EUR-Lex Piekļuve Eiropas Savienības tiesību aktiem

Atpakaļ uz EUR-Lex sākumlapu

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 31996D0104

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 1996 li temenda d-Deċiżjoni 94/360/KE dwar il-frekwenza mnaqqsa ta’ verifiki fiżiċi ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti li għandhom jiġu importati minn pajjiżi terziTest b’rilevanza għall-EEA

ĠU L 24, 31.1.1996., 31./31. lpp. (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 03 Volum 018 P. 426 - 426

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (CS, ET, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Dokumenta juridiskais statuss Vairs nav spēkā, Datums, līdz kuram ir spēkā: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R2129

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/104/oj

31996D0104



Official Journal L 024 , 31/01/1996 P. 0031 - 0031


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta’ Jannar 1996

li temenda d-Deċiżjoni 94/360/KE dwar il-frekwenza mnaqqsa ta’ verifiki fiżiċi ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti li għandhom jiġu importati minn pajjiżi terzi

(Test b’rilevanza għall-EEA)

(96/104/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta’ l-10 Diċembru 1990 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq prodotti li jkunu deħlin fil-Komunità minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 95/52/KE [2] u partikolarment l-Artikolu 8(3) tagħha,

Billi fid-Deċiżjoni 94/360/KE [3], kif l-aħħar emendata b’ 95/270/KE [4], il-Kummissjoni adottat miżuri dwar it-tnaqqis fil-frekwenza ta’ verifiki fiżiċi ta’ konsenji ta’ prodotti li għandhom jiġu importati minn pajjiżi terzi; billi dawk il-frekwenzi għandhom japplikaw mill-1 Frar 1996, wara reviżjoni ta’ frekwenzi skond il-bażi tar-riżultati tal-verifiki kollha fuq konsenji importati ta’ prodotti;

Billi aktar progress huwa neċessarju fuq l-armonizzazzjoni ta’ kundizzjonijiet ta’ l-importazzjoni fuq prodotti importati;

Billi hija neċessarja aktar esperjenza ta’ verifiki minn Stati Membri fuq konsenji sabiex issir ir-reviżjoni tal-frekwenzi previsti fl-Artikolu 3(3); billi huwa għalhekk neċessarju li tiġi differita d-data ta’ l-applikazzjoni tal-frekwenzi għall-1 Jannar 1997;

Billi l-miżuri li hemm provdut dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti;

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

- fl-Artikolu 3(1), id-data "l-1 ta’ Diċembru 1995" qiegħda tiġi sostitwita bi "l-1 ta’ Jannar 1996".

- fl-Artikolu 3(3), id-data "l-1 ta’ Frar 1996" qiegħda tiġi sostitwita bi "il-15 ta’ Mejju 1996".

- fl-Artikolu 7, id-data "l-1 ta’ Frar 1996" qiegħda tiġi sostitwita bi "l-1 ta’ Jannar 1997".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Jannar 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1.

[2] ĠU L 265,tat-8.10.1995, p. 16.

[3] ĠU L 158, tal-25 6.1994, p. 41.

[4] ĠU L 165, tal-15.7.1995, p. 24.

--------------------------------------------------

Augša