Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018DC0490

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI RAPPORT ANNWALI 2017 DWAR L-APPLIKAZZJONI TAL-PRINĊIPJI TAS-SUSSIDJARJETÀ U TAL-PROPORZJONALITÀ

    COM/2018/490 final

    Brussell, 23.10.2018

    COM(2018) 490 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI

    RAPPORT ANNWALI 2017

    DWAR L-APPLIKAZZJONI TAL-PRINĊIPJI TAS-SUSSIDJARJETÀ U TAL-PROPORZJONALITÀ


    RAPPORT ANNWALI TAL-2017
    DWAR L-APPLIKAZZJONI TAL-PRINĊIPJI TAS-SUSSIDJARJETÀ U TAL-PROPORZJONALITÀ

    1.    daħla

    Dan huwa l-25 rapport annwali dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità fit-tfassil tal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea. Ir-rapport qiegħed jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “TFUE).

    Ir-rapport iħares lejn il-mod kif l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea implimentaw dawn iż-żewġ prinċipji fl-2017 u kif evolviet il-prattika meta mqabbel mas-snin ta’ qabel. Jipprovdi wkoll analiżi tal-proposti tal-Kummissjoni li kienu notevolment l-oġġett ta’ opinjonijiet motivati mill-parlamenti nazzjonali matul is-sena. Minħabba r-rabtiet mill-qrib bejn il-mekkaniżmi ta’ kontroll tas-sussidjarjetà u d-djalogu politiku bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Kummissjoni, dan ir-rapport għandu jitqies bħala kumplimentari għar-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali għas-sena 2017. 1

    2.    applikazzjoni tal-prinċipji mill-istituzzjonijiet

    2.1.     Il-Kummissjoni

    Fl-2017, il-Kummissjoni Juncker kompliet timplimenta l-aġenda msaħħa tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar li, bi gwida aktar b’saħħitha u opportunitajiet ġodda (inkluż portal online għar-Regolamentazzjoni Aħjar 2 ) għar-reazzjonijiet tal-partijiet interessati u taċ-ċittadini, tiżgura li s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità jiġu kkunsidrati fl-istadji kollha tat-tfassil ta’ politika. Il-Kummissjoni mxiet ukoll fuq il-prattika tagħha ta’ evalwazzjoni tal-oqfsa politiċi eżistenti, qabel ma tippreżenta reviżjonijiet leġislattivi. Dawn il-evalwazzjonijiet 3 jinkludu valutazzjonijiet dwar jekk il-miżuri politiċi eżistenti għadhomx adattati għall-iskop tagħhom u sa liema punt jikkonformaw mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

    Is-sit web tal-Kummissjoni “Ħaffef il-piż – Semma’ leħnek 4 kif ukoll il-Pjattaforma dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) jipprovdu wkoll modi biex il-pubbliku u l-partijiet interessati jikkomunikaw mal-Kummissjoni dwar piżijiet eċċessivi possibbli jew ineffiċjenzi ta’ miżuri regolatorji eżistenti, fosthom mistoqsijiet dwar is-sussidjarjetà jew il-proporzjonalità. Fl-2017, il-Pjattaforma dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni Regolatorja pproduċiet 46 opinjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar kif jistgħu jiġu ssimplifikati u jitnaqqsu l-piżijiet regolatorji tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE. Il-Kummissjoni qiegħda tirrispondi għal dawn b’mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2018.

    F’Lulju 2017, il-Kummissjoni adottat sett rivedut ta’ linji gwida għal regolamentazzjoni aħjar u s-sett ta’ għodod li jakkumpanjahom. Dan sar biex jiġi żgurat li l-linji gwida u s-sett ta’ għodod ġew aġġornati fid-dawl ta’ esperjenza prattika sa minn meta ġie adottat il-pakkett ta’ Regolamentazzjoni Aħjar f’Mejju 2015. Il-Kummissjoni espandiet ukoll il-portal tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar biex b’hekk tagħmilha aktar faċli għaċ-ċittadini biex jużawh online

    It-Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u Isir Anqas b’Mod Aktar Effiċjenti

    Fit-13 ta’ Settembru 2017, il-President Juncker ħabbar fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni li se jwaqqaf Task Force ta’ livell għoli għas-Sussidjarjetà, għall-Proporzjonalità u “Isir Anqas b’Mod Aktar Effiċjenti” li l-għanijiet tagħha kienu deskritti fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2018: “Billi nkomplu niżviluppaw fuq il-ħidma li diġà għamlet din il-Kummissjoni, għandna nkomplu naħdmu bil-qawwi fuq il-ħwejjeġ il-kbar. Dan ma jfissirx li nirregolaw kull aspett tal-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini. Irridu nirriflettu b’mod serju fuq li jsir inqas b’mod iktar effiċjenti u nagħtu lura kompetenzi lill-Istati Membri fejn jagħmel sens li jsir dan. Filwaqt li nibnu fuq il-ħidma tat-Task Force mmexxija mill-Ewwel Viċi President Timmermans (…), il-Kummissjoni sejra tippreżenta l-ideat tagħha dwar it-tisħiħ ulterjuri tas-sussidjarjetà, il-proporzjonalità u ta’ regolamentazzjoni aħjar biex inkunu żguri li qed naġixxu biss meta l-UE żżid il-valur. Il-President Juncker stabbilixxa t-Task Force fl-14 ta’ Novembru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2018 5 . It-Task Force ippreżentat ir-rapport tagħha lill-President fl-10 ta’ Lulju 2018 6 . Il-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Konferenza tal-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet tal-Unjoni tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea (COSAC) u tal-Kumitat tar-Reġjuni ġew mistiedna biex jaħtru Membri mill-istituzzjonijiet tagħhom għal fuq it-Task Force li mbagħad jipparteċipaw f’kapaċità personali. Il-Parlamenti Nazzjonali (COSAC) u l-Kumitat tar-Reġjuni sussegwentement ippreżentaw il-membri tagħhom għat-Task Force, filwaqt li l-Parlament Ewropew għażel li ma jagħmilx hekk.

    L-analiżi tas-sussidjarjetà u l-prinċipju tal-proporzjonalità

    Il-linji gwida dwar Regolamentazzjoni Aħjar u s-“sett ta’ għodod 7 li jakkumpanjahom jeħtieġu lill-Kummissjoni twettaq analiżi tas-sussidjarjetà meta tkun qed tqis inizjattiva ġdida f’oqsma li fihom l-Unjoni ma għandhiex kompetenza esklużiva, u meta tivvaluta r-rilevanza u l-valur miżjud Ewropew ta’ intervent eżistenti. Il-Kummissjoni tindirizza s-sussidjarjetà kemm għal inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi. L-objettiv tal-analiżi għandu żewġ għanijiet: l-ewwel nett, biex jiġi vvalutat jekk azzjoni fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali hijiex biżżejjed sabiex jintlaħaq l-objettiv segwit; it-tieni, biex jiġi vvalutat jekk l-azzjoni tal-Unjoni tipprovdix valur miżjud meta mqabbla ma’ azzjoni meħuda mill-Istati Membri.

    Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni ma għandhomx jeċċedu dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattati. 8 Ir-rispett tal-prinċipju tal-proporzjonalità jfisser li jiġi żgurat li l-approċċ u l-livell ta’ intervent regolatorju ta’ politika jkunu jaqblu mal-objettiv tagħha. Fil-valutazzjonijiet tal-impatt 9 , fil-valutazzjonijiet u fil-kontrolli tal-idoneità 10 jenħtieġ li jkun hemm referenza ċara għall-proporzjonalità.

    Valutazzjonijiet tal-impatt

    Fl-2017, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju 11 , li jevalwa l-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt 12 , eżamina 53 valutazzjoni tal-impatt. Tnax-il każ minn dawn ġew iġġudikati bħala li jeħtieġu titjib fl-analiżi tagħhom ta’ sussidjarjetà u l-valur miżjud tal-UE. Tletin opinjoni kien fihom kummenti dwar il-proporzjonalità u l-paragun tal-alternattivi. L-eżempji li ġejjin juru kif il-Bord ivvaluta s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità fl-2017:

    ·Fl-opinjoni negattiva tiegħu dwar il-valutazzjoni tal-impatt 13 dwar il-proposta għal kooperazzjoni fl-UE filValutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju saħaq li waħda mill-alternattivi politiċi — kooperazzjoni permanenti fil-livell tal-UE dwar valutazzjonijiet tat-teknoloġija tas-saħħa sħaħ — qajmet kwistjonijiet sinifikanti f’termini ta’ fattibilità, sussidjarjetà u proporzjonalità. Ir-rapport ġie rivedut u qies dan il-kumment billi warrab mill-ewwel din l-alternattiva.

    ·Fl-opinjoni pożittiva b’riżervi tiegħu dwar il-valutazzjoni tal-impatt 14 għal inizjattiva li temenda direttiva dwar it-trasport ikkombinat, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ddikjara li l-argument tas-sussidjarjetà ma kienx żviluppat biżżejjed, speċjalment għall-inklużjoni ta’ trasport strettament domestiku. Talab għal aktar evidenza li inizjattivi nazzjonali ma jkunux biżżejjed biex jindirizzaw il-problema u li l-iskala tal-operazzjonijiet tkun teħtieġ intervent fil-livell tal-UE. Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt rivedut kien fih argumenti addizzjonali biex juru d-dimensjoni transfruntiera tal-problema, inkluża ġustifikazzjoni għall-estensjoni tal-miżuri ta’ appoġġ għal operazzjonijiet domestiċi.

    ·Fl-opinjoni negattiva dwar il-valutazzjoni tal-impatt 15 tal-proposta għal qafas għal fluss liberu ta’ data mhux personali fl-Unjoni Ewropea, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju sab li r-rapport ma jargumentax għal azzjoni tal-UE u ma vvalutax b’mod xieraq il-proporzjonalità tal-alternattivi. Ir-rapport rivedut irċieva t-tieni opinjoni negattiva mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju. Il-Bord sab li r-rapport b’mod partikolari naqas milli jargumenta għal dritt ġdid għall-portabbiltà tas-servizzi tal-cloud. L-inizjattiva ġiet adottata mill-Kulleġġ mingħajr id-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu portabbiltà tas-servizzi tal-cloud obbligatorja, iżda minflok bi previżjoni ta’ miżuri awtoregolatorji.

    Kif muri minn dawn l-eżempji, fl-2017 il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju għen sabiex titjieb l-analiżi ta’ kif il-proposti jikkonformaw mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, u b’hekk ipprovda informazzjoni kritika għall-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet politiċi tal-Kummissjoni.

    Evalwazzjonijiet u kontrolli tal-idoneità

    Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità kienu wkoll essenzjali għall-evalwazzjonijiet u l-kontrolli ta’ idoneità retrospettivi, li jivvalutaw jekk l-azzjonijiet Ewropej hux qed jagħtu r-riżultati mistennija f’termini ta’ effiċjenza, effettività, koerenza, rilevanza u jekk għadx hemm valur miżjud Ewropew. Fl-2017, il-Kummissjoni ppubblikat 72 valutazzjoni u kontrolli tal-idoneità (evalwazzjonijiet ta’ oqsma ta' politika usa’). Ġew ippubblikati tliet kontrolli tal-idoneità: wieħed dwar l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali tal-UE (EMAS) u l-Ekotikketta tal-UE, ieħor dwar il-politika tal-konsumatur u ieħor dwar l-obbligi tar-rappurtar fil-qasam tal-ambjent 16 .

    Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju eżamina 17-il evalwazzjoni u kontroll tal-idoneità ewlenin fl-2017. Minn dawn, il-Bord għamel rakkomandazzjonijiet għal titjib fil-kategorija ta’ “rilevanza u valur miżjud tal-UE” f’seba’ każijiet, inkluż fil-programm LIFE 17 (il-programm ta’ azzjoni tal-UE dwar l-ambjent u l-klima) u l-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel 18 . Għaldaqstant għen sabiex titjieb l-analiżi ta’ kif l-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità qiesu l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

    2.2.     Segwitu għal opinjonijiet motivati mill-parlamenti nazzjonali

    Fl-2017, il-Kummissjoni rċeviet 52 opinjoni motivata 19 mill-parlamenti nazzjonali dwar il-prinċipju tas-sussidjarjetà 20 . Dan kien 20 % inqas mill-65 opinjoni motivata fl-2016, li jikkorrispondi għal għadd globali inqas ta’ opinjonijiet irċevuti fl-2017 21 . Il-proporzjon ta’ opinjonijiet motivati meta mqabbel mal-għadd globali ta’ opinjonijiet irċevuti fl-2017 naqas ukoll minn 10,5 % fl-2016 għal 9 % fl-2017.

    Fost it-52 opinjoni motivata li waslu fl-2017, 24 opinjoni kienu ffukati fuq erba’ proposti tal-Kummissjoni. Il-proposta li qajmet l-iktar opinjonijiet motivati kienet il-proposta dwar is-suq intern tal-elettriku 22 , li qajmet 11-il opinjoni motivata. Żewġ proposti leġiżlattivi fl-hekk imsejjaħ “pakkett ta’ servizzi 23 rċevew total ta’ disa’ opinjonijiet motivati u l-proposta dwar bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw irċeviet erba’ opinjonijiet motivati 24 . Proposti oħra rċevew bejn opinjoni motivata waħda u tlieta. Il-każijiet li dwarhom il-Kummissjoni rċeviet l-ogħla għadd ta’ opinjonijiet motivati huma deskritti f’aktar dettall fil-Kapitolu 3.

    Iż-żieda fl-għadd totali ta’ opinjonijiet motivati maħruġa fl-2017 ikkoinċidiet ma’ nuqqas simili fl-għadd ta’ opinjonijiet motivati maħruġa minn kull kamra. Fl-2017, 19 kamra biss minn 41 ħarġu opinjonijiet motivati (meta mqabbel ma’ 26 fl-2016). L-opinjonijiet motivati nħarġu mill-Poslanecká sněmovna tar-Repubblika Ċeka(1), il-Cortes Generales ta’ Spanja (2), mid-Dáil u s-Seanad Éireann tal-Irlanda (3) 25 , mill-Bundestag tal-Ġermanja (6), mill-Bundesrat tal-Ġermanja (3), mis-Sénat ta’ Franza (7), mill-Assemblée nationale ta’ Franza (2), mis-Senato della Repubblica tal-Italja (1), mill-Országgyűlés tal-Ungerija (2), mill-Eerste Kamer tan-Netherlands (2), mit-Tweede Kamer tan-Netherlands (2), mill-Bundesrat tal-Awstrija (6), mis-Senat tal-Polonja (4), mis-Sejm tal-Polonja (2), mill-Camera Deputaților tar-Rumanija (1), mis-Senatul tar-Rumanija (2), mir-Riksdag tal-Iżvezja (4) u mill-House of Commons tar-Renju Unit (2).

    2.3.    Il-Parlament Ewropew

    Fl-2017, il-Parlament Ewropew irċieva formalment 421 sottomissjoni mill-parlamenti nazzjonali skont il-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità 26 . Disgħa u erbgħin minn dawn kienu opinjonijiet motivati filwaqt li t-372 l-oħra kienu kontribuzzjonijiet (jiġifieri sottomissjonijiet li ma jqajmux kwistjonijiet relatati mal-prinċipju tas-sussidjarjetà). B’paragun, 76 opinjoni motivata u 333 kontribuzzjoni ġew trażmessi uffiċjalment lill-Parlament Ewropew fl-2016. Il-proporzjon ta’ opinjonijiet motivati mal-kontribuzzjonijiet għadu żgħir, li jindika li l-parlamenti nazzjonali jaraw tal-mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà bħala mezz kostruttiv addizzjonali li bih jesprimu l-fehmiet u t-tħassib tagħhom. Is-sottomissjonijiet kollha mill-parlamenti nazzjonali huma disponibbli f’CONNECT, il-bażi ta’ data tal-Parlament Ewropew ta’ dokumenti tal-parlamenti nazzjonali 27 .

    Skont l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għandu r-responsabbiltà orizzontali għar-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Kull sitt xhur, membru tal-kumitat jinħatar bħala relatur permanenti għas-sussidjarjetà abbażi ta’ rotazzjoni fost il-gruppi politiċi. Is-Sa Mady Delvaux (grupp S&D/il-Lussemburgu) kienet ir-relatur permanenti matul l-ewwel nofs tal-2017, segwita mis-Sa Laura Ferrara (grupp EFDD/l-Italja) għat-tieni nofs tas-sena. Ir-rekatur isegwi l-opinjonijiet motivati li jkunu waslu u għandu l-opportunità li jqajjem kwistjonijiet li jkunu tqajmu fl-opinjonijiet motivati għal dibattitu fil-kumitat u għal rakkomandazzjonijiet possibbli lill-kumitat responsabbli mis-suġġett tal-proposta inkwistjoni.

    Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali regolament ifassal ukoll rapport dwar ir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Is-Sa Mady Delvaux inħatret relatur għar-rapport fuq inizjattiva proprja tal-Parlament dwar ir-Rapporti Annwali 2015 u 2016 dwar is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità. Il-Parlament adotta r-riżoluzzjoni dwar ir-rapport fuq inizjattiva proprja tal-Parlament rigward ir-Rapporti Annwali 2015 u 2016 dwar is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità fis-sessjoni plenarja tiegħu fit-18 ta’ April 2018 28 . Il-kumitat jikkontribwixxi wkoll għar-rapporti biennali maħruġa mill-Konferenza tal-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet tal-Unjoni (COSAC) dwar kwistjonijiet relatati mas-sussidjarjetà.

    Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali huwa responsabbli biex jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipju tal-proporzjonalità, li jqis waqt it-twettiq tal-kompitu tiegħu tal-verifika tal-bażi ġuridika tal-proposti u fl-eżerċizzju tar-responsabbiltà tiegħu għal tfassil aħjar tal-liġijiet.

    Barra minn hekk, is-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew kompla jassisti lill-Parlament Ewropew biex iqis il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità fil-ħidma tiegħu:

    ·billi analizza fil-fond u b'mod sistematiku l-aspetti tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni u ġibed l-attenzjoni għal xi tħassib espress f’dan ir-rigward, b’mod partikolari mill-parlamenti nazzjonali u mill-Kumitat tar-Reġjuni;

    ·billi żgura li dawn il-prinċipji jiġu rispettati b’mod sħiħ fil-ħidma tal-Parlament Ewropew stess, pereżempju fit-twettiq ta’ valutazzjonijiet tal-impatt tal-emendi sostantivi proprji jew analizza l-valur miżjud tal-proposti tal-Parlament għal leġiżlazzjoni ġdida, abbażi tal-Artikolu 225 tat-TFUE, u l-kost tan-nuqqas ta’ azzjoni fil-livell tal-UE; kif ukoll

    ·billi analizza fil-fond l-aspetti tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità waqt l-abbozzar tal-valutazzjonijiet tal-impatt, b’enfasi fuq il-valur miżjud tal-UE pjuttost milli fuq in-nefqa jew fuq l-azzjonijiet nazzjonali.

    Fl-2017, il-Parlament Ewropew ipproduċa 42 Evalwazzjoni Inizjali tal-Valutazzjonijiet ta’ Impatt tal-Kummissjoni, żewġ Valutazzjonijiet tal-Impatt ta’ emendi parlamentari sostantivi, 11-il Valutazzjoni tal-Impatt Ewropea ex post u ħames dokumenti ta’ Implimentazzjoni f’azzjoni relatati ma’ dan. Barra minn hekk, tlestew tliet rapporti dwar il-kost tan-non-Ewropa u żewġ Valutazzjonijiet tal-Valur Miżjud Ewropew. Is-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew, li jiskrutinja wkoll l-implimentazzjoni u l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE kull meta l-Kummissjoni tħabbar fil-programm ta’ ħidma annwali tagħha li din il-leġiżlazzjoni se tiġi emendata. Fl-2017, ġew prodotti madwar 26 “Evalwazzjoni tal-Implimentazzjoni” bħal dawn.



    2.4. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 2 tat-Trattati, il-Kunsill irid jgħaddi lill-parlamenti nazzjonali l-abbozzi tal-atti leġiżlattivi kollha li joriġinaw minn grupp ta’ Stati Membri, mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-Bank Ewropew tal-Investiment. Bħala korollarju għall-obbligu ta’ hawn fuq, skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2, il-Kunsill irid jgħaddi kull opinjoni ta’ Parlament nazzjonali dwar proposta leġiżlattiva li toriġina minn grupp ta’ Stati Membri lill-Istati Membri proponenti. Bl-istess mod, il-Kunsill jgħaddi l-opinjonijiet tal-parlamenti nazzjonali dwar il-proposti leġiżlattivi mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-Bank Ewropew tal-Investiment lill-istituzzjoni kkonċernata.

    Fis-27 ta’ Lulju 2017, il-Kunsill bagħat lill-parlamenti nazzjonali ir-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew 29 .

    Minbarra r-rekwiżiti tiegħu skont it-Trattat, il-Kunsill iżomm ukoll lill-Istati Membri infurmati dwar l-opinjonijiet tal-parlamenti nazzjonali dwar il-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni. Fl-2017, is-Segretarjat tal-Kunsill qassam lid-delegazzjonijiet 38 opinjoni motivata li kienu waslu fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 u 220 opinjoni maħruġa fil-qafas tad-djalogu politiku 30 .

    2.5.    Il-Kumitat tar-Reġjuni 31

    Is-sena 2017 kienet immarkata minn dibattitu wiesa’ dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, li fih il-Kumitat tar-Reġjuni enfasizza l-importanza ta’ applikazzjoni effiċjenti tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Fil-qafas tal-ħames Programm ta’ Ħidma tas-Sussidjarjetà tiegħu, il-Kumitat immonitorja tliet inizjattivi magħżula mill-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2017 b’attenzjoni partikolari. Barra minn hekk, il-Kumitat ivvaluta l-konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità tal-proposti leġiżlattivi kollha li fuqhom ikun ħareġ opinjonijiet.

    Fl-2017, il-Kumitat tar-Reġjuni ħareġ 15-il opinjoni dwar proposti leġiżlattivi. Fil-maġġoranza tagħhom, il-Kumitat sab li kienu konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. F’żewġ opinjonijiet, il-Kumitat qajjem tħassib li kien rilevanti f’termini ta’ monitoraġġ tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

    L-opinjoni dwar il-“pakkett dwar is-servizzi” indikat “interferenza potenzjali fi proċeduri leġislattivi nazzjonali” u enfasizzat li “l-proposti għall-e-card tas-servizzi, il-proċedura ta’ notifika u t-test tal-proporzjonalità se jimponu piżijiet amministrattivi addizzjonali”. L-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u d-dokument ta’ Riflessjoni dwar id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa enfasizzat li jenħtieġ li d-dimensjonijiet lokali u reġjonali tal-politiki soċjali jiġu kkunsidrati kif jixraq.

    Bħala parti mill-Programm ta’ Ħidma tas-Sussidjarjetà, il-Grupp ta’ Esperti tas-Sussidjarjetà ġie kkonsultat dwar tliet inizjattivi. Fir-rigward tal-proposta għal Regolament dwar ir-Regoli Finanzjarji applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-esperti qiesu li l-proposti l-ġodda dwar strumenti finanzjarji u l-kundizzjonijiet għandhom impatt sostanzjali fuq il-benefiċjarji tagħhom u l-kontenut u l-proċedura ta’ implimentazzjoni tal-politika fuq il-post. Barra minn hekk, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni f’livell nazzjonali u reġjonali kienu mħassba sostanzjalment mill-proposti. L-opinjoni indikat li “ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt u li l-ġustifikazzjoni f’termini ta’ proporzjonalità mhix sostanzjata mid-data ppreżentata”. Barra minn hekk, fl-opinjoni “[il-Kumitat] jiddubita mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-proposta leġislattiva taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni peress li l-proposti dwar l-atti leġislattivi settorjali imorru lil hinn mill-allinjament tat-test mar-regoli finanzjarji l-ġodda applikabbli għall-Unjoni”.

    It-tieni konsultazzjoni tikkonċerna il-pakkett “Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha”. Fir-rigward tal-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, dawk li wieġbu enfasizzaw li, b’mod partikolari għall-pajjiżi federali b’ħafna partijiet ikkonċernati involuti fl-implimentazzjoni, l-iskedi ta’ żmien proposti huma qosra wisq u mhumiex kompatibbli mal-proċess ta’ koordinazzjoni użati fl-Istati federali. L-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ma qajmitx tħassib dwar is-sussidjarjetà iżda dwar il-proporzjonalità, “peress li s-sistema ta’ governanza ssuġġerita hija kkunsidrata wisq kumplessa, wisq dettaljata u li timponi intervalli ta’ rapportar wisq stretti. Il-Kumitat tar-Reġjuni kien jippreferi jara li s-sistema ta’ governanza tiġi introdotta permezz ta’ direttiva, minflok permezz ta’ regolament, fejn dan ikun jippermetti l-involviment xieraq tal-awtoritajiet reġjonali fil-pajjiżi federali”.

    Fir-rigward tal-proposti dwar l-effiċjenza u l-prestazzjoni tal-enerġija fil-bini, il-Kumitat, fl-opinjoni tiegħu, kien jikkondividi l-punti li tressqu minn dawk li wieġbu għall-konsultazzjoni u jindika li l-bażi ġuridika inkwistjoni, l-Artikolu 194 tat-TFUE, ma tkoprix miżuri għall-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku li “għandhom ikunu bbażati fuq l-Artikolu 151 tat-TFUE”. Il-Kumitat kien “kontra li jiġi introdott indikatur tal-intelliġenza permezz ta’ att delegat”. L-opinjoni attestat il-konformità taż-żewġ proposti mal-prinċipju tal-proporzjonalità. L-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Enerġija Rinnovabbli u s-suq intern tal-elettriku attestat il-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u indikat il-ħtieġa li l-valutazzjoni tal-konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità “tiġi analizzata aktar bir-reqqa”.

    Fl-aħħar nett, il-Grupp Espert ta’ Sussidjarjetà ġie kkonsultat dwar il-proposta dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw. Xi pożizzjonijiet ġew riċevuti wkoll dwar il-pjattaform REGPEX – is-sottonetwerk tan-Netwerk għall-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà miftuħ għall-parlamenti u l-gvernijiet tar-reġjuni li għandhom setgħat leġislattivi – li indikaw li l-miżuri proposti mhumiex meħtieġa u li l-miżuri nazzjonali eżistenti u l-arranġamenti fis-seħħ huma biżżejjed. L-opinjoni dwar din il-proposta xehdet għall-konformità bejn il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Madankollu, l-opinjoni enfasizzat li “l-azzjoni tal-Unjoni għandha tħalli lok kemm jista’ jkun għal deċiżjonijiet fil-livell nazzjonali u individwali peress li hija prattika stabbilita għal dan il-qasam li jiġi regolat mill-imsieħba soċjali kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali”.

    L-użu tar-REGPEX — sistema ta’ twissija bikrija għall-awtoritajiet reġjonali b’setgħat leġiżlattivi, u sors ta’ informazzjoni u skambju bejn parlamenti u gvernijiet reġjonali fit-tħejjija tal-analiżi tagħhom tas-sussidjarjetà — żdied fl-2017. Fil-pjattaforma ttellgħu total ta’ 66 kontribuzzjoni ppreżentati mis-sħab tar-REGPEX. Il-Kunsill Federali Awstrijak, il-Gvern tal-Istat tal-Awstrija t’Isfel, l-Assemblea leġiżlattiva Reġjonali tal-Emilia Romagna u l-Parlament tal-Istat ta’ Thuringia kienu fost l-aktar sħab attivi.

    Skont il-Protokoll Nru 2 għat-Trattati, il-parlamenti reġjonali jikkontribwixxu għall-iskrutinju tas-sussidjarjetà mwettaq mill-parlamenti nazzjonali. Qabel tinħareġ opinjoni motivata dwar abbozz ta’ att leġiżlattiv, huwa f’idejn kull parlament nazzjonali li jikkonsulta, fejn xieraq, il-parlamenti reġjonali li jkollhom setgħat leġislattivi 32 .

    Attività ewlenija/importanti fil-qasam tas-sussidjarjetà kienet it-Tmien Konferenza Interistituzzjonali dwar is-Sussidjarjetà, koorganizzata mill-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kunsill Federali Awstrijaku li saret fi Vjenna fl-4 ta’ Diċembru 2017, flimkien ma’ 200 parteċipant minn istituzzjonijiet differenti nazzjonali u tal-UE u jirrappreżentaw il-livelli kollha ta’ governanza 33 . Bħala parti mill-konklużjonijiet ewlenin ġie indikat li t-tifsira tal-prinċipji tas-sussidjarjetà ma kinitx dejjem qed tiġi kkomunikata b’mod ċar liċ-ċittadini u li l-aċċettazzjoni usa’ ta’ politiki ma tistax tinkiseb mingħajr l-applikazzjoni korretta tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

    2.6.    Il-Qorti tal-Ġustizzja    tal-Unjoni Ewropea

    Il-Qorti tal-Ġustizzja fl-2017 tat sentenzi sinifikanti dwar il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità li fihom il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja qieset li dawk il-prinċipji kienu ġew irrispettati mil-leġiżlatura tal-Unjoni.

    Fil-kawża Il-Ġermanja vs il-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2017 34 dwar il-legalità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2098 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 35 , il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li ma kienx muri li l-Kummissjoni kienet indaħlet fil-qasam tal-kompetenza tagħha li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. Il-Qorti Ġenerali enfasizzat “id-diviżjoni tar-rwoli bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ġermaniżi wasslet sabiex dawn tal-aħħar ikunu fdati l-iżvilupp ta’ regoli nazzjonali rilevanti li jirregolaw l-eliġibbiltà tan-nefqa […] il-Kummissjoni hija obbligata li tivverifika jekk l-awtoritajiet Ġermaniżi humiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom f’dan il-qasam, madankollu mingħajr ma dan jagħti lill-Kummissjoni ebda setgħa li tippermettilha timponi regoli speċifiċi fir-rigward tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-proċedura ta’ konsolidazzjoni tal-art u ta’ tiġdid tal-irħula 36 . 

    Il-Kawża Sotiropoulou et vs Il-Kunsill tat-3 ta’ Mejju 2017 37 kienet tikkonċerna applikazzjoni għal kumpens skont l-Artikolu 268 TFUE fir-rigward ta’ telf u danni li r-rikorrenti sofrew bħala riżultat ta’ tnaqqis drastiku tal-pensjonijiet prinċipali tagħhom fil-Greċja. Id-deċiżjonijiet ikkontestati 38 jikkonċernaw fost oħrajn l-istipulazzjoni ta’ miżuri, politiki u interventi dettaljati fis-sistema tas-sigurtà soċjali u tal-pensjoni. Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li d-deċiżjonijiet indirizzati lil Stat Membru bil-għan li tiġi rrimedjata sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv ma jiksrux il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u lanqas il-prinċipju tal-għoti ta’ kompetenzi. Dawn id-deċiżjonijiet ġew adottati biex tissaħħaħ is-sorveljanza baġitarja u wissew lill-Istati Membri jieħdu passi biex isir it-tnaqqis fid-defiċit meqjus bħala neċessarju biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv. 39

    Il-kawża Landeskreditbank Baden-Württemberg — Förderbank vs Il-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Mejju 2017 40 tikkonċerna rikors għal annullament, skont l-Artikolu 263 TFUE, imressaq minn bank Ġermaniż tal-investiment u tal-iżvilupp, kontra deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew li kklassifika l-bank Ġermaniż bħal “entità sinifikanti”. B’konsegwenza, l-applikant kien soġġett għas-superviżjoni diretta tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qafas tal-mekkaniżmu superviżorju uniku. L-applikant sostna li, minħabba l-profil ta’ riskju baxx tiegħu, seta' kien sorveljat tajjeb mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

    Il-Qorti Ġenerali fakkret li l-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika biss fl-oqsma li ma jaqgħux taħt il-kompetenza esklussiva tal-UE 41 . F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li, skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (ir-Regolament Bażiku), il-Bank Ċentrali Ewropew kellu kompetenza esklużiva 42 , li wasslet għall-konklużjoni li l-prinċipju ta’ sussidjarjetà kien irrilevanti 43 .

    Fl-istess sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonstatat ukoll li l-prinċipju ta’ proporzjonalità ma nkisirx peress li l-atti adottati mill-Bank Ċentrali Ewropew kienu xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi tal-leġiżlazzjoni. Il-Bank Ċentrali Ewropew iddeċieda li jeżerċita s-superviżjoni diretta tiegħu skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, li ma jeħtiġux dimostrazzjoni każ b’każ li l-objettivi tiegħu jistgħu faċilment jintlaħqu wkoll permezz ta’ superviżjoni diretta mill-awtoritajiet nazzjonali.

    Il-kawża Ir-Repubblika Slovakka u l-Ungerija vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Settembru 2017 44 tirrigwarda l-proporzjonalità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni rigward ċittadini ta’ pajjiżi terzi li daħlu fil-Greċja u fl-Italja b’mod irregolari f’Lulju u f’Awwissu 2015.

    Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li l-miżuri kkontestati, adottati fil-qasam tal-politika komuni tal-Unjoni dwar l-ażil, essenzjalment jinvolvu għażliet politiċi u valutazzjonijiet kumplessi li, barra minn hekk, ikollhom isiru fi żmien qasir sabiex jipprovdu rispons rapidu u tanġibbli għal “sitwazzjoni ta’ emerġenza” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Fid-dawl ta’ dan, ikkonfermat li d-deċiżjoni kkontestata kienet xierqa u neċessarja biex jintlaħaq l-għan li huwa mixtieq. “Il-Kunsill seta’ ġustament iqis, fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ li għandu jingħata f’dan ir-rigward, li n-natura vinkolanti tat-tqassim tal-persuni rrikolati kienet neċessarja fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza partikolari li fiha d-deċiżjoni kkontestata kellha tiġi adottata 45 . Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ diversi mekkaniżmi ta’ aġġustament previsti fid-deċiżjoni kkontestata wriet li l-mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni li għalih tipprovdi d-deċiżjoni kkontestata ġeneralment jippermetti lill-Istati Membri sabiex jieħdu kont, b’mod proporzjonat, tas-sitwazzjoni partikolari ta’ kull Stat Membru.

    3.    każijiet ewlenin fejn tqajjem tħassib dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

    3.1.     Proposti li rċevew l-ogħla għadd ta’ opinjonijiet motivati fl-2017

    Dan il-kapitolu jippreżenta erba’ proposti leġiżlattivi individwali li rċevew aktar minn erba’ opinjonijiet motivati fl-2017. Peress li jiffurmaw parti minn pakketti akbar, dawn huma deskritti b’mod aktar komprensiv fir-rapport annwali dwar ir-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali.

    ·Proposta dwar is-suq intern tal-elettriku

    Fit-30 ta’ Novembru 2016 il-Kummissjoni ppreżentat pakkett ta’ “Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha”, bil-mira li jagħmel is-suq tal-elettriku adatt għall-flessibbiltà, id-dekarbonizzazzjoni u l-innovazzjoni billi jipprovdi għal sinjali tas-suq mingħajr distorsjonijiet, u li jikkonsisti minn tmien proposti leġislattivi, li erbgħa minnhom huma relatati mal-provvista tal-elettriku. Fir-rigward tal-proposta għal Regolament dwar is-suq intern tal-elettriku 46 , il-Kummissjoni rċeviet 11-il opinjoni motivata 47 b’varjetà ta’ argumenti. 48 Xi kmamar parlamentari argumentaw li l-proposta tkun taffettwa negattivament il-possibbiltà li l-Istati Membri jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku. Oħrajn kienu mħassbin rigward is-setgħat addizzjonali trasferiti lill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, filwaqt li oħrajn kienu mħassba li l-proposta tkun taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jiddeċiedu t-taħlita tal-enerġija tagħhom. Fl-aħħar nett, xi parlamenti kienu kritiċi tad-dispożizzjonijiet tal-proposta dwar il-konfigurazzjoni taż-żoni tal-offerti, l-istabbiliment propost ta’ ċentri operazzjonali reġjonali biex jaġixxu fl-interess ta’ reġjuni, u l-għoti tas-setgħa mill-proposta lill-Kummissjoni li tadotta atti ddelegati.

    Fit-tweġibiet tagħha għat-tħassib dwar is-sussidjarjetà tal-parlamenti nazzjonali, il-Kummissjoni enfasizzat li l-proposti fil-pakkett tal-enerġija jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet u l-prerogattivi tal-Istati Membri skont it-Trattati li jiddeċiedu t-taħlita tal-enerġija tagħhom. Argumentat li l-emendi proposti kienu neċessarji sabiex jinkiseb l-għan ta’ suq tal-elettriku Ewropew integrat li, legalment u prattikament, ma setax jintlaħaq fil-livell nazzjonali biss b’mod daqstant effiċjenti. Saħqet ukoll li l-evidenza kienet uriet li l-approċċi nazzjonali iżolati wasslu għal dewmien fl-implimentazzjoni tas-suq intern tal-enerġija, li wassal għal miżuri regolatorji mhux daqshekk ottimali u inkompatibbli, għal duplikazzjoni mhux meħtieġa ta’ interventi u għal dewmien biex jissewwew l-ineffiċjenzi tas-suq. Fir-rigward tal-konfigurazzjonijiet taż-żoni tal-offerti, il-Kummissjoni enfasizzat li l-liġi attwali tal-UE tipprevedi rekwiżiti sostantivi dwar iż-żoni tal-offerti. Fir-rigward taċ-ċentri operattivi reġjonali, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li jitwaqqfu entitajiet reġjonali biex jaġixxu b’mod indipendenti fl-interess tar-reġjun kollu sabiex jiġu evitati soluzzjonijiet ineffiċjenti minħabba nuqqas ta’ ftehim bejn l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni.

    ·Żewġ proposti mill-Pakkett dwar is-Servizzi

    Bħala parti mill-politika tagħha dwar l-hekk imsejjaħ “Pakkett tas-Servizzi” li fih Komunikazzjoni u erba’ proposti leġiżlattivi, ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2017, li kien maħsub biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni adottat (i) proposta għal Direttiva li tistabbilixxi proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u rekwiżiti relatati ma’ servizzi 49 , u (ii) proposta għal Direttiva dwar notifika mtejba ta’ abbozzi ta’ liġijiet nazzjonali dwar is-servizzi 50 , li qanqlet total ta’ disa’ opinjonijiet motivati 51 . Il-proposta dwar proċedura ta’ notifika għandha l-għan li tippermetti kemm lill-awtoritajiet Ewropej kif ukoll lill-Istati Membri li jqajmu tħassib potenzjali dwar inkompatibbiltajiet legali bejn il-liġi tal-UE u dik nazzjonali fi stadju bikri ta’ tfassil ta’ liġi nazzjonali. Il-proposta dwar il-valutazzjoni tal-proporzjonalità tar-regoli nazzjonali fuq is-servizzi professjonali għandha l-għan li tiżgura li l-Istati Membri iwettqu test tal-proporzjonalità komprensiv u trasparenti qabel ma jistabbilixxu regoli nazzjonali dwar is-servizzi professjonali.

    Fir-rigward tal-proposta li tistabbilixxi proċedura ta’ notifika, il-parlamenti nazzjonali esprimew tħassib li dan jagħti lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra d-dritt li jindaħlu fil-proċeduri leġislattivi nazzjonali, b’perijodi ta’ waqfien li potenzjalment jikkawżaw dewmien sinifikanti, u għalhekk tikkostitwixxi ndħil sostanzjali fis-sovranità nazzjonali. Fir-rigward tal-proposta li tistabbilixxi test tal-proporzjonalità, il-Parlamenti argumentaw li l-inizjattiva tikkostitwixxi ostaklu addizzjonali u bla bżonn għal-leġiżlazzjoni nazzjonali, li l-azzjoni tal-UE dwar is-saħħa pubblika u t-turiżmu għandha tkun biss komplementari għal azzjoni fil-livell nazzjonali u li l-proposta se twassal għal livell ta’ armonizzazzjoni li jmur kuntrarju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar is-saħħa, it-trasport u t-turiżmu.

    Fit-tweġibiet tagħha lill-parlamenti nazzjonali, il-Kummissjoni ddefendiet il-proposta tagħha li tistabbilixxi proċedura ta’ notifika bħala waħda bbilanċjata u proporzjonata, li minn naħa waħda tqis l-ispeċifiċità tas-settur tas-servizzi u l-ħtieġa li tiġi introdotta għodda effikaċi għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-UE u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li jiġi rispettat il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livell nazzjonali. Il-Kummissjoni indikat in-nuqqasijiet sinifikanti fil-proċedura eżistenti, kif enfasizzat fil-Valutazzjoni tal-Impatt tagħha, u l-fatt li fil-konsultazzjoni pubblika, 80 % ta’ dawk li wieġbu, inklużi kważi tliet kwarti tal-awtoritajiet pubbliċi kollha li pparteċipaw fil-konsultazzjoni, qiesu li l-proċedura ta’ notifika preżenti mhijiex waħda sodisfaċenti. Fir-rigward tal-proposta li tistabbilixxi test ta’ proporzjonalità, il-Kummissjoni fakkret li din sempliċiment tikkoordina kif l-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk ir-rekwiżiti li jridu jiġu adottati humiex konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ma tippreġudika b’ebda mod l-eżitu tal-proċess leġiżlattiv nazzjonali. Barra minn hekk, il-proposta tħalli diskrezzjoni wiesgħa għall-Istati Membri biex jintegraw it-test tal-proporzjonalità fl-istrutturi eżistenti tagħhom.

    ·Proposta dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw

    Din il-proposta, adottata fis-26 ta’ April 2017 52 , tifforma parti minn pakkett usa’ ta’ miżuri mfassla biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fir-rigward tal-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol u t-trattament fuq ix-xogħol. Il-proposta tistipula standards minimi ġodda jew ogħla biex toħloq iktar konverġenza bejn l-Istati Membri, billi tippreserva u testendi d-drittijiet eżistenti. L-elementi ewlenin tal-proposta jinkludu t-tisħiħ tal-iskema eżistenti tal-liv tal-ġenituri billi tiffaċilita l-użu minn ħaddiema ġodda permezz ta’ modifiki fir-rigward tal-ħlas, il-flessibilità u n-nontrasferibbiltà. Barra minn hekk, il-proposta timmira li tintroduċi liv għall-persuni li jindukraw u liv tal-paternità u d-dritt li jintalbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli għall-ġenituri kollha li jaħdmu ta’ tfal li għandhom sa 12-il sena u għall-persuni li jindukraw bi qraba dipendenti.

    Il-Kummissjoni rċeviet erba’ opinjonijiet motivati 53 b’reazzjoni għall-proposta, b’varjetà ta’ argumenti. 54 Uħud mit-tħassib relatat mal-allegat indħil tal-proposta fi kwistjonijiet ta’ kompetenza nazzjonali u li l-proposta timponi bosta regoli dettaljati, mingħajr ma tqis l-eżistenza ta’ soluzzjonijiet sistemiċi nazzjonali mmirati biex jiksbu l-istess għan; għaldaqstant, xi parlamenti argumentaw li l-valur miżjud tal-UE ma kienx muri ċarament.

    Fit-tweġibiet tagħha lill-parlamenti nazzjonali, il-Kummissjoni spjegat li l-leġislazzjoni Ewropea attwali diġà tinkludi dispożizzjonijiet dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-suq tax-xogħol, li turi qbil komuni li azzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam hija meħtieġa u f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-Kummissjoni wieġbet ukoll li d-Direttiva proposta tirrispetta arranġamenti nazzjonali diġà stabbiliti fil-qasam ta’ liv relatat mal-familja u arranġamenti tax-xogħol flessibbli, peress li tistabbilixxi biss standards minimi, u b’hekk tippermetti li Stati Membri jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet aktar favorevoli. Għaldaqstant, fil-fehma tal-Kummissjoni, azzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea kienet meħtieġa biex tiżgura li jista’ jinkiseb biżżejjed progress fl-Istati Membri kollha.

    3.2.    Proċedura tal-“karta safra” u eżitu tal-politika – il-każ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

    Fl-2017, il-leġiżlatur tal-Unjoni adotta għall-ewwel darba proposta leġislattiva li fiha l-hekk imsejħa proċedura tal-“karta safra” kienet ġiet skattata skont l-Artikolu 7(2) tal-Protokoll Nru 2 tat-Trattati.

    Din kienet il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) 55 li kienet ġiet adottata mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Lulju 2013. L-għan tal-proposta kien li jiġi stabbilit Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u jingħata s-setgħa li jinvestiga u jmexxi l-prosekuzzjoni ta’ awturi ta’ reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun korp tal-UE li jikkonsisti minn uffiċċju ċentrali u struttura deċentralizzata. Fl-2013, il-Kummissjoni rċeviet 13-il opinjoni motivata 56 mill-parlamenti nazzjonali dwar il-proposta, li kienu jirrappreżentaw 18-il vot minn 56 vot possibbli, jiġifieri kwart mill-voti allokati għall-parlamenti nazzjonali 57 . Fost it-tħassib espress fl-opinjonijiet motivati, il-kmamar argumentaw li l-Kummissjoni ma kinitx spjegat biżżejjed kif il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, li mekkaniżmi eżistenti fis-seħħ fl-Istati Membri kienu biżżejjed u li l-ebda valur miżjud tal-miżuri ma seta’ jintwera. Il-parlamenti qajmu t-tħassib ukoll fir-rigward tal-istruttura u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi tal-Uffiċċju.

    Wara li kkonfermat li l-proċedura tal-“karta safra” stipulata fil-Protokoll Nru 2 kienet ġiet skattatta, il-Kummissjoni wettqet eżami tal-proposta, u wara ħarġet Komunikazzjoni fit-27 ta’ Novembru 2013 58 li tanalizza bir-reqqa l-opinjonijiet motivati riċevuti mill-perspettiva tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. B’mod partikolari, il-Kummissjoni qieset li l-memorandum ta’ spjegazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt spjegaw biżżejjed għaliex azzjoni fuq livell nazzjonali ma tilħaqx l-għan politiku u għaliex, bil-maqlub, azzjoni fil-livell tal-Unjoni tista’ tilħqu. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm il-proposta.

    Il-Kunsill adotta Regolamentli jistabbilixxi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fit-12 ta’ Ottubru 2017 59 . Ir-Regolament ġie adottat skont il-proċedura ta’ kooperazzjoni msaħħa 60 minn 16 61 mit-28 Stat Membru. Sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sitt Stati Membri oħra ssieħbu fil-kooperazzjoni msaħħa. Erbgħa mill-11-il Stati Membri li l-kmamar parlamentari tagħhom kienu ppreżentaw opinjonijiet motivati sa issa għadhom ma ddeċidewx li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa (l-Ungerija, l-Irlanda, l-Iżvezja u r-Renju Unit). Seba’ Stati Membri, li l-kmamar parlamentari tagħhom kienu ppreżentaw opinjonijiet motivati (Ċipru, Ċekja, Franza, Malta, in-Netherlands, ir-Rumanija u s-Slovenja) ingħaqdu mal-kooperazzjoni msaħħa. Ir-Regolament kif adottata mill-Kunsill ivarja mill-proposta inizjali tal-Kummissjoni fuq għadd ta’ punti sostanzjali, peress li jipprova jirrifletti, parzjalment, it-tħassib ewlieni espress mill-parlamenti nazzjonali, u għaldaqstant iqishom fil-proċess leġiżlattiv: ir-Regolament issa jipprevedi, minbarra l-Kap Prosekutur Ewropew, li Prosekutur Ewropew wieħed minn kull Stat Membru parteċipanti se jkun preżenti fil-livell ċentrali, u jiffurmaw il-Kulleġġ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. B’mod simili, l-Uffiċċju ma għadx għandu kompetenza esklużiva imma kondiviża għar-reati kriminali definiti fid-Direttiva fil-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali 62 . Il-Kummissjoni se ssegwi mill-qrib l-iżvilupp tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew li għadu kif ġie stabbilit, b’mod partikolari biex tevalwa jekk hux se jkun kompletament effikaċi fil-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi.

    4.    Konklużjoni

    Bħal fi snin preċedenti, il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità tibqa’ ċentrali fid-diskussjonijiet leġislattivi fl-2017. L-istituzzjonijiet kollha involuti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet Ewropew kienu attivi biex jiżguraw l-applikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ dawn il-prinċipji. Il-parlamenti nazzjonali komplew b'mod intensiv jużaw il-mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà, jippreżentaw għadd kbir ta’ Opinjonijiet Motivati, u l-parlamenti reġjonali b’setgħat leġislattivi wkoll komplew jinvolvu ruħhom fil-mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà fi kwistjonijiet rilevanti għalihom. Għall-Kummissjoni, l-implimentazzjoni mkomplija tal-aġenda msaħħa tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar kienet fil-mira, kif ukoll il-prattika tagħha ta’ evalwazzjoni ta’ oqfsa politiċi eżistenti qabel ma tippreżenta reviżjonijiet leġislattivi. Kwistjonijiet l-kontroll tas-sussidjarjetà u ta' monitoraġġ ukoll kellhom post prominenti fuq l-aġenda rispettiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni.

    Is-sena 2017 kienet ukoll is-sena li matulha l-leġiżlatur tal-Unjoni adotta għall-ewwel darba proposta leġislattiva li dwarha l-hekk imsejħa l-proċedura tal-“karta safra” kienet ġiet skattata, jiġifieri l-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Wara snin ta’ negozjati, ir-Regolament ġie finalment adottat fi proċedura ta’ koperazzjoni msaħħa, u jvarja fuq diversi aspetti mill-proposti inizjali tal-Kummissjoni iżda madankollu jistabbilixxi l-uffiċċju l-ġdid.

    L-istituzzjonijiet fil-livelli kollha kienu wkoll involuti f’riflessjonijiet dwar kif tista' tiġi żgurata u mtejba l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Il-Parlament Ewropew iddiskuta kwistjonijiet ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità fil-qafas tar-rapporti regolari fuq inizjattiva proprja. Il-Kummissjoni tat bidu għal riflessjoni interistituzzjonali permezz tal-istabbiliment ta’ Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u “Isir Anqas b’Mod Aktar Effiċjenti” taħt il-presidenza tal-Ewwel Viċi President, li ppreżenta r-rapport tiegħu lill-President Juncker fl-10 ta’ Lulju 2018. Fir-rapport finali 63 li ġie ppreżentat lill-President Juncker fl-10 ta’ Lulju 2018, it-Task Force għamlet proposti għal titjib fi ħdan l-istruttura eżistenti biex tinvolvi lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali u l-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u indikat titjib li jkun jeħtieġ bidla fit-Trattati. F’Kommunikazzjoni adottata flimkien mar-rapport preżenti 64 , il-Kummissjoni tistabbilixxi kif min-naħa tagħha beħsiebha ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force fil-kuntest tal-aġenda ta’ Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni stess u l-impenn kontinwu tagħha biex tibda azzjoni fil-livell Ewropew biss jekk il-valur miżjud tagħha jkun evidenti oltre l-miżuri li jittieħdu fil-livelli nazzjonali, reġjonali jew lokali.

    Ir-riżultati tal-ħidma tat-Task Force se jikkontribwixxu għal sforzi biex jiġu inkorporati s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità b’mod saħansitra aktar sod fil-proċeduri ta’ ħidma tal-partijiet interessati ewlenin.

    (1)      COM(2018) 491 final.
    (2)       https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say_mt  
    (3)      L-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni jivvalutaw b’mod sistematiku ħames kriterji: l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza, ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-UE.
    (4)       http://ec.europa.eu/smart-regulation/refit/simplification/consultation/contributions_mt.htm  
    (5)     https://ec.europa.eu/commission/priorities/democratic-change/better-regulation/task-force-subsidiarity-proportionality-and-doing-less-more-efficiently_mt  
    (6)       https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/report-task-force-subsidiarity-proportionality-doing-less-more-efficiently_1.pdf  
    (7)     http://ec.europa.eu/info/better-regulation-guidelines-and-toolbox_mt  
    (8)    L-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
    (9)    Fil-kuntest tal-valutazzjonijiet tal-impatt, il-proporzjonalità hija kriterju ewlieni li għandu jiġi kkunsidrat fil-paragun bejn l-għażliet ta’ politika. 
    (10)    Għal informazzjoni aktar dettaljata dwar il-linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar għall-analiżijiet tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, ara r-Rapport Annwali 2016 dwar is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità, il-punt 2.1.
    (11)    Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju jikkonsisti minn President (livell ta’ Direttur Ġenerali) u sitt membri full-time, li tlieta minnhom ġew reklutati minn barra l-Kummissjoni. Il-membri kollha tal-bord huma indipendenti u jaħdmu f’kapaċità personali abbażi tal-għarfien espert individwali tagħhom. Il-bord jeżamina l-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt, il-kontrolli tal-idoneità u evalwazzjonijiet ewlenin. Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità huma parti minn dan il-kontroll tal-kwalità.
    (12)    Il-valutazzjonijiet tal-impatt huma meħtieġa kull darba li inizjattiva politika tkun mistennija li jkollha impatti ekonomiċi, soċjali jew ambjentali sinifikanti. Dawn jinkludu valutazzjoni tal-problema, l-għażliet politiċi possibbli, l-impatti probabbli tagħhom u kif dawn jikkonformaw mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.
    (13)       https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/initiatives/com-2018-51_en
    (14)       https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/initiatives/com-2017-648_en
    (15)       https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/proposal-regulation-european-parliament-and-council-framework-free-flow-non-personal-data
    (16)      Il-pjattaforma REFIT: https://ec.europa.eu/info/law/law-making-process/evaluating-and-improving-existing-laws/refit-making-eu-law-simpler-and-less-costly/refit-platform_mt
    (17)       https://ec.europa.eu/info/publications/mid-term-evaluation-life-programme_en
    (18)       https://ec.europa.eu/food/safety/general_food_law/fitness_check_en
    (19)      Dan l-ammont jirreferi għall-għadd totali ta’ opinjonijiet li waslu mill-kmamar parlamentari skont il-Protokoll Nru 2 tat-Trattati. Għalhekk opinjonijiet motivati li jittrattaw b’mod konġunt aktar minn dokument wieħed tal-Kummissjoni jgħoddu biss bħala opinjoni motivata waħda. Ara l-Anness ta’ dan ir-rapport għal aktar dettalji.
    (20)      Ara l-Anness ta’ dan ir-rapport.
    (21)      Fl-2017 il-Kummissjoni rċeviet 576 opinjoni meta mqabbla ma’ 613 opinjoni li waslu fl-2016.
    (22)      Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni) - {COM(2016) 861 final}.
    (23)      Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi il-proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma’ servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern {COM(2016)821} u proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar test ta’ proporzjonalità qabel l-adozzjoni ta’ regolazzjoni ġdida ta’ professjonijiet {COM(2016)822 final}.
    (24)      Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE {COM(2017) 253 final}.
    (25)    Id-Dáil u s-Seanad Éireann ippreżentaw opinjoni motivata waħda konġunta u adottaw opinjoni motivata waħda kull wieħed.
    (26)      Għall-proċedura ta’ kif il-Parlament Ewropew jittratta l-opinjonijiet motivati tal-parlamenti nazzjonali, ara r-rapport Annwali 2016 dwar is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità, il-punt 2.3.
    (27)       http://www.europarl.europa.eu/relnatparl/en/connect/welcome.html  
    (28)     http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2018-0120+0+DOC+XML+V0//MT
    (29)      2017/0810 COD - CM 3730/17
    (30)      Hemm diskrepanza fl-għadd ta’ opinjonijiet motivati rreġistrati mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, minħabba li mhux l-istituzzjonijiet kollha rċevew l-opinjonijiet motivati kollha jew l-istituzzjonijiet jgħoddu l-għadd ta’ opinjonijiet motivati li jirċievu b’mod differenti. Ugwalment, is-Segretarjat tal-Kunsill ma jirċevix b’mod sistematiku l-opinjonijiet kollha mill-parlamenti nazzjonali.
    (31)      Deskrizzjoni aktar dettaljata tal-attivitajiet relatati mas-sussidjarjetà hija pprovduta fir-Rapport Annwali dwar is-Sussidjarjetà tal-2017 maħruġ mill-Kumitat tar-Reġjuni, disponibbli wara l-adozzjoni mill-Uffiċċju tal-Kumitat tar-Reġjuni fuq http://portal.cor.europa.eu/subsidiarity/Pages/default.aspx .
    (32)      Iktar informazzjoni dwar ir-rwol tal-parlamenti reġjonali fil-kontroll tas-sussidjarjetà u l-kontribut tagħhom fit-tfassil tal-liġijiet tal-Unjoni hija ppreżentata fir-Rapport Annwali dwar ir-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali, taqsima 3.
    (33)      Għal aktar informazzjoni dwar l-eżitu tal-Konferenza: http://cor.europa.eu/en/news/Pages/Subsidiarity-conference-in-Vienna-EU-decisions-must-be-taken-closer-to-citizens.aspx .
    (34)      Sentenza tat-3 ta’ April 2017, T-28/16, Il-Ġermanja vs il-Kummissjoni, EU:T:2017:242.
    (35)      Id-Deċiżjoni (UE) 2015/2098 tat-13 ta' Novembru 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).
    (36)      Ibid, il-paragrafu 110.
    (37)      Sentenza tat-3 ta’ Mejju 2017, T-531/14 Leïmonia Sotiropoulou u Oħrajn vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, EU:T:2017:297
    (38)      Id-Deċiżjoni 2010/320/UE tat-8 ta’ Ġunju 2010, id-Deċiżjoni 2010/486/UE tas-7 ta’ Settembru 2010, id-Deċiżjoni 2011/57/UΕ tal-20 ta’ Diċembru 2010, id-Deċiżjoni 2011/257/UΕ tas-7 ta’ Marzu 2011, id-Deċiżjoni 2011/734/UE tat-12 ta’ Lulju 2011, id-Deċiżjoni 2011/791/UE tat-8 ta’ Novembru 2011, id-Deċiżjoni 2012/211/UE tat-13 ta’ Marzu 2012 u id-Deċiżjoni 2013/6/UE tal-4 ta’ Diċembru 2012.
    (39)      Sentenza tat-3 ta’ Mejju 2017, T-531/14 Leïmonia Sotiropoulou u Oħrajn vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, EU:T:2017:297, paragrafu 73 (bil-Grieg u bil-Franċiż).
    (40)      Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017, T-122/15 Landeskreditbank Baden-Württemberg — Förderbank vs Il-Bank Ċentrali Ewropew, EU:T:2017:337.
    (41)      Ibid, il-paragrafu 65.
    (42)      Sentenza tas-16 ta’ Mejju 2017, T-122/15 Landeskreditbank Baden-Württemberg — Förderbank vs Il-Bank Ċentrali Ewropew, EU:T:2017:337, paragrafu 54.
    (43)      Ibid il-paragrafu 65.
    (44)      Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2017, C-643/15 u C-647/15, Ir-Repubblika Slovakka u l-Ungerija vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, EU:C:2017:631.
    (45)      Il-paragrafu 246.
    (46)      Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni) {COM(2016)861 final}.
    (47)      Mill-Bundesrat tal-Awstrija, il-Poslanecká sněmovna tar-Repubblika Ċeka, il-Bundesrat tal-Ġermanja, il-Bundestag tal-Ġermanja, il-Congreso de los Diputados ta’ Spanja, is-Sénat ta’ Franza, l-Országgyűlés tal-Ungerija, is-Sejm tal-Polonja, is-Senat tal-Polonja, il-Camera Deputaţilor tar-Rumanija u s-Senat tar-Rumanija.
    (48)      Il-Kummissjoni rċeviet ukoll tliet opinjonijiet fil-kuntest tad-djalogu politiku, jiġifieri mis-Senat tar-Repubblika Ċeka, mill-Folketing tad-Danimarka u l-Assembleia da República tal-Portugal.
    (49)      Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi l-proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma’ servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern {COM (2016)821 final}.
    (50)      Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar test tal-proporzjonalità qabel l-adozzjoni ta’ regolamentazzjoni ġdida tal-professjonijiet {COM (2016)822 final}.
    (51)      Minn total ta’ 14-il opinjoni motivata li tqanqlu mill-proposti kollha tal-pakkett flimkien. Erba’ opinjonijiet kienu rċevuti fuq COM (2016)821 mill-Assemblée nationale ta’ Franza, is-Sénat ta’ Franza, il-Bundestag tal-Ġermanja u l-Bundesrat tal-Ġermanja, u ħames opinjonijiet kienu rċevut fuq COM (2016)822 mill-Assemblée nationale ta’ Franza, is-Sénat ta’ Franza, il-Bundestag tal-Ġermanja, il-Bundesrat tal-Ġermanja u l-Bundesrat tal-Ġermanja.
    (52)      COM(2017) 253 final
    (53)      Mill-Eerste Kamer tan-Netherlands, it-Tweede Kamer tan-Netherlands, is-Sejm tal-Polonja u s-Senat tal-Polonja.
    (54)      Il-Kummissjoni rċeviet ukoll sitt opinjonijiet fil-kuntest tad-djalogu politiku, jiġifieri mis-Senat tar-Repubblika Ċeka, mill-Folketing tad-Danimarka, mis-Senato della Repubblica tal-Italja, mill-Assembleia da República tal-Portugal, mill-Camera Deputaţilor tar-Rumanija u mill-Cortes Generales ta’ Spanja.
    (55)      COM(2013) 534 final.
    (56)      Mill-Vouli ton Antiprosopon ta’ Ċipru (2 voti), mis-Senát ta’ Ċekja (vot wieħed), mis-Sénat ta’ Franza (vot wieħed), mill-Országgyűlés tal-Ungerija (2 voti), mill-kmamar Irlandiżi tal-Oireachtas (iż-żewġ ikmamar — 2 voti), il-Kamra tad-Deputati ta' Malta (2 voti), il-Camera Deputaților tar-Rumanija (vot wieħed), id-Državni zbor tas-Slovenja (vot wieħed), ir-Riksdag tal-Iżvezja (2 voti), l-Eerste Kamer tan-Netherlands (vot wieħed), it-Tweede Kamer tan-Netherlands (vot wieħed), il-House of Commons tar-Renju Unit (vot wieħed) u l-House of Lords tar-Renju Unit (vot wieħed).
    (57)      Kull parlament nazzjonali għandu żewġ voti; fejn parlament nazzjonali ikun bikamerali, kull kamra jkollha vot wieħed. Kull kamra hija intitolata li toħroġ opinjonijiet motivati indipendentement. Skont l-Artikolu 7(2) tal-Protokoll Nru 2, kienu meħtieġa biss 14-il vot biex tiskatta proċedura tal-“karta safra” peress li l-proposta inkwistjoni ġiet adottata fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja.
    (58)      COM(2013) 851 final.
    (59)      Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”), ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1. Il-Parlament Ewropew kien ta l-kunsens tiegħu għall-kooperazzjoni msaħħa fil-5.10.2017, cf. http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2017-0384+0+DOC+XML+V0//MT .
    (60)      Ara l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 326 sa 334 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
    (61)      Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Ġermanja, Spanja, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Greċja, il-Kroazja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja.
    (62)      Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali, ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29.
    (63)       https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/report-task-force-subsidiarity-proportionality-doing-less-more-efficiently_1.pdf
    (64)      COM(2018) 703.
    Top

    Brussell, 23.10.2018

    COM(2018) 490 final

    ANNESS

    ta'

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI

    RAPPORT ANNWALI 2017
    DWAR L-APPLIKAZZJONI TAL-PRINĊIPJI TAS-SUSSIDJARJETÀ U TAL-PROPORZJONALITÀ


    Lista ta’ dokumenti tal-Kummissjoni
    li dwarhom il-Kummissjoni rċeviet opinjonijiet motivati 1  
    dwar il-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà mill-parlamenti nazzjonali fl-2017

    Dokument
    tal-Kummissjoni

    Titolu

    Għadd
    ta’ opinjonijiet

    motivati

    (Protokoll

    Nru 2)

    Għadd
    ta’ voti

    (Protokoll

    Nru 2)
    2

    Kmamar nazzjonali
    li ressqu

    opinjonijiet motivati

    1

    COM(2016)861

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni)

    11

    13

    DE Bundesrat (vot wieħed)

    DE Bundestag (vot wieħed)

    AT Bundesrat (vot wieħed)

    ES Cortes Generales (2 voti)

    FR Sénat (vot wieħed)

    HU Országgyűlés (2 voti)

    PL Sejm (vot wieħed)

    PL Senat (vot wieħed)

    CZ Poslanecká sněmovna (vot wieħed)

    RO Camera Deputaților (vot wieħed)

    RO Senatul (vot wieħed)

    2

    COM(2016)822

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar test tal-proporzjonalità qabel l-adozzjoni ta’ regolamentazzjoni ġdida tal-professjonijiet

    5

    5

    DE Bundestag (vot wieħed)

    DE Bundesrat (vot wieħed)

    AT Bundesrat (vot wieħed)

    FR Assemblée nationale (vot wieħed)

    FR Sénat (vot wieħed)

    3

    COM(2017)253

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE

    4

    4

    NL Eerste Kamer (vot wieħed)

    NL Tweede Kamer (vot wieħed)

    PL Sejm (vot wieħed)

    PL Senat (vot wieħed)

    4

    COM(2016)821

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi l-proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma’ servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

    4

    4

    DE Bundestag (vot wieħed)

    DE Bundesrat (vot wieħed)

    FR Assemblée nationale (vot wieħed)

    FR Sénat (vot wieħed)

    5

    COM(2016)864

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni)

    3

    4

    AT Bundesrat (vot wieħed)

    HU Országgyűlés (2 voti)

    PL Senat (vot wieħed)

    6

    COM(2016)863

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (riformulazzjoni)

    3

    3

    DE Bundestag (vot wieħed)

    FR Sénat (vot wieħed)

    RO Senatul (vot wieħed)

    7

    COM(2016)765

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

    2

    2

    NL Eerste Kamer (vot wieħed)

    NL Tweede Kamer (vot wieħed)

    8

    COM(2016)723

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar oqfsa ta' ristrutturar preventiv u tat-tieni opportunità, kif ukoll miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn u li temenda d-Direttiva 2012/30/UE

    2

    2

    IE Seanad Éireann (vot wieħed)

    IE Dáil Éireann (vot wieħed)

    9

    COM(2016)823

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas legali u operattiv tal-e-card Ewropea tas-servizzi introdotta bir-Regolament

    2

    2

    DE Bundestag (vot wieħed)

    AT Bundesrat (vot wieħed)

    10

    COM(2016)824

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta’ e-card Ewropea tas-servizzi u l-faċilitajiet amministrattivi relatati

    2

    2

    DE Bundestag (vot wieħed)

    AT Bundesrat (vot wieħed)

    11

    COM(2017)647

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank

    2

    4

    ES Cortes Generales (2 voti)

    IE Kmamar tal-Oireachtas (2 voti)

    12

    COM(2016)815

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    1

    1

    FR Sénat (vot wieħed)

    13

    COM(2017)275

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi

    1

    1

    AT Bundesrat (vot wieħed)

    14

    COM(2017)278

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq

    1

    1

    PL Senat (vot wieħed)

    15

    COM(2016)750

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż

    1

    1

    IT Senato della Repubblica
    (vot wieħed)

    16

    COM(2017)477

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ENISA, “l-aġenzija għaċ-ċibersigurtà tal-UE” u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013, u dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (“l-Att taċ-Ċibersigurtà”)

    1

    1

    FR Sénat (vot wieħed)

    17

    COM(2017)495

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-moviment liberu ta’ data mhux personali fl-Unjoni Ewropea

    1

    1

    FR Sénat (vot wieħed)

    18

    COM(2016)850

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-proporzjon ta' ingranaġġ, tal-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, tar-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, tar-riskju tas-suq, tal-iskoperturi għall-kontropartijiet ċentrali, tal-iskoperturi għall-impriżi ta' investiment kollettiv, tal-iskoperturi kbar, tar-rekwiżiti ta’ rapportar u ta' divulgazzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

    1

    2

    SE Riksdag (2 voti)

    19

    COM(2016)854

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta’ entitajiet eżentati, kumpaniji azzjonarji finanzjarji, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, ir-rimunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta’ konservazzjoni kapitali

    1

    2

    SE Riksdag (2 voti)

    20

    COM(2017)331

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni tas-CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent tas-CCPs ta’ pajjiżi terzi

    1

    2

    SE Riksdag(2 voti)

    21

    COM(2017)536

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, ir-Regolament (UE) Nru 345/2013, ir-Regolament (UE) Nru 346/2013, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, ir-Regolament (UE) Nru 2015/760, ir-Regolament (UE) Nru 2016/1011, u r-Regolament (UE) Nru 2017/1129 (proposti li jsaħħu r-riforma tal-istruttura superviżorja

    tal-Unjoni Ewropea)

    1

    2

    SE Riksdag (2 voti)

    22

    COM(2016)683

    Proposta għal Direttiva tal-Kunsill għal Bażi tat-Taxxa Korporattiva Komuni u Konsolidata 

    1

    1

    UK House of Commons (vot wieħed)

    23

    COM(2016)685

    Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva

    1

    1

    UK House of Commons (vot wieħed)

    TOTAL ta’ opinjonijiet motivati rċevuti

    52

    (1)      Biex tikkwalifika bħala opinjoni motivata kif definit fil-Protokoll Nru 2, opinjoni tkun trid tiddikjara għaliex parlament nazzjonali jkun iqis li proposta leġiżlattiva ma tkunx konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u trid tintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien tmien ġimgħat mit-trażmissjoni tal-proposta leġiżlattiva lill-parlamenti nazzjonali fil-lingwi uffiċjali kollha.
    (2)      Skont il-Protokoll Nru 2, kull parlament nazzjonali għandu żewġ voti; fil-każ ta’ sistema bikamerali, kull kamra jkollha vot wieħed. Meta opinjonijiet motivati jirrappreżentaw mill-inqas terz (għal proposti skont l-Artikolu 76 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kwart) tal-voti kollha allokati lill-parlamenti nazzjonali, ikun intlaħaq il-livell tal-"karta safra" u l-abbozz tal-att leġiżlattiv ikollu jiġi rieżaminat. 19 minn 56 vot jirrappreżentaw terz tal-voti kollha allokati.
    Top