EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0139

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 Frar 1997 li temenda d-Deċiżjoni 94/360/KE dwar il-frekwenza mnaqqsa ta’ verifiki fiżiċi ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti li għandhom jiġu mportati minn pajjiżi terzi, skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEETest b’rilevanza għall-ŻEE

ĠU L 55, 25.2.1997, p. 13–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R2129

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/139/oj

31997D0139



Official Journal L 055 , 25/02/1997 P. 0013 - 0013


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-3 Frar 1997

li temenda d-Deċiżjoni 94/360/KE dwar il-frekwenza mnaqqsa ta’ verifiki fiżiċi ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti li għandhom jiġu mportati minn pajjiżi terzi, skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE

(Test b’rilevanza għall-ŻEE)

(97/139/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE tal-10 ta’ Diċembru 1990 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq prodotti li jkunu deħlin fil-Komunità minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 96/43/KE [2]. u partikolarment l-Artikolu 8(3) li hemm fiha,

Billi l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE tal-20 ta’ Mejju 1994 dwar il-frekwenza mnaqqsa ta’ verifiki fiżiċi ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti li għandhom jiġu mportati minn pajjiżi terzi, skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/104/KE [4], għandha tiġi aġġornata fid-dawl tan-negozjati dwar ftehim veterinarji ma’ ċerti pajjiżi terzi u diskussjonijiet skond il-Ftehim ta’ l-ŻEE;

Billi l-miżuri li hemm provdut dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-segwenti talbiet uffiċjali qegħdin jiġu miżjuda ma’ l-Anness II għad-Deċiżjoni 94/360/KE:

"— Fil-każ ta’ New Zealand, il-frekwenzi li hemm provdut dwarhom fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/131/KE tas-17 ta’ Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ ta’ annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali [1] ĠU Nru L 57, tas-26.2.1997, p. 1..

— Fil-każ tan-Norveġja, l-Istati Membri huma awtorizzati li jżommu frekwenzi aktar baxxi minn dawk li hemm provdut dwarhom fl-Anness I.

— Fil-każ ta’ l-Islanda, fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness I, kategorija I, 2 u kategorija II, 6, l-Istati Membri huma awtorizzati li jżommu frekwenzi aktar baxxi minn dawk li hemm provdut dwarhom fl-Anness I."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel,fit-3 ta’ Frar 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 373, tal-31.12.1990, p. 1.

[2] ĠU Nru L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1.

[3] ĠU Nru L 158, tal-25.6.1994, p. 41.

[4] ĠU Nru L 24, tal-31.1.1996, p. 31.

--------------------------------------------------

Top