Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994L0037

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/37/KE tat-22 ta' Lulju 1994 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

    ĠU L 194, 29.7.1994, p. 65–81 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/37/oj

    31994L0037

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/37/KE tat-22 ta' Lulju 1994 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

    Official Journal L 194 , 29/07/1994 P. 0065 - 0081
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0204
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0204
    CS.ES Chapter 03 Volume 16 P. 312 - 328
    ET.ES Chapter 03 Volume 16 P. 312 - 328
    HU.ES Chapter 03 Volume 16 P. 312 - 328
    LT.ES Chapter 03 Volume 16 P. 312 - 328
    LV.ES Chapter 03 Volume 16 P. 312 - 328
    MT.ES Chapter 03 Volume 16 P. 312 - 328
    PL.ES Chapter 03 Volume 16 P. 312 - 328
    SK.ES Chapter 03 Volume 16 P. 312 - 328
    SL.ES Chapter 03 Volume 16 P. 312 - 328


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/37/KE

    tat-22 ta' Lulju 1994

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pajnti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/71/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 18 [2] tagħha,

    Billi l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE jistabbilixxu l-ħtiġiet għad-dossier li jrid jiġi sottomess mill-applikanti rispettivament sabiex tiġi inkluża sustanza attiva fl-Anness I u sabiex jiġi awtorizzat prodott għall-protezzjoni tal-pjanti;

    Billi huwa meħtieġ illi jiġi indikat fl-Annessi II u III lill-applikanti, b'mod preċiż kemm jista jkun, kull dettal dwar it-tagħrif meħtieġ, bħal ma huma ċ-ċirkostanzi, il-kondizzjonijiet u l-protokolli tekniċi li permezz tagħhom trid tiġi ġġenerata ċerta informazzjoni; billi dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu introdotti malli jkunu disponibbli sabiex jippermettu lill-applikanti li jużawhom fit-tħejjija tad-dossier tagħhom;

    Billi issa tista' tingħata aktar preċiżjoni lill-ħtiġiet ta' l-informazzjoni dwar l-identità, il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi u aktar ‘il quddiem is-sustanza attiva, ipprovduti fit-taqsimiet 1, 2 u 3 tal-Parti A ta' l-Anness II;

    Billi issa tista' tingħata aktar preċiżjoni lill-ħtiġiet ta' l-informazzjoni dwar l-identità, il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċii u t-tagħrif ġenerali l-ieħor dwar il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, ipprovduti fit-taqsimiet 1 sa 4 ta' l-Parti A ta' l-Anness III;

    Billi l-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Id-Direttiva 91/414/KEE hija emendata kif ġej:

    1. Fil-Parti A ta' l-Anness II, it-taqsimiet intestati "1. L-identità tas-sustanza attiva", "2. Il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tas-sustanza attiva" u "3. Aktar tagħrif dwar is-sustanza attiva" jiġu mibdula bl-Anness I ma' hawnhekk;

    2. Fil-Parti A ta' l-Anness III, it-taqsimiet intestati "1. L-identità tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti", "2. Il-proprjetajiet fiżiċi, kimiċi u tekniċi tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti", "3. L-informazzjoni mal-waqt ta' l-applikazzjoni" u "4. Aktar tagħrif dwar il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti" jiġu mibdula bl-Anness II ma' hawnhekk.

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 1995. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih b'dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awissu 1994

    Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Lulju 1994.

    Għall-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

    [2] ĠU L 221, tal-31.8.1993, p. 27.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    1. L-identità tas-sustanza attiva

    It-tagħrif ipprovdut irid ikun biżżjjed għalbiex jidentifika b'mod preċiż kull sustanza attiva, għalbiex jiddefiniha skond l-ispeċifikazzjonitagħha u għalbiex jikkaratterizza n-natura tagħha. Għajr jekk speċifikat xorta oħra, it-tagħtif u l-informazzjoni riferiti għalihom huma meħtieġa għas-sustanzi attivi kollha.

    1.1. L-applikant (l-isem, l-indirizz, eċċ.)

    Iridu jiġu pprovduti l-isem u l-indirizz ta' l-applikant (l-indirizz permanenti fil-Komunità) kif ukoll l-isem, il-pożizzjoni, in-numru tat-telefon u tat-telefax tal-persuna approprjata li trid tiġi kkuntattjata.

    Fejn, b'żieda ma' dan, l-applikant għandu uffiċċju, aġent jew rappreżentant fl-Istat Membru li lilu tkun ġiet issottomessa l-applikazzjoni għall-inklużjoni fl-Anness I, u jekk differenti, fl-Istat Membru Rapporteur maħtur mill-Kummissjoni, iridu jiġu pprovduti l-isem u l-indirizz ta' l-uffiċċju, l-aġent jew ir-rappreżentant lokali, kif għandhom jingħataw ukoll l-isem, il-pożizzjoni, in-numru tat-telefon u tat-telefax tal-persuna approprjata li tiġi kkuntattjata.

    1.2. Il-fabbrikant (l-isem, l-indirizz, inkluża l-lokazzjoni ta' l-impjant)

    Iridu jiġu ppovduti l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant jew il-fabbrikanti tas-sustanza attiva kif iridu jiġu pprovduti wkoll l-isem u l-indirizz ta' kull impjant tal-fabbrikazzjoni li fih tiġi ffabbrikata s-sustanza attiva. Irid jiġi pprovdut punt tal-kuntatt (preferibbilment punt ċentrali tal-kuntatt, li jinkludi l-isem, in-numru tat-telefon u tat-telefax), bil-għan li jipprovdi t-tagħrif aġġornat u li jwieġeb għall-mistoqsijiet dwar it-teknoloġija tal-fabbrikazzjoni, il-proċessi u l-kwalità tal-prodott (li jinkludi meta jkunu rilevanti, il-lottijiet individwali). Fejn wara l-inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness I, ikun hemm bidliet fil-lok jew fin-numru tal-fabbrikanti, it-tagħrif meħtieġ irid jiġi nnotifikat mill-ġdid lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

    1.3. L-isem komuni propost jew aċċettat mill-ISO, u s-sinonimi

    Iridu jiġu pprovduti l-isem komuni ta' l-ISO, jew l-isem komuni propost ta' l-ISO u fejn rilevanti, l-ismijiet l-oħra proposti jew aċċettati (is-sinonimi), inkluż l-isem (it-titolu) ta' l-awtorità tan-nomenklatura interessata.

    1.4. L-isem kimiku (in-nomenklatura ta' l-IUPAC u tas-CA)

    Irid jiġi pprovdut l-isem Kimiku kif mogħti fl-Anness I mad-Direttiva 67/548/KEE, jew, jekk mhux inkluż f'din id-Direttiva, skond in-nomenklatura kemm ta' l-IUPAC u kemm tas-CA.

    1.5. In-numru/i tal-kodiċi ta' l-iżvilupp tal-fabbrikant

    Iridu jiġu identifikati n-numri tal-kodiċi użati għalbiex jidentifikaw is-sustanza attiva, u fejn disponibbli, il-formolazzjonijiet li jkollhom is-sustanza attiva, matul ix-xogħol ta' l-iżvilupp. Għal kull numru tal-kodiċi rrappurtat, iridu jiġu ddikjarati l-materjal li għandu x'jaqsam miegħu, il-perjodu taż-żmien li matulu kien użat, u l-Istati Membri jew il-pajjiżi l-oħra li fihom kien intuża jew qiegħed jintuża.

    1.6. In-numri tal-CAS, tal-KEE u tas-CIPAC (jekk disponibbli)

    Iridu jiġu rrappurtati l-Astratti Kimiċi, in-numri tal-KEE (l-EINECS jew l-ELINCS), u tas-CIPAC, fejn dawn jeżistu.

    1.7. Il-formola molekulari u strutturali, il-massa molekulari

    Iridu jiġu pprovduti l-formola molekolari, il-massa molekolari u l-formola strutturali tas-sustanza attiva, u fejn rilevanti, il-formola strutturali ta' kull isomeru stereo u ottiku preżenti fis-sustanza attiva.

    1.8. Il-metodi tal-fabbrikazzjoni (bil-mogħdija tas-sintesi) tas-sustanza attiva

    Iridu jiġu pprovduti l-metodu tal-fabbrikazzjoni, f'termini ta' l-identità tal-materjali tal-bidu, il-mogħdijiet kimiċi involuti, u l-identità tal-prodotti sekondarji u l-impuritajiet preżenti fil-prodott finali, għal kull impjant tal-fabbrikazzjoni. Ġeneralment mhux meħtieġ it-tagħrif rigward il-proċess ta' l-inġinerija.

    Fejn it-tagħrif ipprovdut ikollu x'jaqsam ma' sistema pilota tal-produzzjoni tal-pjanti, it-tagħrif irid jerġa jiġi pprovdut ġaladarba jkunu stabbilizzaw ruħhom il-metodi u l-proċeduri tal-produzzjoni fuq skala u proċeduri industrijali.

    1.9. L-ispeċifikazzjoni tas-safa tas-sustanza attiva fi g/kg

    Irid jiġi rrappurtat il-kontenut minimu fi g/kg tas-sustanza attiva pura (esklużi l-isomeri inattivi) fil-materjal iffabbrikat użat għall-produzzjoni ta' prodotti fformolati.

    Fejn it-tagħrif ipprovdut ikollu x'jaqsam ma' sistema pilota tal-produzzjoni tal-pjanti, it-tagħrif meħtieġ irid jerġa jingħata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri ġaladarba jkunu stabbilizzaw ruħhom il-metodi u proċeduri tal-produzzjoni fuq skala industrijali, jekk il-bidliet fil-produzzjoni jirriżultaw fi speċifikazzjoni mibdula tas-safa.

    1.10. L-identità ta' l-isomeri, l-impuritajiet u l-addittivi (p.e. l-istabbilizzaturi), flimkiem mal-formola strutturali u l-kontenut espress bħala g/kg

    Iridu jiġu pprovduti l-kontenut massimu fi g/kg ta' l-isomeri inattivi kif ukoll il-proporzjon tal-kontenut ta' l-isomeri/l-isomeri-diastereo, fejn rilevanti. B'żieda ma' dan, irid jiġi pprovdut il-kontenut massimu fi g/kg għal kull komponent ieħor għajr l-addittivi, inklużi l-prodotti sekondarji, u l-impuritajiet. Fil-każ ta' l-addittivi jrid jiġi pprovdut il-kontenut fi g/kg.

    Għal kull komponent, preżenti fi kwantitajiet ta' 1 g/kg jew aktar, irid jiġi pprovdut it-tagħrif li ġej, fejn rilevanti:

    - l-isem kimiku skond in-nomenklatura ta' l-IUPAC u tas-CA,

    - l-isem komuni ta' l-ISO jew l-isem komuni propost jekk disponibbli,

    - in-numru tal-CAS, in-numru tal-KEE (l-EINECS jew l-ELINCS), u numru tas-CIPAC jekk disponibbli,

    - il-formola molekolari jew strutturali,

    - il-massa molekolari, u

    - il-kontenut massimu fi g/kg.

    Fejn il-proċess tal-fabbrikazzjoni jkun hekk illi jistgħu jkunu preżenti fis-sustanza attiva l-impuritajietu l-prodotti sekondarjili ma jkunux mixtieqa b'mod partikolari minħabba l-proprjetajiet tossikoloġiċi, ekotossikoloġiċi u ambjentali tagħhom, irid jiġi stabbilit u rrappurtat il-kontenut ta' kull wieħed minn dawn il-komposti. F'dawn il-każi, iridu jiġu rrappurtati l-metodi analitiċi użati u l-limiti ta' kif jiġu stabbiliti, li jridu jkunu baxxi biżżejjed, għal kull kompost interessat. B'żieda ma dan irid jiġi pprovdut it-tagħrif li ġej, fejn rilevanti:

    - l-isem kimiku skond in-nomenklatura ta' l-IUPAC u tas-CA,

    - l-isem komuni ta' l-ISO jew l-isem komuni propost jekk disponibbli,

    - numru tal-CAS, in-numru tal-KEE (l-EINECS jew l-ELINCS), u n-numru tas-CIPAC jekk disponibbli,

    - il-formola molekolari u strutturali,

    - il-massa molekolari, u

    - il-kontenut massimu fi g/kg.

    Fejn it-tagħrif ipprovdut ikollu x'jaqsam ma' sistema pilota tal-produzzjoni tal-pjanti, it-tagħrif meħtieġ irid jerġa jingħata ġaladarba l-metodi u l-proċeduri tal-produzzjoni fuq skala industrijali jkunu ġew stabilizzati, jekk il-bidliet fil-produzzjoni jirriżultaw fi speċifikazzjonijiet mibdula tas-safa.

    Fejn it-tagħrif ipprovdut ma jidentifikax għal kollox komponent, jiġifieri l-kondensati, irid jiġi pprovdut tagħrif iddettaljat dwar il-kompożizzjoni għal kull wieħed minn dawn il-komponenti.

    Irid jiġi wkoll ipprovdut l-isem kummerċjali tal-komponenti miżjuda mas-sustanza attiva, qabel il-fabbrikazzjoni tal-prodott ifformolat, sabiex tiġi ppriservata l-istabbiltà u tiġi ffaċilitata l-kumdità tat-tqandil, fejn dawn jintużaw. B'żieda ma dan irid jiġi pprovdut it-tagħrif li ġej, fejn rilevanti, għal dawn l-addittivi:

    - l-isem kimiku skond in-nomenklatura ta' l-IUPAC u tas-CA,

    - l-isem komuni ta' l-ISO jew l-isem komuni propost jekk disponibbli,

    - in-numru tal-CAS, in-numru tal-KEE (l-EINECS jew l-ELINCS), u n-numru tas-CIPAC jekk disponibbli,

    - il-formola molekolari u strutturali,

    - il-massa molekolari, u

    - il-kontenut massimu fi g/kg.

    Għall-komponenti miżjuda, minbarra s-sustanza attiva u l-impuritajiet li jirriżulatw mill-proċess tal-fabbrikazzjoni, trid tingħata l-funzjoni tal-komponent (l-additiv):

    - l-aġent ta' kontra l-għemil tar-ragħwa,

    - l-aġent ta' kontra l-inġazz,

    - il-għaqqad,

    - oħrajn (speċifika),

    - il-buffer,

    - l-aġent tat-tifrix,

    - l-istabbilizzatur.

    1.11. Il-profil analitiku tal-lottijiet

    Iridu jiġu analizzati kampjuni rappreżentattivi tas-sustanza attiva għall-kontenut tas-sustanza attiva pura, l-isomeri inattivi, l-impuritajiet u l-addittivi, kif approprjat. Ir-riżulatati analitiċi rrappurtati jridu jinkludu informazzjoni kwantitattiva, f'termini ta' kontenut fi g/kg, għall-komponenti kollha preżenti fi kwantitajiet ta' aktar minn 1 g/kg u tipikament għandhom iqisu mill-inqas 98 % tal-materjal analizzat. Irid jiġi stabbilit u rappurtat il-kontenut attwali tal-komponentili b'mod partikolari mhumiex mixtieqa minħabba l-proprjetajiet tagħhom tossikoloġiċi, ekotossikoloġiċi jew ambjentali. L-informazzjoni rrappurtata trid tinkludi r-riżultati ta' l-analiżi tal-kampjuni individwali u sommarju ta' din l-informazzjoni, sabiex juru l-kontenut minimu jew massimu u tipiku ta' kull komponentrilevanti, kif approprjat.

    Fejn tiġi prodotta sustanza attiva fi pjanti differenti din l-informazzjoni trid tingħata għal kull waħda mill-pjanti separatament.

    B'żieda ma dan, fejn ikun disponibbli u rilevanti, iridu jiġu analizzati l-kampjuni tas-sustanza attiva prodotti fi skala tal-laboratorju jew fis-sistemi pilota tal-produzzjoni, jekk dak il-materjal kien użat għalbiex jiġġenera l-informazzjoni tossikoloġika jew ekotossikoloġika.

    2. Il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tas-sustanza attiva

    (i) It-tagħrif ipprovdut irid jiddeskrivi l-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tas-sustanzi attivi u flimkien mat-tagħrif rilevanti, irid iservi għalbiex jikkaratterizzahom. B'mod partikolari, it-tagħrif ipprovdut irid jippermetti:

    - il-perikli fiżiċi, kimiċi, u tekniċi assoċjati mas-sustanzi attivi, sabiex jiġu identifikati,

    - il-klassifika tas-sustanza attiva rigward il-periklu,

    - ir-restrizzjonijiet u l-kondizzjonijiet approprjati li jridu jiġu assoċjati ma' l-inklużjonijiet fl-Anness I li jridu jiġu magħżula, u

    - l-frażijiet approprjati tar-riskju s-sigurtà li jridu jiġu speċifikati.

    It-tagħrif u l-informazzjoni riferiti għalihom huma meħtieġa rigward is-sustanzi attivi kollha, għajr fejn speċifikat xorta oħra.

    (ii) It-tagħrif ipprovdut, meħud flimkien ma' dak ipprovdut għat-tħejjijiet rilevanti, iridu jippermettu li jiġu identifikati l-perikli fiżiċi u kimiċi assoċjati mat-tħejjijiet, jippermettu t-tħejjijiet għalbiex jiġu kklassifikati, u jippermettu li jiġi stabbilit illi t-tħejjijiet jkunu jistgħu jintużaw mingħajr diffikultà mhux meħtieġa, u jkunu hekk illi l-mod ta' l-espożizzjoni tal-bniedem, l-annimali, u l-ambjent ikun imminimizzat, meta wieħed iqis il-manjiera ta' l-użu.

    (iii) Irid jiġi ddikjarat il-kobor li għalih is-sustanzi attivi li għalihom tiġi mfittxa l-inklużjoni fl-Anness I, iħares l-ipeċifikazzjonjiet rilevanti tal-FAO. Id-diverġenzi mill-ispeċifikazzjonijiet tal-FAO jridu jiġu deskritti fid-dettal, u ġġustifikati.

    (iv) F'ċerti okkażjonijiet speċifiċi, iridu jiġu kondotti testijiet bl-użu tas-sustana attiva msoffija ta' speċifikazzjoni ddikjarata. F'dawn il-każi jridu jiġu rappurtati l-prinċipji tal-metodu/i tat-tisfija. Trid tiġi rrappurtata s-safa ta' dan il-materjal tat-test, li jrid ikun għoli daqs kemm jista' jinkiseb bl-użu ta' l-aħjar tekonoloġija disponibbli. Trid tiġi pprovduta ġustifikazzjoni rraġjonata f'każijiet fejn il-grad tas-safa miksub ikun inqas minn 980 g/kg.

    Din il-ġustifikazzjoni trid turi illi jkunu ġew eżawriti l-possibilitajiet kollha possibbli u rraġunati teknikament għall-produzzjoni tas-sustanza attiva pura.

    2.1. Il-punt tat-toħlija u l-punt tat-togħlija

    2.1.1. Il-punt tat-toħlija jew fejn approrpjat il-punt ta' l-inġazz jew tas-solidifikazzjoni tas-sustanza attiva msoffija jridu jiġu stabbiliti u rrappurtati skond il-metodu A 1 tal-KEE. Il-kejlijiet għandhom jittieħdu sa temperatura ta' 360 °C.

    2.1.2. Fejn approprjat il-punt tat-togħlija tas-sustanzi attivi msoffija jrid jiġi stabbilit u rrappurtat skond il-metodu A2 tal-KEE. Il-kejlijiet għandhom jittieħdu sa temperatura ta' 360 °C.

    2.1.3. Fejn il-punt tat-toħlija u/jew il-punt tat-togħlija ma jistgħux jiġu stabbiliti minħabba d-dekompożizzjoni jew is-sublimazzjoni, għandha tiġi rrappurtata t-temperatura li fiha jiġru d-dekompożizzjoni jew is-sublimazzjoni.

    2.2. Id-densità relattiva

    Fil-każ tas-sustanzi attivi li jkunu likwidi jew solidi, trid tiġi stabbilità u rrappurtata d-densità relattiva tas-sustanza attiva msoffija skond il-metodu A 3 tal-KEE.

    2.3. Il-pressa tal-fwar (f'Pa), il-volatilità (p.e. il-konstant ta' Henry's law)

    2.3.1. Il-pressa tal-fwar tas-sustanza attiva msoffija trid tiġi rrappurtata skond il-metodu A 4 tal-KEE. Fejn il-pressa tal-fwar tkun inqas minn 10-5Pa, il-pressa tal-fwar f'temperatura ta' 20 jew 25 °C tista' tiġi stmata permezz tal-kurvatura tal-pressa tal-fwar.

    2.3.2. Fil-każ tas-sustanzi attivi li jkunu solidi jew likwidi, il-volatilità (il-konstant ta' Henry's law) tas-sustanza attiva msoffija trid tiġi stabilita jew ikkalkolata mis-solubbiltà ta' l-ilma u mill-pressa tal-fwar tagħha u tiġi rrappurtata (f'Pa × m3 × mol-1).

    2.4. L-apparenza (l-istat fiżiku, il-kulur u r-riħa, jekk magħrufa)

    2.4.1. Trid tiġi pprovduta deskrizzjoni kemm tal-kulur, jekk ikun hemm minnuu, u ta' l-istat fiżiku, kemm tas-sustanza attiva kif iffabbrikata u kemm tas-sustanza attiva msoffija.

    2.4.2. Trid tiġi rrappurtata deskrizzjoni ta' kull riħa assoċjata mas-sustanza attiva kif iffabbrikata u s-sustanza attiva msoffija, innotati waqt it-tqandil tal-materjali fil-laboratorji jew fl-impjanti tal-produzzjoni.

    2.5. Il-firxiet (UV/VIS, IR, NMR, MS), il-qerda molekolarifil-wavelengths rilevanti

    2.5.1. Iridu jiġu stabbiliti u rrappurtati l-firxiet li ġejja inkluża tabella tal-karatteristiċi tas-sinjali meħtieġa għall-interpretazzjoni: Trid tiġi stabbilita u rrappurtata r-resonanza ultraviolet/viżibbli (UV/VIS), infrared (R), nukleari manjetika (NMR), u l-firxiet bil-massa (MS) tas-sustanza attiva msoffija u l-qerda molekolari fil-wavelengthsrilevanti.

    Iridu jiġu stabbiliti u rrappurtati l-wavelengths li fihom tiġri l-qerda UV/viżibbli molekolari u trid tiġi inkluża fejn approprjat wavelength fl-ogħla valur ta' assorbiment 'il fuq minn 290 nm.

    Fil-każ tas-sustanzi attivi li jiġu riżolti bl-isomeri ottiċi trid tiġi mkejla u rrappurtata s-safa ottika tagħhom.

    2.5.2. Iridu jiġu stabbiliti u rrappurtati l-firxiet ta' l-assorbiment UV/viżibbli, il-firxiet IR, NMR u MS, meta meħtieġa għall-identifikazzjoni ta' l-impuritajiet ikkunsidrati ta' sinifikat tossikoloġiku, ekotossikoloġiku u ambjentali.

    2.6. Is-solubbiltà fl-ilma inkluż l-effett tal-pH (minn 4 sa 10) fuq is-solubbiltà

    Trid tiġi stabbilità u rrappurtata s-solubbiltà ta' l-ilma tas-sustanzi attivi msoffija taħt pressa atmosferika skond il-metodu A 6 tal-KEE. Dawn il-modi dwar kif tiġi stabbilita s-solubbiltà ta' l-ilma jridu jsiru fil-firxa newtrali (jiġifieri fl-ilma ddistillat f'ekwilibrija mad-diossidu tal-karbonju atmosferiku). Fejn is-sustanza attiva tkun tifforma joni, il-modi kif tiġi stabbilità jridu jsiru wkoll fil-firxa aċiduża (pH minn 4 sa 6) u fil-firxa alkalina (pH minn 8 sa 10), u jiġu rappurtati. Fejn l-istabbiltà tas-sustanza attiva f'medju akweu tkun hekk illi ma tistax tiġi stabbilta s-solubbiltà ta' l-ilma, għandha tiġi pprovduta ġustifikazzjoni bbażata fuq l-informazzjoni tat-test.

    2.7. Is-solubbiltà fis-solventi organiċi

    Is-solubbiltà tas-sustanzi attivi kif fabbrikati fis-solventi organiċi li ġejjin f'temperatura ta' bejn il-15 sal− 25 oC trid tiġi stabbilità u rrappurtata jekk anqas minn 250 g/kg; trid tiġi speċifikata t-temperatura applikata:

    - L-idrokarbonju alifatiku: preferibbilment n-eptan,

    - L-idrokarbonju aromatiku: preferibbilment il-kżilene,

    - L-idrokarbonju aloġenat: preferibbilment il-1, 2-dikloretan,

    - L-alkoħol: preferibbilment il-metanol jew l-alkoħol isopropil,

    - Il-ketone: preferibbilment l-aċetone,

    - L-ester: preferibbilment l-aċetat ta' l-etil.

    Jekk għal sustanza attiva partikolari, wieħed jew aktar minn dawn is-solventima jkunux xierqa (p.e. jirreaġixxi bil-materjal tat-testijiet), jistgħu minflok jintużaw solventi alternattivi. F'dawn il-każi, il-għażliet iridu jiġu ġġustifikati skond l-istruttura u l-polarità tagħhom.

    2.8. Il-koeffiċċjent tal-partizzjonin-oktanol/ilma inkluż l-effett tal-pH (minn 4 sa 10)

    Irid jiġi stabbilit u rrappurtat il-koeffiċjent tal-partizzjoni n-oktanol /ilma tas-sustanza attiva msoffija skond il-metodu A 8 tal-KEE. L-effett tal-pH (minn 4 to 10) irid jiġi investigat meta s-sustanza tkun aċiduża jew bażika kif iddefinita bil-valur pKa tagħha (< 12 għall–aċidi, >2 għall-bażijiet).

    2.9. L-istabbilità fl-ilma, ir-rata ta' l-idrolisi, id-degradazzjoni fotokimika, il-produzzjoni tal-quantum u l-identità tat-tqassim ħaġa b'ħaġa tal-prodott/i, il-kostant tad-dissoċjazzjoni inkluż l-effett tal-pH (minn 4 sa 9)

    2.9.1. Trid tiġi stabbilita u rrappurtata r-rata ta' l-idrolisi tas-sustanzi attivi msoffija (normalment sustanza attiva ttikkettjata bir-radjo, b'safa >95 %), għal kull wieħed mill-valuri tal-pH 4, 7 u 9, f'kondizzjonijiet sterili, fin-nuqqas tad-dawl, skond il-metodu C 7 tal-KEE. Għas-sustanzi b'rata baxxa ta' idrolisi, ir-rata tista' tiġi stabbilita f'temperatura ta' 50 °C, jew f'temperatura oħra xieraqa.

    Jekk tiġi osservata d-degradazzjoni f'temperatura ta' 50 °C, għandha tiġi stabbilita rata tad- degradazzjoni f'temperatura oħra, u għandu jiġi mibni Arrhenius plot li jippermetti li ssir stima ta' l-idrolisi f'temperatura ta' 20 °C. Iridu jiġu rrappurtati l-identità tal-prodotti ta' l-idrolisi magħmula u r-rata osservata b'mod kostanti. Il-valur tad-DT 50 stmat irid jiġi rrappurtat ukoll.

    2.9.2. Għall-komposti b'koeffiċjent ta' l-assorbiment molari (dekadiku) ta' (ε) > 10 (1 × mol-1 × ċm-1) f' wavelength λ ≥ 290 nm, trid tiġi stabbilità u rrappurtata l-fototrasformazzjoni diretta f'ilma msoffi (p.e. ddistillat) f'temperatura ta' bejn il-20 u l− 25 oC, tas-sustanza attiva msoffija normalment ittikkettjata bir-radjo bl-użu ta' dawl artifiċjali f'kondizzjonijiet sterili, jekk meħtieġ bl-użu ta' solubizzaturi. Is-sensitizzaturi bħalma hu l-aċetone ma jridux jintużaw bħala ko-solvent jew solubilizzatur. Is-sors tad-dawl irid jissimula d-dawl tax-xemx u jkun imgħammar b'filtri sabiex jeskludu r-radjazzjoni f wavelengths ta' λ < 290 nm. Iridu jiġu rrappurtati l-identità tal-prodotti mqassma ħaġa b'ħaġa magħmula li jkunu preżenti f'kull ħin matul l-istudju fi kwantitajiet ≥10 % tas-sustanza attiva miżjuda, b'bilanċ tal-massa lijtammonta għal mill-inqas 90 % tar-radjoattività applikata, kif ukoll in-nofs-ħajja fotokimika.

    2.9.3. Fejn ikun meħtieġ li tiġi investigata l-foto-trasformazzjoni diretta, irid jiġi stabbilit u rrappurtat il-produzzjoni tal-quantum tal-foto-degradazzjoni diretta fl-ilma, flimkien mal-kalkoli sabiex jiġi stmat it-tul teoretiku tal-ħajja tas-sustanza attiva fis-saff ta' fuq tas-sistemi akwei u t-tul reali tal-ħajja tas-sustanza.

    Il-metodu huwa deskritt fil-Linji Gwida Riveduti tal-FAO dwar il-Kriterji Ambjentali għar-Reġistrazzjoni tal-Pestiċidi.

    2.9.4. Fejn tiġri d-dissoċjazzjoni fl-ilma, irid/u jiġi/u stabbilit/i u rrappurtat/i l-kostant/i tad-dissoċjazzjoni (il-valuri pKa) tas-sustanza attiva msoffija skond il-Linja Gwida 112 tat-Test ta' l-OECD. L-identità ta' l-ispeċje ddissoċjat iffurmat, ibbażat fuq konsiderazzjonijiet teoretiċi, irid jiġi rrappurtat. Jekk is-sustanza attiva hija melħ, għandu jingħata l-valur pKa tal-prinċipju attiv.

    2.10. L-istabbilità fl-arja, id-degradazzjoni foto-kimika, l-identità ta' tal-prodott imqassam ħaġa b'ħaġa

    Trid tiġi ssotomessa stima tad-degradazzjoni fotokimika ossidattiva (il-foto-trasformazzjoni indiretta).

    2.11. Il-fjammabbilità inkluża l-awtofjammabbilità

    2.11.1. Trid tiġi stabbilita u rrappurtata l-fjammabbiltà tas-sustanzi attivi kif iffabbrikati, li jkunu solidi, gassijiet, jew li huma sustanzi li joħolqu gassijiet ta' fjammabbiltà qawwija skond il-metodi A 10, A 11 jew A 12 tal-KEE kif approprjat.

    2.11.2. Trid tiġi stabbilita u rrappurtata l-awto-fjammabbiltà tas-sustanzi attivi kif iffabbrikati skond il-metodi A 15 jew A 16 tal-KEE kif appoprjat, u/jew, meta meħtieġ skond it-Test UN-Bowes-Cameron bil-Gaġġa (ir-Rakkommandazzjonijiet tan-NU dwar it-Trasport ta' l-Oġġetti Perikolużi, Kapitolu 14, Nru 14.3.4).

    2.12. Il-punt tat-teħid tan-nar

    Irid jiġi stabbilit u rrappurtat il-punt tat-teħid tan-nar tas-sustanzi attivi kif iffabbriki b'punt tat-toħlija taħt 40oC, skond il-metodu A 9 tal-KEE; għandhom jintużaw biss il-metodi tat-tazza magħluqa.

    2.13. Il-proprjetajiet splussivi

    Iridu jiġu stabbiliti u rrappurtati l-proprjetajiet splussivi tas-sustanzi attivi kif iffabbrikati skond il-metodu A 14 tal-KEE fejn meħtieġ.

    2.14. It-tensjoni tal-wiċċ

    Trid tiġi stabbilita u rrappurtata t-tensjoni tal-wiċċ skond il-metodu A 5 tal-KEE.

    2.15 Il-proprjetajiet ossidanti

    Iridu jiġu stabbiliti u rrappurtati l-proprjetajiet ossidanti tas-sustanzi attivi kif iffabbrikati skond il-metodu A 17 tal-KEE, għajr fejn eżami tal-formola strutturali jistabbilixxi mingħajr dubbju raġjonevoli illi s-sustanza attiva mhix kapaċi tirreaġixxi eżotermikament ma' materjal li jaqbad. F'dawk il-każi, ikun biżżejjed li jiġi pprovdut dan it-tagħrif bħala ġustifikazzjoni għaliex ma jiġux stabbiliti l-proprjetajiet ossidanti tas-sustanza.

    3. Aktar tagħrif dwar is-sustanza attiva

    (i) It-tagħrif ipprovdut irid jiddeskrivi l-għanijiet maħsuba li għalihom jintużaw, jew ikunu jridu jintużaw, it-tħejjijiet li jkun fihom is-sustanza attiva, u d-doża u l-mod ta' l-użu tagħhom jew ta' l-użu propost tagħhom.

    (ii) It-tagħrif ipprovdut irid jispeċifika l-metodi u l-prekawzjonijiet normali li jridu jiġu segwiti, fit-tqandil, il-ħażna u t-trasport tas-sustanza attiva.

    (iii) L-istudji, l-informazzjoni u t-tagħrif issottomessi, flimkien ma' l-istudji l-oħra, l-informazzjoni u t-tagħrif l-ieħor rilevanti, għandhom it-tnejn li huma jispeċifikaw u jiġġustifikaw il-metodi u l-prekawzjonijiet li jridu jiġu segwiti fil-każ ta' ħruq. Għandhom jiġu stmati l-prodotti possibbli tal-kombustjoni fil-każ ta' ħruq, ibbażati fuq l-istruttura kimika u l-proprjetjiet kimiċi u fiżiċi tas-sustanza attiva.

    (iv) L-istudji, l-informazzjoni u t-tagħrif issottomessi, flimkien ma' l-istudji, l-informazzjoni u t-tagħrif l-oħra rilevanti, iridu juru kemm huma ikunu xierqa l-miżuri proposti għall-użu f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza.

    (v) L-informazzjoni u t-tagħrif riferiti għalihom huma meħtieġa għas-sustanzi attivi kollha, għajr fejn speċifikat xorta oħra.

    3.1. Il-funzjoni, p.e. il-funġiċidi, l-erbiċidi, l-insettiċidi, ir-ripellanti u r-regolatur tat-tkabbir

    Trid tiġi speċifikata l-funzjoni minn fost dawn li ġejjin:

    - l-akariċid

    - il-batteriċid

    - il-funġiċid

    - l-erbiċid

    - l-insettiċid

    - il-molluskiċid

    - in-nematiċid

    - ir-regolatur tat-tkabbir tal-pjanti

    - ir-repellant

    - ir-rodentiċid

    - is-semjo-kimiċi

    - it-talpiċid

    - il-viriċid

    - oħrajn (iridu jiġu speċifikati)

    3.2. L-effetti fuq l-organiżmi ta' ħsara, p.e. il-velenu bil-kuntatt, il-velenu bin-nifs, il-velenu bl-istonku, il-funġitossiku, eċċ. sistematiċi jew mhux fil-pjanti

    3.2.1. Trid tiġi ddikjarata n-natura ta' l-effetti fuq l-organiżmi ta' ħsara:

    - l-azzjoni bil-kuntatt

    - l-azzjoni bl-istonku

    - l-azzjoni bin-nifs

    - l-azzjoni funġitossika

    - l-azzjoni funġistatika

    - id-desikkant

    - l-inibitur tar-riproduzzjoni

    - oħrajn (iridu jiġu speċifikati)

    3.2.2. Irid jiġi ddikjarat jekk is-sustanza attiva tiġix traslokata jew le fil-pjanti u fejn rilevanti jekk din it-traslokazzjoni tkunx apoplastika, simplastika jew it-tnejn.

    3.3. Il-firxa ta' l-użu maħsub, p.e. il-għalqa, l-uċuħ tar-raba protetti, il-ħażna tal-prodotti mill-pjanti, il-ġardinaġġ fid-djar

    Iridu jiġu speċifikati l-firxa/firxiet ta' l-użu, eżistenti u proposti, għat-tħejjijiet li jinkludu s-sustanza attiva minn fost dawn li ġejjin:

    - L-użu tal-għalqa, bħalma huma l-agrikultura, l-ortikultura, il-forestrija u l-vitikultura

    - L-uċuħ tar-raba' protetti

    - L-amenità

    - Il-kontroll tal-ħaxix ħażin fiż-żoni mhux ikkultivati

    - Il-ġardinaġġ tad-djar

    - Il-pjanti tad-dar

    - Il-prattika tal-ħażna tal-prodotti mill-pjanti

    - oħrajn (speċifika)

    3.4. L-organiżmi ta' ħsara kkontrollati u l-uċuħ tar-raba' jew il-prodotti protetti jew ittrattati

    3.4.1. Iridu jiġu pprovduti d-dettalji ta' l-użu eżistenti u maħsub f'termini ta' l-uċuħ tar-raba', tal-gruppi ta' l-uċuħ tar-raba', tal-pjanti, jew tal-prodotti mill-pjanti ttrattati u fejn rilevanti protetti.

    3.4.2. Fejn rilevanti, iridu jiġu ppovvduti d-dettalji dwar l-organiżmi ta' ħsara li kontra tagħhom tkun tista' tiġi pprovduta l-protezzjoni.

    3.4.3 Fejn rilevanti, iridu jiġu rrappurtati l-effetti miksuba p.e. t-trażżin tan-nebbieta, ir-ritardjar tal-maturità, it-tnaqqis fit-tul taz-zokk, il-fertilizzazzjoni mtejba eċċ..

    3.5. Il-mod ta' l-azzjoni

    3.5.1. Safejn u sakem tkun ikkjarifikat, trid tiġi pprovduta dikjarazzjoni dwar il-mod ta' l-azzjoni tas-sustanza attiva f'termini, fejn rilevanti, tal-mekkaniżmu/i biokimiku/ċi u fiżjoloġiku/ċi u l-mogħdija/iet bijokimika/ċi involuti. Fejn disponibbli, iridu jiġu rrappurtati r-riżultati ta' l-istudji sperimentali rilevanti.

    3.5.2. Fejn ikun magħruf illi sabiex teżerċita l-effett maħsub, is-sustanza attiva trid tiġi kkonvertita fi prodott tal-metabolizzazzjonijew tad-degradazzjoni wara l-applikazzjoni jew l-użu tat-tħejjijiet li jkun fihom lilha, irid jiġi pprovdut it-tagħrif li ġej, irrefernzjat minn naħa għal oħra u li jieħu mit-tagħrif ipprovdut fil-kuntest tal-paragrafi 5.6, 5.11, 6.1, 6.2, 6.7, 7.1, 7.2 u 9, fejn rilevanti, għall-prodott attiv tal-metabolizzazzjoni jew tad-degradazzjoni:

    - l-isem kimiku skond in-nomenklatura ta' l-IUPAC u s-CA,

    - l-isem komuni ta' l-ISO jew l-isem komuni propost,

    - in-numru (l-EINECS jew l-ELINCS) tal-KEE tal-CAS bin-numu tal-KEE, u n-numru tas-CIPAC jekk disponibbli,

    - il-formola empirika u strutturali, u

    - l-massa molekolari.

    3.5.3. Irid jiġi pprovdut it-tagħrif disponibbli li għandu x'jaqsam mal-formazzjoni tal-prodotti tal-metabolizzazzjoni u d-degradazzjoni, biex tinkludi:

    - il-proċessi, il-mekkaniżmi u r-reazzjonijiet involuti,

    - l-informazzjoni kinetika u l-informazzjoni l-oħra li jirrigwardaw ir-rata tal-konverżjoni u jekk magħruf il-pass li jillimita r-rata,

    - il-fatturi ambjentali u l-fatturi l-oħra li jaffettwaw ir-rata u l-kobor tal-konverżjoni.

    3.6. It-tagħrif dwar l-okkorrenza jew l-okkorrenza possibbli ta' l-iżvilupp tar-reżistenza u l-istrateġiji xierqa approprjati tal-ġestjoni

    Fejn disponibbli, irid jiġi pprovdut tagħrif dwar l-okkorrenza possibbli ta' l-iżvilupp tar-reżistenza jew tar-reżistenza minn naħa għal oħra.

    3.7. Il-metodi u l-prekawzjonijiet irrakkommandati dwar it-tqandil, il-ħażna, it-trasport jew in-nar

    Trid tiġi pprovduta folja ta' informazzjoni dwar is-sigurtà skond l-Artikolu 27 tad-Direttiva tal-Kunsill 65/548/KEE [1] għas-sustanzi attivi kollha.

    3.8. Il-proċeduri għall-qerda jew id-dekontaminazzjoni

    3.8.1. L-inċinerazzjoni kkontrollata

    F'ħafna każi, il-mezz ippreferut jew uniku sabiex jiġu disposti s-sustanzi attivi fis-sigurtà, il-materjali kkontaminati, jew il-pakkeġġi kkontaminati huwa permezz ta' inċinerazzjoni kkontrollata f'inċineratur illiċenzjat.

    Fejn il-kontenut ta' l-aloġenitas-sustanza attiva jkun akbar minn 60 %, iridu jiġu rrapprtati l-imġiba pirolitika tas-sustanza attiva taħt kondizzjonijiet ikkontrollati (inklużi, fejn rilevanti, il-ħażna ta' ossiġnu u ż-żmien definit tar-residenza), f'temperatura ta' 800 °C u l-kontenut tad-dibenzo-p-diossini u d-dibenzo-furani poli-aloġenati fil-prodotti tal-pirolisi. L-applikazzjoni trid tipprovdi struzzjonijiet iddettaljati dwar id-disponiment fis-siġurtà.

    3.8.2. Oħrajn

    Iridu jiġu deskritti kompletament il-metodi l-oħra għalbiex jiddisponu mis-sustanza attiva, il-pakkeġġi kkontaminati u l-materjali kkontaminati, fejn proposti. L-informazzjoni trid tiġi pprovduta dwar dawn il-metodi, sabiex tiġi stabbilita l-effettività u s-sigurtà tagħha.

    3.9. Il-miżuri ta' emerġenza f'każ ta' inċident

    Għandhom jiġu pprovduti l-proċeduri għad-dekontaminazzjoni ta' l-ilma fil-każ ta' inċident.

    [1] ĠU L 196, tas-16.8.1967, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    1. L-identità tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

    It-tagħrif ipprovdut, meħud flimkien ma' dak ipprovdut għas-sustanza/i attiva/i, għandhom ikunu biżżejjed għalbiex jidentifikaw bi preċiżjoni t-tħejjijiet u jiddefinuhom f'termini ta' l-ispeċifikazzjonijiet u n-natura tagħhom. L-informazzjoni u t-tagħrif riferiti għalihom, għajr jekk speċifikat xorta oħra, huma meħtieġa għall-prodotti kollha għall-protezzjoni tal-pjanti.

    1.1. L-applikant (l-isem u l-indirizz, eċċ.)

    Iridu jiġu pprovduti l-isem u l-indirizz ta' l-applikant (l-indirizz permanenti fil-komunità) kif ukoll l-isem, il-pożizzjoni, in-numru tat-telefon u tat-telefax tal-persuna approprajta tal-kuntatt.

    Fejn b'żieda ma' dan, l-applikant ikollu uffiċċju, aġent jew rappreżentant fl-Istat Membru li fih tkun qiegħda tiġi mitluba l-awtorizzazzjoni, għandhom jiġu pprovduti l-isem u indirizz ta' l-uffiċċju, l-aġent jew ir-rappreżentant lokali, kif ukoll l-isem, il-pożizzjoni, in-numru tat-telefon u tat-telefax tal-persuna approprjata tal-kuntatt.

    1.2. Il-fabbrikant tat-tħejjija u s-sustanza/i attiva/i (l-ismijiet u l-indirizzi eċċ. inkluża l-lokazzjoni ta' l-impjanti)

    Iridu jiġu pprovduti l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant tat-tħejjija u ta' kull waħda mis-sustanzi attivi fit-tħejjija kif ukoll l-isem u l-indirizz ta' kull impjant ta' fabbrikazzjoni li fih jiġu ffabbrikati t-tħejjija u s-sustanza attivi.

    Irid jiġi pprovdut għal kull wieħed minnhom punt tal-kuntatt (preferibbilment punt ċentrali tal-kuntatt, kif iridu jiġu provvduti l-isem, u n-numri tat-telefon u tat-telefax).

    Jekk is-sustanza attiva toriġina minn fabbrikant li minn għandu ma tkunx ġiet issottomessa qabel l-informazzjoni skond l-Anness II, ikollhom jiġu pprovduti dikjarazzjoni dwar is-safa u tagħrif iddettaljat dwar l-impuritajietfl-Anness II.

    1.3. L-isem kummerċjali jew l-isem kummerċjali propost, u n-numru tal-kodiċi ta' l-iżvilupp tat-tħejijiet mill-fabbrikant jekk approprjat

    Iridu jiġu pprovduti l-ismijiet kummerċjali kollha ta' qabel jew korrenti u l-ismijiet kummerċjali kollha proposti u n-numri kollha tal-kodiċi dwar it-tħejjijiet kif ukoll l-ismijiet u numri korrenti. Fejn l-ismijiet kummerċjali u n-numri tal-kodiċi riferiti għalihom, ikollhom x'jaqsmu ma' tħejjijiet simili iżda differenti (possibbilment ma għadhomx jintużaw), iridu jiġu pprovduti d-dettalji kollha tad-differenzi. (L-ismijiet kummerċjali proprosti ma jistgħux joħolqu konfużjoni ma l-isem kummerċjali tal-prodotti diġà rreġistrati għall-protezzjoni tal-pjanti.)

    1.4. It-tagħrif iddettaljat kwantitattiv u kwalitativ dwar il-kompożizzjoni tat-tħejjija (is-sustanza/i attiva/i, u l-formulanti)

    1.4.1. Għat-tħejjijiet irid jiġi rappurtat it-tagħrif li ġej:

    - il-kontenut kemm tas-sustanza/i attiva/i teknika/ċi u tas-sustanza/i attiva/i pura/i;

    - il-kontenut tal-formulanti.

    Il-konċentrazzjonijiet għandhom jiġu espressi f'termini kif ipprovdut fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 78/631/KEE.

    1.4.2. Għas-sustanzi attivi, iridu jiġu pprovduti l-ismijiet komuni ta' l-ISO tagħhom jew l-ismijiet komuni ta' l-ISO proposti u n-numri tagħhom tas-CIPAC, u, fejn disponibbli, in-numri tal-KEE (l-EINECS jew l-ELINCS). Fejn rilevanti, irid jiġi ddikjarat liema melħ, ester, anjoni jew kazjonu jkunu preżenti.

    1.4.3. Il-formulanti jridu, fejn possibbli, jiġu identifikati kemm bl-isem kimiku tagħhom kif mogħti fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE, jew, jekk mhux inkluż f'din id-Direttiva, skond in-nomenklatura kemm ta' l-IUPAC u tas-CA. Trid tiġi pprovduta l-istruttura jew il-formola strutturali tagħhom. Għal kull komponent tal-formulanti, iridu jiġu pprovduti in-numru rilevanti tal-KEE (l-EINECS jew l-ELINCS) u numru tal-CAS fejn dawn jeżistu. Fejn it-tagħrif ipprovdut ma jidentifikax għal kollox il-formulant, trid tiġi pprovduta l-ispeċifikazzjoni approprjata. L-isem kummerċjali tal-formulanti, fejn dawn jeżistu, iridu jiġu pprovduti wkoll.

    1.4.4. Għall-formulanti trid tingħata l-funzjoni:

    - l-adeżiv (il-waħħala),

    - l-aġent ta' kontra r-ragħwa,

    - l-aġent kontra l-inġazz,

    - il-għaqqad,

    - il-buffer,

    - il-ġarrar/portatur,

    - id-deodorant,

    - l-aġent tat-tifrix,

    - iż-żebgħa,

    - l-emetiku,

    - l-emulsifikant,

    - il-fertilizzant,

    - il-priservattiv,

    - l-odorant,

    - il-fwieħa,

    - il-propellant,

    - ir-repellent,

    - l-oġġett li jagħti s-siġurtà,

    - is-solvent,

    - l-istabbilizzatur,

    - is-sinerġist,

    - l-oġġett li jħaxxen,

    - l-aġent li jxarrab,

    - mixxellanji (ispeċifika).

    1.5. L-istat fiżiku u natura tat-tħejjijiet (il-konċentrat emulsifjabbli, it-trab tax-tixrib, is-soluzzjoni, eċċ.).

    1.5.1. It-tip u l-kodiċi tat-tħejjija jridu jiġu ddisinjati skond il-"Katalgu tat-tipi tal-formulazzjoni tal-pestiċidi u s-sistema internazzjonali tal-kodifika (Il-GIFAPTechnical Monograph Nru 2. 1989)".

    Fejn ma tiġix iddefinita bi preċiżjoni tħejjija partikolari f'din il-pubblikazzjoni, iridu jiġu pprovduti deskrizzjoni sħiħa tan-natura fiżika u l-istat tat-tħejjija, flimkien ma proposta għal deskrizzjoni xierqa tat-tip tat-tħejjija kif ukoll proposta dwar it-tifsira tagħha.

    1.6. Il-funzjoni (erbiċida, isettiċida, eċċ.)

    Il-funzjoni trid tiġi speċifikata minn fost dawn li ġejjin:

    - l-akariċid,

    - il-batteriċid,

    - il-funġiċid,

    - l-erbiċid

    - l-insettiċid,

    - il-molluskiċid,

    - in-nematiċid,

    - ir-reġolatur tat-tkabbir tal-pjanti,

    - ir-repellant,

    - ir-rodentiċid,

    - is-semjo-kimiċi,

    - it-talpiċid,

    - il-viriċid,

    - oħrajn (iridu jiġu speċifikati).

    2. Il-proprjetajiet fiżiċi, kimiċi u tekniċi tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

    Irid jiġi ddikjarat safejn u sakemm il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li għalihom tkun qiegħda tiġi mitluba l-awtorizzazzjoni jikkonformaw ma' l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti tal-FAO kif maqbul mill-Grupp ta' l-Esperti dwar l-Ispeċifikazzjonijiet tal-Pestiċidi, tal-Panel ta' l-Esperti tal-FAO dwar l-Ispeċifikazzjonijiet tal-Pestiċidi, il-Ħtiġiet tar-Reġistrazzjoni u l-istandards ta' l-Applikazzjonijiet. Id-diverġenzi mill-ispeċifikazzjonijiet tal-FAO jridu jiġu deskritti fid-dettal, u ġġustifikati.

    2.1. L-apparenza (il-kulur u r-riħa)

    Trid tiġi pprovduta deskrizzjoni kemm tal-kulur u kemm tar-riħa, jekk ikun hemm minnhom, u l-istat fiżiku tat-tħejjija.

    2.2. Il-proprjetajiet splussivi u ossidanti

    2.2.1. Iridu jiġu rrappurtati l-proprjetajiet splussivi tat-tħejjijiet skond il-metodu A 14 tal-KEE. Fejn it-tagħrif termodinamiku disponibbli jistabilixxi mingħajr dubju raġjonevoli illi t-tħejjija ma tkunx kapaċi għal reazzjoni eżotermika, ikun biżżejjed li jiġi pprovdut dan it-tagħrif bħala ġustifikazzjoni għalbiex ma jiġux stabbiliti l-proprjetajiet splussivi tat-tħejjijiet.

    2.2.2. Il-proprjetajiet ossidanti tat-tħejjijiet li jkunu solidi jridu jiġu stabbiliti u esportati skond il-metodu A 17 tal-KEE. Għat-tħejjijiet l-oħra il-metodu wżat irid jiġi ġġustifikat. Ma hemmx għalfejn jiġu stabbiliti l-proprjetajiet ossidanti jekk jista' jiġi muri mingħajr dubju raġjonevoli fuq il-bażi tat-tagħrif termodinamiku, illi t-tħejjija hija inkapaċi li tirreaġixxi eżotemikament ma materjali kombustibbli.

    2.3. Il-punt tat-teħid tan-nar u indikazzjonijiet oħra ta' fjammabbilità jew tat-teħid spontanju tan-nar

    Il-punt tat-teħid tan-nar tal-likwidi li jkun fihom solventi fjammabbli, iridu jiġu stabbiliti u rrappurtati skond il-Metodu A 9 tal-KEE. Il-fjammabbiltà tat-tħejjijiet solidi u l-gassijiet trid tiġi stabbilità u rrappurtata skond il-metodi A 10, A 11 u A 12 tal-KEE kif approprjat. L-awto-fjammabbiltà tat-tħejjijiet iridu jiġu stabbiliti u rrappurtati skond il-metodi A 15 jew A 16 tal-KEE kif approprjat, u jew, meta meħtieġ, skond it-Test bil-Gaġġa UN—Bowes-Cameron (ir-Rakkommandazzjonijiet tan-NU dwar it-Trasport ta' l-Oġġetti Perikolużi, il-Kapitolu 14, Nru 14.3.4).

    2.4. L-aċidità /alkalinità u jekk meħtieġ il-valur pH

    2.4.1. Fil-każ ta' tħejjijiet li huma aċidużi (pH < 4) jew alkalini (pH >10) l-aċidità jew l-alkalinità u l-valur pH iridu jiġu stabbiliti u rrappurtati skond il-Metodu MT 31 u MT 75 rispettivament tas-CIPAC.

    2.4.2. Fejn rilevanti (jekk irid jiġi applikat bħala dilwit akweu) il-pHta' 1 % tad-dilwit akweu, l-emulsifikazzjoni jew id-dispersjoni tat-tħejjijiet, iridu jiġu stabbiliti u rrappurtati skond il-Metodu MT 75 tas-CIPAC.

    2.5. Il-viskosità u t-tensjoni tal-wiċċ

    2.5.1. Fil-każ tat-tħejjijiet likwidi għall-użu b'Volum Ultra Baxx (VUB) trid tiġi stabbilità u rrappurtata l-viskosità kinematika skond il-Linja Gwida 114 ta' l-OECD għat-Testijiet.

    2.5.2. Għal likwidi mhux newtonjani trid tiġi stabbilità u rrappurtata l-viskosità flimkien mal-kondizzjonijiet tat-test.

    2.5.3. Fil-każ tat-tħejjijiet likwidi trid tiġi stabbilità u rrappurtata t-tenjsoni tal-wiċċ skond il-metodu A 5 tal-KEE.

    2.6. Id-densità relattiva u d-densità tal-massa

    2.6.1. Trid tiġi stabbilità u rrappurtata d-densità relattiva tat-tħejjijiet likwidi skond il-Metodu A 3 tal-KEE.

    2.6.2. Trid tiġi stabbilità u rrappurtata d-densità tal-massa (bit-taptipa) tat-tħejjijiet li huma trab jew granuli skond il-Metodi MT 33, MT 159 jew MT 169 tas-CIPAC kif approprjat.

    2.7. Il-ħażna — l-istabbilità u l-ħajja ta' fuq l-ixkaffa: L-effetti tad-dawl, tat-temperatura u ta' l-umdità fuq il-karatteristiċi tekniċi tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

    2.7.1. L-istabbiltà tat-tħejjija wara ħażna ta' 14-il jum f'temperatura ta' 54 °C trid tiġi stabbilità u rrappurtata skond il-Metodu MT 46 tas-CIPAC.

    Jistgħu jkunu meħtieġa ħinijiet u/jew temperaturi oħra (p.e. tmin ġimgħat f'temperatura ta' 40 °C jew 12-il ġimgħa f'temperatura ta' 35 °C jew 18-il ġimgħa f'temperatura ta' 30 °C) jekk i-tħejjija tkunu sensittiva għas-sħana.

    Jekk il-kontenut tas-sustanza attiva wara t-test ta' l-istabbiltà tas-sħana jkun tnaqqas b'aktar minn 5 % tal-kontenut misjub fil-bidu, irid jiġi ddikjarat il-kontenut minimu u għandu jiġi fornit it-tagħrif dwar il-prodotti tad-degradazzjoni.

    2.7.2. B'żieda ma dan fil-każ tat-tħejjijiet likwidi, irid jiġi stabbilit u rrappurtat l-effett tat-temperaturi l-baxxi fuq l-istabbiltà skond il-Metodi MT 39, MT 48, MT 51 jew MT 54 tas-CIPAC kif approprjat.

    2.7.3. Trid tiġi rrappurtata l-ħajja ta' fuq l-ixkaffa tat-tħejjija f'temperatura ambjentali. Fejn il-ħajja ta' fuq l-ixkaffa tkun inqas minn sentejn, trid tiġi rrappurtata l-ħajja ta' fuq l-ixkaffa bl-ispeċifikazzjonijiet approprjati tat-temperatura. Tagħrif utli huwa mogħtija fil-Monografu Nru 17 tal-GIFAP.

    2.8. Il-karatteristiċi tekniċi tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

    Iridu jiġu stabbiliti l-karatteristiċi tekniċi tat-tħejjija sabiex jippermettu illi tittieħed deċiżjoni rigward l-aċċettazzjoni tagħha.

    2.8.1. Il-kapaċità għat-tixrib

    Il-kapaċità għat-tixrib tat-tħejjijiet solidi li jiġu dilwiti għall-użu (p.e. it-trab li kapaċi jixxarrab, it-trab solubbli fl-ilma, il-granuli solubbli l-ilma u l-granuli li jiġu mferrxa fl-ilma), għandha tiġi stabbilità u rrappurtata skond il-Metodu MT 53.3 tas-CIPAC.

    2.8.2. Ir-ragħwa persistenti

    Il-persistenza tar-ragħwa fit-tħejjijiet li jridu jiġu dilwiti bl-ilma, għandha tiġi stabbilità u rrappurtata skond il-Metodu MT 47 tas-CIPAC.

    2.8.3. Il-kapaċità tas-sospensjoni u l-istabbiltà tas-sospensjoni

    - Trid tiġi stabbilita u rrappurtata l-kapaċità tas-sospensjoni tal-prodotti li jitferrxu fl-ilma (p.e. t-trab li jixxarrab, il-granuli li jitferrxu fl-ilma, il-konċentrati tas-sospnsjoni) skond il-Metodi MT 15, MT 161 jew MT 168 tas-CIPAC kif approprjat.

    - Trid tiġi stabbilita u rrappurtata l-ispontanjetà tal-prodotti li jitferrxu fl-ilma (p.e. l-konċentrati tas-sospensjoni u l-granuli li jitferrxu fl-ilma) skond il-Metodi MT 160 jew MT 174 tas-CIPAC kif approprjat.

    2.8.4. L-istabbiltà tad-dilwit

    Trid tiġi stabbilita u rrappurtata l-istabbiltà tad-dilwit tal-prodotti li huma solubbli fl-ilma skond il-Metodu MT 41 tas-CIPAC.

    2.8.5. It-test bil-għarbiel niexef u bil-għarbiel imxarrab

    Sabiex jiġi żgurat illi t-trab li jimtesaħ ikollu distribuzzjoni xierqa tad-daqsijiet tal-partikoli sabiex jiġi applikat faċilment, irid jiġi kondott test bil-għarbiel niexef u jiġi rappurtat skond il-Metodu MT 59.1 tas-CIPAC.

    Fil-każ tal-prodotti li jitferrxu fl-ilma, irid jiġi kondott test bil-għarbiel imxarrab u rrappurtat skond il-Metodi MT 59.3 jew MT 167 tas-CIPAC kif approprjat.

    2.8.6. Id-distribuzzjoni tad-daqsijiet tal-partikoli (it-trab u l-granuli li jintmesħu u t-trab u l-granuli li jixxarrbu), il-kontenut tat-trab/irfinaturi (granuli), l-attrizzjoni u l-frijabbiltà (granuli)

    2.8.6.1. Trid tiġi stabbilita u rrappurtata d-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli fil-każ tat-trab skond il-Metodu 110 ta' l-OECD.

    Trid tiġi stabbilita u rrappurtata l-firxa tal-granuli sabiex jiġu applikati direttament skond is-CIPAC MT 58.3, għall-granuli li jitferrxu fl-ilma skond is-CIPAC MT 170.

    2.8.6.2. Irid jiġi stabbilit u rrappurtat il-kontenut tat-trab tat-tħejjijiet tal-granuli skond il-Metodu MT 171 tas-CIPAC. Jekk rilevanti għall-espożizzjoni ta' l-operatur, irid jiġi stabbilit u rrappurtat id-daqs tal-partikola tat-trab skond il-Metodu 110 ta' l-OECD.

    2.8.6.3. Iridu jiġu stabbiliti u rrappurtati l-karatteristiċi ta' l-attrizzjoni u tal-frijabbiltà meta fil-waqt li jkunu disponibbli metodi miftiehma dwarhom internazzjonalment. Fejn l-informazzjoni tkun disponibbli din trid tiġi rrappurtata flimkien mal-metodu użat.

    2.8.7. Il-kapaċità ta' l-emulsifikazzjoni, l-emulsifikazzjoni mill-ġdid, l-istabbiltà ta' l-emulsifikazzjoni

    2.8.7.1. Iridu jiġu stabbliti u rrappurtati l-kapaċità ta' l-emulsifikazzjoni, l-istabbiltà ta' l-emulsifikazzjoni u l-emulsifikazzjoni mill-ġdid tat-tħejjijiet li jiffurmaw l-emulsifikazzjonijiet skond il-Metodi MT 36 jew MT 173 tas-CIPAC kif approprjat.

    2.8.7.2. Trid tiġi stabblita u rrappurtata l-istabbiltà ta' l-emulsjonijiet dilwiti u tat-tħejjijiet li huma emulsjonijiet skond il-Metodi MT 20 jew MT 173 tas-CIPAC.

    2.8.8. Il-kapaċità tal-mixi mal-kurrent, il-kapaċità tat-tferrigħ (il-kapaċita tat-tlaħliħ), u l-kapaċità li jsir trab

    2.8.8.1. Trid tiġi stabbilità u rrappurtata l-kapaċità tal-mixi mal-kurrent tat-tħejjijiet tal-granuli skond il-Metodu MT 172 tas-CIPAC.

    2.8.8.2. Trid tiġi stabbilità u rrappurtata l-kapaċità tat-tferrigħ (inkluż il-fdal imlaħlaħ) tas-sospensjonijiet (p.e. il-konċentrati tas-sospensjonijiet, is-suspo-emulsjonijiet) skond il-Metodu MT 148 tas-CIPAC.

    2.8.8.3. Trid tiġi stabbilita l-kapaċità li jsir trab it-trab li jimtesaħ li jifdal minn ħażna aċċellerata skond it-2.7.1 u rrappurtata skond il-Metodu MT 34 tas-CIPAC jew metodu ieħor xieraq.

    2.9. Il-kompatibbilità fiżika u kimika ma' prodotti oħra inklużi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li magħhom irid jiġi awtorizzat l-użu tagħha

    2.9.1. Il-kompatibbilità fiżika tat-taħlitiet fit-tank trid tiġi rrappurtata bbażata fuq metodi ġewwiena. Test prattiku jista' jkun alternattiv aċċettabbli.

    2.9.2. Trid tiġi stabbilita u rrappurtata l-kompatibbiltà kimika tat-taħlitiet fit-tank għajr fejn eżami tal-proprjetajiet individwali tat-tħejjijiet jistabbilixxi mingħajr dubju raġjonevoli illi ma teżisti l-ebda possibbiltà li ssir reazzjoni. F'dawn il-każijiet ikun biżżejjed illi jiġi pprovdut dan it-tagħrif bħala ġustifikazzjoni għalfejn il-kompatibbiltà ma tistax tiġi stabbilita prattikament.

    2.10. L-aderenza u d-distribuzzjoni għaż-żrieragħ

    Fil-każ tat-tħejjijiet għat-trattament taż-żerriegħa, iridu jiġu investigati u rrappurtati kemm id-distribuzzjoni u kemm l-adeżjoni; fil-każ tad-distribuzzjoni skond il-Metodu MT 175 tas-CIPAC.

    2.11. Is-sommarju u l-evalwazzjoni ta' l-informazzjoni ppreżentata fil-punti 2.1. sa 2.10

    3. L-informazzjoi ma' l-applikazzjoni

    3.1. Il-firxa ta' l-użu previst, p.e. l-għalqa, l-uċuħ tar-raba' protetti, il-ħażna tal-prodotti mill-pjanti, il-ġardinaġġ tad-djar

    Il-firxa/firxiet ta' l-użu, eżistenti u proposti, għat-tħejjijiet li jkun fihom is-sustanza attiva trid/iridu tiġi/jiġu speċifikata/i minn fost dawn li ġejjin:

    - l-użu ta' l-għalqa, bħal ma huma l-biedja, l-ortikultura, il-forestrija u l-vitikultura,

    - l-uċuħ tar-raba' protetti,

    - l-amenità,

    - il-kontroll tal-ħaxix ħażin fiż-żoni mhux ikkultivati,

    - il-ġardinaġġ tad-djar,

    - il-pjanti tad-dar,

    - il-prattika tal-ħażna tal-prodotti mill-pjanti,

    - oħrajn (speċifika).

    3.2. L-effetti fuq l-organiżmi ta' ħsara, p.e. il-kuntatt, il-velenu min-nifs jew fl-istonku, il-funġitossiku jew il-funġistatiku, eċċ., sistematiċi jew le fil-pjanti

    Iridu jiġu ddikjarati n-natura ta' l-effetti fuq l-organiżmi ta' ħsara:

    - l-azzjoni bil-kuntatt,

    - l-azzjoni fl-istonku,

    - l-azzjoni bil-ġbid 'il ġewwa tan-nifs,

    - l-azzjoni funġitossika,

    - l-azzjoni funġistatika,

    - id-dessikkant,

    - l-inibitur tar-riproduzzjoni,

    - oħrajn (iridu jiġu speċifikati).

    Irid jiġi ddikjarat jekk il-prodott ikunx translokat fil-pjanti jew le.

    3.3. Id-dettalji dwar l-użu maħsub p.e. it-tipi ta' l-organiżmi ta' ħsara kkontrollati u/jew il-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti li jridu jiġu mħarsa

    Iridu jiġu pprovduti d-dettalji dwar l-użu maħsub.

    Fejn rilevanti, iridu jiġu rrappurtati l-effetti miksuba p.e. it-trażżin tan-nebbieta, ir-ritardjar tal-maturità, it-tnaqqis fit-tul taz-zokk, il-fertilizzazzjoni imtejba eċċ.

    3.4. Ir-rata ta' l-applikazzjoni

    Għal kull metodu ta' applikazzjoni u għal kull użu, trid tiġi pprovduta r-rata ta' l-applikazzjoni għal kull unità (il-ha, il-m2, il-m3 ttrattata, f'termini ta' gjew kg kemm tat-tħejjija u kemm tas-sustanza attiva.

    Ir-rati ta' l-applikazzjoni għandhom normalment jiġu espressi fi g jew f'kg/m3 u fejn approprjat fi g jew kg/tunnellati metriċi; għall-uċuħ tar-raba' protetti u l-użu tal-ġardinaġġ tad-djar ir-rati għandhom jiġu espressi fi g jew kg /100 m2 jew g jew kg/m3.

    3.5. Il-konċentrazzjoni tas-sustanza attiva fil-materjal użat (eż. fil-bexx dilwit, fil-lixka jew fiż-żerriegħa ttrattata)

    Il-kontenut tas-sustanza attiva għandu jiġi rrappurtat, kif approprjat, fi g/l, g/kg, mg/kg jew fi g/tunnellati metriċi.

    3.6. Il-metodu ta' l-applikazzjoni

    Il-metodu ta' l-applikazzjoni propost irid jiġi deskritt fis-sħiħ, billi jiġu indikati t-tip tat-tagħmir li jrid jiġi użat, jekk ikun hemm minnu, kif ukoll it-tip u l-volum tad-dilwent li jkun sejjer jintuża għal kull unitàtaż-żona jew tal-volum.

    3.7. In-numru u l-waqt ta' l-applikazzjonijiet u t-tul taż-żmien tal-protezzjoni

    Iridu jiġu rrappurtati n-numru massimu ta' l-applikazzjonijiet li jridu jintużaw u l-ħintagħhom. Fejn ikun rilevanti, iridu jiġu indikati l-istadji tat-tkabbir tal-wiċċ tar-raba' jew tal-pjanti li jridu jiġu protetti u l-istadji ta' l-iżvilupp ta' l-organiżmi ta' ħsara. Fejn possibli, irid jiġi indikat l-intervall taż-żmien bejn l-applikazzjonijiet, fi ġranet.

    Iridu jiġu indikati t-tul taż-żmien tal-protezzjoni offrut kemm b'kull waħda mill-applikazzjonijiet u kemm bin-numru massimu ta' l-applikazzjonijiet li jridu jintużaw.

    3.8. Il-perjodi taż-żmien ta' l-istennija meħtieġa jew il-prekawzjonijiet l-oħra għalbiex jiġu evitati l-effetti fototossiċifuq uċuħ suċċessivi tar-raba'

    Fejn rilevanti, iridu jiġu ddikjarati l-perjodi taż-żmien ta' l-istennija minima bejn l-aħħar applikazzjoni u ż-żrigħ jew it-taħwil ta' l-uċuħ suċċessivi tar-raba', li huma meħtieġa sabiex jiġu evitati l-effetti fitotossiċi fuq l-uċuħsuċċessivi, u li jsegwu mill-informazzoni pprovduta fil-paragrafu 6.6.

    Iridu jiġu ddikjarati l-limitazzjonijiet dwar il-għażla ta' l-uċuħ tar-raba' suċċessivi, jekk ikun hemm minnhom.

    3.9. L-istruzzjonijiet proposti għall-użu

    Iridu jiġu pprovduti l-istruzzjonijiet proposti għall-użu tat-tħejjija, li jridu jiġu stampati fuq it-tikketti jew il-fuljetti.

    4. Aktar tagħrif dwar il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

    4.1. L-imballagg (it-tip, il-materjali, id-daqs, eċċ.), il-kompatibbilità tat-tħejjija mal-materjal ta' l-imballagg propost

    4.1.1. L-imballagg li jrid jintuża jrid ikun deskritt fid-dettal u speċifikat skond il-materjal użat, il-manjiera tal-kostruzzjoni (p.e. magħfus 'il barra, iwweldjat eċċ.), id-daqs u l-kapaċità, id-daqs tal-fetħa, it-tip tal-għeluq u s-siġilli. Irid ikun iddisinjat skond il-kriterji u linji gwida speċifikati fil-"Linji Gwida għall-Imballagg tal-Pestiċidi" tal-FAO.

    4.1.2. Irid jiġi stabbilit u rrappurtat kemm ikun xieraq il-imballagg, inklużi l-għeluqijiet, skond is-saħħa tiegħu, kemm ma jħallix l-ilma jgħaddi minnu u r-resistenza għat-trasport u t-tqandil normali, skond il-Metodi 3552, 3553, 3560, 3554, 3555, 3556 3558 ta' l-ADR, jew il-Metodi ta' l-ADR xierqa għall-kontenituri bil-massa intermedjarji, u, fejn ikunu meħtieġa l-għeluqijiet tat-tħejjija hekk illi t-tfal ma jiftħuhomx malajr, skond l-istandards 8317 ta' l-ISO.

    4.1.3. Trid tiġi rrappurtata r-reżistenza tal-materjal tal-pakkeġġjar rigward il-kontenut tiegħu skond il-Monografu Nru 17 tal-GIFAP.

    4.2. Il-proċeduri sabiex jitnaddaf it-tagħmir ta' l-applikazzjoni

    Iridu jiġu deskritti fid-dettal il-proċeduri tat-tindif kemm għat-tagħmir ta' l-applikazzjoni u kemm għall-ilbies protettiv. L-effettività tal-proċedura tat-tindif trid tiġi investigata fis-sħiħ u rrappurtata.

    4.3. Il-perjodi taż-żmen tad-dħul mill-ġdid, il-perjodi taż-żmien ta' l-stennija meħtieġa jew il-prekawzjonijiet l-oħra għalbiex jipproteġu lill-bniedem, lill-annimali ta' l-irziezet u l-ambjent

    It-tagħrif ipprovdut irid isegwi u jiġi appoġġjat mill-informazzjoni pprovduta għas-sustanza/i attiva/i u dak ipprovdut fit-taqsimiet 7 u 8.

    4.3.1. Fejn rilevanti, iridu jiġu speċifikati l-intervalli taż-żmien ta' qabel il-ħsad, il-perjodi taż-żmien tad-dħul mill-ġdid jew il-perjodi taż-żmien taż-żamma meħtieġa għalbiex tiġi mminimizzata l-preżenza tal-fdalijiet fl-uċuħ, fil-pjantiu fil-prodotti mill-pjanti jew fuqhom, jew fl-erji u fl-ispazji ttrattati, sabiex jiġu protetti l-bniedem jew l-annimali ta l-irziezet p.e.:

    - l-intervall taż-żmien ta' qabel il-ħsad (fi ġranet) għal kull wiċċ rilevanti,

    - il-perjodu taż-żmien tad-dħul mill-ġdid (fi ġranet) għall-annimali tar-rziezet, rigward żoni tal-mergħa,

    - il-perjodu taż-żmien tad-dħul mill-ġdid (f'sigħat jew ġranet) għall-bniedem rigward l-uċuħ tar-raba', il-bini jew l-ispazji ttrattati,

    - il-perjodu taż-żmien taż-żamma (fi ġranet) għall-għalf ta' l-annimali,

    - il-perjodu taż-żmien ta' stennija (fi ġranet), bejn l-applikazzjoni u t-tqandil tal-prodotti ttrattati, jew

    - il-perjodu taż-żmien ta' l-istennija (fi ġranet), bejn l-aħħar applikazzjoni u ż-żrigħ jew it-taħwil ta' uċuħ suċċessivi.

    4.3.2. Fejn meħtieġ, fid-dawl tar-riżultati tat-testijiet, irid jiġi pprovdut it-tagħrif dwar kull kondizzjoni agrikola, tas-saħħa tal-pjanti jew ambjentali li fihom it-tħejjija tista' jew ma tistax tiġi użata.

    4.4. Il-metodi u l-prekawzjonijiet irrakkommandati rigward: it-tqandil, il-ħażna, it-trasport jew in-nar

    Iridu jiġu pprovduti l-metodi u l-prekawzjonijiet irrakkommandati rigward il-proċeduri (iddettaljati) tat-tqandil għall-ħażna, kemm fil-livell tal-maħżen u kemm fil-livell ta' l-utent tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għat-trasport tagħhom u fil-każ ta' nar. Fejn disponibbli, irid jiġi pprovdut it-tagħrif dwar il-prodotti tal-kombustjoni. Iridu jiġu speċifikati t-riskji li x'aktarx jinħolqu u l-metodi u l-proċeduri għalbiex jimminimizzaw il-perikli li jinħolqu. Iridu jiġu pprovduti l-proċeduri għalbiex jipprekludu jew jimminimizzaw il-ġenerazzjoni ta' l-iskart jew tal-fdalijiet.

    Fejn rilevanti jkollha ssir stima skond l-ISO — TR 9122.

    Fejn approprjat iridu jiġi pprovduti n-natura u l-karatteristiċi ta' l-ilbies protettiv u tat-tagħmir propost. L-informazzjoni pprovduta trid tkun biżżejjed għalbiex tevalwa kemm ikunu xierqa u effettivi f'kondizzjonijiet realistiċi ta' l-użu (p.e. iċ-ċirkostanza ta' l-għalqa jew tas-serra).

    4.5. Il-miżuri ta' l-emerġenza fil-każ ta' inċident

    Jekk jinħolqux jew le matul trasport, il-ħażna jew l-użu, iridu jiġu pprovduti l-proċeduri ddettaljati li jridu jittieħdu fil-każ ta' emerġenza; u jinkludu:

    - il-konteniment tat-tixrid,

    - id-dekontaminazzjoni taż-żoni, tal-vetturi u tal-bini,

    - id-disponiment tal-pakkeġġjar, ta' l-assorbenti u materjali oħra bil-ħsara,

    - il-protezzjoni tal-ħaddiema ta' emerġenza u ta' dawk li jkunu jħarsu,

    - il-miżuri ta' l-ewwel għajnuna.

    4.6. Il-proċeduri għall-qerda jew id-dekontaminazzjoni tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u l-imballagg tiegħu

    Irdu jiġu żviluppati l-proċeduri għall-qerda u d-dekontaminazzjoni kemm għal kwantitajiet żgħar (fil-livell ta' l-utent) u kemm għal kwantitajiet kbar (fil-livell tal-maħżen). Il-proċeduri jridu jkunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet eżerċitati li għandhom x'jaqsmu mad-disponiment ta' l-iskart u ta' l-iskart tossiku. Il-mezzi proposti għad-disponiment għandhom ikunu mingħajr influwenza mhux aċċettabbli fuq l-ambjent u għandhom ikunu l-aktar mezzi effettivi skond in-nefqa u l-iktar prattiċi possibbli dwar id-disponiment.

    4.6.1. Il-possibbiltà tan-newtralizzazzjoni

    Iridu jiġu deskritti, fejn ikunu possibbli, il-proċeduri tan-newtralizzazzjoni (p.e. permezz tar-reazzjoni ma' l-alkali sabiex jiġu ffurmati komposti anqas tossiċi) għall-użu fil-każ ta' tixrid aċċidentali. Iridu jiġu evalwati u rrappurtati l-prodotti wara n-newtralizzazzjoni b'mod prattiku jew teoretiku.

    4.6.2. L-inċinerazzjoni kkontrollata

    F'ħafna każi, il-mezzi ppreferiti jew uniċi sabiex jiġu mormija s-sustanzi attivi fis-sigurtà kif ukoll il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkunu jinsabu fihom, il-materjali kkontaminati, jew il- imballagg ikkontaminat, huma permezz ta' l-inċinerazzjoni kkontrollata f'inċineratur illiċenzjat.

    Fejn il-kontenut ta' l-aloġeni tas-sustanza/i attiva/i fit-tħejjija jkun aktar minn 60 %, trid tiġi rrappurtata l-imġiba pirolitika tas-sustanza attiva f'kondizzjonijiet ikkontrollati (inklużi, fejn rilevanti, il-ħażna ta' l-ossiġnu u ż-żmien iddefinit tar-residenza) f'temperatura ta' 800 °C u jrid jiġi rrappurtat il-kontenut tad-dibenzo—p—diossini u d-dibenzo-furanipoli-aloġenati fil-prodotti tal-pirolisi. L-applikant irid jipprovdi struzzjonijiet iddettaljati għar-rimi fis-sigurtà.

    4.6.3. Oħrajn

    Iridu jiġu deskritti fis-sħiħ il-metodi l-oħra għalbiex jinqerdu l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, il-pakkeġġjar u l-materjali kkontaminati, fejn proposti. Trid tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar dawn il-metodi, sabiex jiġu stabbiliti l-effettività u s-sigurtà tagħhom.

    --------------------------------------------------

    Top