Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1218

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1218 tal-14 ta’ Lulju 2022 li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri jew żoni tagħhom, rigward ċertu mard elenkat u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard elenkat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/4879

    ĠU L 188, 15.7.2022, p. 65–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1218/oj

    15.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 188/65


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1218

    tal-14 ta’ Lulju 2022

    li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri jew żoni tagħhom, rigward ċertu mard elenkat u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard elenkat

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 31(3) u 36(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli speċifiċi għall-mard għal kull marda elenkata f’konformità mal-Artikolu 5(1) tiegħu u jistabbilixxi kif iridu jiġu applikati dawk ir-regoli għall-kategoriji differenti tal-mard elenkat. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Istati Membri jistabbilixxu programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(b) tiegħu, u programmi ta’ eradikazzjoni fakultattivi għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(c) tiegħu, u l-approvazzjoni ta’ dawn il-programmi mill-Kummissjoni. Dak ir-Regolament jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni tapprova jew tirtira l-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stati Membri jew żoni jew kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(b) u (c) tiegħu.

    (2)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 u jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti, għaż-żamma, għas-sospensjoni u għall-irtirar tal-istatus ta’ ħelisen mill-mard għall-Istati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom, u jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji jew fakultattivi għall-Istati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom.

    (3)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (3) jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-mard tal-annimali elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2016/429, fir-rigward tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew żoni jew kompartimenti tagħhom, u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat. B’mod partikolari, jelenka fl-Annessi tiegħu, l-Istati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom li għandhom l-istatus ta’ ħelsien mill-mard u jelenka wkoll il-programmi ta’ eradikazzjoni eżistenti approvati. Is-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tinbidel ta’ ċertu mard tagħmilha neċessarja li jiġu elenkati Stati Membri jew żoni tagħhom ġodda ħielsa mill-mard u li jiġu approvati ċerti programmi ta’ eradikazzjoni mressqa lill-Kummissjoni.

    (4)

    Għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, għall-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (Mycobacterium bovis, M. caprae u M. tuberculosis) (MTBC), għall-infezzjoni bil-lewkożi enzootika bovina (EBL), għall-infezzjoni bid-dijarea virali bovina (BVD), u għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) (BTV), dan l-aħħar bosta Stati Membri applikaw lill-Kummissjoni biex ikollhom l-istatus ta’ ħelsien mill-mard jew programmi ta’ eradikazzjoni approvati għal parti mit-territorju tagħhom jew għat-territorju kollu.

    (5)

    Għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali bovini, l-Italja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-Provinċja ta’ Vibo Valentia fir-Reġjun tal-Calabria u fil-Provinċja ta’ Teramo fir-Reġjun tal-Abruzzo. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati bħala żoni ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali bovini fil-Parti I, il-Kapitolu 1, tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620.

    (6)

    Għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ovini u kaprini, l-Italja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-Provinċja ta’ Lecce fil-Provinċja tal-Puglia. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati bħala żoni ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ovini u kaprini fil-Parti I, il-Kapitolu 2, tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620.

    (7)

    Għall-infezzjoni bl-MTBC, l-Italja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bl-MTBC stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-Provinċji tal-Aquila, Chieti u Teramo fir-Reġjun tal-Abruzzo, fil-Provinċja ta’ Latina fir-Reġjun tal-Lazio, fil-Provinċji ta’ Bari u ta’ Taranto fir-Reġjun tal-Puglia u fil-Provinċja ta’ Nuoro fir-Reġjun ta’ Sardinja. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati bħala ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC fil-Parti I tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620.

    (8)

    Għall-infezzjoni bl-EBL, il-Kroazja ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni biex ikollha programm ta’ eradikazzjoni approvat għat-territorju tagħha. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dik l-applikazzjoni kienet tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Kapitolu 2 tal-Parti II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-EBL. Għalhekk, jenħtieġ li dan l-Istat Membru jiġi elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandu programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-EBL.

    (9)

    Għall-infezzjoni bil-BVD, id-Danimarka u l-Ġermanja ressqu informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-BVD stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fit-territorju kollu tad-Danimarka u fil-Landkreis Ravensburg, Erding, Weilheim-Schongau, Oberallgäu u Fulda fil-Ġermanja, rispettivament. Għalhekk, jenħtieġ li dak l-Istat Membru u dawk iż-żoni jiġu elenkati skont dan fil-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, bl-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-BVD.

    (10)

    Għall-infezzjoni bil-BVD, l-Irlanda ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni biex ikollha programm ta’ eradikazzjoni approvat għat-territorju tagħha. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dik l-applikazzjoni kienet tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-BVD. Għalhekk, jenħtieġ li dan l-Istat Membru jiġi elenkat skont dan fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandu programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-BVD.

    (11)

    Fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV, il-Ġermanja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-BTV huma ssodisfati għat-territorju kollu ta’ Baden-Württemberg, Hessen u Nordrhein-Westfalen. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dawk l-applikazzjonijiet kienu jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 2, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-BTV. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard għall-BTV.

    (12)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I, II, IV, VII u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jiġu emendati skont dan.

    (13)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi I, II, IV, VII, u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78).


    ANNESS

    L-Annessi I, II, IV, VII u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati kif ġej:

    (1)

    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-Parti I hija emendata kif ġej:

    (i)

    fil-Kapitolu 1, l-entrata għall-Italja hija sostitwita b’dan li ġej:

    Stat Membru

    Territorju

    “L-Italja

    Regione Abruzzo: Provincia di Pescara, Teramo

    Regione Calabria: Provincia di Vibo Valentia

    Regione Campania: Province di Avellino, Benevento, Napoli

    Regione Emilia-Romagna

    Regione Friuli Venezia Giulia

    Regione Lazio

    Regione Liguria

    Regione Lombardia

    Regione Marche

    Regione Molise: Provincia di Campobasso

    Regione Piemonte

    Regione Puglia: Province di Bari, Barletta-Andria-Trani, Brindisi, Lecce

    Regione Sardegna

    Regione Toscana

    Regione Trentino – Alto Adige

    Regione Umbria

    Regione Valle d’Aosta

    Regione Veneto”;

    (ii)

    il-Kapitolu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    KAPITOLU 2

    L-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom bi status ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fil-popolazzjonijiet tal-annimali ovini u kaprini

    Stat Membru  ((*))

    Territorju

    Il-Belġju

    It-territorju kollu

    Iċ-Ċekja

    It-territorju kollu

    Id-Danimarka

    It-territorju kollu

    Il-Ġermanja

    It-territorju kollu

    L-Estonja

    It-territorju kollu

    L-Irlanda

    It-territorju kollu

    Spanja

    It-territorju kollu

    Franza

    Région Auvergne et Rhône-Alpes

    Région Bourgogne-Franche-Comté

    Région Bretagne

    Région Centre-Val de Loire

    Région Corse

    Région Grande Est

    Région Hauts-de-France

    Région Ile-de-France

    Région Normandie

    Région Nouvelle-Aquitaine

    Région Occitanie

    Région Pays de la Loire

    Région Provence-Alpes-Côte d’Azur

    L-Italja

    Regione Abruzzo

    Regione Calabria: Province di Catanzaro, Cosenza

    Regione Campania: Provincia di Benevento

    Regione Emilia-Romagna

    Regione Friuli Venezia Giulia

    Regione Lazio

    Regione Liguria

    Regione Lombardia

    Regione Marche

    Regione Molise

    Regione Piemonte

    Regione Puglia: Province di Bari, Barletta-Andria-Trani, Brindisi, Lecce, Taranto

    Regione Sardegna

    Regione Toscana

    Regione Trentino – Alto Adige

    Regione Umbria

    Regione Valle d’Aosta

    Regione Veneto

    Ċipru

    It-territorju kollu

    Il-Latvja

    It-territorju kollu

    Il-Litwanja

    It-territorju kollu

    Il-Lussemburgu

    It-territorju kollu

    L-Ungerija

    It-territorju kollu

    In-Netherlands

    It-territorju kollu

    L-Awstrija

    It-territorju kollu

    Il-Polonja

    It-territorju kollu

    Il-Portugall

    Região Autónoma dos Açores

    Ir-Rumanija

    It-territorju kollu

    Is-Slovenja

    It-territorju kollu

    Is-Slovakkja

    It-territorju kollu

    Il-Finlandja

    It-territorju kollu

    L-Iżvezja

    It-territorju kollu

    Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

    L-Irlanda ta’ Fuq

    (b)

    il-Parti II hija emendata kif ġej:

    (i)

    fil-Kapitolu 1, l-entrata għall-Italja hija sostitwita b’dan li ġej:

    Stat Membru

    Territorju

    “L-Italja

    Regione Abruzzo: Provincia dell’Aquila, di Chieti

    Regione Basilicata

    Regione Calabria: Provincia di Catanzaro, Cosenza, Crotone, Reggio Calabria

    Regione Campania: Provincia di Caserta, Salerno

    Regione Molise: Provincia di Isernia

    Regione Puglia: Provincia di Foggia, Taranto

    Regione Sicilia”

    (ii)

    fil-Kapitolu 2, l-entrata għall-Italja hija sostitwita b’dan li ġej:

    Stat Membru

    Territorju

    “L-Italja

    Regione Basilicata

    Regione Calabria: Provincia di Crotone, Reggio Calabria, Vibo Valentia

    Regione Campania: Provincia di Caserta, Salerno, Avellino, Napoli

    Regione Puglia: Provincia di Foggia

    Regione Sicilia”

    (2)

    L-Anness II huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-Parti I hija sostitwita b’dan li ġej:

    “PARTI I

    L-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom li għandhom status ta’ ħelsien mill-MTBC

    Stat Membru

    Territorju

    Il-Belġju

    It-territorju kollu

    Iċ-Ċekja

    It-territorju kollu

    Id-Danimarka

    It-territorju kollu

    Il-Ġermanja

    It-territorju kollu

    L-Estonja

    It-territorju kollu

    Spanja

    Comunidad Autónoma de Canarias

    Comunidad Autónoma de Galicia

    Comunidad Autónoma del País Vasco

    Comunidad Autónoma del Principado de Asturias

    Franza

    It-territorju kollu

    L-Italja

    Regione Abruzzo

    Regione Basilicata: Provincia di Matera

    Regione Emilia-Romagna

    Regione Friuli Venezia Giulia

    Regione Lazio: Provincia di Frosinone, Latina, Rieti, Viterbo

    Regione Liguria

    Regione Lombardia

    Regione Marche: Provincia di Ancona, Ascoli Piceno, Fermo, Pesaro-Urbino

    Regione Molise

    Regione Piemonte

    Regione Puglia: Provincia di Bari, Taranto

    Regione Sardegna: Citta metropolitana di Cagliari, Provincia di Nuoro, Oristano, Sud Sardegna

    Regione Toscana

    Regione Trentino – Alto Adige

    Regione Umbria

    Regione Valle d’Aosta

    Regione Veneto

    Il-Latvja

    It-territorju kollu

    Il-Litwanja

    It-territorju kollu

    Il-Lussemburgu

    It-territorju kollu

    L-Ungerija

    It-territorju kollu

    In-Netherlands

    It-territorju kollu

    L-Awstrija

    It-territorju kollu

    Il-Polonja

    It-territorju kollu

    Il-Portugall

    Ir-Região Algarve: id-distretti kollha

    Região Autónoma dos Açores minbarra Ilha de São Miguel

    Is-Slovenja

    It-territorju kollu

    Is-Slovakkja

    It-territorju kollu

    Il-Finlandja

    It-territorju kollu

    L-Iżvezja

    It-territorju kollu”

    (b)

    il-Parti II hija sostitwita b’dan li ġej:

    “PARTI II

    L-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom li għandhom programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-MTBC

    Stat Membru ((*))

    Territorju

    Il-Bulgarija

    It-territorju kollu

    Il-Kroazja

    It-territorju kollu

    Ċipru

    It-territorju kollu

    Il-Greċja

    It-territorju kollu

    L-Irlanda

    It-territorju kollu

    L-Italja

    Regione Basilicata: Provincia di Potenza

    Regione Calabria

    Regione Campania

    Regione Lazio: Provincia di Roma

    Regione Marche: Provincia di Macerata

    Regione Puglia: Provincia di Barletta-Adria-Trani, Brindisi, Foggia, Lecce

    Regione Sardegna: Provincia di Sassari

    Regione Sicilia

    Malta

    It-territorju kollu

    Il-Portugall

    Região Autónoma dos Açores: Ilha de São Miguel

    Região Autónoma da Madeira

    Distritos Aveiro, Beja, Braga, Bragança, Castelo Branco, Coimbra, Evora, Guarda, Leiria, Lisboa, Portalegre, Porto, Santarem, Setubal, Viana do Castelo, Vila Real, Viseu

    Ir-Rumanija

    It-territorju kollu

    Spanja

    Comunidad Autónoma de Andalucía

    Comunidad Autónoma de Aragón

    Comunidad Autónoma de Islas Baleares

    Comunidad Autónoma de Cantabria

    Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha

    Comunidad Autónoma de Castilla y León

    Comunidad Autónoma de Cataluña

    Comunidad Autónoma de Extremadura

    Comunidad Autónoma de La Rioja

    Comunidad Autónoma de Madrid

    Comunidad Autónoma de Murcia

    Comunidad Autónoma de Navarra,

    Comunidad Autónoma de Valencia

    Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

    L-Irlanda ta’ Fuq

    (3)

    Fl-Anness IV, il-Parti II hija sostitwita b’dan li ġej:

    “PARTI II

    L-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom li għandhom programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-EBL

    Stat Membru

    Territorju

    Data tal-approvazzjoni inizjali msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689

    Il-Kroazja

    It-territorju kollu

    It-18 ta’ Lulju 2022”

    (4)

    fl-Annessi VII, il-Partijiet I u II huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

    “PARTI I

    L-Istati Membri jew żoni tagħhom li għandhom status ta’ ħelsien mill-BVD

    Stat Membru

    Territorju

    L-Awstrija

    It-territorju kollu

    Id-Danimarka

    It-territorju kollu

    Il-Finlandja

    It-territorju kollu

    Il-Ġermanja

    Bundesland Baden-Württemberg

    Bundesland Bayern:

    Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Oberbayern: Ingolstadt, Stadt München, Stadt Rosenheim, Altötting, Berchtesgadener Land, Bad Tölz-Wolfratshausen, Ebersberg, Eichstätt, Erding, Freising, Fürstenfeldbruck, Garmisch-Partenkirchen, Landsberg am Lech, Miesbach, Mühldorf am Inn, Lkr. München, Neuburg-Schrobenhausen, Pfaffenhofen an der Ilm, Lkr. Rosenheim, Starnberg, Traunstein, Weilheim-Schongau

    Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Niederbayern: Stadt Landshut, Stadt Passau, Stadt Straubing, Freyung-Grafenau, Kelheim, Lkr. Landshut, Lkr. Passau, Regen, Rottal-Inn

    Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Oberpfalz: Stadt Amberg, Stadt Regensburg, Weiden in der Oberpfalz, Lkr. Amberg-Sulzbach, Cham, Neumarkt in der Oberpfalz, Neustadt an der Waldnaab, Lkr. Regensburg, Schwandorf, Tirschenreuth

    Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Oberfranken: Stadt Bamberg, Stadt Bayreuth, Stadt Coburg, Stadt Hof, Lkr. Bamberg, Lkr. Bayreuth, Lkr. Coburg, Forchheim, Lkr. Hof, Kronach, Kulmbach, Lichtenfels, Wunsiedel im Fichtelgebirge

    Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Mittelfranken: Stadt Ansbach, Stadt Erlangen, Stadt Fürth, Nürnberg, Schwabach, Lkr. Ansbach, Lkr. Erlangen-Höchstadt, Lkr. Fürth, Nürnberger Land, Neustadt an der Aisch-Bad Windsheim, Roth, Weißenburg-Gunzenhausen

    Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Unterfranken: Stadt Aschaffenburg, Stadt Schweinfurt, Stadt Würzburg, Lkr. Aschaffenburg, Bad Kissingen, Röhn-Grabfeld, Haßberge, Kitzingen, Miltenberg, Main-Spessart, Lkr. Schweinfurt, Lkr. Würzburg

    Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Schwaben: Stadt Augsburg, Kaufbeuren, Kempten im Allgäu, Memmingen, Aichach-Friedberg, Dillingen an der Donau, Neu-Ulm, Lindau, Oberallgäu, Unterallgäu, Donau-Ries

    Bundesland Brandenburg

    Bundesland Bremen

    Bundesland Hamburg

    Bundesland Hessen

    Bundesland Mecklenburg-Vorpommern

    Bundesland Rheinland-Pfalz

    Bundesland Saarland

    Bundesland Sachsen

    Bundesland Sachsen-Anhalt

    Bundesland Thüringen

    L-Iżvezja

    It-territorju kollu

    PARTI II

    L-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom li għandhom programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-BVD

    Stat Membru

    Territorju

    Data tal-approvazzjoni inizjali msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689

    Il-Ġermanja

    Bundesland Bayern:

     

    Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Oberbayern: Dachau

     

    Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Niederbayern: Deggendorf, Lkr. Straubing-Bogen, Dingolfing-Landau

     

    Il-bliet u l-Landkreis li ġejjin fir-Regierungsbezirk Schwaben: Lkr. Augsburg, Günzburg, Ostallgäu

    Bundesland Berlin

    Bundesland Niedersachsen

    Bundesland Nordrhein-Westfalen

    Bundesland Schleswig-Holstein

    Il-21 ta’ Frar 2022

    L-Irlanda

    It-territorju kollu

    It-18 ta’ Lulju 2022”

    (5)

    fl-Anness VIII, fil-Parti 1, l-entrata għall-Ġermanja hija sostitwita b’dan li ġej:

    Stat Membru

    Territorju

    “Il-Ġermanja

    Bundesland Baden-Württemberg

    Bundesland Bayern

    Bundesland Berlin

    Bundesland Brandenburg

    Bundesland Bremen

    Bundesland Hamburg

    Bundesland Hessen

    Bundesland Mecklenburg-Vorpommern

    Bundesland Niedersachsen

    Bundesland Nordrhein-Westfalen

    Bundesland Sachsen

    Bundesland Sachsen-Anhalt

    Bundesland Schleswig-Holstein

    Bundesland Thüringen”


    ((*))  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.”

    ((*))  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq”


    Top