Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 31994R0468

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) nru 468/94 tat-2 ta’ Marzu 1994 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel

    ĠU L 59, 3.3.1994, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
    Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15 Volum 002 P. 355 - 356

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, PL, SK, SL, BG, RO)

    Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/468/oj

    31994R0468



    Official Journal L 059 , 03/03/1994 P. 0001 - 0002
    Finnish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0116
    Swedish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0116


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) nru 468/94

    tat-2 ta’ Marzu 1994

    li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2608/93 [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

    Billi skond l-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 kwalunkwe użu ta’ sustanzi mhux elenkati f’L-Anness VI huwa eskluż tnax-il xahar wara l-istabbiliment ta’ l-Anness VI, anki fejn qabel sustanzi bħal dawn kienu awtorizzati skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti;

    Billi ċerti Stati Membri kkonsidraw illi ċerti prodotti għandhom jiżdiedu ma’ l-Anness VI u ppreżentaw talbiet lill-Kummissjoni biex jissostanzjaw dawn il-konsiderazzjonijiet;

    Billi deher minn dawn it-talbiet illi ċerti ingredjenti li ma joriġinawx mill-agrikoltura huma indispensabbli biex jagħmluha possibli illi ċerti oġġetti ta’ l-ikel ikunu prodotti u preservati kif suppost; billi dawn il-komposti anki huma komuni ħafna fin-natura;

    Billi deher minn dawn it-talbiet illi hemm bżonn illi jiżdiedu ċerti prodotti agrikoli mas-sezzjoni Ċ ta’ l-Anness VI u hemm bżonnhom għaliex dawn il-prodotti ma jidhrux li huma prodotti fi kwantitajiet biżżejjed fil-Komunità skond il-metodu ta’ produzzjoni organika fil-waqt illi, bil-maqlub, hemm bżonn li jitneħħew ċerti prodotti oħra;

    Billi l-miżuri maħsuba f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness VI tar-REGOLAMENT (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif mfisser fl-Anness tar-Regolament preżenti.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jibda jseħħ ħmistax-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-2 ta’ Marzu 1994.

    Għall-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1.

    [2] ĠU L 239, ta’ l-24.9.1993, p. 10.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    1. Sezzjoni A. 1. (Addittivi ta’ l-ikel, inklużi carriers) hija emendata kif ġej:

    - wara E 330 (aċidu ċitriku), il-kompost li ġej huwa introdott:

    | "isem | Kundizzjonijiet speċifiċi |

    E 333 | ċitrati tal-kalċju | —" |

    - wara E 336 (tartrat tal-potassju), il-kompost li ġej huwa introdott:

    | "isem | Kundizzjonijiet speċifiċi |

    E 341 (i) | monocalciumphosphate | raising agent għad-dqiq self raising" |

    - wara E 300 (aċidu ascorbic), il-kompost li ġej huwa introdott:

    | "isem | Kundizzjonijiet speċifiċi |

    E 306 | Estratt tocopherol-rich | anti-oxydant fi grassijiet u żjut" |

    - wara E 406 (agar), il-kompost li ġej huwa introdott:

    | "isem | Kundizzjonijiet speċifiċi |

    E 407 | carrageenan | —" |

    - wara E 516 (sulfat tal-kalċju), il-kompost li ġej huwa introdott:

    | "isem | Kundizzjonijiet speċifiċi |

    E 524 | sodiumhydroxyde | trattament tal-wiċċ ta’ Laugengebaeck" |

    2. Sezzjoni B tiġi emendata kif ġej:

    - Il-komposti li ġejjin huma imdaħħla wara

    "Karbonat tal-Potassju"

    :

    "isem | Kundizzjonijiet speċifiċi |

    Karbonat tas-sodju | Produzzjoni taz-zokkor |

    Idrossidu tas-Sodju | Protezzjoni taz-zokkor, trattament taż-żebbuġ |

    Aċidu sulfuriku | Produzzjoni taz-zokkor" |

    - Il-kondizzjoni speċifika "greasing jew releasing agent" fir-rigward tal-kompost "Żjut veġetali" huwa mbiddel bi "greasing, releasing jew anti-foaming agent".

    - Il-kompost li ġej huwa mqiegħed wara

    "Qxur tal-ġellewż"

    :

    "isem | Kundizzjonijiet speċifiċi |

    Għalf tar-ross | —" |

    3. Sezzjoni C tiġi emendata kif ġej:

    - Il-prodotti li ġejjin huma miżjuda mas-sub-sezzjoni Ċ.1.1. wara żerriegħa tar-ravanell:

    Ġandar

    Fenugreek

    Acerola

    Ċikwejra

    - Il-prodotti li ġejjin huma mħassra mis-sub-sezzjoni Ċ.1.1.:

    Żerriegħa tal-qargħa ħamra

    - Il-prodott li jmiss huwa mħassar mis-sub-sezzjoni Ċ.1.3.:

    Qaraboċċ

    - Il-prodotti li ġejjin huma miżjuda mas-sezzjoni Ċ.2.2.:

    Fruttosju

    - Fis-sub-sezzjoni Ċ.2.3. il-pożizzjoni "Ħall minn xorb iffermentat barra minn inbid" hija emendata bĦall barra minn ħall minn inbid u applecider.

    - Fis-sub-sezzjoni Ċ.3. il-pożizzjoni "Trab tal-ħalib u trab tal-ħalib xkumat" huwa mbiddel btrab tax-xorrox tal-butir.

    - Il-prodott li ġej huwa miżjud mas-sezzjoni Ċ.3.:

    Lattosju

    --------------------------------------------------

    Fuq