir u partijiet liema jistgħu jkunu iffittjati ma' u/jew ikunu wżati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet għar-rikonoxximent reċiproku ta' l-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet, minn hawn ‘il quddiem riferrut bħala l-"Ftehim Rivedut". It-test tal-Ftehim Rivedut hu stabilit bħal fl-Anness I ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jkun awtorizzat biex jaħtar persuna bil-poter li titfa' l-istrument ta' l-adeżjoni kif meħtieġ bl-Artikolu 6(3) tal-Ftehim Rivedut u jagħmel n-notifikazzjoni li tinsab fl-Anness IV ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 3 1. Skond l-Artikolu 1(5) tal-Ftehim Rivedut, il-Komunità għandha tgħid li l-adeżjoni tagħha ħa tkun ristretta għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti UN/ECE mniżżlin fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni. 2. Skond l-Artikolu 1(6) tal-Ftehim Rivedut, il-Komunità tista', b'mod konformi mal-proċedura stabilita fit-tieni daħla ta' l-Artikolu 4(2) ta' din id-Deċiżjoni, tiddeċiedi biex tieqaf tapplika Regolament UN/ECE li hi tkun aċċettat qabel. 3. Skond l-Artikolu 1(7) tal-Ftehim Rivedut, il-Komunità tista', b'mod konformi mal-proċedura stabilita fit-tieni daħla ta' l-Artikolu 4(2) ta' din id-Deċiżjoni, tiddeċiedi biex taplika wieħed, ftit jew kollha mir-Regolamenti UN/ECE għal-liema hi ma ssieħbitx fiż-żmien ta' l-adeżjoni tagħha fil-Ftehim Rivedut. Artikolu 4 1. L-arranġamenti prattiċi fir-rigward ta' l-involviment tal-Komunità u l-Istati Membri fir-rigward tax-xogħol ta' l-UN/ECE huma stabiliti fl-Anness III. Il-kontibuzzjoni tal-Komunità fir-rigward tal-prijoritajiet tal-programm ta' xogħol tal-UN/ECE għandha tkun stabbilita b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Anness III, punt 1. 2. Il-Komunità għandha tivvota favur l-addozzjoni ta' kwalunkwe' abbozz ta' Regolament UN/ECE jew abbozz ta' emenda għar-Regolament - fejn, jekk Regolament eżistenti għal-liema hi aċċediet qed ikun addottat għal progress tekniku, l-abozz ġie approvat b'mod konformi mal-proċeduri stabiliti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE, - fil-każijiet l-oħrajn kollha, fejn fuq proposta mill-Kummissjoni u fuq il-wasla tal-kunsens mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill approva l-abbozz b'maġġoranza kwalifikata. 3. Fejn Regolament UN/ECE jew emenda għar-Regolament UN/ECE ikunu addottati mingħajr mal-Komunità tkun ivvotat favur, il-Komunità għandha tesprimi oġġezzjoni b'mod konformi mat-tieni sub-inċiż ta' l-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Rivedut. 4. Fuq l-assunzjoni li l-Komunità ivvotat favur Regolament UN/ECE jew emenda għar-Regolament UN/ECE, id-deċiżjoni għandha tgħid jekk ir-Regolament sarx parti mis-sistema tal-KE fuq it-tip ta' approvazzjoni tal-vettura kollha u tbiddel l-liġi eżistenti fil-Komunità. 5. Ir-Regolamenti UN/ECE u emendi għar-Regolamenti UN/ECE jorbtu fuq il-Komunità għandhom ikunu pubblikati fil-lingwi uffiċċjali tal-Komunitajiet fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej qabel id-dħul fis-seħħ. Artikolu 5 1. L-emendi proposti mal-Ftehim Rivedut sottomess lill-Parti Kontraenti f'isem il-Komunità għandhom ikunu addottati mill-Kunsill li jaġixxi fuq maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jirċievi l-opinjoni mill-Parlament Ewropew. 2. Id-deċizjoni jekk tqajjimx oġġezzjoni, jew mod ieħor, għall-emendi proposti mal-Ftehim Rivedut miġjuba mill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn għandha tkun konformi mal-proċedura segwita biex tissieħeb ma' dak il-Ftehim. Fejn il-proċedura ma ġietx kompluta ġimgħa qabel l-iskadenza tal-limitu taż-żmien provdut fl-Artikolu 13(2) tal-Ftehim Rivedut, il-Kummissjoni tagħmel oġġezzjoni għall-emenda, f'isem il-Komunità, qabel mal-limitu taż-żmien jiskadi. Artikolu 6 Dawk l-Istati Membri li għandhom jissieħbu, jew issieħbu, mar-Regolamenti UN/ECE għal-liema l-Komunità m'hix marbuta jistgħu jkomplu jimmaniġgjaw jew jiżviluppaw dawn ir-Regolamenti billi jaddottaw emendi li jirriflettu l-progress tekniku fil-waqt li jassiguraw: - li l-adeżjoni f'dawn ir-Regolamenti m'hix kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 70/156/KEE, 74/150/KEE u 92/61/KEE, u - li l-proċeduri tad-Direttiva 83/189/KEE huma osservati. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Novembru 1997. Għall-Kunsill Il-President G. Wohlfart [1] ĠU C 69, tas-7.3.1996, p. 4. [2] Kunsens mogħti fil-21 ta' Novembru 1997 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċċjali). [3] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/27/KE (ĠU L 169, tat-8.7.1996, p. 1). [4] ĠU L 84, ta' l-24.3.1974, p. 10. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994. [5] ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994. [6] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/139/KE (ĠU L 32, ta' l-10.2.1996, p. 31). --------------------------------------------------