EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R2220

Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022

OJ L 437, 28.12.2020, p. 1–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2220/oj

28.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 437/1


REGOLAMENT (UE) 2020/2220 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Diċembru 2020

li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni dwar il-politika agrikola komuni (PAK) lil hinn mill-2020 kellhom l-għan li jistabbilixxu qafas sod tal-Unjoni li huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-PAK tibqa’ politika komuni b’kundizzjonijiet ekwi, filwaqt li l-Istati Membri jingħataw aktar responsabbiltà fir-rigward ta’ kif jissodisfaw l-objettivi u jilħqu l-miri stabbiliti. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet strateġiċi tal-PAK u jimplimentawhom wara li jiġu approvati mill-Kummissjoni.

(2)

Il-proċedura leġiżlattiva rigward il-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni dwar il-PAK lil hinn mill-2020 ma ġietx konkluża fil-ħin biex tippermetti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jħejju l-elementi kollha meħtieġa biex japplikaw il-qafas legali l-ġdid u l-pjanijiet strateġiċi tal-PAK mill-1 ta’ Jannar 2021, kif kien propost inizjalment mill-Kummissjoni. Dak id-dewmien ħoloq inċertezza u riskji għall-bdiewa fl-Unjoni u għas-settur agrikolu tal-Unjoni kollu kemm hu. Sabiex tittaffa dik l-inċertezza u tinżamm il-vitalità taż-żoni u r-reġjuni rurali kif ukoll biex jingħata kontribut għas-sostenibbiltà ambjentali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi t-tkomplija tal-applikazzjoni tar-regoli tal-qafas attwali tal-PAK li jkopri l-perijodu mill-2014 sal-2020 (“il-qafas attwali tal-PAK”) u l-pagamenti mingħajr interruzzjonijiet lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra, u b’hekk jipprovdi prevedibbiltà u stabbiltà matul il-perijodu tranżizzjonali fis-snin 2021 u 2022 (“perijodu tranżizzjonali”) sad-data tal-applikazzjoni tal-qafas legali l-ġdid li jkopri l-perijodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2023 (“qafas legali ġdid”).

(3)

Peress li l-proċedura leġiżlattiva rigward il-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni dwar il-PAK lil hinn mill-2020 għad trid tiġi konkluża u l-pjanijiet strateġiċi tal-PAK għadhom iridu jiġu żviluppati mill-Istati Membri, u jeħtieġ li jiġu kkonsultati l-partijiet ikkonċernati, il-qafas attwali tal-PAK jenħtieġ li jkompli japplika għall-perijodu addizzjonali ta’ sentejn. L-għan tal-perijodu tranżizzjonali huwa li jiffaċilita tranżizzjoni bla xkiel għall-benefiċjarji għal perijodu ta’ programmazzjoni ġdid u li jipprevedi l-possibbiltà li titqies il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (“Patt Ekoloġiku Ewropew”).

(4)

Sabiex jiġi żgurat li jista’ jingħata appoġġ lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fis-snin 2021 u 2022, jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tagħti tali appoġġ matul il-perijodu tranżizzjonali skont il-kundizzjonijiet tal-qafas attwali tal-PAK. Il-qafas attwali tal-PAK ġie stabbilit, b’mod partikolari, bir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 (4), (UE) Nru 1305/2013 (5), (UE) Nru 1306/2013 (6), (UE) Nru 1307/2013 (7) u (UE) Nru 1308/2013 (8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(5)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jagħti lill-Istati Membri żmien biżżejjed biex iħejju l-pjanijiet strateġiċi rispettivi tagħhom dwar il-PAK, kif ukoll jiffaċilita l-ħolqien ta’ strutturi amministrattivi meħtieġa biex il-qafas legali l-ġdid jiġi implimentat b’suċċess, b’mod partikolari billi jippermetti żieda fl-assistenza teknika. Jenħtieġ li l-pjanijiet strateġiċi kollha tal-PAK ikunu lesti biex jidħlu fis-seħħ ladarba jintemm il-perijodu tranżizzjonali sabiex tiġi pprovduta stabbiltà u ċertezza tant meħtieġa għas-settur tal-biedja.

(6)

Fid-dawl tal-fatt li jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tappoġġa l-iżvilupp rurali matul il-perijodu tranżizzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jiffinanzjaw il-programmi estiżi tagħhom tal-iżvilupp rurali mill-allokazzjoni baġitarja korrispondenti għas-snin 2021 u 2022. Il-programmi estiżi jenħtieġ li jiżguraw tal-inqas l-istess sehem globali tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR tiġi riżervata għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 59(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, f’konformità mal-ambizzjonijiet il-ġodda stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jistabbilixxi regoli komuni applikabbli għall-FAEŻR u għal fondi oħrajn li joperaw taħt qafas komuni. Dak ir-Regolament jenħtieġ li jkompli japplika għall-programmi appoġġati mill-FAEŻR għall-perijodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 u għas-snin ta’ programmazzjoni 2021 u 2022.

(8)

L-iskadenzi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-rapporti ta’ implimentazzjoni, tal-laqgħat annwali ta’ rieżami, tal-evalwazzjonijiet ex post u tar-rapporti ta’ sinteżi, tal-eliġibbiltà tan-nefqa u d-diżimpenn kif ukoll tal-impenji baġitarji huma limitati għall-perijodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. Dawk l-iskadenzi jenħtieġ li jiġu adattati sabiex jitqies it-tul ta’ żmien estiż tal-perijodu li matulu jenħtieġ li jiġu implimentati l-programmi relatati mal-appoġġ mill-FAEŻR.

(9)

Ir-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 (10) jipprevedu li n-nefqa għal ċerti impenji fit-tul meħuda skont ċerti regolamenti li taw appoġġ għall-iżvilupp rurali qabel ma kien applikabbli r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jenħtieġ li, taħt ċerti kundizzjonijiet, tibqa’ titħallas mill-FAEŻR fil-perijodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. Dik in-nefqa jenħtieġ li tkompli tkun eliġibbli wkoll għat-tul tal-impenn legali rispettiv tagħhom bl-istess kundizzjonijiet fis-snin ta’ programmazzjoni 2021 u 2022. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li l-impenji legali meħuda taħt miżuri preċedenti li jikkorrispondu għall-miżuri tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, li għalihom tapplika s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal dik is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u li l-pagamenti relatati ma’ dawk l-impenji legali jenħtieġ li jsiru fil-perijodu mill-1 ta’ Diċembru sat-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja ta’ wara.

(10)

Il-FAEŻR jenħtieġ li jkun jista’ jappoġġa l-ispejjeż tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u azzjonijiet preparatorji li jappoġġaw it-tfassil u l-implimentazzjoni futura tal-istrateġiji tal-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità taħt il-qafas legali l-ġdid.

(11)

Fl-2015, fl-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament jew fil-kalkolu mill-ġdid tad-drittijiet għall-pagamenti għall-Istati Membri li jżommu d-drittijiet eżistenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, xi Stati Membri għamlu żbalji fl-istabbiliment tan-numru jew tal-valur tad-drittijiet għall-pagament. Ħafna minn dawn l-iżbalji, anke meta dawn seħħew fir-rigward ta’ bidwi wieħed, jinfluwenzaw il-valur tad-drittijiet għall-pagament għall-bdiewa kollha u għas-snin kollha. Xi Stati Membri anke għamlu żbalji wara l-2015, meta allokaw drittijiet mir-riżerva, pereżempju fil-kalkolu tal-valur medju. Normalment, tali nuqqas ta’ konformità jkun soġġett għal korrezzjoni finanzjarja sakemm jittieħdu miżuri korrettivi mill-Istat Membru kkonċernat. Fid-dawl taż-żmien li għadda mill-ewwel allokazzjoni, l-isforzi li għamlu l-Istati Membri biex jistabbilixxu, u fejn rilevanti, jikkoreġu d-drittijiet, u anke fl-interess taċ-ċertezza legali, l-għadd u l-valur tad-drittijiet għall-pagament jenħtieġ li jitqiesu bħala legali u regolari b’effett minn ċerta data.

(12)

Skont l-Artikolu 24(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri ngħataw l-għażla li japplikaw għall-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament koeffiċjent ta’ tnaqqis għall-ettari eliġibbli li jikkonsistu fi bwar permanenti li jinsabu f’żoni b’kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli. Il-mergħat tal-Alpi spiss jiġu ġestiti b’mod kollettiv u għalhekk iż-żoni huma assenjati fuq bażi annwali, u b’hekk jinħoloq livell sinifikanti ta’ inċertezza fost il-bdiewa fl-Istati Membri kkonċernati. L-implimentazzjoni ta’ dik is-sistema wriet li hija partikolarment kumplessa speċjalment fir-rigward tad-definizzjoni eżatta taż-żoni kkonċernati. Peress li l-valur tad-drittijiet għall-pagament f’żoni fejn il-koeffiċjent ta’ tnaqqis ma jiġix applikat jiddependi mis-somma tad-drittijiet għall-pagament fiż-żoni speċifikati, dik l-inċertezza sussegwentement taffettwa lill-bdiewa kollha fl-Istati Membri kkonċernati. Sabiex tiġi stabbilizzata s-sistema attwalment applikata f’dawk l-Istati Membri, u bil-ħsieb li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-bdiewa kollha fl-Istati Membri kkonċernati kmieni kemm jista’ jkun, jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jkunu jistgħu jqisu bħala legali u regolari l-valur u n-numru tad-drittijiet kollha allokati lill-bdiewa kollha qabel l-1 ta’ Jannar 2020. Jenħtieġ li l-valur ta’ dawk id-drittijiet, bla ħsara għal kwalunkwe rimedju legali disponibbli għall-benefiċjarji individwali, ikun il-valur għas-sena kalendarja 2019 validu fil-31 ta’ Diċembru 2019.

(13)

Il-konferma tad-drittijiet għall-pagament ma tirrappreżentax eżenzjoni mir-responsabbiltà tal-Istati Membri taħt il-ġestjoni kondiviża tal-FAEG biex jiżguraw il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni minn infiq irregolari. Għalhekk, il-konferma tad-drittijiet għall-pagament allokati lill-bdiewa qabel l-1 ta’ Jannar 2021 jew, bħala deroga, qabel l-1 ta’ Jannar 2020, jenħtieġ li ma tippreġudikax is-setgħa tal-Kummissjoni li tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 b’rabta ma’ pagamenti irregolari mogħtija fir-rigward ta’ kwalunkwe sena kalendarja sal-2020 inkluża jew, bħala deroga sal-2019 inkluża, li jirriżultaw minn żbalji fl-għadd jew fil-valur ta’ dawn id-drittijiet għall-pagament.

(14)

Fid-dawl tal-fatt li l-qafas legali l-ġdid għall-PAK għadu ma ġiex adottat, jenħtieġ li jkun ċar li arranġamenti tranżizzjonali jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jirregolaw it-tranżizzjoni minn skemi ta’ appoġġ eżistenti mogħtija fuq bażi pluriennali għall-qafas legali l-ġdid.

(15)

Sabiex jiġi limitat trasferiment sinifikanti ta’ impenji mill-perijodu ta’ programmazzjoni attwali għall-iżvilupp rurali lejn il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, iż-żmien kemm idumu l-impenji pluriennali l-ġodda fir-rigward tal-klima agroambjentali, tal-biedja organika u tat-trattament xieraq tal-annimali jenħtieġ li, bħala regola ġenerali, ikun limitat għal perijodu massimu ta’ tliet snin. Mill-2022, jenħtieġ li l-estensjoni tal-impenji eżistenti tkun limitata għal sena.

(16)

L-Artikolu 31(5) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 kien jipprevedi arranġamenti tranżizzjonali biex tiġi ffaċilitata t-tneħħija gradwali ta’ pagamenti f’żoni li, minħabba l-applikazzjoni ta’ kriterji ġodda ta’ delimitazzjoni, ma jibqgħux jitqiesu bħala żoni li qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali. Tali pagamenti kellhom jitħallsu sal-2020 u għal perijodu massimu ta’ erba’ snin. Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) estenda l-iskadenza inizjali għad-delimitazzjoni l-ġdida ta’ dawn iż-żoni sal-2019. Għall-bdiewa fl-Istati Membri li stabbilixxew id-delimitazzjoni fl-2018 u fl-2019, it-tneħħija gradwali tal-pagamenti ma setgħetx tilħaq il-massimu ta’ erba’ snin. Sabiex ikomplu t-tneħħija gradwali tal-pagamenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew ikomplu jħallsuhom fis-snin 2021 u 2022, fejn applikabbli. Sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta’ pagamenti għal kull ettaru, f’konformità mal-Artikolu 31(5) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jenħtieġ li l-livell tal- pagamenti fis-snin 2021 u 2022 jiġi ffissat għal EUR 25 għal kull ettaru.

(17)

Peress li l-bdiewa huma esposti għal riskji ekonomiċi u ambjentali li qed jiżdiedu bħala konsegwenza tat-tibdil fil-klima u l-volatilità akbar tal-prezzijiet, ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jipprevedi miżura ta’ ġestjoni tar-riskji biex tgħin lill-bdiewa jindirizzaw dawk ir-riskji. Dik il-miżura tinkludi kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi u għodda għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu. Ġew previsti kundizzjonijiet speċifiċi għall-għoti ta’ appoġġ skont dik il-miżura sabiex jiġi żgurat li l-bdiewa jirċievu trattament ugwali madwar l-Unjoni, il-kompetizzjoni ma tkunx imfixkla u jkun hemm konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni. Sabiex ikompli jiġi promoss l-użu ta’ dik il-miżura għall-bdiewa tas-setturi kollha, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jnaqqsu l-limitu ta’ 30 % li jiskatta l-kumpens tal-bdiewa għat-tnaqqis fil-produzzjoni jew l-introjtu applikabbli għall-għodda rispettiva, għalkemm għal mhux inqas minn 20 %.

(18)

Il-bdiewa u n-negozji rurali ġew affettwati mill-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 b’mod bla preċedent. L-estensjoni ta’ restrizzjonijiet estensivi fuq il-moviment stabbilit fl-Istati Membri, kif ukoll għeluq obbligatorju ta’ ħwienet, swieq fil-beraħ, ristoranti u stabbilimenti oħra ta’ ospitalità, ħolqu tfixkil ekonomiku fis-settur agrikolu u fil-komunitajiet rurali u wasslu għal problemi ta’ likwidità u tal-fluss ta’ flus kontanti -għall-bdiewa u għal negozji żgħar attivi fl-ipproċessar, il-kummerċ jew l-iżvilupp ta’ prodotti agrikoli. Sabiex jirrispondi għall-impatt tal-kriżi li tirriżulta mit-tifqigħa tal-COVID-19, it-tul tal-miżura msemmija fl-Artikolu 39b tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandu jiġi estiż biex jiġu indirizzati l-problemi ta’ likwidità li għaddejjin li jpoġġu f’riskju il-kontinwità ta’ attivitajiet tal-biedja u ta’ negozji żgħar attivi fl-ipproċessar, il-kummerċ jew l-iżvilupp ta’ prodotti agrikoli. L-appoġġ għal dik il-miżura jenħtieġ li jkun iffinanzjat b’sa 2 % tal-fondi tal-FAEŻR allokati lill-Istati Membri fil-perjodu tal-programmazzjoni 2014-2020.

(19)

Sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-fondi għal żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fis-snin ta’ programmazzjoni 2021 u 2022 ma jintefqux, jenħtieġ li l-Istati Membri li jagħmlu użu mill-possibbiltà li jittrasferixxu ammonti mill-pagamenti diretti għall-iżvilupp rurali jkunu jistgħu japplikaw l-allokazzjoni minima ta’ 5 %, u fil-każ tal-Kroazja 2,5 %, għal żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fil-każ biss tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għall-iżvilupp rurali estiża sal-31 ta’ Diċembru 2022 ikkalkulata qabel ma jkun sar it-trasferiment ta’ ammonti mill-pagament dirett.

(20)

F’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 (12) li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (‘EURI’) biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (‘ir-Regolament EURI’), jenħtieġ li jsiru disponibbli riżorsi addizzjonali għas-snin 2021 u 2022 biex jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha għas-settur tal-agrikoltura u ż-żoni rurali tal-Unjoni.

(21)

Minħabba l-isfidi bla preċedent li s-settur agrikolu u ż-żoni rurali tal-Unjoni qed jiffaċċjaw kaġun tal-kriżi tal-COVID-19, ir-riżorsi addizzjonali pprovduti mill-EURI jenħtieġ li jintużaw biex jiffinanzjaw miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, li jwittu t-triq għal irkupru ekonomiku reżiljenti, sostenibbli u diġitali f’konformità mal-objettivi tal-impenji ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni u mal-ambizzjonijiet il-ġodda stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew.

(22)

L-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li ma jnaqqsux l-ambizzjoni ambjentali tal-programmi għall-iżvilupp rurali eżistenti tagħhom. Jenħtieġ li jiżguraw l-istess sehem globali għar-riżorsi addizzjonali bħas-sehem li rriżervaw fil-programmi għall-iżvilupp rurali tagħhom għal miżuri li huma partikolarment ta’ benefiċċju għall-ambjent u l-klima taħt il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR (“il-prinċipju ta’ nonrigressjoni”). Barra minn hekk, mill-inqas 37 % tar-riżorsi addizzjonali pprovduti mill-EURI jentħieġ li jkunu ddedikati għal miżuri li huma partikolarment ta’ benefiċċju għall-ambjent u l-klima, kif ukoll għat-trattament xieraq tal-annimali u LEADER. Apparti dan, mill-inqas 55 % ta’ dawk ir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jkunu ddedikati għal miżuri li jippromwovu żvilupp ekonomiku u soċjali fiż-żoni rurali, jiġifieri għal investimenti f’assi fiżiċi, l-iżvilupp tal-azjendi agrikoli u tan-negozju, l-appoġġ għal servizzi bażiċi u t-tiġdid tal-irħula f’żoni rurali u l-kooperazzjoni.

(23)

Fil-każ li l-Istati Membri b’xi mod ieħor ma jkunux jistgħu jikkonformaw mal-prinċipju ta’ nonrigressjoni, jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jidderogaw mill-obbligu li jallokaw mill-inqas 55 % tar-riżorsi addizzjonali mill-EURI għal miżuri li jippromwovu żvilupp ekonomiku u soċjali fiż-żoni rurali, u preferibbilment jenħtieġ li jappoġġaw miżuri li huma partikolarment ta’ benefiċċju għall-ambjent u l-klima. Madankollu, sabiex l-Istati Membri jingħataw biżżejjed flessibbiltà, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom ukoll il-possibbiltà li jidderogaw mill-prinċipju ta’ nonrigressjoni fir-rigward ta’ dawk ir-riżorsi addizzjonali sal-punt meħtieġ biex jikkonformaw ma’ dak l-obbligu ta’ 55 %.

(24)

Ir-riżorsi addizzjonali mill-EURI huma soġġetti għal kondizzjonijiet speċifiċi. Dawk ir-riżorsi addizzjonali għalhekk jenħtieġ li jiġu pprogrammati u mmonitorjati b’mod separat mill-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, filwaqt li jiġu applikati, bħala regola ġenerali, ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Għaldaqstant, dawk ir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu implimentati permezz tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u jitqiesu fil-qafas ta’ dak ir-Regolament bħala ammonti li jiffinanzjaw il-miżuri taħt il-FAEŻR. B’konsegwenza ta’ dan, ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, inkluż ir-regoli dwar l-emendi tal-programmi għall-iżvilupp rurali, ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, inkluż ir-regoli dwar id-diżimpenn awtomatiku, u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jenħtieġ li, japplikaw, ħlief fejn dan ir-Regolament jipprevedi mod ieħor.

(25)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita rata massima speċifika ta’ kofinanzjament tal-Unjoni, kif ukoll żieda fir-rata ta’ appoġġ għall-investimenti li jikkontribwixxu għal irkupru ekonomiku reżiljenti, sostenibbli u diġitali, u għajnuna ta’ appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ sabiex jiġi żgurat l-effett ta’ ingranaġġ adegwat tar-riżorsi addizzjonali pprovduti mill-EURI.

(26)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità matul il-perijodu tranżizzjonali, jenħtieġ li tinżamm ir-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu għas-snin 2021 u 2022. L-ammont rilevanti tar-riżerva għas-snin 2021 u 2022 jenħtieġ li jkun inkluż f’dik ir-riżerva.

(27)

Fir-rigward tal-arranġamenti ta’ prefinanzjament mill-FAEŻR, jenħtieġ li jiġi ċċarat li la l-estensjoni sal-31 ta’ Diċembru 2022 ta’ programmi appoġġati mill-FAEŻR f’konformità ma’ dan ir-Regolament u lanqas ir-riżorsi addizzjonali li jsiru disponibbli abbażi tar-Regolament dwar l-EURI ma jenħtieġ li jwasslu għal xi prefinanzjament addizzjonali mogħti għall-programmi kkonċernati.

(28)

L-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bħalissa jipprevedi biss l-obbligu ta’ notifika għall-Istati Membri fir-rigward tad-deċiżjonijiet tagħhom meħuda f’konformità ma’ dak l-Artikolu u l-prodott stmat relatat mat-tnaqqis tal-parti tal-ammont ta’ pagamenti diretti li għandhom jingħataw lil bidwi għal sena kalendarja partikolari li jaqbeż EUR 150 000 għas-snin 2015 sal-2020. Bil-għan li tiġi żgurata kontinwazzjoni tas-sistema eżistenti, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw ukoll id-deċiżjonijiet tagħhom meħuda f’konformità ma’ dak l-Artikolu u l-prodott stmat relatat mat-tnaqqis għas-snin kalendarji 2021 u 2022.

(29)

L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jippermetti lill-Istati Membri jittrasferixxu fondi bejn il-pagamenti diretti u l-iżvilupp rurali fir-rigward tas-snin kalendarji 2014 sal-2020. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jsegwu l-istrateġija tagħhom stess, il-flessibbiltà bejn il-pilastri jenħtieġ li ssir disponibbli wkoll għas-sena kalendarja 2021 (is-sena finanzjarja 2022) u s-sena kalendarja 2022 (is-sena finanzjarja 2023).

(30)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi l-limiti massimi baġitarji skont l-Artikolu 22(1), l-Artikolu 36(4), l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 49(2), l-Artikolu 51(4) u l-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji skont l-iskema għas-sena kalendarja 2021 sad-19 ta’ Frar 2021 u għas-sena kalendarja 2022 sal-1 ta’ Awwissu 2021.

(31)

L-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jipprevedi aġġustament lineari tal-valur tad-drittijiet għall-pagament f’każ ta’ bidla fil-limitu massimu għall-iskema ta’ pagament bażiku minn sena għall-oħra minħabba ċerti deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri u li jaffettwaw il-limitu massimu għall-iskema ta’ pagament bażiku. L-estensjoni tal-Anness II għal dak ir-Regolament dwar il-limiti massimi nazzjonali wara s-sena kalendarja 2020 u l-bidliet annwali possibbli minn dik id-data jista’ jkollhom impatt fuq il-limitu massimu għall-iskema ta’ pagament bażiku. Għalhekk, biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrispettaw l-obbligu li t-total tal-valur tad-drittijiet għall-pagament u r-riżerva/i jkun ugwali għal-limitu massimu għall-iskema ta’ pagament bażiku stipulata fl-Artikolu 22(4) ta’ dak ir-Regolament, huwa xieraq li jiġi previst aġġustament lineari biex jadatta għall-estensjoni ta’ jew l-emendi għall-Anness II għal dak ir-Regolament matul il-perijodu tranżizzjonali. Barra minn hekk, sabiex tiġi pprovduta lill-Istati Membri flessibbiltà akbar, jidher li huwa xieraq li huma jitħallew jadattaw il-valur tad-drittijiet għall-pagament jew tar-riżerva, possibbilment b’rati differenti ta’ aġġustament.

(32)

F’konformità mal-qafas legali attwali, l-Istati Membri fl-2014 innotifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom sas-sena kalendarja 2020 dwar id-diviżjoni tal-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament bażiku bejn ir-reġjuni u l-modifiki progressivi annwali possibbli għall-perijodu kopert mir-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw ukoll dawk id-deċiżjonijiet għas-snin kalendarji 2021 u 2022.

(33)

Il-mekkaniżmu ta’ konverġenza interna huwa l-proċess ewlieni għal distribuzzjoni aktar ekwa ta’ appoġġ dirett għall-introjtu fost il-bdiewa. Differenzi individwali sinifikanti bbażati fuq referenzi storiċi antiki jsiru dejjem aktar diffiċli biex jiġu ġġustifikati. Fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-mudell bażiku ta’ konverġenza interna jikkonsisti fl-applikazzjoni mill-Istati Membri ta’ rata fissa uniformi għad-drittijiet għall-pagament kollha, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, mill-2015. Madankollu, sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni aktar bla xkiel għal valur uniformi, ġiet stabbilita deroga li tippermetti lill-Istati Membri jiddifferenzjaw il-valuri tad-drittijiet għall-pagament billi japplikaw konverġenza parzjali, li tissejjaħ ukoll il-“mudell mina”, bejn l-2015 u l-2019. Xi Stati Membri għamlu użu minn dik id-deroga. Sabiex jitkompla l-proċess lejn distribuzzjoni aktar ekwa tal-pagamenti diretti, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkonverġu aktar lejn medja nazzjonali jew reġjonali wara l-2019 minflok ma jmorru għal rata fissa uniformi jew iżommu l-valur tad-drittijiet fil-livell tagħhom tal-2019. Jenħtieġ li dik il-possibbiltà għall-Istati Membri tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali dwar id-deċiżjoni tagħhom għas-sena ta’ wara.

(34)

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 dwar l-aġġustament tad-drittijiet għall-pagament kollha li qed jiġu emendati b’dan ir-Regolament japplikaw b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2020 sabiex jiġi ċċarat li l-Istati Membri setgħu kkonverġew wara l-2019.

(35)

L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jipprevedi modifiki progressivi annwali fil-valur tad-drittijiet għall-pagament allokati mir-riżerva biex jirriflettu l-passi annwali tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għal dak ir-Regolament, li jirriflettu ġestjoni pluriennali tar-riżerva. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jiġu adattati sabiex jirriflettu li huwa possibbli li jiġu emendati kemm il-valur tad-drittijiet għall-pagament allokati kollha kif ukoll tar-riżerva biex jaġġustaw għal bidla fl-ammont fl-Anness II għal dak ir-Regolament bejn sentejn. Fl-Istati Membri li jiddeċiedu li jkomplu bil-konverġenza interna, dik il-konverġenza interna tiġi implimentata fuq bażi annwali. Għas-snin kalendarji 2020, 2021 u 2022, huwa biss il-valur tad-dritt għall-pagament tas-sena attwali li jeħtieġ jiġi ddeterminat fis-sena tal-allokazzjoni. Il-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament li jridu jiġu allokati mir-riżerva f’sena partikolari jenħtieġ li jiġi kkalkulat wara aġġustament possibbli tar-riżerva f’konformità mal-Artikolu 22(5) ta’ dak ir-Regolament. Fi kwalunkwe sena sussegwenti, il-valur tad-drittijiet għall-pagament allokati mir-riżerva jenħtieġ li jiġi adattat f’konformità mal-Artikolu 22(5) ta’ dak ir-Regolament.

(36)

L-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jipprevedi l-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja sal-31 ta’ Diċembru 2020. Huwa xieraq li tkun permessa l-estensjoni tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja fis-snin 2021 u 2022.

(37)

Billi l-emenda, stabbilita f’dan ir-Regolament, għall-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ser tidħol fis-seħħ tard wisq biex l-Istati Membri josservaw l-iskadenza oriġinali għal ċerti obbligi ta’ notifika fl-2020, huwa meħtieġ li tiġi posposta l-iskadenza għall-Istati Membri biex jieħdu d-deċiżjoni li jintroduċu għall-ewwel darba l-pagament ridistributtiv mill-2021 jew l-2022, u n-notifika ta’ dik id-deċiżjoni lill-Kummissjoni. Huwa xieraq li dik l-iskadenza tiġi stabbilita fl-istess żmien bħall-iskadenza għad-deċiżjonijiet dwar il-flessibbiltà bejn il-pilastri.

(38)

Skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja jistgħu jiddeċiedu li jagħtu għajnuna nazzjonali tranżizzjonali fil-perijodu 2015-2020 biex jiġi evitat tnaqqis f’daqqa u sostanzjali ta’ appoġġ f’dawk is-setturi li bbenefikaw minn għajnuna nazzjonali tranżizzjonali sal-2014. Sabiex jiġi żgurat li, matul il-perijodu tranżizzjonali, tali għajnuna tkompli taqdi r-rwol tagħha fl-appoġġ tal-introjtu tal-bdiewa f’dawk is-setturi speċifiċi, jenħtieġ li tkun prevista l-kontinwazzjoni ta’ dik l-għajnuna taħt l-istess kundizzjonijiet u limitazzjonijiet bħal fil-perijodu 2015-2020.

(39)

Għall-finijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Artikoli 41 u 42 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jippermettu lill-Istati Membri jirrieżaminaw, fuq bażi annwali, id-deċiżjonijiet tagħhom dwar il-pagament ridistributtiv. L-iskadenza għar-reviżjoni applikabbli fl-2021 u fl-2022 jenħtieġ li tiġi stabbilita fl-istess ħin li tiġi stabbilita l-iskadenza għad-deċiżjonijiet dwar il-flessibbiltà bejn il-pilastri.

(40)

L-Artikolu 52(10) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati li jippermettu lill-Istati Membru jiddeċiedu li l-appoġġ akkoppjat volontarju jista’ jkompli jitħallas sal-2020 fuq il-bażi tal-unitajiet tal-produzzjoni li għalihom ingħata tali appoġġ f’perijodu ta’ referenza fl-imgħoddi. Dik lis-setgħa għandha l-għan li jiżgura l-akbar konsistenza possibbli bejn l-iskemi tal-Unjoni mmirati lejn setturi li jistgħu jintlaqtu mill-iżbilanċi strutturali fis-suq. Għalhekk huwa xieraq li dik is-setgħa tingħata għal aktar żmien sabiex tkopri wkoll is-snin 2021 u 2022.

(41)

Billi l-emenda, stabbilita f’dan ir-Regolament għall-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ser tidħol fis-seħħ tard wisq biex l-Istati Membri josservaw l-iskadenza oriġinali għal ċerti obbligi ta’ notifika fl-2020, huwa meħtieġ li tiġi posposta l-iskadenza għall-Istati Membri biex jieħdu d-deċiżjoni li jintroduċu għall-ewwel darba l-appoġġ akkoppjat volontarju mill-2021 jew l-2022 u n-notifika ta’ dik id-deċiżjoni lill-Kummissjoni. Huwa xieraq li dik l-iskadenza tiġi stabbilita fl-istess żmien bħall-iskadenza għad-deċiżjonijiet dwar il-flessibbiltà bejn il-pilastri. Bl-istess mod, l-iskadenza għal deċiżjoni tal-Istati Membri li jkomplu jew jieqfu jagħtu appoġġ akkoppjat volontarju fis-snin 2021 u 2022, u n-notifika ta’ dik id-deċiżjoni lill-Kummissjoni, jenħtieġ li jiġu posposti għall-istess data.

(42)

L-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jistabbilixxi l-elementi tan-notifiki tal-Istati Membri dwar l-appoġġ akkoppjat volontarju. Huwa xieraq li jiġi ċċarat li dawk in-notifiki għas-snin kalendarji 2021 u 2022 jenħtieġ li jinkludu l-perċentwal tal-limitu massimu nazzjonali użat biex jiffinanzja dak l-appoġġ għas-snin 2021 u 2022.

(43)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula regoli għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u jinkludi ċerti skemi ta’ għajnuna. Il-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni dwar il-PAK wara l-2020 ipprovdew li dawk l-iskemi ta’ għajnuna jiġu integrati fil-pjanijiet strateġiċi futuri tal-PAK tal-Istati Membri. Sabiex tiġi żgurata integrazzjoni bla xkiel ta’ dawk l-iskemi ta’ għajnuna fil-PAK futura, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull waħda minn dawk l-iskemi ta’ għajnuna meta jridu jiġu mġedda matul il-perijodu tranżizzjonali. Għalhekk, fir-rigward tal-iskema ta’ għajnuna fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, il-programmi ta’ ħidma eżistenti mfassla għall-perijodu li jibda mill-1 ta’ April 2018 sal-31 ta’ Marzu 2021 jenħtieġ li jiġu segwiti minn programmi ta’ ħidma ġodda għall-perijodu mill-1 ta’ April 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2022. Il-programmi operazzjonali eżistenti fis-settur tal-frott u l-ħaxix li ma laħqux it-tul ta’ żmien massimu tagħhom ta’ ħames snin jistgħu jiġu estiżi biss sal-31 ta’ Diċembru 2022. Jenħtieġ li l-programmi operazzjonali l-ġodda fis-settur tal-frott u l-ħaxix jiġu approvati biss għal tul ta’ żmien massimu ta’ tliet snin. Jenħtieġ li l-programmi nazzjonali eżistenti għas-settur tal-apikultura mfassla għall-perijodu mill-1 ta’ Awwissu 2019 sal-31 ta’ Lulju 2022 jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2022.

(44)

Minħabba l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, il-vitikulturi li jkollhom awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta’ taħwil ġdid jew għat-taħwil mill-ġdid li jiskadu fl-2020, fil-biċċa l-kbira ma setgħux jagħmlu l-użu ppjanat ta’ dawk l-awtorizzazzjonijiet matul l-aħħar sena tal-validità tagħhom. Sabiex jiġi evitat it-telf ta’ dawk l-awtorizzazzjonijiet u jitnaqqas ir-riskju tad-deterjorament tal-kundizzjonijiet li fihom ikun meħtieġ li jsir it-taħwil, huwa meħtieġ li tkun permessa estensjoni tal-validità tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil għal taħwil ġdid jew għat-taħwil mill-ġdid li jiskadu fl-2020. Jenħtieġ għalhekk li l-awtorizzazzjonijiet kollha għat-taħwil ta’ taħwil ġdid jew għat-taħwil mill-ġdid li jiskadu fl-2020 jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2021. Barra minn hekk, meta jitqiesu l-bidliet fil-perspettivi tas-suq, jenħtieġ li d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil li jiskadu fl-2020 ikollhom il-possibbiltà li ma jużawx l-awtorizzazzjonijiet tagħhom mingħajr ma jkunu soġġetti għall-penali amministrattivi.

(45)

Id-dispożizzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta’ taħwil ġdid jew għat-taħwil mill-ġdid li kienu ser jiskadu fl-2020, li ġiet emendata minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li, minħabba t-tfixkil kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u d-diffikultajiet li kkawżat fir-rigward tal-użu ta’ dawk l-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil, tapplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2020

(46)

Fl-2013, ġew stabbiliti dispożizzjonijiet tranżizzjonali sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mis-sistema preċedenti tad-drittijiet għat-taħwil tal-għeneb tal-inbid għall-iskema l-ġdida ta’ awtorizzazzjonijiet għat-taħwil, b’mod partikolari sabiex jiġi evitat it-taħwil eċċessiv qabel il-bidu ta’ dik l-iskema l-ġdida. L-aħħar skadenza għall-preżentazzjoni tat-talbiet għal konverżjoni tad-drittijiet għat-taħwil f’awtorizzazzjonijiet tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. Madankollu, l-awtorizzazzjonijiet iridu jintużaw mill-applikant u mhumiex negozjabbli bħalma kienu d-drittijiet għat-taħwil ta’ qabel. Barra minn hekk, l-applikanti għal awtorizzazzjonijiet jistgħu jintalbu li jkollhom żona tal-vinji korrispondenti, li jista’ jwassal għal sitwazzjonijiet fejn id-detenturi tad-drittijiet għat-taħwil ikunu għadhom ma rnexxilhomx jakkwistaw iż-żoni tal-vinji korrispondenti biex jużaw l-awtorizzazzjonijiet li jirriżultaw mill-konverżjoni tad-drittijiet għat-taħwil tagħhom. L-impatt ekonomiku qawwi tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-settur tal-inbid wassal għal problemi ta’ likwidità għall-vitikulturi u wkoll għal inċertezza dwar id-domanda futura għall-inbid. Jenħtieġ li l-vitikulturi li għad għadhom d-drittijiet għat-taħwil ma jiġux imġiegħla jiddeċiedu jekk iridux jikkonvertu d-drittijiet għat-taħwil tagħhom f’awtorizzazzjonijiet waqt li jkunu qed jiffaċċjaw diffikultajiet eċċezzjonali minħabba fil-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, speċjalment minħabba li dawn ikunu soġġetti għal penali amministrattiva jekk ma jużawx l-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tagħhom li jirriżultaw mill-konverżjoni. Jenħtieġ għalhekk li dawk l-Istati Membri li ppermettew lill-vitikulturi jissottomettu t-talbiet tagħhom għall-konverżjoni ta’ drittijiet għat-taħwil sal-31 ta’ Diċembru 2020 ikunu jistgħu jestendu l-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ tali talbiet sal-31 ta’ Diċembru 2022. Konsegwentement, l-aħħar data għall-validità ta’ tali awtorizzazzjonijiet konvertiti jenħtieġ li tiġi adattata u jenħtieġ li tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2025.

(47)

L-Artikolu 214a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ippermetta lill-Finlandja tagħti, taħt ċerti kundizzjonijiet, għajnuna nazzjonali fin-Nofsinhar tal-Finlandja sal-2020, soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni. Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-pagamenti ta’ dik l-għajnuna matul il-perijodu tranżizzjonali, jeħtieġ li l-għotja ta’ dik l-għajnuna nazzjonali tibqa’ tiġi permessa bl-istess kundizzjonijiet u bl-istess ammonti bħal fl-2020.

(48)

Sabiex jittejjeb l-operat tas-suq għaż-żejt taż-żebbuġa, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu dwar l-implimentazzjoni ta’ regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni biex jirregolaw il-provvista. Madankollu, jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ deċiżjonijiet bħal dawn jeskludi prattiki li jistgħu joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(49)

Avvenimenti reċenti wrew li l-bdiewa qed jiffaċċjaw dejjem aktar riskji ta’ volatilità tal-introjtu, parzjalment minħabba l-espożizzjoni tas-suq u parzjalment minħabba avvenimenti estremi tat-temp u kriżijiet sanitarji u fitosanitarji frekwenti li jaffettwaw il-popolazzjoni tal-bhejjem u l-assi agronomiċi tal-Unjoni. Sabiex jittaffew l-effetti tal-volatilità tal-introjtu billi l-bdiewa jitħeġġu jagħmlu riżervi fis-snin tajbin biex ilaħħqu mas-snin il-ħżiena, jenħtieġ li l-miżuri nazzjonali tat-taxxa fejn il-bażi tat-taxxa fuq l-introjtu applikata lill-bdiewa tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ perijodu pluriennali jiġu eżentati mill-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(50)

Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jipprovdi għat-tkomplija tal-applikazzjoni tar-regoli tal-qafas attwali tal-PAK u għal pagamenti mingħajr interruzzjonijiet lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra, u b’hekk jipprovdi prevedibbiltà u stabbiltà matul il-perijodu tranżizzjonali, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dawk l-għan.

(51)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament (UE Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

(52)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 jiġu emendati skont dan.

(53)

Sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi addizzjonali disponibbli abbażi tar-Regolament dwar l-ERI jkunu disponibbli mill-1 ta’ Jannar 2021, id-dispożizzjonijiet dwar l-appoġġ tal-EURI f’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw b’mod retroattiv minn dik id-data.

(54)

Minħabba l-ħtieġa imperattiva li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għas-settur tal-agrikoltura fiċ-ċirkostanzi attwali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

KAPITOLU I

L-estensjoni ta’ ċerti perijodi fl-ambitu tar-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1310/2013 u t-tkomplija tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għas-snin ta’ programmazzjoni 2021 u 2022

Artikolu 1

Estensjoni tal-perijodu għat-tul ta’ żmien tal-programmi appoġġati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

1.   Għall-programmi appoġġati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 stabbilit fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Diċembru 2022.

2.   L-estensjoni tal-perijodu għat-tul ta’ żmien tal-programmi appoġġati mill-FAEŻR, imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li titressaq talba biex jiġu emendati programmi ta’ żvilupp rurali għall-perijodu tranżizzjonali kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Din l-emenda għandha tiżgura li tal-anqas l-istess sehem ġenerali tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR hija riżervata għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 59(6) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Tkomplija tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-programmi appoġġati mill-FAEŻR

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu jkompli japplika għal programmi appoġġati mill-FAEŻR skont il-perijodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 u estiżi f’konformità mal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Għall-programmi estiżi f’konformità mal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, ir-referenzi għall-perijodi taż-żmien jew l-iskadenzi fl-Artikolu 50(1), l-Artikolu 51(1), l-Artikolu 57(2) u l-Artikolu 65(2) u (4), u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, għandhom jiġu estiżi b’sentejn.

3.   Għal programmi estiżi f’konformità mal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jemendaw il-miri tagħhom stabbiliti fil-kuntest tal-qafas ta’ prestazzjoni stabbilit fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 biex jistabbilixxu l-miri għall-2025. Għal dawk il-programmi, ir-referenzi għall-miri għall-2023 stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/1303 jew l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 67, l-Artikolu 75(5) jew l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jinqraw bħala referenzi għall-miri għall-2025.

4.   Id-data finali sa meta l-Kummissjoni trid tipprepara rapport ta’ sinteżi li jispjega l-konklużjonijiet ewlenin tal-evalwazzjonijiet ex post tal-FAEŻR previst fl-Artikolu 57(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 3

Eliġibbiltà ta’ ċerti tipi ta’ nfiq matul il-perijodu tranżizzjonali

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament, għall-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u għall-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, in-nefqa msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013 u fl-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014 għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni tal-FAEŻR mill-allokazzjoni tal-2021 u 2022 għal programmi appoġġati mill-FAEŻR li ġew estiżi f’konformità mal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tali nefqa tkun prevista fil-programm rispettiv tal-iżvilupp rurali għas-snin koperti mill-perijodu tranżizzjonali;

(b)

hija applikabbli r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR tal-miżura korrispondenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, kif stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1310/2013 u fl-Anness I għar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014;

(c)

is-sistema msemmija fl-Artikolu 67(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tapplika għall-impenji legali meħuda taħt miżuri li jikkorrispondu għall-appoġġ mogħti skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1) u l-Artikoli 28 sa 31, 33, 34 u 40 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-operazzjonijiet rilevanti jiġu identifikati b’mod ċar; u

(d)

il-pagamenti għall-impenji legali msemmija fil-punt (c) ta’ dan l-Artikolu jsiru fil-perijodu stabbilit fl-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

KAPITOLU II

Preparazzjoni ta’ strateġiji futuri tal-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità fis-snin ta’ programmazzjoni 2021 u 2022

Artikolu 4

Żvilupp lokali mmexxi mill-komunità

Għall-programmi estiżi f’konformità mal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, il-FAEŻR jista’ jappoġġja l-ispejjeż tal-bini tal-kapaċità u tal-azzjonijiet preparatorji li jappoġġjaw it-tfassil u l-implimentazzjoni futura ta’ strateġija tal-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità taħt il-qafas legali l-ġdid.

KAPITOLU III

Drittijiet għall-pagament għal pagamenti diretti lill-bdiewa

Artikolu 5

Drittijiet għall-pagament definittivi

1.   Id-drittijiet għall-pagament allokati lill-bdiewa qabel l-1 ta’ Jannar 2020 għandhom jitqiesu legali u regolari mill-1 ta’ Jannar 2021. Il-valur ta’ dawn id-drittijiet li għandhom jitqiesu bħala legali u regolari għandu jkun il-valur għas-sena kalendarja 2020 validu fil-31 ta’ Diċembru 2020.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru li jkun għamel użu mill-għażla prevista fl-Artikolu 24(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jista’, filwaqt li jirrispetta l-aspettattivi leġittimi tal-bdiewa, jiddeċiedi li d-drittijiet kollha għall-pagamenti allokati qabel l-1 ta’ Jannar 2020 għandhom jitqiesu bħala legali u regolari minn dik id-data. F’dak il-każ, il-valur ta’ dawk id-drittijiet li għandhom jitqiesu bħala legali u regolari għandu jkun il-valur għas-sena kalendarja 2019 validu fil-31 ta’ Diċembru 2019.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 22(5) u l-Artikolu 25(12) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, fir-rigward tal-valur tad-drittijiet għal pagament għas-sena kalendarja 2020 u ’l quddiem.

4.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal drittijiet għall-pagament allokati lill-bdiewa abbażi ta’ applikazzjonijiet fattwalment skorretti, ħlief f’każijiet fejn l-iżball ma setax jiġi raġonevolment identifikat mill-bidwi.

5.   Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jippreġudikaw s-setgħa tal-Kummissjoni li tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 b’rabta man-nefqa mġarrba għall-pagamenti mogħtija fir-rigward tas-snin kalendarji sal-2020, b’tali sena inkluża, meta japplika l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew sal-2019, b’tali sena inkluża, meta japplika l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali relatati mal-iżvilupp rurali

Artikolu 6

Eliġibbiltà tan-nefqa mġarrba skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, u ċerti tipi ta’ nefqa mġarrba skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1698/2005 u (KE) Nru 1257/1999

In-nefqa relatata ma’ impenji legali għal benefiċjarji mġarrba skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, u ċerti tipi ta’ nefqa mġarrba skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (14) u (KE) Nru 1257/1999 (15) tista’ tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR fil-perijodu 2023-2027 mill-1 ta’ Jannar 2023, soġġett għall-kundizzjonijiet li għandhom jiġu determinati f’konformità mal-qafas legali tal-PAK applikabbli fil-perijodu 2023-2027.

TITOLU II

EMENDI

Artikolu 7

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt (h) tal-Artikolu 8(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

tabella li tistabbilixxi, f’konformità mal-Artikolu 58(4) u l-Artikolu 58a(2) ta’ dan ir-Regolament, il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR ippjanata għal kull sena. Dik it-tabella għandha tindika separatament ir-riżorsi addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 58a(2) ta’ dan ir-Regolament. Fejn applikabbli, dik it-tabella għandha tindika wkoll separatament, fi ħdan il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR, l-approprjazzjonijiet previsti għar-reġjuni l-anqas żviluppati u l-fondi trasferiti lill-FAEŻR skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Il-kontribuzzjoni annwali ppjanata tal-FAEŻR għandha tkun kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali;”

(b)

il-punt (II) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

tabella li, għal kull miżura, għal kull tip ta’ operazzjoni b’rata ta’ kontribuzzjoni speċifika tal-FAEŻR, għat-tip ta’ operazzjoni msemmija fl-Artikolu 37(1) u fl-Artikolu 39a, għat-tip ta’ operazzjoni msemmija fl-Artikolu 38(3) u l-Artikolu 39(1) meta Stat Membru japplika perċentwal ta’ inqas minn 30 %, u għall-assistenza teknika, tistabbilixxi l-kontribuzzjoni totali ppjanata tal-Unjoni u r-rata ta’ kontribuzzjoni applikabbli tal-FAEŻR. Fejn applikabbli, dik it-tabella għandha tindika b’mod separat ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għar-reġjuni anqas żviluppati u għal reġjuni oħra;”;

(2)

fl-Artikolu 28(5), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Sabiex jittieħdu impenji ġodda mill-2021, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw perijodu iqsar ta’ bejn sena u tliet snin fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom.

Jekk l-Istati Membri jipprevedu estensjoni annwali tal-impenji wara t-terminazzjoni tal-perijodu inizjali f’konformità mal-ewwel subparagrafu, mill-2022 l-estensjoni ma għandhiex iddum aktar minn sena.

B’deroga mit-tieni subparagrafu, fir-rigward ta’ impenji ġodda li għandhom jittieħdu fl-2021 u l-2022, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perijodu itwal minn tliet snin fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom abbażi tan-natura tal-impenji u l-objettivi ambjentali u dawk relatati mal-klima mfittxija.”;

(3)

fl-Artikolu 29(3), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Sabiex jittieħdu impenji ġodda mill-2021, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw perijodu iqsar ta’ bejn sena u tliet snin fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom.

Jekk l-Istati Membri jipprevedu estensjoni annwali għaż-żamma tal-biedja organika wara t-terminazzjoni tal-perijodu inizjali f’konformità mal-ewwel subparagrafu, mill-2022 l-estensjoni ma għandhiex iddum aktar minn sena.

B’deroga mit-tieni subparagrafu, fir-rigward ta’ impenji ġodda li għandhom jittieħdu fl-2021 u l-2022, fejn jingħata appoġġ għall-konverżjoni għal biedja organika, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perijodu itwal minn tliet snin fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom.”;

(4)

fl-Artikolu 31(5), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fis-snin 2021 u 2022, għall-programmi estiżi skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), fejn il-pagamenti digressivi ma ngħatawx mill-Istati Membri għall-perijodu massimu ta’ erba’ snin sal-2020, dawk l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jkomplu dawk il-pagamenti sal-aħħar tal-2022 iżda għal mhux aktar minn erba’ snin b’kollox. F’dak il-każ, il-pagamenti fis-snin 2021 u 2022 ma għandhomx jaqbżu l-EUR 25 għal kull ettaru.

(*)  Ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022 (ĠU L 437, 28.12.2020, p.1).”;"

(5)

fl-Artikolu 33(2), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Sabiex jittieħdu impenji ġodda sa mill-2021, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw perijodu iqsar ta’ bejn sena u tliet snin fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom.

Jekk l-Istati Membri jipprovdu tiġdid annwali għall-impenji wara t-terminazzjoni tal-perijodu inizjali f’konformità mat-tieni subparagrafu, sa mill-2022 it-tiġdid ma għandux idum aktar minn sena.

B’deroga mi-tielet subparagrafu, fir-rigward ta’ impenji ġodda li għandhom jittieħdu fl-2021 u l-2022, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perijodu itwal minn tliet snin fil-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom abbażi tan-natura tal-impenji u l-benefiċċji mixtieqa tat-trattament xieraq tal-annimali.”;

(6)

fl-Artikolu 38(3), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-appoġġ skont il-punt (b) tal-Artikolu 36(1) għandu jingħata biss biex ikopri t-telf ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi, mard tal-annimali jew tal-pjanti, infestazzjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara, jew miżuri adottati skont id-Direttiva 2000/29/KE biex jinqerdu jew jiġu kkontrollati mard tal-pjanti jew organiżmi ta’ ħsara jew inċident ambjentali, li jeqirdu iżjed minn 30 % tal-produzzjoni annwali medja tal-bidwi fil-perijodu preċedenti ta’ tliet snin jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perijodu preċedenti ta’ ħames snin, esklużi l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa. L-indiċijiet jistgħu jintużaw sabiex tiġi kkalkulata l-produzzjoni annwali tal-bidwi. Il-metodu tal-kalkolu użat għandu jippermetti li jiġi ddeterminat it-telf reali ta’ bidwi individwali f’sena partikolari. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu dak il-perċentwal ta’ 30 %, madankollu, għal mhux inqas minn 20 %.”;

(7)

fl-Artikolu 39, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-appoġġ taħt il-punt (c) tal-Artikolu 36(1) għandu jingħata biss fejn it-tnaqqis fl-introjtu jeċċedi 30 % tal-introjtu annwali medju tal-bidwi individwali fil-perijodu preċedenti ta’ tliet snin jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perijodu preċedenti ta’ ħames snin esklużi l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa. L-introjtu għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 36(1) għandu jirreferi għas-somma tad-dħul li l-bidwi jirċievi mis-suq, inkluż kwalunkwe forma ta’ appoġġ pubbliku, wara li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni. Il-pagamenti mill-fond mutwu lill-bdiewa għandhom jikkumpensaw għal anqas minn 70 % tal-introjtu mitluf fis-sena li fiha l-produttur isir eliġibbli li jirċievi din l-assistenza. L-indiċijiet jistgħu jintużaw sabiex jiġi kkalkulat it-telf annwali ta’ introjtu tal-bidwi. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu dak il-perċentwal ta’ 30 %, madankollu, għal mhux inqas minn 20 %.”;

(8)

fl-Artikolu 39b, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-appoġġ għandu jingħata bħala somma f’daqqa li għandha titħallas sal-31 ta’ Diċembru 2021, abbażi tal-applikazzjonijiet għal appoġġ approvati mill-awtorità kompetenti sat-30 ta’ Ġunju 2021. Ir-rimborż sussegwenti mill-Kummissjoni għandha ssir skont l-approprjazzjonijiet tal-baġit u suġġett għad-disponibblita’ ta’ fondi. Il-livell tal-pagament jista’ jvarja minn kategorija ta’ benefiċjarji għall-oħra, skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.”

(9)

fl-Artikolu 42, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Minbarra l-kompiti msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/2220, gruppi ta’ azzjoni lokali jistgħu wkoll iwettqu kompiti addizzjonali ddelegati lilhom mill-Awtorità ta’ Ġestjoni u/jew l-aġenzija tal-pagamenti.”

(10)

fl-Artikolu 51(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li għalihom l-ammont totali ta’ appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali għas-snin 2014-2020 kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament huwa inqas minn EUR 1 800 miljun jistgħu, wara l-estensjoni tal-programmi tagħhom f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2020/2220, jiddeċiedu li jiddedikaw 5 % tal-ammont totali ta’ kull programm ta’ żvilupp rurali għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.”;

(11)

l-Artikolu 58 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 5, 6 u 7, l-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali taħt dan ir-Regolament għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2022 għandu jkun massimu ta’ EUR 26 896 831 880 fi prezzijiet kurrenti, f’konformità mal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027.”;

(b)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi marbutin mat-tqassim annwali msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, inkluż it-trasferimenti msemmija fil-paragrafi 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu u t-trasferimenti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2020/2220, biex isiru aġġustamenti tekniċi mingħajr ma jinbidlu l-allokazzjonijiet ġenerali, jew biex jittieħed kont ta’ kwalunkwe bidla oħra prevista minn att leġiżlattiv wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 83 ta’ dan ir-Regolament, biex issir reviżjoni tal-limiti massimi stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament.”

(12)

jiddaħħal Artikolu li ġej:

“Artikolu 58a

Riżorsi għall-irkupru tas-settur agrikolu u ż-żoni rurali tal-Unjoni

1.   Il-punt (g) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 (“ir-Regolament EURI”) (*) għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ dan l-Artikolu permezz ta’ miżuri li huma eliġibbli taħt il-FAEŻR u li huma diretti lejn l-indirizzar tal-impatt tal-kriżi tal-COVID-19, b’ammont ta’ EUR 8 070 486 840 fi prezzijiet kurrenti tal-ammont imsemmi fil-punt (vi) tal-Artikolu 2(2)(a) ta’ dak ir-Regolament, soġġett għall-Artikolu 3(3), (4) u (8) tiegħu.

Dak l-ammont ta’ EUR 8 070 486 840 fi prezzijiet kurrenti għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

Dan għandu jsir disponibbli bħala riżorsi addizzjonali għall-impenn baġitarju taħt il-FAEŻR għas-snin 2021 u 2022, flimkien mar-riżorsi totali stabbiliti fl-Artikolu 58 ta’ dan ir-Regolament kif ġej:

2021: EUR 2 387 718 000;

2022: EUR 5 682 768 840

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament u r-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013, dawk ir-riżorsi addizzjonali għandhom jitqiesu bħala ammonti ta’ miżuri ta’ finanzjament taħt il-FAEŻR. Għandhom jitqiesu bħala parti mill-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, kif imsemmi fl-Artikolu 58(1) ta’ dan ir-Regolament, li miegħu għandhom jiżdiedu meta ssir referenza għall-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ma għandux japplika għar-riżorsi addizzjonali msemmija f’dan il-paragrafu u fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   It-tqassim għal kull Stat Membru tar-riżorsi addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, wara tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, huwa stabbilit fl-Anness Ia.

3.   Il-livelli limiti perċentwali tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għall-programm għall-iżvilupp rurali msemmi fl-Artikolu 59(5) u (6) ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għar-riżorsi addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas l-istess sehem globali tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR, inkluż ir-riżorsi addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ikun riżervat f’kull programm għall-iżvilupp rurali għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 59(6) ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2020/2220.

4.   Mill-inqas 37 % tar-riżorsi addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu riżervati f’kull programm għall-iżvilupp rurali għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 33 u l-Artikolu 59(5) u (6), u b’mod partikolari għal:

(a)

il-biedja organika;

(b)

il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-agrikoltura;

(c)

il-konservazzjoni tal-ħamrija, inkluż it-titjib tal-fertilità tal-ħamrija permezz tas-sekwestru tal-karbonju;

(d)

it-titjib tal-użu u l-ġestjoni tal-ilma, inkluż l-iffrankar tal-ilma;

(e)

il-ħolqien, il-konservazzjoni u r-restawr ta’ ħabitats favorevoli għall-bijodiversità;

(f)

it-tnaqqis tar-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi u tal-antimikrobiċi;

(g)

it-trattament xieraq tal-annimali;

(h)

attivitajiet ta’ kooperazzjoni LEADER.

5.   Mill-inqas 55 % tar-riżorsi addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu riżervati f’kull programm għall-iżvilupp rurali għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 17, 19, 20 u 35, dment li l-użu deżinjat ta’ tali miżuri fil-programmi għall-iżvilupp rurali jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali fiż-żoni rurali, u jikkontribwixxi għal irkupru ekonomiku reżiljenti, sostenibbli u diġitali f’konformità, fost l-oħrajn, mal-objettivi agroambjentali klimatiċi segwiti skont dan ir-Regolament, u b’mod partikolari:

(a)

ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali;

(b)

effiċjenza fir-riżorsi, inkluż il-biedja ta’ preċiżjoni u intelliġenti, l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-makkinarju u t-tagħmir tal-produzzjoni;

(c)

kundizzjonijiet ta’ sikurezza fuq ix-xogħol;

(d)

enerġija rinnovabbli, ekonomija ċirkolari u bijo;

(e)

aċċess għal teknoloġiji tal-ICT ta’ kwalità għolja fiż-żoni rurali.

Meta jallokaw ir-riżorsi addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jidderogaw mil-livell limitu perċentwali stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sa fejn ikun meħtieġ biex jikkonformaw mal-prinċipju ta’ nonrigressjoni stabbilit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2020/2220. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu minflok jiddeċiedu li jidderogaw minn dak il-prinċipju ta’ nonrigressjoni sal-punt meħtieġ biex jikkonformaw mal-livell limitu perċentwali stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

6.   Sa 4 % tar-riżorsi addizzjonali totali msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu allokati lill-assistenza teknika, fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri, għall-programmi għall-iżvilupp rurali skont l-Artikolu l-Artikolu 51(2). Dak il-limitu ta’ perċentwal jista’ jkun ta’ 5 % għal dawk l-Istati Membri li għalihom japplika r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 51(2).

7.   Sa 0,25 % tar-riżorsi addizzjonali totali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu allokati għall-assistenza teknika skont l-Artikolu 51(1).

8.   L-impenji baġitarji relatati mar-riżorsi addizzjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom f’kull programm għall-iżvilupp rurali jsiru separatament mill-allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(4).

9.   L-Artikoli 20, 21 u 22 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ma għandhomx japplikaw għar-riżorsi addizzjonali totali msemmija fil-paragrafu 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

(*)  Ir-Regolament (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433, 22.12.2020, p. 23)."

(**)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li tħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).”;"

(13)

l-Artikolu 59 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 4, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ea)

100 % għal operazzjonijiet li jirċievu finanzjament mir-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 58a(1). L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rata ta’ kontribuzzjoni waħda, speċifika tal-FAEŻR, applikabbli għal dawk l-operazzjonijiet kollha;”;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Mill-anqas 5 %, u fil-każ tal-Kroazja 2,5 %, tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għall-programm ta’ żvilupp rurali għandu jiġi rriżervat għal-LEADER u għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/2220.

Meta l-Istati Membri jużaw il-possibbiltà prevista fis-sitt jew is-seba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-perċentwali stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għall-programm ta’ żvilupp rurali mingħajr l-appoġġ addizzjonali li jsir disponibbli f’konformità mas-sitt jew is-seba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.”;

(c)

il-paragrafu 6a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6a.   L-appoġġ tal-FAEŻR ipprovdut skont l-Artikolu 39b m’għandux jeċċedi 2 % mill-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għall-programm tal-iżvilupp rurali għas-snin 2014-2020 kif previst fil-Ewwel Parti tal-Anness I.”

(14)

l-Artikolu 75, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Sat-30 ta’ Ġunju 2016 u sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena sussegwenti sa u inkluż l-2026, l-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni r-rapport annwali ta’ implimentazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ żvilupp rurali fis-sena kalendarja preċedenti. Ir-rapport ippreżentat fl-2016 għandu jkopri s-snin kalendarji 2014 u 2015.”;

(15)

l-Artikolu 78 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fl-2026, rapport ta’ evalwazzjoni ex post għandu jiġi mħejji mill-Istati Membri għal kull wieħed mill-programmi ta’ żvilupp rurali tagħhom. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2026.”;

(16)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I għal dan ir-Regolament;

(17)

Jiddaħħal Anness Ia ġdid kif stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament;

(18)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

l-Artikolu 17(3) Investiment f’assi fiżiċi, ir-raba’ kolonna hija emendata kif ġej:

(i)

ir-ringiela 6 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni oħra

Ir-rati ta’ hawn fuq jistgħu jiżdiedu b’massimu addizzjonali ta’ 35 punti perċentwali fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-fondi msemmija fl-Artikolu 58a(1) li jikkontribwixxu għal irkupru ekonomiku reżiljenti, sostenibbli u diġitali, dment li tali appoġġ ma jaqbiżx il-75 %, u b’20 punti perċentwali addizzjonali, dment li l-appoġġ massimu kkombinat ma jaqbiżx id-90 %, għal:

Bdiewa żgħażagħ kif definiti f’dan ir-Regolament, jew li diġà ġew stabbiliti matul il-ħames snin qabel l-applikazzjoni għall-appoġġ;

Investimenti kollettivi u proġetti integrati, inkluż dawk marbutin ma’ amalgamazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi;

Żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet oħrajn speċifiċi kif imsemmi fl-Artikolu 32;

Operazzjonijiet appoġġati fil-qafas tas-SEI;

Investimenti marbutin mal-operazzjonijiet skont l-Artikoli 28 u 29”;

(ii)

ir-ringiela 11 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni oħra

Ir-rati ta’ hawn fuq jistgħu jiżdiedu b’massimu addizzjonali ta’ 35 punti perċentwali fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-fondi msemmija fl-Artikolu 58a(1) li jikkontribwixxu għal irkupru ekonomiku reżiljenti, sostenibbli u diġitali, dment li tali appoġġ ma jaqbiżx il-75 %, u b’20 punt perċentwali addizzjonali, dment li l-appoġġ massimu kkombinat ma jaqbiżx id-90 %, għal operazzjonijiet appoġġati fil-qafas tas-SEI jew dawk marbuta ma’ fużjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi”;

(b)

l-Artikolu 19(6) Żvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju, ir-raba’ kolonna, ir-ringiela 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għal kull bidwi żagħżugħ skont l-Artikolu 19(1)(a)(i)

Dak l-ammont jista’ jiżdied b’massimu addizzjonali ta’ EUR 30 000 fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-fondi msemmija fl-Artikolu 58a(1).”.

Artikolu 8

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 25, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għal kull waħda mis-snin 2021 u 2022, l-ammont tar-riżerva għandu jkun EUR 400 miljun (bil-prezzijiet tal-2011) u għandu jiġi inkluż taħt l-Intestatura 3 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali kif stipulat fl-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2093 (*) [QFP].

(*)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sal-2027 (ĠU L 433, 22.12.2020, p. 11).”;"

(2)

l-Artikolu 33 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 33

Impenji tal-baġit

Fir-rigward tal-impenji tal-baġit tal-Unjoni għall-programmi ta’ żvilupp rurali, għandu japplika l-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u fejn applikabbli flimkien mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

(*)  Ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022 (ĠU L437, 28.12.2020, p.1).”;"

(3)

fl-Artikolu 35, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Għall-programmi estiżi f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2020/2220 ma għandu jingħata ebda prefinanzjament għall-allokazzjoni għall-2021 u l-2022 jew għar-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 58a(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.”;

(4)

fl-Artikolu 36(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu japplika, mutatis mutandis, għar-riżorsi addizzjonali msemmija fl-Artikolu 58a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.”;

(5)

fl-Artikolu 37, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Wara li tirċievi l-aħħar rapport ta’ progress annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ żvilupp rurali, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ, soġġett għad-disponibbiltà ta’ riżorsi, abbażi tal-pjan finanzjarju fis-seħħ, tal-kontijiet annwali għall-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni għall-programm ta’ żvilupp rurali rilevanti u tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni korrispondenti. Dawk il-kontijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data finali ta’ eliġibbiltà tal-infiq kif imsemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u fejn applikabbli flimkien mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2020/2220, u għandhom ikopru l-infiq magħmul mill-aġenzija tal-pagamenti sal-aħħar data ta’ eliġibbiltà tal-infiq.”;

(6)

fl-Artikolu 38, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-parti tal-impenji tal-baġit li tkun għadha miftuħa fl-aħħar data ta’ eliġibbiltà tal-infiq kif imsemmi fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u fejn applikabbli flimkien mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2020/2220, li dwarha ma tkunx saret dikjarazzjoni ta’ nfiq fi żmien sitt xhur wara dik id-data għandha tiġi diżimpenjata awtomatikament.”.

Artikolu 9

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 11(6), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet meħuda skont dan l-Artikolu u bi kwalunkwe prodott stmat tat-tnaqqis għas-sena 2021 sad-19 ta’ Frar 2021 u għas-sena 2022 sal-1 ta’ Awwissu 2021.”;

(2)

l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli, bħala appoġġ addizzjonali ffinanzjat taħt il-FAEŻR fis-snin finanzjarji 2022 u 2023, sa 15 % tal-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji 2021 u 2022 stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament. B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-għoti ta’ pagamenti diretti. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għas-sena kalendarja 2021 sad-19 ta’ Frar 2021 u għas-sena kalendarja 2022 sal-1 ta’ Awwissu 2021 u għandha tistabbilixxi l-perċentwal magħżul.”;

(b)

fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri li ma jieħdux id-deċiżjoni msemmija fis-seba’ subparagrafu tal-paragrafu 1 għas-snin finanzjarji 2022 u 2023, jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti sa 15 %, jew fil-każ tal-Bulgarija, l-Estonja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja sa 25 %, tal-ammont allokat għall-appoġġ iffinanzjat taħt il-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2022 bir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u fis-sena finanzjarja 2023 bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni adottata wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2093 (*) [QFP]. B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-appoġġ iffinanzjat mill-FAEŻR. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2022 sad-19 ta’ Frar 2021 u għas-sena finanzjarja 2023 sal-1 ta’ Awwissu 2021 u għandha tistabbilixxi l-perċentwal magħżul.

(*)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sal-2027 (ĠU L 433, 22.12.2020, p. 11).”;"

(3)

l-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Għal kull Stat Membru, l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jista’ jiżdied b’massimu ta’ 3 % tal-limitu nazzjonali annwali rilevanti tagħhom stabbiliti fl-Anness II wara tnaqqis tal-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 47(1) għas-sena rilevanti. Meta Stat Membru japplika tali żieda, dik iż-żieda għandha titqies mill-Kummissjoni fl-istabbiliment tal-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament bażiku skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Awwissu 2014 bil-perċentwali annwali li bihom għandu jiżdied l-ammont ikkalkolat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Sad-19 ta’ Frar 2021, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-perċentwal annwali li biha jiżdied għas-snin kalendarji 2021 u 2022 l-ammont kkalkulat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”;

(b)

fil-paragrafu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għas-snin kalendarji 2021 u 2022, jekk il-limitu massimu għal Stat Membru stipulat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun differenti minn dak tas-sena ta’ qabel b’riżultat ta’ bidla fl-ammont stabbilit fl-Anness II jew bħala riżultat ta’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn dan l-Istat Membru f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 14(1) jew (2), l-Artikolu 42(1), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 51(1) jew l-Artikolu 53, dak l-Istat Membru għandu jnaqqas jew iżid b’mod lineari l-valur tad-drittijiet kollha għall-pagament u/jew inaqqas jew iżid ir-riżerva nazzjonali jew ir-riżervi reġjonali sabiex tiġi żgurata konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.”;

(4)

fl-Artikolu 23(6), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“ L-Istati Membri li japplikaw l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni għas-sena kalendarja 2021 sad-19 ta’ Frar 2021 u għas-sena kalendarja 2022 sal-1 ta’ Awwissu 2021 bid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.”;

(5)

fl-Artikolu 25, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“11.   Wara li jkunu applikaw l-aġġustament imsemmi fl-Artikolu 22(5), l-Istati Membri li jkunu użaw id-deroga prevista fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiddeċiedu li d-drittijiet għall-pagament li kellhom il-bdiewa fil-31 ta’ Diċembru 2019 li jkollhom valur aktar baxx mill-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali fl-2020 kif ikkalkulat f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jiżdidilhom il-valur ta’ unità tagħhom għall-valur ta’ unità nazzjonali jew reġjonali għall-2020. Iż-żieda għandha tiġi kkalkulata skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-metodu ta’ kalkolu għaż-żieda deċiża mill-Istat Membru kkonċernat huwa bbażat fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji;

(b)

biex tiġi ffinanzjata ż-żieda, id-drittijiet kollha għall-pagament jew parti minnhom li kienu proprjetà tal-bdiewa jew mikrija lilhom fil-31 ta’ Diċembru 2019 li huma ta’ valur ogħla mill-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali fl-2020 kif ikkalkulat f’konformità mat-tieni subparagrafu għandhom jitnaqqsu; dak it-tnaqqis għandu japplika għad-differenza bejn il-valur ta’ dawk id-drittijiet u l-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali fl-2020; l-applikazzjoni ta’ dak it-tnaqqis għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li jistgħu jinkludu l-iffissar ta’ tnaqqis massimu.

Il-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali fl-2020 imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi kkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta’ pagament bażiku stabbilit f’konformità mal-Artikolu 22(1) jew l-Artikolu 23(2) għall-2020, minbarra l-ammont tar-riżervi nazzjonali jew reġjonali, jiġi diviż bin-numru ta’ drittijiet għall-pagament li kienu proprjetà ta’ jew mikrija lill- bdiewa fil-31 ta’ Diċembru 2019.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri li użaw id-deroga prevista fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiddeċiedu li jżommu l-valur tal-drittijiet għall-pagament ikkalkulati f’konformità ma’ dak il-paragrafu soġġett għall-aġġustament imsemmi fl-Artikolu 22(5).

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-bdiewa fi żmien debitu dwar il-valur tad-drittijiet tagħhom għall-pagament kif ikkalkulati skont dan il-paragrafu.

12.   Għas-snin kalendarji 2021 u 2022, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw aktar konverġenza interna billi japplikaw il-paragrafu 11 għas-sena kkonċernata.”;

(6)

fl-Artikolu 29, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Għas-snin kalendarji 2020 u 2021, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fl-Artikoli 25(11) u (12) sad-19 ta’ Frar 2021.

Għas-sena kalendarja 2022, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 25(12) sal-1 ta’ Awwissu 2021.”;

(7)

fl-Artikolu 30(8), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għal allokazzjonijiet mir-riżerva nazzjonali jew riżervi reġjonali fl-2021 u l-2022, l-ammont tar-riżerva nazzjonali jew riżervi reġjonali li għandhom jiġu esklużi skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi aġġustat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(5). Għal allokazzjonijiet mir-riżerva nazzjonali jew riżervi reġjonali fl-2021 u l-2022, it-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika.”;

(8)

l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja fl-2020 għandhom ikomplu jagħmlu dan wara l-31 ta’ Diċembru 2020.”,

(b)

fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għal kull Stat Membru, l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jista’ jiżdied b’massimu ta’ 3 % tal-limitu nazzjonali annwali rilevanti stabbilit fl-Anness II wara tnaqqis tal-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 47(1) għas-sena rilevanti. Meta Stat Membru japplika tali żieda, dik iż-żieda għandha titqies mill-Kummissjoni fl-istabbiliment tal-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament bażiku skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar 2018 bil-perċentwali annwali li bihom għandu jiżdied l-ammont ikkalkolat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Sad-19 ta’ Frar 2021, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-perċentwal annwali li bih għandu jiżdied għas-snin kalendarji 2021 u 2022 l-ammont ikkalkulat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”;

(9)

l-Artikolu 37(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri li jagħtu għajnuna nazzjonali tranżizzjonali fil-perijodu 2015-2020 jistgħu jiddeċiedu li jagħtu għajnuna nazzjonali tranżizzjonali fl-2021 u l-2022.”;

(b)

fil-paragrafu 4, is-sitt inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

50 % fl-2020, fl-2021 u fl-2022.”;

(10)

fl-Artikolu 41, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu sal-1 ta’ Awwissu ta’ kwalunkwe sena partikolari, li jagħtu, mis-sena ta’ wara, pagament annwali lill-bdiewa li huma intitolati għal pagament taħt l-iskema ta’ pagament bażiku msemmi fit-Taqsimiet 1, 2, 3 u 5 tal-Kapitolu 1 jew taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 (“il-pagament ridistributtiv”). L-Istati Membri jistgħu jieħdu tali deċiżjoni sad-19 ta’ Frar 2021 għas-sena kalendarja 2021 u sal-1 ta’ Awwissu 2021 għas-sena kalendarja 2022. L-Istati Membri li diġà qed japplikaw il-pagament ridistributtiv jistgħu jagħmlu reviżjoni tad-deċiżjoni tagħhom li jagħtu tali pagament jew id-dettalji tal-iskema sad-19 ta’ Frar 2021 għas-sena kalendarja 2021 u sal-1 ta’ Awwissu 2021 għas-sena kalendarja 2022.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni ta’dan it-tip sad-data rilevanti msemmija fl-ewwel subparagrafu.”;

(11)

fl-Artikolu 42(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu sad-19 ta’ Frar 2021 għas-sena kalendarja 2021 u sal-1 ta’ Awwissu 2021 għas-sena kalendarja 2022.”;

(12)

fl-Artikolu 49(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri li jagħtu pagamenti f’konformità mal-Artikolu 48 fis-sena kalendarja 2020 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu sad-19 ta’ Frar 2021 għas-sena kalendarja 2021 u sal-1 ta’ Awwissu 2021 għas-sena kalendarja 2022.”;

(13)

fl-Artikolu 51(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Sabiex jiffinanzjaw il-pagament tal-bdiewa żgħażagħ, l-Istati Membri għandhom jużaw perċentwal, li ma għandux ikun ogħla minn 2 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ Awwissu 2014, bl-istima tal-perċentwal meħtieġ biex jiffinanzjaw dak il-pagament. Sad-19 ta’ Frar 2021, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-perċentwal stmat meħtieġ għall-finanzjament ta’ dak il-pagament għas-snin kalendarji 2021 u 2022.”;

(14)

fl-Artikolu 52, il-paragrafu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“10.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 70 li jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward ta’ miżuri sabiex jiġi evitat li l-benefiċjarji ta’ appoġġ akkoppjat volontarju jsofru minn żbilanċi strutturali tas-suq f’settur. Dawk l-atti delegati jistgħu jippermettu lill-Istati Membru jiddeċiedu li tali appoġġ jista’ jkompli jitħallas sal-2022 fuq il-bażi tal-unitajiet tal-produzzjoni li għalihom ingħata appoġġ akkoppjat volontarju f’perijodu ta’ referenza fl-imgħoddi.”;

(15)

l-Artikolu 53 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri li ma jkunux taw skema ta’ għajnuna akkoppjata volontarja sas-sena ta’ talba 2020 jistgħu jieħdu deċiżjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu għas-sena kalendarja 2021 sad-19 ta’ Frar 2021.”;

(b)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   L-Istati Membri jistgħu, sal-1 ta’ Awwissu ta’ kwalunkwe sena partikolari, jirrieżaminaw id-deċiżjoni tagħhom skont dan il-Kapitolu.

Sat-8 ta’ Frar 2020, l-Istati Membri jistgħu jirrieżaminaw ukoll id-deċiżjoni tagħhom skont dan il-Kapitolu safejn hu meħtieġ biex jaġġustaw mad-deċiżjoni dwar il-flessibbiltà bejn il-pilastri għas-sena kalendarja 2020 meħuda f’konformità mal-Artikolu 14.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu sad-19 ta’ Frar 2021 għas-sena kalendarja 2021, u sal-1 ta’ Awwissu 2021 għas-sena kalendarja 2022, jekk ikomplux jew jieqfux milli jagħtu għajnuna akkoppjata volontarja għas-sena ta’ talba rispettiva.

Permezz ta’ rieżami skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, jew ta’ notifika skont it-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu b’effett mis-sena ta’ wara u għas-snin kalendarji 2020 u 2021 b’effett mill-istess sena kalendarja:

(a)

li ma jibdlux, iżidu jew inaqqsu il-perċentwal stabbilit skont il-paragrafi 1, 2 u 3, fil-limiti stipulati fih fejn applikabbli, jew li ma jibdlux jew inaqqsu il-perċentwal stabbilit skont il-paragrafu 4;

(b)

li jimmodifikaw il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ;

(c)

li jieqfu milli jagħtu l-appoġġ taħt dan il-Kapitolu.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni relatata mal-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu sad-dati rispettivi msemmija f’dawk is-subparagrafi. In-notifika tad-deċiżjoni relatata ma’ rieżami skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tispjega ir-rabta bejn ir-riezami u d-deċiżjoni dwar il-flessibbiltà bejn il-pilastri għas-sena kalendarja 2020 meħuda f’konformità mal-Artikolu 14.”;

(16)

l-Artikolu 54, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet msemmija fl-Artikolu 53 sad-dati msemmija f’dak l-Artikolu. Ħlief għad-deċiżjoni msemmija fil-punt (c) tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(6), in-notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar ir-reġjuni mmirati, it-tipi ta’ biedja jew setturi magħżulin, u l-livell ta’ appoġġ li għandu jingħata. In-notifiki tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 53(1) tad-deċiżjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(6) għandhom jinkludu wkoll il-perċentwal tal-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 53 għas-sena kalendarja rilevanti.”;

(17)

fl-Artikolu 58, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-ammont tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton għal kull ettaru ta’ erja eliġibbli għandu jkun ikkalkulat għall-2020 billi r-rendimenti stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu mmultiplikati bl-ammonti ta’ referenza li ġejjin:

Bulgarija: EUR 649,45,

Greċja: EUR 234,18,

Spanja: EUR 362,15,

Portugall: EUR 228,00.

L-ammont tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton għal kull ettaru ta’ erja eliġibbli għandu jkun ikkalkulat għall-2021 u l-2022 billi r-rendimenti stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu mmultiplikati bl-ammonti ta’ referenza li ġejjin:

Bulgarija: EUR 636,13,

Greċja: EUR 229,37,

Spanja: EUR 354,73,

Portugall: EUR 223,32.”;

(18)

l-Annessi II u III huma emendati f’konformità mal-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Programmi ta’ ħidma mfasslin għall-perijodu li jibda mill-1 ta’ April 2021 għandhom jintemmu fil-31 ta’ Diċembru 2022.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-finanzjament mill-Unjoni tal-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1 għall-2020 għandu jkun:

(a)

EUR 11 098 000 għall-Greċja;

(b)

EUR 576 000 għal Franza;

(c)

EUR 35 991 000 għall-Italja.

Il-finanzjament mill-Unjoni tal-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1 għal kull waħda mis-snin 2021 u 2022 għandu jkun:

(a)

EUR 10 666 000 għall-Greċja;

(b)

EUR 554 000 għal Franza;

(c)

EUR 34 590 000 għall-Italja.”;

(2)

fl-Artikolu 33(1), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Il-programmi operazzjonali li għalihom estensjoni f’konformità mal-perijodu massimu ta’ ħames snin imsemmi fl-ewwel subparagrafu trid tiġi approvata wara d-29 ta’ Diċembru 2020 jistgħu jiġu estiżi biss sal-31 ta’ Diċembru 2022.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-programmi operazzjonali ġodda li jiġu approvati wara d-29 ta’ Diċembru 2020 għandu jkollhom tul ta’ żmien massimu ta’ tliet snin.”;

(3)

fl-Artikolu 55(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-programmi nazzjonali mfassla għall-perijodu mill-1 ta’ Awwissu 2019 sal-31 ta’ Lulju 2022 għandhom jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2022. L-Istati Membri għandhom jimmodifikaw il-programmi nazzjonali tagħhom biex jieħdu kont ta’ dik l-estensjoni u għandhom jinnotifikaw il-programmi modifikati lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tagħhom.”;

(4)

fl-Artikolu 58, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-finanzjament tal-Unjoni għall-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi previst fil-paragrafu 1 għall-2020 għandu jkun EUR 2 277 000 għall-Ġermanja.

Il-finanzjament tal-Unjoni għall-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi previst fil-paragrafu 1 għal kull waħda mis-snin 2021 u 2022 għandu jkun EUR 2 188 000 għall-Ġermanja.”;

(5)

fl-Artikolu 62(3), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-validità tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 64 u l-Artikolu 66(1), li tiskadi fis-sena 2020, hija estiża sal-31 ta’ Diċembru 2021.

Il-produtturi li jkollhom awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 64 u l-Artikolu 66(1) ta’ dan ir-Regolament, li jiskadu fl-2020, ma għandhomx, b’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ikunu soġġetti għall-penali amministrattiva msemmija fl-Artikolu 89(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 dment li jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti sat-28 ta’ Frar 2021 li ma għandhomx l-intenzjoni li jagħmlu użu mill-awtorizzazzjoni tagħhom u ma jixtiqux jibbenefikaw mill-estensjoni tal-validità tagħhom kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.”;

(6)

l-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Tali konverżjoni għandha ssir fuq talba li għandha tintbagħat minn dawk il-produtturi qabel il-31 ta’ Diċembru 2015. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu lill-produtturi li jippreżentaw talba bħal din sabiex jikkonvertu d-drittijiet f’awtorizzazzjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2022.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-awtorizzazzjonijiet mogħtijin skont il-paragrafu 1 għandu jkollhom l-istess perijodu ta’ validità bħad-drittijiet għat-taħwil imsemmijin fil-paragrafu 1. Jekk dawk l-awtorizzazzjonijiet ma jintużawx, għandhom jiskadu l-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2018, jew, fejn Stat Membru jkun ħa d-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2025.”;

(7)

l-Artikolu li ġej jiddaħħal fl-aħħar tat-Titolu II, Kapitolu III, Taqsima 4:

“Artikolu 167a

Regoli għall-kummerċjalizzazzjoni biex itejbu u jistabbilizzaw l-operazzjoni tas-suq komuni fiż-żjut taż-żebbuġa

1.   Sabiex tittejjeb u tiġi stabbilizzata l-operazzjoni tas-suq komuni fiż-żjut taż-żebbuġa, inkluż iż-żebbuġ li minnhom jiġu ż-żjut, l-Istati Membri produtturi jistgħu jistabbilixxu regoli tal-kummerċjalizzazzjoni biex jirregolaw il-provvista.

Dawn ir-regoli għandhom ikunu proporzjonati għall-objettiv segwit u ma għandhomx:

(a)

ikunu relatati ma’ ebda tranżazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodott ikkonċernat;

(b)

jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni;

(c)

jirrendu mhux disponibbli proporzjon eċċessiv tal-produzzjoni tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li kieku xort’oħra kien ikun disponibbli.

2.   Ir-regoli previsti fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi permezz tal-pubblikazzjoni kompluta tagħhom f’pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu.”;

(8)

fl-Artikolu 211, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE ma għandhomx japplikaw għall-miżuri fiskali nazzjonali fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jiddevjaw mir-regoli fiskali ġenerali billi jippermettu li l-bażi tat-taxxa fuq l-introjtu applikata għall-bdiewa tiġi kkalkolata fuq il-bażi ta’ perijodu pluriennali bil-ħsieb li tiġi bbilanċjata l-bażi tat-taxxa fuq ċertu numru ta’ snin.”;

(9)

fl-Artikolu 214a, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Fl-2021 u l-2022, il-Finlandja tista’ tkompli tagħti l-għajnuniet nazzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu soġġett għall-istess kundizzjonijiet u ammonti kif awtorizzati mill-Kummissjoni għall-2020.”;

(10)

l-Anness VI huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil- jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt 5 tal-Artikolu 9 (dwar l-Artikolu 25(11) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013) u l-punt (5) tal-Artikolu 10 (dwar l-Artikolu 62(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020.

B’deroga mill-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, il-punt 12, il-punt (a) tal-punt 13 u l-punti 17 u 18 tal-Artikolu 7 għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament EURI. Il-punt 12, il-punt (a) tal-punt 13 u l-punti 17 u 18 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU C 232, 14.7.2020, p. 29.

(2)  ĠU C 109, 1.4.2020, p. 1.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2020 (għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2020.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 865).

(10)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżizzjonali (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15).

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433, 22.12.2020, p. 23).

(13)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(14)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).

(15)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80).


ANNESS I

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

L-EWWEL PARTI: TQASSIM TAL-APPOĠĠ TAL-UNJONI GĦALL-IŻVILUPP RURALI (2014 SA 2020)”;

(2)

jiżdiedu t-titolu u t-tabella li ġejjin:

IT-TIENI PARTI: TQASSIM TAL-APPOĠĠ TAL-UNJONI GĦALL-IŻVILUPP RURALI (2021 U 2022)

(prezzijiet kurrenti f’EUR)

 

2021

2022

Belġju

101 120 350

82 800 894

Bulgarija

344 590 304

282 162 644

Ċekja

316 532 230

259 187 708

Danimarka

92 734 249

75 934 060

Ġermanja

1 334 041 136

1 092 359 738

Estonja

107 490 074

88 016 648

Irlanda

380 590 206

311 640 628

Greċja

680 177 956

556 953 600

Spanja

1 319 414 366

1 080 382 825

Franza

1 782 336 917

1 459 440 070

Kroazja

363 085 794

297 307 401

Italja

1 648 587 531

1 349 921 375

Ċipru

29 029 670

23 770 514

Latvja

143 490 636

117 495 173

Litwanja

238 747 895

195 495 162

Lussemburgu

15 034 338

12 310 644

Ungerija

509 100 229

416 869 149

Malta

24 406 009

19 984 497

Netherlands

89 478 781

73 268 369

Awstrija

635 078 708

520 024 752

Polonja

1 612 048 020

1 320 001 539

Portugall

660 145 863

540 550 620

Rumanija

1 181 006 852

967 049 892

Slovenja

134 545 025

110 170 192

Slovakkja

316 398 138

259 077 909

Finlandja

432 993 097

354 549 956

Żvezja

258 769 726

211 889 741

Total UE-27

14 750 974 100

12 078 615 700

Assistenza Teknika

36 969 860

30 272 220

Total

14 787 943 960

12 108 887 920 ”


ANNESS II

Anness Ia għar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa mdaħħal kif ġej:

“ANNESS Ia

TQASSIM TAR-RIŻORSI ADDIZZJONALI GĦAL KULL STAT MEMBRU KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 58 A

(prezzijiet kurrenti, f’EUR)

 

2021

2022

Belġju

14 246 948

33 907 737

Bulgarija

59 744 633

142 192 228

Ċekja

54 879 960

130 614 305

Danimarka

16 078 147

38 265 991

Ġermanja

209 940 765

499 659 020

Estonja

18 636 494

44 354 855

Irlanda

56 130 739

133 591 159

Greċja

108 072 886

257 213 470

Spanja

212 332 550

505 351 469

Franza

256 456 603

610 366 714

Kroazja

59 666 188

142 005 526

Italja

269 404 179

641 181 947

Ċipru

3 390 542

8 069 491

Latvja

24 878 226

59 210 178

Litwanja

41 393 810

98 517 267

Lussemburgu

2 606 635

6 203 790

Ungerija

88 267 157

210 075 834

Malta

2 588 898

6 161 577

Netherlands

15 513 719

36 922 650

Awstrija

101 896 221

242 513 006

Polonja

279 494 858

665 197 761

Portugall

104 599 747

248 947 399

Rumanija

204 761 482

487 332 328

Slovenja

21 684 662

51 609 495

Slovakkja

48 286 370

114 921 561

Finlandja

61 931 116

147 396 056

Żvezja

44 865 170

106 779 104

Total UE-27

2 381 748 705

5 668 561 918

Assistenza Teknika (0,25 %)

5 969 295

14 206 922

Total

2 387 718 000

5 682 768 840


ANNESS III

L-Annessi II u III għar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness II, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin:

“2021

2022

494 926

494 926

788 626

797 255

854 947

854 947

862 367

862 367

4 915 695

4 915 695

190 715

193 576

1 186 282

1 186 282

1 891 660

1 890 730

4 800 590

4 797 439

7 285 001

7 274 171

344 340

374 770

3 628 529

3 628 529

47 648

47 648

339 055

344 140

569 965

578 515

32 748

32 748

1 243 185

1 243 185

4 594

4 594

717 382

717 382

677 582

677 582

3 030 049

3 061 233

595 873

600 528

1 891 805

1 919 363

131 530

131 530

391 174

396 034

515 713

517 532

685 676

685 904 ”

(2)

fl-Anness III, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin:

“2021

2022

494,9

494,9

791,2

799,8

854,9

854,9

862,4

862,4

4 915,7

4 915,7

190,7

193,6

1 186,3

1 186,3

2 075,7

2 074,7

4 860,3

4 857,1

7 285,0

7 274,2

344,3

374,8

3 628,5

3 628,5

47,6

47,6

339,1

344,1

570,0

578,5

32,7

32,7

1 243,2

1 243,2

4,6

4,6

717,4

717,4

677,6

677,6

3 030,0

3 061,2

596,1

600,7

1 891,8

1 919,4

131,5

131,5

391,2

396,0

515,7

517,5

685,7

685,9”


ANNESS IV

L-Anness VI għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS VI

LIMITI BAĠITARJI GĦALL-PROGRAMMI TA’ APPOĠĠ IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 44(1)

f’eluf ta’ euro kull sena tal-baġit

 

2014

2015

2016

2017-2020

mill-2021 ’il quddiem

Bulgarija

26 762

26 762

26 762

26 762

25 721

Ċekja

5 155

5 155

5 155

5 155

4 954

Ġermanja

38 895

38 895

38 895

38 895

37 381

Greċja

23 963

23 963

23 963

23 963

23 030

Spanja

353 081

210 332

210 332

210 332

202 147

Franza

280 545

280 545

280 545

280 545

269 628

Kroazja

11 885

11 885

11 885

10 832

10 410

Italja

336 997

336 997

336 997

336 997

323 883

Ċipru

4 646

4 646

4 646

4 646

4 465

Litwanja

45

45

45

45

43

Lussemburgu

588

Ungerija

29 103

29 103

29 103

29 103

27 970

Malta

402

Awstrija

13 688

13 688

13 688

13 688

13 155

Portugall

65 208

65 208

65 208

65 208

62 670

Rumanija

47 700

47 700

47 700

47 700

45 844

Slovenja

5 045

5 045

5 045

5 045

4 849

Slovakkja

5 085

5 085

5 085

5 085

4 887

Renju Unit

120


Top