This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991R2568
Commission Regulation (EEC) No 2568/91 of 11 July 1991 on the characteristics of olive oil and olive-residue oil and on the relevant methods of analysis
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta' Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta' Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti
ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1–83
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 23/11/2022; Imħassar b' 32022R2104
Official Journal L 248 , 05/09/1991 P. 0001 - 0083
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0174
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0174
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta’ Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta’ analiżi rilevanti IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3577/90 [2], u b’mod partikolari Artikolu 35a tiegħu, Billi l-Anness għar-Regolament No 136/66/KEE fih d-deskrizzjonijiet u d-definizzjonijiet taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tal-fdal taż-żebbuġa impoġġi fis-suq f’kull Stat Membru, fil-kummerċ intrakomunitarju u fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi; Billi, bil-għan li wieħed jiddistingwi bejn it-tipi differenti ta’ żejt, għandhom jiġu ddefiniti il-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi ta’ kull wieħed minnhom u l-karatteristiċi organolettiċi taż-żejt verġni, biex tiġi ggarantita l-purità u l-kwalità tal-prodotti msemmija, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet eżistenti; Billi l-preżenza tal-karatteristiċi tat-tipi differenti ta’ żejt għandha tiġi determinata b’uniformità fil-Komunità kollha; billi, għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti metodi ta’ analiżi kimika u ta’ evalwazzjoni organolettika tal-Komunità; billi għandu jitħalla jsir użu ta’ metodi oħra ta’ analiżi, għal perjodu transizzjonali, applikati fl-Istati Membri sakemm, fejn ikun hemm differenza fir-riżultati, dawk miksuba bl-użu tal-metodu komuni jkunu deċisivi; Billi d-definizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi taż-żejt tażżebbuġa u tal-metodi ta’ analiżi titlob l-emenda tan-noti addizzjonali għall-Kapitolu 15 tan-nomenklatura magħquda; Billi l-metodu ta’ evalwazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tażżejt taż-żebbuġa jinkludi t-twaqqif ta’ bordijiet ta’ dewwieqa magħżula u mħarrġa; billi għalhekk, għandu jiġi stabbilit il-perjodu meħtieġ għat-twaqqif ta’ struttura bħal din; billi fid-dawl tad-diffikultajiet li xi Stati Membri sejrin jiltaqgħu magħhom fit-twaqqif ta’ bordijiet ta’ dewwieqa, l-użu ta’ bordijiet fi Stati Membri oħra għandu jiġi awtorizzat; Billi, sabiex ikun żgurat li s-sistema ta’ taxxi applikabbli għall-importazzjonijiet tal-fdal taż-żebbuġ taħdem sewwa, għandu jiġi stabbilit metodu wieħed għad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ żejt ta’ dawn il-prodotti; Billi, biex ma ssirx ħsara lill-kummerċ, għandhom isiru disposizzjonijiet biex iż-żejt ippakkjat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament jitwarrab f’perjodu limitat; Billi jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1058/77 [3] jiġi rrevokat, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1858/88 [4]; Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijiet ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-president tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Iż-żjut, li l-karatteristiċi tagħhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fil-punti 1, 2 u 3 t’Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu bħala żjut verġni taż-żebbuġa skond it-tifsira ta’ punt 1 (a), (b) u (ċ) t’Anness tar-Regolament Nru 136/66/KEE. 2. Iż-żejt, li l-karatteristiċi tiegħu jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti f’punt 4 t’Anness 1 ta’ dan ir-Regolament, għandu jitqies bħala żejt taż-żebbuġa lampante skond it-tifsira ta’ punt 1 (d) t’Anness tar-Regolament Nru 136/66/KEE. 3. Iż-żejt, li l-karatteristiċi tiegħu jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti f’punt 5 t’Anness 1 ta’ dan ir-Regolament, għandu jitqies bħala żejt taż-żebbuġa raffinat skond it-tifsira ta’ punt 2 t’Anness tar-Regolament Nru 136/66/KEE. 4. Iż-żejt, li l-karatteristiċi tiegħu jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti f’punt 6 t’Anness 1 ta’ dan ir-Regolament, għandu jitqies bħala żejt taż-żebbuġa pur skond it-tifsira ta’ punt 3 t’Anness tar-Regolament Nru 136/66/KEE. 5. Iż-żejt, li l-karatteristiċi tiegħu jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti f’punt 7 t’Anness 1 ta’ dan ir-Regolament, għandu jitqies bħala żejt tal-fdal taż-żebbuġa skond it-tifsira ta’ punt 4 t’Anness tar-Regolament Nru 136/66/KEE. 6. Iż-żejt, li l-karatteristiċi tiegħu jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti f’punt 8 t’Anness 1 ta’ dan ir-Regolament, għandu jitqies bħala żejt tal-fdal taż-żebbuġa raffinat skond it-tifsira ta’ punt 5 t’Anness tar-Regolament Nru 136/66/KEE. 7. Iż-żejt, li l-karatteristiċi tiegħu jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti f’punt 9 t’Anness 1 ta’ dan ir-Regolament, għandu jitqies bħala żejt tal-fdal taż-żebbuġa skond it-tifsira ta’ punt 6 t’Anness tar-Regolament Nru 136/66/KEE. Artikolu 2 1. Il-karatteristiċi taż-żjut stabbiliti f’Anness I għandhom jiġu determinati b’konformità mal-metodi ta’ analiżi mniżżla hawn taħt: - għad-determinazzjoni tal-aċidi grassi liberi, espressi bħala perċentwali ta’ aċidu oleiku, l-metodu stabbilit f’Anness II, - għad-determinazzjoni tal-indiċi tal-perossidu, il-metodu stabbilit f’Anness III, - għad-determinazzjoni tal-alkoħol alifatiku, il-metodu stabbilit f’Anness IV, - għad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ sterolo, il-metodu stabbilit f’Anness V, - għad-determinazzjoni tal-erythrodiol u tal-uvaol, il-metodu stabbilit f’Anness VI, - għad-determinazzjoni tal-aċidi grassi saturati f’pożizzjoni 2 tat-triglyceride, l-metodu stabbilit f’Anness VII, - għad-determinazzjoni tal-kontenut tat-trilinolina, il-metodu stabbilit f’Anness VIII, - għall-analiżi spettrofotometrika, il-metodu stabbilit f’Anness IX, - għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-aċidi grassi, il-metodu stabbilit f’Anness X A u X B, - għad-determinazzjoni tas-solventi aloġenati volatili, il-metodu stabbilit f’Anness XI, - għall-evalwazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi taż-żejt taż-żebbuġa verġni, il-metodu stabbilit f’Anness XII, - għall-prova li jkun seħħ ir-raffinar, il-metodu stabbilit f’Anness XIII. 2. L-evalwazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi għandha ssir minn analista u, kif xieraq, bl-assistenza ta’ speċjalista, skond il-proċedura deskritta fin-noti tad-tidwiq imsemmija f’Anness XII. Fejn l-analiżi turi karatteristiċi differenti minn dawk li joħorġu mid-deskrizzjoni tal-prodott, il-kampjun għandu jiġi eżaminat minn bord ta’ dewwieqa skond d-disposizzjonijiet t’Anness XII. Kull analiżi oħra għandha ssir mill-bord skond id-disposizzjonijiet imsemmija. Sabiex jiġu aċċertati l-karatteristiċi organolettiċi fir-rigward ta’ operazzjonijiet dwar is-sistema ta’ intervent, il-bord ta’ dewwieqa għandhom iwettqu din l-evalwazzjoni skond id-disposizzjonijiet t’Anness XII. Artikolu 3 Sal-31 ta’ Ottubru 1992, l-introduzzjoni tal-metodi ta’ analiżi li għalihom hemm provdut f’Artikolu 2 ma għandiex iżżomm lill-Istati Membri milli jużaw metodi oħra ttestjati u xjentifikament validi, sakemm il-prodotti magħrufa bħala konformi mar-regoli fis-seħħ li jirregolaw il-metodi tal-Komunità jitħallew jiċċirkolaw b’mod liberu. Qabel jużaw metodi oħra, l-Istati Membri interessati għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni. Meta wieħed mill-metodi l-oħra jipproduċi riżultat differenti minn dak miksub bil-metodu komuni, ir-riżultat miksub b’dan l-aħħar metodu għandu jkun determinanti. Artikolu 4 1. Għall-għan ta’ evalwazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu bordijiet ta’ dewwieqa mħarrġa u magħżula b’konformità mar-regoli stabbiliti f’Anness XII. 2. Meta xi Stat Membri jiltaqa’ ma’ diffikultajiet fit-twaqqif ta’ xi bord fit-territorju tiegħu, jista’ juża s-servizzi ta’ xi bord li jkun qiegħed jaħdem f’xi Stat Membru ieħor. Artikolu 5 In-noti addizzjonali 2, 3 u 4 tal-Kapitolu 15 tan-nomenklatura magħquda huma mibdula b’dawk li jinsabu f’Anness XIV. Artikolu 6 1. Il-kontenut ta’ żejt tal-għaġna ta’ żejt u fdalijiet oħra miksuba mill-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa (Kodiċi NM 23069011 u 23069019) għandu jiġi determinat billi jintuża l-metodu stabbilit f’Anness XV. 2. Il-kontenut ta’ żejt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi espress bħala perċentwali tal-piż ta’ żejt għall-piż ta’ materjal niexef. Artikolu 7 Id-disposizzjonijiet tal-Komunità dwar il-preżenza ta’ sostanzi mhux mixtieqa, għajr dawk imsemmija f’Anness XI, għandhom japplikaw. Artikolu 8 1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummisjoni bil-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, fil-bidu ta’ kull nofs sena, prospett tat-tagħrif analitiku li jkollu x’jaqsam mat-testijiet imwettqa matul in-nofs sena ta’ qabel. Ir-riżultati għandhom jitqiesu mill-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijiet skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 39 tar-Regolament Nru 136/66/KEE. Artikolu 9 Ir-Regolament (KEE) Nru 1058/77 huwa b’dan il-mezz revokat. Artikolu 10 1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta l-Komunitajiet Ewropej. Iżda, il-metodu stabbilit f’Anness XII għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 1992, għajr sa fejn għandhom x’jaqsmu l-operazzjonijiet marbuta mas-sistema ta’ intervent. 2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għaż-żejt taż-żebbuġa u għaż-żejt tal-fdal taż-żebbuġa ppakkjat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mpoġġi fis-suq sal-31 ta’ Ottubru 1992. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul Brussel, fil-11 ta’ Lulju 1991. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru 172, 30. 9. 1966, p. 3025/66. [2] ĠU Nru L 353, 17. 12. 1990, p. 23. [3] ĠU Nru L 128, 24. 5. 1977, p. 6. [4] ĠU Nru L 166, 1. 7. 1988, p. 10. -------------------------------------------------- ANNESSI Sommarju | | Paġna | Anness I: | Karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa … | 372 | Anness II: | Determinazzjoni tal-aċidi grassi liberi … | 374 | Anness III: | Determinazzjoni tal-valur tal-perossidu … | 376 | Anness IV: | Determinazzjoni tal-kontenut tal-alkoħol alifatiku bil-kromatografija kapillari tal- gass … | 378 | Anness V: | Determinazzjoni tal-kompożizzjoni u l-kontenut ta’ steroli bil-kromatografija kolonna-kapillari tal-gass … | 383 | Anness VI: | Determinazzjoni tal-erythrodiol u l-uvaol … | 391 | Anness VII: | Determinazzjoni tal-aċidi grassi saturati fil-pożizzjoni 2 tat-trigliceride … | 393 | Anness VIII: | Determinazzjoni tal-kompożizzjoni tat-trilinolina … | 397 | Anness IX: | Investigazzjoni spettrofotometrika fl-ultravjola … | 401 | Anness XA: | Analiżi bil-kromatografija tal-gass tal-esteri tal-metilltal-aċidi grassi … | 405 | Anness XB: | Preparazzjoni tal-esteri tal-metilltal-aċidi grassi … | 413 | Anness XI: | Determinazzjoni tas-solventi aloġenati volatili taż-żejt taż-żebbuġa … | 417 | Anness XII: | Stima organolettika taż-żejt verġni taż-żebbuġa … | 418 | Anness XIII: | Prova li jkun sar ir-raffinar … | 444 | Anness XIV: | Noti addizzjonali 2, 3 u 4 għall-Kapitolu 15 tan-nomenklatura magħquda … | 446 | Anness XV: | Kontenut ta’ żejt tal-fdal taż-żebbuġa … | 449 | Anness XVI: | Determinazzjoni tal-valur tal-jodju … | 451 | --------------------------------------------------