Välj vilka experimentfunktioner du vill testa

Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats

Dokument 32020L0012

    Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2020/12 tat-2 ta’ Awwissu 2019 li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards għall-kompetenzi u għall-għarfien u l-ħiliet korrispondenti, għall-eżamijiet prattiċi, għall-approvazzjoni tas-simulaturi u għall-istat mediku (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2019/5646

    ĠU L 6, 10.1.2020, s. 15–100 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dokumentets rättsliga status Gällande

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2020/12/oj

    10.1.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 6/15


    DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/12

    tat-2 ta’ Awwissu 2019

    li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards għall-kompetenzi u għall-għarfien u l-ħiliet korrispondenti, għall-eżamijiet prattiċi, għall-approvazzjoni tas-simulaturi u għall-istat mediku

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 91/672/KEE u 96/50/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) u (4), l-Artikolu 21(2) u l-Artikolu 23(6) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva (UE) 2017/2397 tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għaċ-ċertifikazzjoni tal-kwalifika ta’ persuni involuti fit-tħaddim tal-inġenji fil-passaġġi tal-ilma interni tal-Unjoni. Iċ-ċertifikazzjoni għandha l-għan li tiffaċilita l-mobilità, tiżgura s-sikurezza tan-navigazzjoni u tiżgura l-protezzjoni tal-ħajja umana u tal-ambjent.

    (2)

    Biex tipprovdi standards armonizzati minimi għaċ-ċertifikazzjoni tal-kwalifiki, il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa biex tadotta regoli dettaljati li jistabbilixxu standards għall-kompetenzi u għall-għarfien u l-ħiliet korrispondenti, standards għall-eżamijiet prattiċi, standards għall-approvazzjoni tas-simulaturi u standards għall-istat mediku.

    (3)

    Skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2017/2397, l-atti delegati jenħtieġ li jagħmlu referenza għall-istandards stabbiliti mill-Kumitat Ewropew għat-tfassil ta’ standards fil-qasam tan-navigazzjoni interna (“CESNI”) u jinkludu t-test sħiħ tagħhom, dment li dawk l-istandards ikunu disponibbli u aġġornati, li dawk l-istandards jikkonformaw ma’ kwalunkwe rekwiżit applikabbli stabbilit fl-Annessi tad-Direttiva u li l-interessi tal-Unjoni ma jinxteħtux f’riskju minħabba t-tibdiliet fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tas-CESNI. It-tliet kundizzjonijiet ġew issodisfati bl-adozzjoni, mis-CESNI, matul il-laqgħa tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2018, tal-ewwel standards dwar il-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna.

    (4)

    L-istandards għall-kompetenzi jenħtieġ li jistabbilixxu l-kompetenzi minimi meħtieġa għat-tħaddim sikur tal-inġenju, u dan, għall-membri tal-ekwipaġġ fil-livelli operazzjonali u maniġerjali, għall-kaptani awtorizzati li jbaħħru bl-għajnuna tar-radar u dawk awtorizzati jbaħħru fuq il-passaġġi tal-ilma b’karattru marittimu, għall-esperti fin-navigazzjoni tal-passiġġieri u għall-esperti fil-gass naturali likwifikat (LNG). Kull kompetenza meħtieġa jenħtieġ li tiġi definita bl-għarfien u bil-ħiliet korrispondenti tagħha.

    (5)

    Biex l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-eżamijiet prattiċi meħtieġa mill-Artikolu 17(3) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 b’mod simili, jenħtieġ li jiġu stabbiliti standards għall-eżamijiet prattiċi. Għal dan l-għan, l-istandards jenħtieġ li jiddefinixxu, għal kull eżami prattiku, il-kompetenzi speċifiċi u s-sitwazzjonijiet ta’ valutazzjoni, li jinkludu sistema speċifika ta’ punteġġi u r-rekwiżiti tekniċi għall-installazzjonijiet fuq l-inġenji u fuq l-art. Għall-kandidati għall-kwalifika ta’ kaptan li qabel ma tkunx saritilhom valutazzjoni fil-livell operazzjonali, jenħtieġ li jiġi previst modulu addizzjonali, bl-għan li tkun tista’ tiġi vverifikata wkoll il-ħila li jwettqu l-kompiti ssorveljati relatati.

    (6)

    L-istandards għall-approvazzjoni tas-simulaturi jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jiżguraw li s-simulaturi użati għal valutazzjoni tal-kompetenza jitfasslu b’tali mod li jippermettu għall-verifika tal-kompetenzi kif stipulat fl-istandards għall-eżamijiet prattiċi. L-istandards jenħtieġ li ikopru r-rekwiżiti tekniċi u funzjonali għas-simulaturi tal-kontroll tal-bastimenti u tar-radar kif ukoll il-proċedura għall-approvazzjoni amministrattiva ta’ dawk is-simulaturi.

    (7)

    Biex jitnaqqsu d-differenzi nazzjonali fir-rekwiżiti mediċi u fil-proċeduri ta’ eżami u biex jiġi żgurat li ċ-ċertifikati mediċi li jinħarġu għall-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta fin-navigazzjoni interna jkunu indikatur validu tal-istat mediku tagħhom għax-xogħol li ser ikunu qed iwettqu, jenħtieġ li jiġu stabbiliti standards għall-istat mediku. L-istandards jenħtieġ li jispeċifikaw it-testijiet li l-prattikanti mediċi jenħtieġ li jwettqu u l-kriterji li jridu japplikaw biex jiddeterminaw l-idoneità għax-xogħol tal-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta. Dawn jenħtieġ li jkopru l-vista, is-smigħ u l-kundizzjonijiet fiżiċi u psikoloġiċi li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ idoneità temporanju jew permanenti għax-xogħol, kif ukoll miżuri ta’ mitigazzjoni u restrizzjonijiet possibbli. Għall-koerenza, l-istandards jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-linji gwida dwar l-eżamijiet mediċi tal-baħħara ppubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, b’mod partikolari fuq il-kriterji applikati għas-servizzi kostali.

    (8)

    Id-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva delegata jenħtieġ li tkun allinjata mad-dati tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/2397 għal raġunijiet ta’ koerenza u ta’ effiċjenza.

    (9)

    F’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-informazzjoni li l-Istati Membri huma obbligati li jfornu lill-Kummissjoni fil-kuntest tat-traspożizzjoni ta’ direttiva trid tkun ċara u preċiża. Dan japplika wkoll għal dan l-att delegat.

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-istandards għall-kompetenzi u l-għarfien u l-ħiliet korrispondenti msemmija fl-Artikolu 17(1) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    L-istandards għall-eżamijiet prattiċi msemmija fl-Artikolu 17(3) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    L-istandards għall-approvazzjoni tas-simulaturi msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 4

    L-istandards għall-istat mediku msemmija fl-Artikolu 23(6) tad-Direttiva (UE) 2017/2397 għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 5

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mis-17 ta’ Jannar 2022. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn iridu jkunu jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif għandha ssir dik ir-referenza.

    2.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal Stat Membru li ma jkunx ittraspona u implimenta bis-sħiħ id-Direttiva (UE) 2017/2397 f’konformità mal-Artikolu 39(2), (3) jew (4) ta’ dik id-Direttiva. Meta t-tali Stat Membru jittrasponi u jimplimenta bis-sħiħ id-Direttiva (UE) 2017/2397, fl-istess ħin dan għandu jdaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonforma ma’ din id-Direttiva u jinforma lill-Kummissjoni li jkun għamel dan.

    3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 6

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 7

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 345, 27.12.2017, p. 53.


    ANNESS I

    STANDARDS GĦALL-KOMPETENZI U GĦALL-GĦARFIEN U L-ĦILIET KORRISPONDENTI

    I.   STANDARDS TAL-KOMPETENZA GĦAL-LIVELL OPERAZZJONALI

    1.   Navigazzjoni

    1.1.   Il-baħħar għandu jkun jista’ jgħin lill-maniġment tal-inġenju f’sitwazzjonijiet ta’ mmanuvrar u ta’ mmaniġġjar ta’ inġenju f’passaġġi fuq l-ilma interni. Il-baħħar għandu jkun kapaċi jagħmel dan fuq it-tipi kollha ta’ passaġġi fuq l-ilma u fit-tipi kollha ta’ portijiet.

    B’mod partikolari, il-baħħar għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jassisti fl-operazzjonijiet ta’ rmiġġ, ta’ tneħħija tal-irmiġġ u ta’ ġbid (rmonk);

    1.

    Għarfien dwar it-tagħmir, il-materjal u l-proċeduri użati abbord għall-operazzjonijiet ta’ rmiġġ, ta’ tneħħija tal-irmiġġ u ta’ ġbid (rmonk).

    2.

    Ħila li juża t-tagħmir meħtieġ abbord, eż. bollards u winċijiet għall-irmiġġ u għat-tneħħija tal-irmiġġ u għall-manuvri tal-ġbid.

    3.

    Ħila li juża materjali disponibbli abbord bħal ħbula u wajers fid-dawl tal-miżuri rilevanti ta’ sikurezza li jinkludu l-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali u tas-salvataġġ.

    4.

    Ħila li jikkomunika mal-kamra tat-tmunier billi juża s-sistemi ta’ komunikazzjoni bl-intercom u s-sinjali bl-idejn.

    5.

    Għarfien dwar l-effetti tal-moviment tal-ilma madwar l-inġenju u l-effetti lokali fuq iċ-ċirkustanzi tat-tbaħħir li jinkludu l-effetti tal-inklinazzjoni lonġitudinali, tal-ilma baxx b’rabta mal-pixka tal-inġenju.

    6.

    Għarfien dwar il-moviment tal-ilma li jaffettwa l-inġenju matul l-immanuvrar, inklużi l-effetti ta’ interazzjoni meta żewġ inġenji jgħaddu viċin xulxin jew jaqbżu lil xulxin f’passaġġi navigabbli dojoq, u l-effetti ta’ interazzjoni fuq inġenju rmiġġat fil-ġenb meta inġenju ieħor jgħaddi mill-passaġġ intern fil-viċin.

    2.

    jassisti fl-operazzjonijiet ta’ akkoppjar ta’ kombinamenti ta’ barkuni mbuttati;

    1.

    Għarfien dwar it-tagħmir, il-materjal u l-proċeduri użati għall-operazzjonijiet ta’ akkoppjar.

    2.

    Ħila li jqabbad u jaqla’ kombinamenti ta’ barkuni mbuttati billi juża t-tagħmir u l-materjali meħtieġa.

    3.

    Għarfien dwar ir-regoli għal ħidma sikura inkluż dwar l-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali u tas-salvataġġ.

    4.

    Ħila li japplika regoli għal ħidma sikura u jikkomunika mal-membri tal-ekwipaġġ involuti.

    3.

    jassisti fl-operazzjonijiet ta’ ankraġġ;

    1.

    Għarfien dwar it-tagħmir, il-materjali u l-proċeduri ta’ ankraġġ f’diversi ċirkustanzi.

    2.

    Ħila li jassisti f’manuvri ta’ ankraġġ, eż. iħejji tagħmir tal-ankra għal operazzjonijiet ta’ ankraġġ, biex jippreżenta l-ankra, biex jagħti biżżejjed kejbil jew katina għall-bdil inizjali tad-direzzjoni, biex jiddetermina meta l-ankra żżomm l-inġenju fil-pożizzjoni tiegħu (orjentazzjoni tal-ankra), biex jorbot l-ankri malli jitlesta l-ankraġġ, biex juża ankri tat-tkaxkir f’diversi manuvri u biex jimmaniġġja s-sinjali tal-ankri.

    3.

    Għarfien dwar ir-regoli għal ħidma sikura inkluż dwar l-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali u tas-salvataġġ.

    4.

    imexxi l-inġenju filwaqt li jirrispetta l-ordnijiet tat-tmunier, bl-użu xieraq tal-irkaptu tat-tmun;

    1.

    Għarfien dwar il-funzjonijiet u t-tipi ta’ diversi sistemi ta’ propulsjoni u ta’ sewqan.

    2.

    Ħila li jmexxi l-inġenju taħt superviżjoni u jirrispetta l-ordnijiet tat-tmunier.

    5.

    isuq l-inġenju filwaqt li jirrispetta l-ordnijiet, billi jqis l-influwenza tar-riħ u tal-kurrent;

    1.

    Għarfien dwar l-influwenza tar-riħ u tal-kurrent fuq it-tbaħħir u l-immanuvrar.

    2.

    Ħila li jmexxi l-inġenju taħt superviżjoni filwaqt li jqis l-influwenza tar-riħ fuq it-tbaħħir u l-immanuvrar fil-passaġġi fuq l-ilma b’kurrenti jew mingħajr u skont il-karatteristiċi tar-riħ.

    6.

    juża għajnuniet u strumenti navigazzjonali taħt superviżjoni;

    1.

    Għarfien dwar l-għajnuniet u l-istrumenti tan-navigazzjoni bħall-indikatur tat-tmun, ir-radar, l-indikatur tar-rata tad-dawran, indikatur tal-veloċità tat-tbaħħir.

    2.

    Ħila li juża l-informazzjoni pprovduta minn għajnuniet għan-navigazzjoni bħas-sistema u ċ-ċarts tad-dawl u tal-bagi.

    3.

    Ħila li juża strumenti ta’ navigazzjoni bħall-kumpass, l-indikatur tar-rata tad-dawran u l-indikatur tal-veloċità tat-tbaħħir.

    7.

    iwettaq l-azzjonijiet neċessarji għas-sikurezza tan-navigazzjoni;

    1.

    Għarfien dwar ir-regolamenti u l-listi ta’ kontroll dwar is-sikurezza li għandhom jiġu segwiti f’sitwazzjonijiet perikolużi u ta’ emerġenza.

    2.

    Ħila li jagħraf u jindirizza sitwazzjonijiet mhux sikuri u azzjonijiet ta’ segwitu skont ir-regolamenti dwar is-sikurezza.

    3.

    Ħila li minnufih iwissi lill-maniġment tal-inġenju.

    4.

    Ħila li juża tagħmir ta’ protezzjoni personali u tas-salvataġġ.

    5.

    Għarfien dwar il-verifika kkummissjonata mis-superviżur rigward il-preżenza, l-utilità, l-impermeabbiltà tal-ilma u l-irbit tal-inġenju u tat-tagħmir tiegħu.

    6.

    Ħila li jeżegwixxi x-xogħol skont il-lista ta’ kontroll fuq il-gverta u fil-postijiet ta’ għajxien bħall-protezzjoni kontra l-ilma u l-għeluq tal-bokkaporti u tal-istivi.

    7.

    Ħila li jeżegwixxi x-xogħol skont il-lista ta’ kontroll fil-kamra tal-magni; jistiva u jorbot oġġetti li jistgħu jiċċaqalqu, jimla t-tankijiet tal-fjuwil u jiċċekkja l-bokki.

    8.

    jiddeskrivi l-karatteristiċi tal-passaġġi fuq l-ilma interni, il-portijiet u t-terminali ewlenin Ewropej għat-tħejjija tal-vjaġġi u għan-navigazzjoni;

    1.

    Għarfien dwar l-aktar passaġġi fuq l-ilma interni nazzjonali u internazzjonali importanti.

    2.

    Għarfien dwar il-portijiet u t-terminali ewlenin li jinsabu fin-netwerk Ewropew tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (IWT).

    3.

    Għarfien dwar l-influwenza tal-istrutturi tal-inġinerija, tal-profili tal-passaġġi fuq l-ilma u tax-xogħlijiet ta’ protezzjoni fuq in-navigazzjoni.

    4.

    Għarfien dwar il-karatteristiċi ta’ klassifikazzjoni tax-xmajjar, tal-kanali u tal-passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu: il-wisgħa tal-qiegħ, it-tip ta’ xatt, il-protezzjoni tax-xatt, il-livell tal-ilma, il-moviment tal-ilma, id-distanza u l-fond vertikali u orizzontali.

    5.

    Għarfien dwar l-għajnuniet u l-istrumenti navigazzjonali meħtieġa għan-navigazzjoni fuq passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu.

    6.

    Ħila li jispjega l-karatteristiċi tad-diversi tipi ta’ passaġġi fuq l-ilma interni għat-tħejjija tal-vjaġġ u għas-sewqan.

    9.

    jirrispetta d-dispożizzjonijiet ġenerali, is-senjalazzjonijiet, is-sinjali u s-sistema ta’ mmarkar;

    1.

    Għarfien dwar is-sett miftiehem ta’ regoli applikabbli fir-regolamenti dwar in-navigazzjoni interna u tal-pulizija li japplikaw għall-passaġġi fuq l-ilma interni rilevanti.

    2.

    Ħila li jimmaniġġja u jmantni s-sistema ta’ mmarkar, tas-sinjali u tas-senjalazzjonijiet bil-ħoss ta’ binhar u ta’ billejl tal-inġenju.

    3.

    Għarfien dwar is-sistema ta’ bagi u ta’ mmarkar SIGNI (Signalisation de voies de Navigation Intérieure) u IALA (Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ Għajnuniet Marittimi lil Awtoritajiet ta’ Navigazzjoni u ta’ Fanal tal-Portijiet) parti A.

    10.

    isegwi l-proċeduri waqt li jkun għaddej minn imgħalaq u minn taħt pontijiet;

    1.

    Għarfien dwar il-forma, tat-tqassim u tal-faċilitajiet tal-imgħalaq u tal-pontijiet, tal-operazzjoni tal-għeluq (il-proċess tat-tlugħ u tal-inżul fil-magħlaq), it-tipi ta’ mgħalaq, bollards u turġien, eċċ.

    2.

    Ħila li japplika l-proċeduri matul l-avviċinament, id-dħul, it-tlugħ jew l-inżul fil-magħlaq u t-tluq mill-magħlaq jew mill-pont.

    11.

    juża s-sistemi ta’ kontroll tat-traffiku.

    1.

    Għarfien dwar id-diversi sistemi ta’ kontroll tat-traffiku użati bħas-sinjali ta’ binhar u billejl fl-imgħalaq, fid-digi u fil-pontijiet.

    2.

    Ħila li jidentifika s-sinjali ta’ binhar u ta’ billejl fl-imgħalaq, fid-digi u fil-pontijiet u li jsegwi l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti bħas-superviżuri tal-pont u tal-magħlaq u l-operaturi ta’ kontroll tat-traffiku.

    3.

    Ħila li juża t-tagħmir tar-radju f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

    4.

    Għarfien dwar is-Sistema ta’ Identifikazzjoni Awtomatika (AIS) għan-Navigazzjoni Interna u s-Sistema Elettronika ta’ Viżwalizzazzjoni ta’ Mapep u ta’ Informazzjoni għan-Navigazzjoni Interna (ECDIS).

    2.   L-operat tal-inġenju

    2.1.   Il-baħħar għandu jkun kapaċi jassisti lill-maniġment tal-inġenju fil-kontroll tal-operat tal-inġenju u fl-indokrar tal-persuni abbord.

    Il-baħħar għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jiddistingwi bejn id-diversi tipi ta’ inġenji;

    1.

    Għarfien dwar l-aktar tipi komuni ta’ inġenji inklużi konvojs użati fl-IWT Ewropew u l-kostruzzjoni, id-dimensjonijiet u t-tunnellaġġ korrispondenti tagħhom.

    2.

    Ħila li jispjega l-karatteristiċi tal-aktar tipi komuni ta’ inġenji li jinkludu konvojs li jbaħħru fl-IWT Ewropew.

    2.

    japplika l-għarfien dwar il-kostruzzjoni ta’ inġenju għall-passaġġi fuq l-ilma intern u dwar l-imġiba tiegħu fl-ilma, speċjalment f’termini ta’ stabbiltà u ta’ saħħa;

    1.

    Għarfien dwar l-effetti tal-moviment tal-inġenju f’diversi ċirkustanzi kkawżati mill-istresses lonġitudinali u trażversali u ta’ kundizzjonijiet ta’ tagħbija differenti.

    2.

    Ħila li jispjega l-imġiba tal-inġenju f’kundizzjonijiet ta’ tagħbija differenti, b’rabta mal-istabbiltà u mas-saħħa tal-inġenju.

    3.

    japplika l-għarfien dwar il-partijiet strutturali tal-inġenju u jidentifika l-partijiet b’isimhom u skont il-funzjoni tagħhom;

    1.

    Għarfien dwar l-elementi strutturali tal-inġenju fir-rigward tat-trasport ta’ tipi differenti ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri, inklużi l-istruttura lonġitudinali u trasversali u r-rinforzi lokali.

    2.

    Ħila li jsemmi l-partijiet strutturali tal-inġenju u jiddeskrivi l-funzjonijiet tagħhom.

    4.

    japplika l-għarfien dwar l-integrità kontra l-permeabbiltà tal-ilma tal-inġenju;

    1.

    Għarfien dwar l-integrità kontra l-permeabbiltà tal-ilma tal-inġenju tal-IWT.

    2.

    Ħila li jivverifika l-integrità kontra l-permeabbiltà tal-ilma.

    5.

    japplika l-għarfien dwar id-dokumentazzjoni meħtieġa għall-operat tal-inġenju.

    1.

    Għarfien dwar id-dokumentazzjoni obbligatorja tal-inġenju.

    2.

    Ħila li jispjega l-importanza tagħhom b’rabta mar-rekwiżiti u mal-leġiżlazzjoni (inter)nazzjonali.

    2.2.   Il-baħħar għandu jkun kapaċi juża t-tagħmir tal-inġenju.

    Il-baħħar għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    juża ankri u jimmanipula winċijiet tal-ankri;

    1.

    Għarfien dwar it-tipi differenti ta’ ankri u ta’ winċijiet tal-ankri użati abbord l-inġenju.

    2.

    Ħila li jsemmi u jagħraf tipi differenti ta’ ankri u ta’ winċijiet tal-ankri użati abbord l-inġenju u jispjega l-użu speċifiku tagħhom.

    3.

    Ħila li jimmanipula b’mod sikur tipi differenti ta’ ankri u ta’ winċijiet tal-ankri f’diversi sitwazzjonijiet u kundizzjonijiet.

    2.

    juża t-tagħmir tal-gverta u apparati tal-irfigħ;

    1.

    Għarfien dwar it-tagħmir użat fuq il-gverta tal-inġenju bħall-winċijiet (tal-akkoppjar), il-bokkaporti, l-apparati ta’ rfigħ, il-krejnijiet tal-karozzi, is-sistemi tal-pajpijiet, il-pajpijiet għat-tifi tan-nar, eċċ.

    2.

    Ħila li jsemmi u jagħraf it-tagħmir tal-gverta u l-apparati ta’ rfigħ u jispjega l-użu speċifiku tagħhom.

    3.

    Ħila li jimmanipula b’mod sikur it-tagħmir tal-gverta u l-apparati ta’ rfigħ.

    3.

    juża tagħmir speċifiku għall-bastimenti tal-passiġġieri.

    1.

    Għarfien dwar ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-apparati speċifiċi għall-bastimenti tal-passiġġieri.

    2.

    Ħila li jsemmi u jagħraf it-tagħmir użat abbord bastimenti tal-passiġġieri biss u jispjega l-użu speċifiku tagħhom.

    3.

    Ħila li jimmanipula b’mod sikur it-tagħmir użat abbord bastimenti tal-passiġġieri.

    3.   Immaniġġar tal-merkanzija, stivar u trasport tal-passiġġieri

    3.1.   Il-baħħar għandu jkun kapaċi jassisti lill-maniġment tal-inġenju fit-tħejjija, fl-istivar u fil-monitoraġġ tal-merkanzija matul operazzjonijiet ta’ tagħbija u ta’ ħatt.

    Il-baħħar għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jaqra pjanijiet dwar l-istivar u l-istabbiltà;

    1.

    Għarfien dwar l-impatt tat-tipi ta’ merkanzija fuq il-pjanijiet dwar l-istivar u l-istabbiltà.

    2.

    Għarfien dwar il-pjanijiet dwar l-istivar u l-istabbiltà.

    3.

    Ħila li jifhem il-pjanijiet dwar l-istivar.

    4.

    Għarfien dwar l-enumerazzjoni u t-taqsimiet tal-istivi tal-bastimenti ta’ merkanzija xotta u tat-tankijiet tal-bastimenti tanker (N, C jew G), u għarfien dwar l-istivar tad-diversi tipi ta’ merkanzija.

    5.

    Ħila li jidentifika t-tikkettar ta’ oġġetti perikolużi skont il-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN).

    2

    jissorvelja l-istivar u l-irbit tal-merkanzija;

    1.

    Għarfien dwar il-metodi ta’ stivar tal-inġenju b’diversi merkanziji biex jiżgura t-trasport sikur u effiċjenti.

    2.

    Għarfien dwar il-proċeduri biex l-inġenju jitħejja għal operazzjonijiet ta’ tagħbija u ta’ ħatt.

    3.

    Ħila li japplika b’mod sikur il-proċeduri ta’ tagħbija u ta’ ħatt, jiġifieri billi jiftaħ jew jagħlaq l-istivi, jissorvelja l-gverta matul l-operazzjonijiet ta’ tagħbija u ta’ ħatt.

    4.

    Ħila li jistabbilixxi u jżomm komunikazzjoni effettiva matul it-tagħbija u l-ħatt.

    5.

    Għarfien dwar l-effett tal-merkanzija fuq l-istabbiltà tal-inġenju.

    6.

    Ħila li jissorvelja u jirrapporta l-ħsara fil-merkanzija.

    3.

    jiddistingwi bejn diversi tipi ta’ merkanziji u l-kwalitajiet tagħhom;

    1.

    Għarfien dwar id-diversi tipi ta’ merkanzija, pereżempju merkanzija li titgħabba individwalment, merkanzija likwida bl-ingrossa u oġġetti tqal, eċċ.

    2.

    Għarfien dwar il-katina loġistika u t-trasport multimodali.

    3.

    Ħila li jħejji l-operazzjoni tal-inġenju marbuta mal-proċeduri ta’ tagħbija jew ta’ ħatt, eż. jikkomunika mal-kontroparti fuq l-art u jħejji l-istiva.

    4.

    juża s-sistema tas-saborra;

    1.

    Għarfien dwar il-funzjoni u l-użu tas-sistema tas-saborra.

    2.

    Ħila li juża s-sistema tas-saborra, pereżempju billi jimla jew ibattal it-tankijiet tas-saborra.

    5.

    jivverifika l-ammont ta’ merkanzija;

    1.

    Għarfien dwar il-metodi manwali u tekniċi tad-determinazzjoni tal-piż tal-merkanzija fuq id-diversi tipi ta’ inġenji.

    2.

    Għarfien dwar il-metodi għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ merkanzija mgħobbija jew imħatta.

    3.

    Għarfien dwar il-kalkolu tal-ammont ta’ merkanzija likwida bl-użu tas-soundings jew tat-tabelli tat-tank, jew it-tnejn.

    4.

    Ħila li jaqra l-marki tal-pixka u l-iskali tal-pixka.

    6.

    jaħdem skont ir-regolamenti u r-regoli dwar ix-xogħol sikur.

    1.

    Għarfien fuq ir-regoli u l-proċeduri dwar ix-xogħol sikur applikabbli matul il-fażi ta’ tħejjija, ta’ tagħbija u ta’ rilaxx tal-inġenju b’diversi tipi ta’ merkanziji.

    2.

    Ħila li jikkonforma mar-regoli u mal-proċeduri dwar ix-xogħol sikur applikabbli matul it-tagħbija u l-ħatt u li juża tagħmir ta’ protezzjoni personali u tas-salvataġġ.

    3.

    Ħila li jistabbilixxi u jżomm komunikazzjonijiet verbali u mhux verbali effettivi mas-sħab kollha involuti fil-proċeduri ta’ tagħbija u ta’ ħatt.

    4.

    Għarfien dwar il-mezzi tekniċi għall-immaniġġjar tal-merkanziji fl-inġenju u fil-portijiet u mill-inġenju u mill-portijiet, u l-miżuri dwar is-sikurezza fix-xogħol matul l-użu tagħhom.

    3.2.   Il-baħħar għandu jkun kapaċi jassisti lill-maniġment tal-inġenju fil-provvista ta’ servizzi lill-passiġġieri u jipprovdi assistenza diretta lil persuni b’diżabilità u lil persuni b’mobilità mnaqqsa skont ir-rekwiżiti ta’ taħriġ u l-istruzzjonijiet tal-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

    Il-baħħar għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jirrispetta r-regolamenti u l-konvenzjonijiet rigward it-trasport tal-passiġġieri;

    1.

    Għarfien dwar ir-regolamenti u l-konvenzjonijiet applikabbli rigward it-trasport tal-passiġġieri.

    2.

    Ħila li jipprovdi assistenza diretta lil persuni b’diżabilità u lil persuni b’mobilità mnaqqsa skont ir-rekwiżiti ta’ taħriġ u l-istruzzjonijiet tal-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 1177/2010.

    2.

    jassisti fil-moviment sikur tal-passiġġieri matul l-imbark u l-iżbark;

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri li japplikaw qabel u matul l-imbark u l-iżbark tal-passiġġieri.

    2.

    Ħila li jippożizzjona u jqiegħed it-tagħmir tal-imbark u tal-iżbark u li japplika l-miżuri ta’ sikurezza.

    3.

    jassisti fis-superviżjoni fuq il-passiġġieri matul sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

    1.

    Għarfien dwar it-tagħmir eżistenti għas-salvataġġ tal-ħajja għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, dwar proċeduri li jridu jiġu segwiti fil-każ ta’ tnixxija, ta’ nirien, ta’ persuna li taqa’ fl-ilma, ta’ evalwazzjoni inkluża l-ġestjoni ta’ kriżijiet u tal-folol u dwar l-ewwel għajnuna medika abbord bastiment.

    2.

    Ħila li jassisti fil-każ ta’ tnixxija, ta’ nirien, ta’ persuna li taqa’ fl-ilma, ta’ kolliżjoni u ta’ evakwazzjoni inkluża l-ġestjoni ta’ kriżijiet u tal-folol, li juża tagħmir tas-salvataġġ tal-ħajja f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u li jagħti l-ewwel għajnuna medika abbord il-bastiment.

    4.

    jikkomunika b’mod effettiv mal-passiġġieri.

    1.

    Għarfien dwar il-fażijiet ta’ komunikazzjoni standardizzati għall-evakwazzjoni tal-passiġġieri fil-każ ta’ emerġenza.

    2.

    Ħila li juża mġiba u lingwa orjentati lejn is-servizz.

    4.   Inġinerija marina u inġinerija elettrika, elettronika u ta’ kontroll

    4.1.   Il-baħħar għandu jkun kapaċi jassisti lill-maniġment tal-inġenju fl-inġinerija marina, elettrika, elettronika u ta’ kontroll biex jiżgura s-sikurezza teknika ġenerali.

    Il-baħħar għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jassisti fil-monitoraġġ tal-magni u tas-sistema ta’ propulsjoni;

    1.

    Għarfien dwar il-prinċipji tas-sistema ta’ propulsjoni.

    2.

    Għarfien dwar it-tipi differenti ta’ magni u l-kostruzzjoni, il-prestazzjoni u t-terminoloġija tagħhom.

    3.

    Għarfien dwar il-funzjoni u l-operat tas-sistema ta’ forniment tal-arja, ta’ forniment tal-fjuwil, ta’ tberrid, tal-lubrikazzjoni u tal-egżost tal-magna.

    4.

    Għarfien dwar il-magni ewlenin u awżiljarji.

    5.

    Ħila li jwettaq kontrolli bażiċi u jiżgura l-funzjonament regolari tal-magni.

    2.

    iħejji l-magni ewlenin u t-tagħmir awżiljarju għall-operat;

    1.

    Għarfien dwar is-sistemi ta’ startjar tal-magni ewlenin, tat-tagħmir awżiljarju u tas-sistemi idrawliċi u pnewmatiċi skont l-istruzzjonijiet.

    2.

    Għarfien dwar il-prinċipji tas-sistemi ta’ riversjar.

    3.

    Ħila li jħejji l-makkinarju fil-kamra tal-magni skont il-lista ta’ kontroll għat-tluq.

    4.

    Ħila li juża s-sistema ta’ startjar u t-tagħmir awżiljarju skont l-istruzzjonijiet, eż. tagħmir tat-tmun.

    5.

    Ħila li jistartja l-magni ewlenin skont il-proċeduri ta’ startjar.

    6.

    Ħila li juża sistemi idrawliċi u pnewmatiċi.

    3.

    jirreaġixxi b’mod adegwat għal ħsarat fil-magni;

    1.

    Għarfien dwar it-tagħmir ta’ kontroll fil-kamra tal-magni u dwar il-proċeduri ta’ rapportar għal ħsarat.

    2.

    Ħila li jagħraf il-ħsarat u li jieħu l-miżuri xierqa fil-każ ta’ ħsara li jinkludu r-rapportar lill-maniġment tal-inġenju.

    4.

    iħaddem il-makkinarju li jinkludi pompi, sistemi ta’ pajpijiet, sistemi tas-sentina u tas-saborra;

    1.

    Għarfien dwar l-operat sikur u dwar il-kontroll tal-makkinarju fil-kamra tal-magni, fil-kompartimenti tas-saborra u fis-sentina skont il-proċeduri.

    2.

    Ħila li jikkontrolla l-funzjoni sikura, l-operat tal-makkinarju fil-kamra tal-magni u li jmantni s-sistema tas-sentina u tas-saborra inklużi: ir-rapportar ta’ inċidenti assoċjati mal-operazzjonijiet ta’ trasferiment u l-ħila li jkejjel u jirrapporta kif suppost il-livelli tat-tank.

    3.

    Ħila li jħejji u jħaddem operazzjonijiet ta’ tifi tal-magni wara l-operat.

    4.

    Ħila li jħaddem is-sistemi tal-ippumpjar tas-sentina, tas-saborra u tal-merkanzija.

    5.

    jassisti fil-monitoraġġ tal-apparati elettroniċi u elettriċi;

    1.

    Għarfien dwar is-sistemi u l-komponenti elettroniċi u elettriċi.

    2.

    Għarfien dwar il-kurrent AC u DC.

    3.

    Ħila li jissorvelja u jevalwa l-istrumenti ta’ kontroll.

    4.

    Għarfien dwar il-manjetiżmu u d-differenza bejn kalamiti naturali u artifiċjali.

    5.

    Għarfien dwar is-sistema elettroidrawlika.

    6.

    iħejji, jistartja, iqabbad u jiċċarġja l-ġeneraturi, u jikkontrolla s-sistemi tagħhom u l-provvista tal-elettriku minn fuq l-art;

    1.

    Għarfien dwar l-installazzjoni tal-enerġija.

    2.

    Ħila li juża switchboard

    3.

    Ħila li juża l-provvista tal-elettriku minn fuq l-art.

    7.

    jiddefinixxi l-ħsarat u l-problemi komuni, u jiddeskrivi l-azzjonijiet għall-prevenzjoni tal-ħsara;

    1.

    Għarfien dwar il-ħsarat barra l-kamra tal-magni u dwar il-proċeduri li jridu jiġu segwiti għall-prevenzjoni ta’ ħsarat u dwar il-proċeduri li jridu jiġu segwiti jekk iseħħu ħsarat.

    2.

    Ħila li jidentifika ħsarat komuni u jieħu azzjoni biex jipprevjeni ħsara fis-sistemi mekkaniċi, elettriċi, elettroniċi, idrawliċi u pnewmatiċi.

    8.

    juża l-għodod meħtieġa biex jiżgura s-sikurezza teknika ġenerali.

    1.

    Għarfien dwar il-karatteristiċi u l-limitazzjonijiet tal-proċessi u tal-materjali użati għall-manutenzjoni u għat-tiswija ta’ magni u ta’ tagħmir.

    2.

    Ħila li japplika prattiki tax-xogħol sikuri meta jmantni jew isewwi magni u tagħmir.

    4.2.   Il-baħħar għandu jkun kapaċi jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fuq it-tagħmir tal-inġinerija marina, elettrika, elettronika u ta’ kontroll biex jiżgura s-sikurezza teknika ġenerali.

    Il-baħħar għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    iwettaq ix-xogħol ta’ manutenzjoni ta’ kuljum fuq il-magni ewlenin, il-makkinarju awżiljarju u s-sistemi ta’ kontroll;

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri li jridu jiġu segwiti għall-manutenzjoni u għaż-żamma fi stat tajjeb tal-kamra tal-magni, tal-magna ewlenija, tal-makkinarju ewlieni, tat-tagħmir awżiljarju u tas-sistemi ta’ kontroll.

    2.

    Ħila li jmantni l-magni ewlenin, it-tagħmir awżiljarju u s-sistemi ta’ kontroll.

    2.

    iwettaq ix-xogħol ta’ manutenzjoni ta’ kuljum fuq il-makkinarju li jinkludi pompi, sistemi ta’ pajpijiet, sistemi tas-sentina u tas-saborra;

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri ta’ manutenzjoni ta’ kuljum.

    2.

    Ħila li jmantni u jieħu ħsieb pompi, sistemi ta’ pajpijiet, sistemi tas-sentina u tas-saborra.

    3.

    juża l-għodod meħtieġa biex jiżgura s-sikurezza teknika ġenerali;

    1.

    Għarfien dwar l-użu tal-materjal ta’ manutenzjoni u tat-tagħmir tat-tiswija abbord, inklużi l-kwalitajiet u l-limitazzjonijiet tagħhom.

    2.

    Ħila li jagħżel u juża l-materjal ta’ manutenzjoni u t-tagħmir ta’ tiswija abbord.

    4.

    isegwi l-proċeduri ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija;

    1.

    Għarfien dwar il-manwali u l-istruzzjonijiet għall-manutenzjoni u għat-tiswija.

    2.

    Ħila li jwettaq il-proċeduri ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija skont il-manwali u l-istruzzjonijiet applikabbli.

    5.

    juża informazzjoni teknika u jiddokumenta l-proċeduri tekniċi.

    1.

    Għarfien dwar id-dokumentazzjoni u l-manwali tekniċi.

    2.

    Ħila li jiddokumenta x-xogħol ta’ manutenzjoni.

    5.   Manutenzjoni u Tiswija

    5.1.   Il-baħħar għandu jkun kapaċi jgħin lill-maniġment tal-inġenju fil-manutenzjoni u fit-tiswija tal-inġenju, tal-apparati tiegħu u tat-tagħmir tiegħu.

    Il-baħħar għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jaħdem b’tipi differenti ta’ materjali u ta’ għodod użati għall-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija;

    1.

    Għarfien dwar l-għodod meħtieġa u l-manutenzjoni tat-tagħmir u dwar ir-regoli fuq ix-xogħol sikur u l-ħarsien tal-ambjent.

    2.

    Ħila li juża l-metodi rilevanti għall-manutenzjoni tal-inġenju li jinkludu l-ħila li jagħżel materjali differenti.

    3.

    Ħila li jmantni u jistiva kif suppost l-għodod u t-tagħmir ta’ manutenzjoni.

    4.

    Ħila li jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni skont regoli dwar ix-xogħol sikur u l-ħarsien tal-ambjent.

    2.

    jipproteġi s-saħħa u l-ambjent meta jagħmel manutenzjoni u tiswija;

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri applikabbli dwar it-tindif u l-preservazzjoni u r-regoli dwar l-iġjene.

    2.

    Ħila li jnaddaf l-ispazji ta’ akkomodazzjoni kollha, il-kamra tat-tmunier u jżomm l-ambjent kif xieraq b’mod li jirrispetta r-regoli dwar l-iġjene, inkluż it-teħid ta’ responsabbiltà għall-ispazju ta’ akkomodazzjoni tiegħu stess.

    3.

    Ħila li jnaddaf il-kmamar tal-magni u l-magni billi juża l-materjali tat-tindif meħtieġa.

    4.

    Ħila li jnaddaf u jippreserva l-partijiet ta’ barra, il-buq u l-gverti tal-inġenju kif suppost billi juża l-materjali meħtieġa skont ir-regoli dwar il-ħarsien ambjentali.

    5.

    Ħila li jieħu ħsieb l-inġenju u r-rimi tal-iskart domestiku skont ir-regoli dwar il-ħarsien tal-ambjent.

    3.

    imantni l-apparati tekniċi skont struzzjonijiet tekniċi;

    1.

    Għarfien dwar l-istruzzjonijiet tekniċi għall-manutenzjoni u għall-programmi ta’ manutenzjoni.

    2.

    Ħila li jieħu ħsieb it-tagħmir tekniku kollu skont l-istruzzjonijiet u juża l-programmi ta’ manutenzjoni (inklużi dawk diġitali) taħt superviżjoni.

    4.

    jimmanipula l-wajers u l-ħbula b’mod sikur;

    1.

    Għarfien dwar il-karatteristiċi tat-tipi differenti ta’ ħbula u ta’ wajers.

    2.

    Ħila li jużahom u jistivahom skont il-prattiki u r-regoli dwar ix-xogħol sikur.

    5.

    jagħmel għoqiedi u ċombaturi skont l-użu tagħhom u jmantnihom;

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri li jridu jiġu segwiti biex jiġu żgurati rmonkar u akkoppjar sikuri bil-mezzi disponibbli abbord.

    2.

    Ħila li jiċċomba wajers u ħbula.

    3.

    Ħila li japplika għoqiedi skont l-użu tagħhom.

    4.

    Imantni l-wajers u l-ħbula.

    6.

    iħejji u jwettaq pjanijiet ta’ ħidma bħala membru ta’ tim u jivverifika r-riżultati.

    1.

    Għarfien dwar il-prinċipji tal-ħidma f’tim.

    2.

    Ħila li jwettaq il-manutenzjoni u tiswijiet sempliċi indipendentement bħala parti mit-tim.

    3.

    Ħila li jwettaq tiswijiet aktar kumplessi taħt superviżjoni.

    4.

    Japplika diversi metodi ta’ ħidma inkluża ħidma f’tim skont l-istruzzjonijiet dwar is-sikurezza.

    5.

    Ħila li jevalwa l-kwalità tax-xogħol.

    6.   Komunikazzjoni

    6.1.   Il-baħħar għandu jkun kapaċi jikkomunika b’mod ġenerali u professjonali. Dan jinkludi l-ħila li juża frażijiet ta’ komunikazzjoni standardizzati f’sitwazzjonijiet bi problemi ta’ komunikazzjoni.

    Il-baħħar għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    juża sistemi ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni;

    1.

    Għarfien dwar l-installazzjoni tal-intercom għall-komunikazzjoni bejn l-inġenji jew terminali, tat-telefown (mowbajl) tal-inġenju, tar-radju, tat-TV (satellitari) u tas-sistema tal-kamera.

    2.

    Ħila li juża s-sistema tat-telefown (mowbajl) tal-inġenju, ir-radju tal-inġenju, it-TV (satellitari) u s-sistema tal-kamera.

    3.

    Għarfien dwar il-prinċipji tal-operat tas-sistema tal-AIS Interna.

    4.

    Ħila li juża d-data tal-AIS Interna biex jindirizza inġenji oħra.

    2.

    isolvi kompiti differenti bl-għajnuna ta’ tipi differenti ta’ apparati diġitali, ta’ servizzi ta’ informazzjoni (bħas-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS)) u ta’ sistemi ta’ komunikazzjoni;

    1.

    Għarfien dwar l-apparati diġitali disponibbli fit-trasport fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni.

    2.

    Ħila li juża l-apparati diġitali tal-inġenju skont l-istruzzjonijiet biex iwettaq kompiti sempliċi.

    3.

    jiġbor u jaħżen data inklużi kopji ta’ riżerva u aġġornament tad-data;

    1.

    Għarfien dwar is-sistema ta’ komunikazzjoni tal-inġenju għall-ġbir, għall-ħżin u għall-aġġornar tad-data.

    2.

    Ħila li jipproċessa d-data taħt superviżjoni stretta.

    4.

    isegwi l-istruzzjonijiet għall-protezzjoni tad-data;

    1.

    Għarfien tar-regolamenti dwar il-protezzjoni tad-data u s-segretezza professjonali.

    2.

    Ħila li jipproċessa d-data skont ir-regolamenti dwar il-protezzjoni tad-data u s-segretezza professjonali.

    5.

    jippreżenta l-fatti billi juża termini tekniċi;

    1.

    Għarfien dwar it-termini tekniċi u nawtiċi meħtieġa kif ukoll it-termini relatati mal-aspetti soċjali fi frażijiet ta’ komunikazzjoni standardizzati.

    2.

    Ħila li juża t-termini tekniċi u nawtiċi meħtieġa kif ukoll it-termini relatati mal-aspetti soċjali fi frażijiet ta’ komunikazzjoni standardizzati.

    6.

    jikseb informazzjoni nawtika u teknika biex iżomm is-sikurezza tan-navigazzjoni.

    1.

    Għarfien dwar is-sorsi ta’ informazzjoni disponibbli.

    2.

    Ħila li juża s-sorsi ta’ informazzjoni biex jikseb l-informazzjoni nawtika u teknika neċessarja biex iżomm is-sikurezza tan-navigazzjoni.

    6.2.   Il-baħħar għandu jkun kapaċi jkun soċjevoli.

    Il-baħħar għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    isegwi l-istruzzjonijiet u jikkomunika mal-oħrajn f’termini tad-dmirijiet abbord il-bastiment;

    1.

    Għarfien dwar l-importanza tal-ordnijiet mogħtija mill-maniġment tal-inġenju, tal-istruzzjonijiet formali u informali, tar-regoli u tal-proċeduri u dwar l-importanza li jservi bħala ħaddiem eżemplari għal membri tal-ekwipaġġ nieqsa mill-esperjenza.

    2.

    Ħila li jagħti segwitu għall-ordnijiet mogħtija mill-maniġment tal-inġenju u għal struzzjonijiet u regoli oħra, kif ukoll li jakkumpanja lill-membri tal-ekwipaġġ nieqsa mill-esperjenza.

    3.

    Għarfien dwar ir-regoli tal-kumpanija jew dwar il-proċeduri abbord.

    4.

    Ħila li jirrispetta r-regoli tal-kumpanija jew il-proċeduri abbord.

    2.

    jikkontribwixxi għal relazzjonijiet soċjali tajbin u jikkoopera ma’ oħrajn abbord;

    1.

    Għarfien dwar id-diversità kulturali.

    2.

    Ħila li jaċċetta standards, valuri u drawwiet kulturali differenti.

    3.

    Ħila li jaħdem u jgħix f’tim.

    4.

    Ħila li jieħu sehem f’laqgħat tat-tim u jwettaq il-kompiti mqassmin.

    5.

    Għarfien dwar l-importanza tar-rispett għall-ħidma f’tim.

    6.

    Ħila li jirrispetta d-differenzi relatati mas-sess u mal-kultura u li jirrapporta problemi relatati inklużi fastidju morali u fastidju sesswali.

    3.

    jaċċetta r-responsabbiltà soċjali, il-kundizzjonijiet tal-impjieg, id-drittijiet u d-dmirijiet individwali; jagħraf il-perikli tal-abbuż tal-alkoħol u tad-drogi u jwieġeb b’mod adegwat għal imġiba ħażina u għal perikli;

    1.

    Ħila li jidentifika mġiba ħażina u perikli potenzjali.

    2.

    Ħila li jwieġeb b’mod proattiv għal mġiba ħażina u għal perikli potenzjali.

    3.

    Ħila li jaħdem b’mod indipendenti skont l-istruzzjonijiet.

    4.

    Għarfien dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tal-ħaddiema individwali.

    5.

    Għarfien dwar il-perikli tal-użu tal-alkoħol tad-drogi fl-ambjent tax-xogħol u soċjali. (Għarfien dwar ir-regoli tal-pulizija dwar it-tossikoloġija).

    6.

    Ħila li jidentifika l-perikli għall-operat sikur tal-inġenju b’rabta mal-alkoħol u mad-drogi.

    4.

    jippjana, jixtri u jħejji ikliet sempliċi.

    1.

    Għarfien dwar il-possibbiltajiet għall-provvista tal-ikel u dwar il-prinċipji ta’ nutrizzjoni sustanzjuża.

    2.

    Ħila li jħejji ikliet sempliċi b’rispett għar-regoli dwar l-iġjene.

    7.   Saħħa u sikurezza u protezzjoni ambjentali

    7.1.   Il-baħħar għandu jkun kapaċi jaderixxi mar-regoli dwar ix-xogħol sikur, jifhem l-importanza tar-regoli dwar is-saħħa u s-sikurezza u l-importanza tal-ambjent.

    Il-baħħar għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jaħdem skont l-istruzzjonijiet u r-regoli għas-sikurezza fuq ix-xogħol u l-prevenzjoni tal-aċċidenti;

    1.

    Għarfien dwar il-vantaġġi ta’ prattiki tax-xogħol sikur.

    2.

    Għarfien dwar in-natura tal-perikli abbord.

    3.

    Ħila li jipprevjeni perikli relatati mal-perikli abbord, pereżempju:

    il-movimenti tal-inġenju;

    il-provvista għal imbark sikur fuq l-inġenju u għal żbark sikur minnu (eż. passarella, dgħajsa tal-bastiment);

    l-istivar sikur ta’ oġġetti li jiċċaqalqu;

    il-ħidma bil-makkinarju;

    ir-rikonoxximent ta’ perikli elettriċi;

    prekawzjonijiet kontra n-nirien u t-tifi tan-nirien;

    l-użu professjonali tal-għodod manwali;

    l-użu professjonali tal-għodod motorizzati portabbli;

    konformità mas-saħħa u mal-iġjene;

    it-tneħħija ta’ perikli ta’ żliq, ta’ waqgħat u ta’ tfixkil.

    4.

    Għarfien fuq l-istruzzjonijiet rilevanti dwar is-saħħa u x-xogħol sikur matul attivitajiet li jseħħu abbord.

    5.

    Għarfien dwar ir-regolamenti applikabbli li jikkonċernaw kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u sostenibbli.

    6.

    Ħila li jipprevjeni aċċidenti f’attivitajiet li jistgħu jkunu perikolużi għall-persunal jew għall-inġenju b’rabta ma’

    it-tagħbija u l-ħatt ta’ merkanziji;

    l-irmiġġ u t-tneħħija tal-irmiġġ;

    ix-xogħol fuq l-arbli;

    ix-xogħol bis-sustanzi kimiċi;

    ix-xogħol bil-batteriji;

    il-preżenza fil-kamra tal-magna;

    l-irfigħ ta’ tagħbijiet (manwalment u mekkanikament);

    id-dħul u x-xogħol fi spazji magħluqa.

    7.

    Ħila li jifhem ordnijiet u jikkomunika ma’ oħrajn b’rabta mad-dmirijiet abbord.

    2.

    juża tagħmir tal-protezzjoni personali biex jipprevjeni l-aċċidenti;

    1.

    Għarfien dwar it-tagħmir tal-protezzjoni personali.

    2.

    Ħila li juża tagħmir tal-protezzjoni personali, pereżempju:

    il-protezzjoni tal-għajnejn,

    il-protezzjoni respiratorja,

    il-protezzjoni tal-widnejn,

    il-protezzjoni tar-ras,

    ħwejjeġ tal-protezzjoni.

    3.

    jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa qabel ma jidħol fi spazji magħluqin.

    1.

    Għarfien dwar il-perikli assoċjati mad-dħul fi spazji magħluqin.

    2.

    Għarfien dwar il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu u t-testijiet jew il-kejliet li għandhom jitwettqu biex jiġi ddeterminat jekk spazju magħluq huwiex sikur għad-dħul, u filwaqt li jaħdem fi spazju magħluq.

    3.

    Ħila li japplika l-istruzzjonijiet dwar is-sikurezza qabel ma jidħol f’ċerti spazji abbord, pereżempju:

    l-istivi,

    l-istrutturi għall-ilma,

    il-buq doppju.

    4.

    Ħila li jieħu prekawzjonijiet rigward ix-xogħol fi spazji magħluqin.

    7.2.   Il-baħħar għandu jkun kapaċi jagħraf l-importanza tat-taħriġ abbord u jaġixxi minnufih fil-każ ta’ emerġenzi.

    Il-baħħar għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jaġixxi fil-każ ta’ emerġenzi skont l-istruzzjonijiet u l-proċeduri applikabbli;

    1.

    Għarfien dwar id-diversi tipi ta’ emerġenzi.

    2.

    Għarfien dwar ir-rutina li għandha tiġi segwita f’każ ta’ allarm.

    3.

    Għarfien dwar il-proċeduri applikabbli fil-każ ta’ aċċident.

    4.

    Ħila li jaġixxi skont l-istruzzjonijiet u l-proċeduri.

    2.

    jagħti l-ewwel għajnuna medika;

    1.

    Għarfien dwar il-prinċipji ġenerali tal-ewwel għajnuna li jinkludu valutazzjoni tal-istruttura tal-body u l-funzjonijiet abbord inġenju wara valutazzjoni ta’ sitwazzjoni.

    2.

    Ħila li jżomm kundizzjoni fiżika u mentali u iġjene personali tajba fil-każ tal-ewwel għajnuna.

    3.

    Għarfien dwar il-miżuri rilevanti fil-każ ta’ aċċidenti skont l-aħjar prattiki rikonoxxuti.

    4.

    Ħila li jivvaluta l-ħtiġijiet tal-vittmi ta’ diżgrazzja u ta’ theddidiet għas-sikurezza personali.

    5.

    Ħila li jwettaq il-miżuri meħtieġa f’każijiet ta’ emerġenza, inkluż li:

    (a)

    jippożizzjona lill-vittmi ta’ diżgrazzja,

    (b)

    japplika t-tekniki ta’ risuxxitament,

    (c)

    jikkontrolla l-emorraġiji,

    (d)

    japplika miżuri xierqa ta’ ġestjoni bażika tax-xokkijiet,

    (e)

    japplika miżuri xierqa fil-każ ta’ ħruq u ta’ smit, inklużi aċċidenti kkawżati minn kurrent elettriku.

    (f)

    isalva u jittrasporta lil vittma ta’ diżgrazzja.

    6.

    Ħila li jimprovizza faxex u juża l-materjali fil-kitt ta’ emerġenza.

    3.

    juża u jmantni t-tagħmir ta’ protezzjoni personali u t-tagħmir tas-salvataġġ tal-ħajja abbord;

    1.

    Għarfien dwar il-kontrolli perjodiċi ta’ protezzjoni personali, ir-rotot ta’ ħruġ f’emerġenza u t-tagħmir tas-salvataġġ rigward il-funzjoni, il-ħsara, it-tkagħbir bl-użu u imperfezzjonijiet oħra.

    2.

    Ħila li jirreaġixxi fil-każ ta’ imperfezzjonijiet identifikati li jinkludu proċeduri ta’ komunikazzjoni rilevanti.

    3.

    Ħila li juża apparati personali għas-salvataġġ tal-ħajja, pereżempju:

    bagi tas-salvataġġ li jinkludu t-tagħmir rilevanti, u

    ġkieket tas-salvataġġ li jinkludu t-tagħmir rilevanti fuq il-ġkieket tas-salvataġġ, bħal dwal fissi jew ipetptu u suffara marbuta b’mod sikur bi spaga.

    4.

    Għarfien dwar il-funzjonijiet tad-dgħajsa tal-bastiment.

    5.

    Ħila li jħejji, iniedi, ibaħħar, jirkupra u jistiva d-dgħajsa tal-bastiment.

    4.

    jipprovdi assistenza fil-każ ta’ operazzjonijiet tas-salvataġġ u jgħum;

    1.

    Ħila li jsalva u jittrasporta lil vittma ta’ diżgrazzja.

    2.

    Ħila li juża l-kapaċitajiet tal-għawm għal operazzjonijiet tas-salvataġġ.

    5.

    juża r-rotot għall-ħruġ ta’ emerġenza;

    Ħila li jżomm ir-rotot għall-ħruġ f’emerġenza ħielsa mill-ostakli (skont il-karatteristiċi lokali abbord).

    6.

    juża sistemi interni ta’ komunikazzjoni u ta’ allarm f’emerġenzi.

    Ħila li juża s-sistemi u t-tagħmir ta’ komunikazzjoni u ta’ allarm f’emerġenzi

    7.3.   Il-baħħar għandu jkun kapaċi jieħu prekawzjonijiet biex jipprevjeni n-nirien u għandu juża t-tagħmir għat-tifi tan-nar kif suppost.

    Il-baħħar għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jiddistingwi bejn l-elementi tan-nirien u t-tipi u s-sorsi tat-tqabbid;

    1.

    Għarfien dwar il-kawżi possibbli tan-nirien matul attivitajiet differenti kif ukoll għarfien dwar il-klassifikazzjoni tan-nirien skont l-Istandard Ewropew EN jew ekwivalenti.

    2.

    Għarfien dwar l-elementi tal-proċess ta’ kombustjoni.

    3.

    Ħila li japplika l-approċċi bażiċi tat-tifi tan-nar.

    2.

    juża tipi differenti ta’ apparati tat-tifi tan-nar;

    1.

    Għarfien dwar il-karatteristiċi u l-klassijiet differenti ta’ apparati tat-tifi tan-nar.

    2.

    Ħila li japplika diversi metodi għat-tifi tan-nar u juża tagħmir għat-tifi tan-nar u installazzjonijiet fissi filwaqt li jqis, pereżempju:

    l-użu ta’ tipi differenti ta’ apparati portabbli għat-tifi tan-nar, u

    l-influwenza tar-riħ hu u riesaq lejn in-nar.

    3.

    jaġixxi skont il-proċeduri u l-organizzazzjoni tat-tifi tan-nar abbord il-bastiment;

    1.

    Għarfien dwar is-sistemi abbord għall-ġlieda kontra n-nirien.

    2.

    Ħila li jindirizza n-nirien u jieħu miżuri ta’ notifika rilevanti.

    4.

    isegwi struzzjonijiet li jikkonċernaw: it-tagħmir personali, il-metodi, l-aġenti tat-tifi tan-nar u l-proċeduri matul l-operazzjonijiet ta’ tifi tan-nar u tas-salvataġġ.

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri biex jiġi evitat periklu personali.

    2.

    Ħila li jaġixxi skont il-proċedura ta’ emerġenza.

    7.4.   Il-baħħar għandu jkun kapaċi jwettaq id-dmirijiet filwaqt li titqies l-importanza tal-ħarsien tal-ambjent.

    Il-baħħar għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    iħares l-ambjent skont ir-regolamenti rilevanti;

    1.

    Għarfien dwar ir-regolamenti nazzjonali u internazzjonali rigward il-ħarsien tal-ambjent.

    2.

    Ħila li juża d-dokumentazzjoni u s-sistemi ta’ informazzjoni disponibbli rigward kwistjonijiet ambjentali skont l-istruzzjonijiet.

    3.

    Għarfien dwar il-konsegwenzi ta’ tnixxijiet, ta’ tixrid jew ta’ rilaxx possibbli ta’ sustanzi niġġiesa fl-ambjent.

    4.

    Għarfien dwar l-oġġetti perikolużi u l-klassifikazzjonijiet rigward l-aspetti ambjentali.

    2.

    jieħu prekawzjonijiet biex jipprevjeni tniġġis fl-ambjent;

    1.

    Għarfien dwar il-prekawzjonijiet ġenerali għall-prevenzjoni tat-tniġġis tal-ambjent.

    2.

    Ħila li jsegwi prekawzjonijiet ġenerali u japplika proċeduri dwar il-bunkering sikur.

    3.

    Ħila li jieħu miżuri skont l-istruzzjonijiet fil-każ ta’ kolliżjoni, pereżempju billi jissiġilla t-tnixxijiet.

    3.

    juża r-riżorsi b’mod effiċjenti;

    1.

    Għarfien dwar l-użu effiċjenti tal-konsum tal-fjuwil.

    2.

    Ħila li juża materjali b’mod ekonomiku u li jiffranka l-enerġija.

    4.

    jarmi l-iskart b’mod ekoloġiku.

    1.

    Għarfien dwar ir-regolamenti applikabbli rigward l-iskart.

    2.

    Ħila li jwettaq il-ġbir, it-twassil u r-rimi ta’:

    żejt u xaħam tal-inġenju,

    residwi tal-merkanzija, u

    tipi oħra ta’ oġġetti tal-iskart.

    II.   STANDARDS TAL-KOMPETENZA GĦAL-LIVELL MANIĠERJALI

    0.   Superviżjoni

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi jagħti struzzjonijiet lil membri oħra tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta u jissorvelja l-kompiti li jeżerċitaw, kif imsemmi fit-Taqsima 1 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/2397, li jimplikaw ħiliet adegwati għat-twettiq ta’ dawn il-kompiti.

    Persuni li jkunu lesti li jikkwalifikaw bħala kaptan għandhom jagħtu xiehda tal-kompetenzi elenkati fit-Taqsimiet 0.1 sa 7.4 li ġejjin sakemm ma jkunux ħadu wieħed minn dawn il-passi li ġejjin:

    wettqu programm ta’ taħriġ approvat fuq il-bażi tal-istandards tal-kompetenza għal-livell operazzjonali;

    għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza mwettqa minn awtorità amministrattiva mmirata lejn il-verifika li l-istandards tal-kompetenza għal-livell operazzjonali jkunu ntlaħqu.

    0.1.   Navigazzjoni

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    juri operazzjonijiet ta’ rmiġġ, ta’ ħall mill-irmiġġ u ta’ ġbid (rmonk);

    1.

    Għarfien dwar it-tagħmir, il-materjal u l-proċeduri użati għall-operazzjonijiet ta’ rmiġġ, ta’ ħall mill-irmiġġ u ta’ ġbid (rmonk).

    2.

    Ħila li juża materjali disponibbli abbord bħal winċijiet, bollards, ħbula u wajers fid-dawl tal-miżuri rilevanti ta’ sikurezza fix-xogħol li jinkludu l-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali u tas-salvataġġ.

    3.

    Ħila li jikkomunika mal-kamra tat-tmunier billi juża s-sistemi ta’ komunikazzjoni bl-intercom u s-sinjali bl-idejn.

    4.

    Għarfien dwar l-effetti tal-moviment tal-ilma madwar l-inġenju u l-effetti lokali fuq iċ-ċirkustanzi tat-tbaħħir li jinkludu l-effetti tal-inklinazzjoni lonġitudinali, tal-ilma baxx b’rabta mal-pixka tal-inġenju.

    5.

    Għarfien dwar il-moviment tal-ilma li jaffettwa l-inġenju matul l-immanuvrar, inklużi l-effetti ta’ interazzjoni meta żewġ inġenji jgħaddu viċin xulxin jew jaqbżu lil xulxin f’passaġġi navigabbli dojoq, u l-effetti ta’ interazzjoni fuq inġenju rmiġġat fil-ġenb meta inġenju ieħor jgħaddi mill-passaġġ intern fil-viċin.

    2.

    juri operazzjonijiet ta’ akkoppjar ta’ kombinamenti ta’ barkuni mbuttati;

    1.

    Għarfien dwar it-tagħmir, il-materjal u l-proċeduri użati għall-operazzjonijiet ta’ akkoppjar.

    2.

    Ħila li jqabbad u jaqla’ kombinamenti ta’ barkuni mbuttati billi juża billi juża t-tagħmir u l-materjali meħtieġa.

    3.

    Ħila li juża t-tagħmir u l-materjali disponibbli abbord għal operazzjonijiet ta’ akkoppjar filwaqt li jqis il-miżuri rilevanti ta’ sikurezza fix-xogħol li jinkludu l-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali u tas-salvataġġ.

    4.

    Ħila li jikkomunika mal-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta involuti fl-operazzjonijiet ta’ akkoppjar ta’ kombinamenti ta’ barkuni mbuttati.

    3.

    juri operazzjonijiet ta’ ankraġġ;

    1.

    Għarfien dwar it-tagħmir, il-materjali u l-proċeduri użati għall-operazzjonijiet ta’ ankraġġ.

    2.

    Ħila li juri manuvri tal-ankra: iħejji t-tagħmir tal-ankra għal operazzjonijiet ta’ ankraġġ, jippreżenta ankra, jagħti biżżejjed kejbil jew katina għall-bdil inizjali tad-direzzjoni u jiddetermina meta l-ankra żżomm l-inġenju fil-pożizzjoni tiegħu (orjentazzjoni tal-ankra) u jorbot l-ankri malli jitlesta l-ankraġġ u juża ankri tat-tkaxkir f’diversi manuvri u biex jimmaniġġja s-sinjali tal-ankri.

    3.

    Ħila li juża t-tagħmir u l-materjali disponibbli abbord għal operazzjonijiet ta’ ankraġġ filwaqt li jqis il-miżuri rilevanti ta’ sikurezza fix-xogħol li jinkludu l-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali u tas-salvataġġ.

    4.

    Ħila li jikkomunika mal-kamra tat-tmunier billi juża s-sistemi ta’ komunikazzjoni bl-intercom u s-sinjali bl-idejn.

    4.

    jieħu l-azzjonijiet xierqa għas-sikurezza tn-navigazzjoni;

    1.

    Ħila li jwissi minnufih lill-ekwipaġġ tal-inġenju u li juża tagħmir ta’ protezzjoni personali u tas-salvataġġ.

    2.

    Ħila li jissiġġilla l-inġenju biex ma jidħolx ilma fih.

    3.

    Ħila li juri u jeżegwixxi x-xogħol skont il-lista ta’ kontroll fuq il-gverta u fil-postijiet ta’ għajxien bħall-protezzjoni kontra l-ilma u l-għeluq tal-bokkaporti u tal-istivi.

    5.

    jiddeskrivi d-diversi tipi ta’ mgħalaq u ta’ pontijiet b’rabta mal-operat tagħhom;

    1.

    Għarfien dwar il-forma, it-tiswira u l-faċilitajiet tal-magħlaq u tal-pontijiet, il-operazzjoni tal-għeluq (il-proċess tat-tlugħ u tal-inżul fil-magħlaq), it-tipi ta’ mgħalaq, ta’ bollards u ta’ turġien, eċċ.

    2.

    Ħila li jispjega u juri l-proċeduri applikabbli lill-membru tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta filwaqt li l-inġenju jkun għaddej minn imgħalaq, mid-digi u minn taħt il-pontijiet.

    6.

    jirrispetta d-dispożizzjonijiet ġenerali, is-senjalazzjonijiet, is-sinjali u s-sistema ta’ markar.

    1.

    Għarfien dwar ir-regolamenti tal-pulizija li japplikaw għall-passaġġi fuq l-ilma interni rilevanti.

    2.

    Ħila li jimmaniġġja u jmantni s-sistema ta’ mmarkar, tas-sinjali u tas-senjalazzjonijiet bil-ħoss ta’ binhar u ta’ billejl tal-inġenju.

    3.

    Għarfien dwar is-sistema ta’ bagi u ta’ mmarkar skont SIGNI u IALA parti A.

    0.2.   L-operat tal-inġenju

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jiddistingwi bejn id-diversi tipi ta’ inġenji;

    1.

    Għarfien dwar l-aktar tipi komuni ta’ inġenji inklużi konvojs użati fl-IWT Ewropew u l-kostruzzjoni, id-dimensjonijiet u t-tunnellaġġ korrispondenti tagħhom.

    2.

    Ħila li jispjega l-karatteristiċi tal-aktar tipi komuni ta’ inġenji li jinkludu konvojs użati fl-IWT Ewropew.

    2.

    japplika l-għarfien dwar id-dokumentazzjoni meħtieġa għall-operat tal-inġenju.

    1.

    Għarfien dwar id-dokumentazzjoni obbligatorja tal-inġenju.

    2.

    Ħila li jispjega l-importanza tad-dokumentazzjoni b’rabta mar-rekwiżiti u mal-leġiżlazzjoni internazzjonali u nazzjonali.

    0.3.   Immaniġġar tal-merkanzija, stivar u trasport tal-passiġġieri

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jispjega l-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN), il-proċeduri ta’ tikkettar u tas-sikurezza tat-trasport tal-passiġġieri;

    1.

    Ħila li jispjega t-tikkettar tal-ADN ta’ oġġetti perikolużi.

    2.

    Ħila li jispjega l-proċeduri dwar is-sikurezza tat-trasport tal-passiġġieri li jinkludu l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010.

    3.

    Ħila li jikkomunika b’mod effettiv mal-passiġġieri.

    2.

    jispjega u juri l-użu tas-sistema tas-saborra;

    1.

    Għarfien dwar il-funzjoni u l-użu tas-sistema tas-saborra.

    2.

    Ħila li jispjega l-użu tas-sistema tas-saborra, pereżempju bil-mili jew bit-tbattil tat-tankijiet tas-saborra.

    3.

    jivverifika l-ammont ta’ merkanzija.

    1.

    Għarfien dwar il-metodi manwali u tekniċi tad-determinazzjoni tal-piż tal-merkanzija fuq id-diversi tipi ta’ inġenji.

    2.

    Ħila li juża l-metodi għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ merkanzija mgħobbija jew rilaxxata.

    3.

    Ħila li jikkalkula l-ammont ta’ merkanzija likwida bl-użu tas-soundings u/jew tat-tabelli tat-tank.

    0.4.   Inġinerija marina u inġinerija elettrika, elettronika u ta’ kontroll

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    iħaddem il-makkinarju li jinkludi pompi, sistemi ta’ pajpijiet, sistemi tas-sentina u tas-saborra;

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-operat sikur tal-makkinarju u tas-sistema tas-sentina u tas-saborra kif ukoll dwar ir-rimi kif suppost tal-iskart.

    2.

    Ħila li jopera u jikkontrolla l-makkinarju fil-kamra tal-magni skont il-proċeduri.

    3.

    Ħila li jispjega l-funzjoni, l-operat u l-manutenzjoni sikuri tas-sistema tas-sentina u tas-saborra inklużi: ir-rapportar ta’ inċidenti assoċjati mal-operazzjonijiet ta’ trasferiment u l-ħila li jkejjel u jirrapporta kif suppost il-livelli tat-tank.

    4.

    Ħila li jħejji u jħaddem operazzjonijiet ta’ tifi tal-magni wara l-operat.

    5.

    Ħila li jħaddem is-sistemi tal-ippumpjar tas-sentina, tas-saborra u tal-merkanzija.

    6.

    Ħila li jispjega n-neċessità tal-ġbir, tal-ħżin u tat-twassil ta’ prodotti tal-iskart b’mod korrett u sikur.

    7.

    Ħila li juża sistemi idrawliċi u pnewmatiċi.

    2.

    iħejji, jistartja, iqabbad u jiċċarġja l-ġeneraturi, u jikkontrolla s-sistemi tagħhom u l-provvista tal-elettriku minn fuq l-art;

    1.

    Għarfien dwar l-installazzjoni tal-enerġija.

    2.

    Ħila li juża switchboard

    3.

    Ħila li juża l-provvista tal-elettriku minn fuq l-art.

    3.

    juża l-għodod u l-materjali meħtieġa;

    1.

    Għarfien dwar il-karatteristiċi u l-limitazzjonijiet tal-proċessi u tal-materjali u l-għodod użati għall-manutenzjoni u għat-tiswija ta’ magni u ta’ tagħmir.

    2.

    Ħila li japplika proċeduri tax-xogħol sikur.

    4.

    iwettaq ix-xogħol ta’ manutenzjoni ta’ kuljum fuq il-magni ewlenin, il-makkinarju awżiljarju u s-sistemi ta’ kontroll;

    Ħila li jmantni u jżomm fi stat tajjeb il-kamra tal-magni, il-magna ewlenija, il-makkinarju ewlieni, it-tagħmir awżiljarju u s-sistemi ta’ kontroll.

    5.

    iwettaq ix-xogħol ta’ manutenzjoni ta’ kuljum fuq il-makkinarju li jinkludi pompi, sistemi ta’ pajpijiet, sistemi tas-sentina u tas-saborra.

    Ħila li jmantni u jieħu ħsieb pompi, sistemi ta’ pajpijiet, sistemi tas-sentina u tas-saborra.

    0.5.   Manutenzjoni u tiswija

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jipproteġi s-saħħa u l-ambjent meta jagħmel manutenzjoni u tiswija;

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri applikabbli dwar it-tindif u l-preservazzjoni u r-regoli dwar l-iġjene.

    2.

    Ħila li jnaddaf l-ispazji ta’ akkomodazzjoni kollha, il-kamra tat-tmunier u jżomm l-ambjent kif xieraq b’mod li jirrispetta r-regoli dwar l-iġjene, inkluża r-responsabbiltà għall-ispazju ta’ akkomodazzjoni tiegħu stess.

    3.

    Ħila li jnaddaf il-kmamar tal-magni u l-magni billi juża l-materjali tat-tindif xierqa.

    4.

    Ħila li jnaddaf u jippreserva l-partijiet ta’ barra, il-buq u l-gverti tal-inġenju kif suppost billi juża l-materjali xierqa skont ir-regoli ambjentali.

    5.

    Ħila li jieħu ħsieb l-inġenju u r-rimi tal-iskart domestiku skont ir-regoli ambjentali.

    2.

    imantni l-apparati tekniċi skont struzzjonijiet tekniċi;

    1.

    Għarfien dwar l-istruzzjonijiet tekniċi għall-manutenzjoni u għall-programmi ta’ tiswija.

    2.

    Ħila li jmantni u jieħu ħsieb it-tagħmir tekniku kollu skont l-istruzzjonijiet tekniċi.

    3.

    Ħila li juża l-programmi ta’ manutenzjoni (inklużi diġitali) taħt superviżjoni.

    3.

    jimmanipula l-wajers u l-ħbula b’mod sikur;

    1.

    Għarfien dwar il-karatteristiċi tat-tipi differenti ta’ ħbula u ta’ wajers.

    2.

    Ħila li jużahom u jaħżinhom skont il-metodi u r-regoli dwar ix-xogħol sikur.

    4.

    jagħmel għoqiedi u ċombaturi skont l-użu tagħhom u jmantnihom.

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri li jridu jiġu segwiti biex jiġu żgurati rmonkar u akkoppjar sikuri bil-mezzi disponibbli abbord.

    2.

    Ħila li jiċċomba wajers u ħbula.

    3.

    Ħila li japplika għoqiedi skont l-użu tagħhom.

    4.

    Ħila li jmantni wajers u ħbula.

    0.6.   Komunikazzjoni

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jippreżenta l-fatti billi juża termini tekniċi.

    1.

    Għarfien dwar it-termini tekniċi u nawtiċi meħtieġa kif ukoll it-termini relatati mal-aspetti soċjali fi frażijiet ta’ komunikazzjoni standardizzati.

    2.

    Ħila li juża t-termini tekniċi u nawtiċi meħtieġa kif ukoll it-termini relatati mal-aspetti soċjali fi frażijiet ta’ komunikazzjoni standardizzati.

    0.7.   Saħħa u sikurezza u protezzjoni ambjentali

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    japplika r-regoli għas-sikurezza fuq ix-xogħol u għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti;

    1.

    Għarfien dwar il-metodi tax-xogħol sikur.

    2.

    Għarfien dwar in-natura tal-perikli abbord.

    3.

    Ħila li jipprevjeni perikli relatati mal-perikli abbord, pereżempju:

    movimenti tal-inġenju,

    il-provvista ta’ imbark sikur fuq l-inġenju u ta’ żbark minnu (eż. passarella, dgħajsa tal-bastiment),

    l-istivar sikur ta’ oġġetti li jiċċaqalqu,

    il-ħidma bil-makkinarju,

    ir-rikonoxximent ta’ perikli elettriċi,

    prekawzjonijiet kontra nirien u t-tifi ta’ nirien,

    l-użu professjonali tal-għodod manwali,

    l-użu professjonali tal-għodod motorizzati portabbli,

    konformità mas-saħħa u mal-iġjene,

    it-tneħħija ta’ perikli ta’ żliq, ta’ waqgħat u ta’ tfixkil.

    4.

    Għarfien fuq l-istruzzjonijiet rilevanti dwar is-saħħa u x-xogħol sikur matul attivitajiet li jseħħu abbord.

    5.

    Għarfien dwar ir-regolamenti applikabbli li jikkonċernaw kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u sostenibbli.

    6.

    Ħila li jipprevjeni attivitajiet li jistgħu jkunu perikolużi għall-persunal jew għall-inġenju, pereżempju:

    it-tagħbija jew il-ħatt ta’ merkanziji,

    l-irmiġġ u t-tneħħija tal-irmiġġ,

    ix-xogħol fuq l-arbli,

    ix-xogħol bis-sustanzi kimiċi,

    ix-xogħol bil-batteriji,

    matul il-preżenza fil-kamra tal-magni,

    l-irfigħ ta’ tagħbijiet (manwalment u mekkanikament),

    id-dħul u x-xogħol fi spazji magħluqa.

    2.

    juża tagħmir tal-protezzjoni personali biex jipprevjeni l-aċċidenti;

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri biex jintuża t-tagħmir meħtieġ għax-xogħol sikur abbord.

    2.

    Ħila li juża tagħmir tal-protezzjoni personali, pereżempju:

    il-protezzjoni tal-għajnejn,

    il-protezzjoni respiratorja,

    il-protezzjoni tal-widnejn,

    il-protezzjoni tar-ras,

    ħwejjeġ tal-protezzjoni.

    3.

    jgħum u jassisti fil-każ ta’ operazzjonijiet tas-salvataġġ;

    1.

    Ħila li juża l-kapaċitajiet tal-għawm għal operazzjonijiet tas-salvataġġ.

    2.

    Ħila li juża t-tagħmir tas-salvataġġ fil-każ ta’ operazzjonijiet tas-salvataġġ.

    3.

    Ħila li jsalva u jittrasporta lil vittma ta’ diżgrazzja.

    4.

    juża rotot għall-ħruġ ta’ emerġenza;

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f’sitwazzjoni ta’ evakwazzjoni (skont il-karatteristiċi lokali abbord).

    2.

    Ħila li jżomm ir-rotot ta’ ħruġ f’emerġenza ħielsa minn ostakli.

    5.

    juża sistemi interni ta’ komunikazzjoni u ta’ allarm f’emerġenzi;

    Ħila li juża s-sistemi u t-tagħmir ta’ komunikazzjoni u ta’ allarm f’emerġenzi.

    6.

    jiddistingwi bejn l-elementi ta’ nar u t-tipi u s-sorsi tat-tqabbid;

    1.

    Għarfien dwar il-kawżi possibbli tan-nirien matul attivitajiet differenti kif ukoll dwar il-klassifikazzjoni tan-nirien skont l-istandard Ewropew EN jew ekwivalenti.

    2.

    Għarfien dwar l-elementi tal-proċess ta’ kombustjoni.

    3.

    Ħila li japplika l-proċeduri bażiċi tat-tifi tan-nar.

    7.

    jiddistingwi u juża tipi differenti ta’ apparati tat-tifi tan-nar.

    1.

    Għarfien dwar il-karatteristiċi u l-klassijiet differenti ta’ apparati tat-tifi tan-nar.

    2.

    Ħila li japplika diversi metodi għat-tifi tan-nar u tagħmir għat-tifi tan-nar u installazzjonijiet fissi, pereżempju:

    klassijiet ta’ apparati tat-tifi tan-nar,

    użu ta’ tipi differenti ta’ apparati portabbli tat-tifi tan-nar,

    l-influwenza tar-riħ hu u riesaq lejn in-nar.

    8.

    Jagħti l-ewwel għajnuna medika

    1.

    Għarfien dwar il-prinċipji ġenerali tal-ewwel għajnuna li jinkludu valutazzjoni tal-istruttura tal-body u l-funzjonijiet abbord inġenju wara valutazzjoni ta’ sitwazzjoni.

    2.

    Ħila li jżomm kundizzjoni fiżika u mentali u iġjene personali tajba fil-każ tal-ewwel għajnuna.

    3.

    Għarfien dwar il-miżuri rilevanti fil-każ ta’ aċċidenti skont l-aħjar prattiki rikonoxxuti.

    4.

    Ħila li jivvaluta l-ħtiġijiet tal-vittmi ta’ diżgrazzja u ta’ theddidiet għas-sikurezza personali.

    5.

    Ħila li jwettaq il-miżuri meħtieġa f’każijiet ta’ emerġenza, inkluż li:

    (a)

    jippożizzjona lill-vittmi ta’ diżgrazzja,

    (b)

    japplika t-tekniki ta’ risuxxitament,

    (c)

    jikkontrolla l-emorraġiji,

    (d)

    japplika miżuri xierqa ta’ ġestjoni bażika tax-xokkijiet,

    (e)

    japplika miżuri xierqa fil-każ ta’ ħruq u ta’ tismit, inklużi aċċidenti kkawżati minn kurrent elettriku,

    (f)

    isalva u jittrasporta lil vittma ta’ diżgrazzja.

    6.

    Ħila li jimprovizza faxex u l-materjali fil-kitt ta’ emerġenza.

    1.   Navigazzjoni

    1.1.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jippjana vjaġġ u jmexxi n-navigazzjoni f’passaġġi fuq l-ilma interni, inkluż li jkun kapaċi jagħżel l-aktar rotta tat-tbaħħir loġika, ekonomika u ekoloġika biex jasal fid-destinazzjonijiet tat-tagħbija u tal-ħatt filwaqt li jqis ir-regolamenti tat-traffiku applikabbli u ġabra ta’ regoli miftiehma applikabbli fin-navigazzjoni interna.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jinnaviga fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni Ewropej inklużi fl-imgħalaq u fil-lifts skont il-ftehimiet dwar in-navigazzjoni mal-aġent;

    1.

    Għarfien dwar il-passaġġi fuq l-ilma interni nazzjonali u internazzjonali użati min-navigazzjoni interna, il-post ġeografiku tax-xmajjar, tal-kanali, tal-portijiet tal-baħar, tal-portijiet interni u r-relazzjoni mal-flussi tal-merkanzija.

    2.

    Għarfien dwar il-klassifikazzjoni tal-Forum Internazzjonali tat-Trasport (CEMT, Konferenza tal-Ministri Ewropej tat-Trasport) tal-passaġġi fuq l-ilma interni, id-dimensjonijiet tal-passaġġi fuq l-ilma b’rabta mad-dimensjonijiet tal-inġenju bl-użu ta’ sistemi moderni ta’ informazzjoni.

    3.

    Ħila li jikkalkula bil-livelli tal-ilma, bil-fond u bil-pixka (tal-arja) billi juża s-sorsi ta’ informazzjoni rilevanti.

    4.

    Ħila li jikkalkula d-distanzi u l-ħin tat-tbaħħir billi juża s-sorsi ta’ informazzjoni rigward id-distanzi, l-imgħalaq, ir-restrizzjonijiet u l-veloċità jew il-ħin tat-tbaħħir.

    5.

    Għarfien dwar ir-responsabbiltà u l-assigurazzjoni.

    6.

    Ħila li jagħti ordnijiet lill-membri tal-ekwipaġġ u lill-persunal abbord il-bastiment biex iwettaq il-kompiti b’mod sikur.

    2.

    jirrispetta u japplika r-regolamenti tat-traffiku applikabbli għan-navigazzjoni fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni biex jevita l-ħsara;

    1.

    Għarfien dwar ir-regoli tat-triq bħas-sett miftiehem ta’ regoli applikabbli fin-navigazzjoni interna għall-passaġġi fuq l-ilma interni li jkunu qed jitbaħħru biex jevita l-ħsara (eż. kolliżjoni).

    2.

    Ħila li japplika r-regolamenti rilevanti dwar it-traffiku applikabbli għall-passaġġ fuq l-ilma li jkun qed jitbaħħar.

    3.

    jikkunsidra l-aspetti ekonomiċi u ekoloġiċi tal-operat tal-inġenju biex juża l-inġenju b’mod effiċjenti u jirrispetta l-ambjent;

    1.

    Għarfien dwar l-aspetti ambjentali meta jbaħħar fil-passaġġi fuq l-ilma interni.

    2.

    Ħila li jwettaq navigazzjoni sostenibbli b’mod ambjentali u ekonomika, eż. fir-rigward tal-effiċjenza fil-fjuwil, il-bunkering, il-livelli ta’ emissjonijiet, l-effetti tal-ilma baxx, il-konnessjoni mas-sorsi tal-elettriku fuq l-art u l-immaniġġjar tal-iskart.

    4.

    iqis l-istrutturi u l-profili tekniċi tal-passaġġi fuq l-ilma, u juża l-prekawzjonijiet;

    1.

    Għarfien dwar l-influwenza tal-istrutturi tal-inġinerija, tal-profili tal-passaġġi fuq l-ilma u tax-xogħlijiet ta’ protezzjoni fuq in-navigazzjoni.

    2.

    Ħila li jinnaviga l-passaġġ minn diversi tipi ta’ magħlaq u l-proċeduri tat-tlugħ u tal-inżul fil-magħlaq, diversi tipi ta’ pontijiet, profili ta’ kanali u ta’ xmajjar u li jagħmel użu minn “portijiet sikuri” u portijiet għal-lejl.

    5.

    jaħdem b’ċarts jew mapep aġġornati, Avviżi għal skippers jew għal baħħara u pubblikazzjonijiet oħra;

    1.

    Għarfien dwar l-għajnuniet għan-navigazzjoni.

    2.

    Ħila li juża għajnuniet għan-navigazzjoni kif ikun applikabbli, eż. sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita.

    3.

    Ħila li juża ċarts nawtiċi filwaqt li jqis fatturi relatati mal-preċiżjoni u mal-qari taċ-ċarts bħad-data taċ-ċarts, is-simboli, is-soundings, id-deskrizzjoni tal-qiegħ, il-fond u d-datums (WGS84) u li juża ċarts internazzjonali standards bħall-ECDIS Interna.

    4.

    Ħila li juża pubblikazzjonijiet nawtiċi bħal avviżi għal skippers jew għal baħħara biex jiġbor l-informazzjoni neċessarja meħtieġa għan-navigazzjoni sikura, għas-sejbien tal-għoli ta’ marea fi kwalunkwe waqt, informazzjoni dwar is-silġ, il-livelli għoljin jew baxxi tal-ilma, il-postijiet ta’ rmiġġ u d-direttorju portwali.

    6.

    juża l-għodod rilevanti ta’ superviżjoni tat-traffiku u jkun kapaċi japplikahom;

    1.

    Għarfien dwar is-sinjali.

    2.

    Ħila li juża s-sinjali ta’ binhar u billejl bħad-dwal għall-iggwidar tal-inġenji.

    Għarfien dwar l-AIS Interna, l-ECDIS Interna, ir-rapportar elettroniku u l-avviżi għall-iskippers jew għall-baħħara, l-RIS, is-sistemi ta’ servizzi tat-traffiku tal-bastimenti (VTS) issorveljati u mhux issorveljati u tal-komponenti tagħhom.

    3.

    Ħila li juża għodod ta’ informazzjoni dwar it-traffiku.

    1.2.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi japplika għarfien fuq ir-regoli applikabbli dwar l-arranġamenti tal-persunal tal-inġenju, inkluż għarfien dwar il-ħin tal-mistrieħ u dwar il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta;

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jiżgura l-adegwatezza, f’termini ta’ sikurezza, tal-arranġamenti tal-persunal skont ir-regoli applikabbli inkluż għarfien dwar il-ħin tal-mistrieħ u dwar il-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta.

    1.

    Għarfien dwar ir-rekwiżiti minimi tal-arranġamenti tal-persunal u l-kwalifiki professjonali obbligatorji tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-persunal abbord il-bastiment.

    2.

    Għarfien dwar ir-rekwiżiti tal-istat mediku u tal-kontrolli mediċi tal-membri tal-ekwipaġġ.

    3.

    Għarfien dwar il-proċedura amministrattiva għar-reġistrazzjoni ta’ data fil-ġurnali ta’ żamma ta’ rekords dwar is-servizz.

    4.

    Għarfien dwar il-modalitajiet applikabbli ta’ użu u l-ħin minimu tal-mistrieħ.

    5.

    Għarfien dwar il-proċedura amministrattiva għar-reġistrazzjoni ta’ data fil-ġurnali ta’abbord.

    6.

    Għarfien fuq ir-regoli dwar il-ħin tax-xogħol.

    7.

    Għarfien dwar ir-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni speċifiċi.

    8.

    Għarfien dwar ir-rekwiżiti speċifiċi dwar l-arranġamenti tal-persunal fir-rigward tal-bastimenti koperti mill-ADN, tal-bastimenti tal-passiġġieri u għall-inġenji bl-LNG fejn applikabbli.

    9.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet lill-membri tal-ekwipaġġ meta jibdew u jispiċċaw mix-xogħol.

    1.3.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jbaħħar u jimmanuvra filwaqt li jiżgura t-tħaddim sigur tal-inġenju fil-kundizzjonijiet kollha fil-passaġġi fuq l-ilma interni, inkluż f’sitwazzjonijiet li jinvolvu traffiku qawwi jew meta inġenji oħrajn iġorru merkanzija perikoluża u li jeħtieġu għarfien bażiku dwar il-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN).

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jinnaviga u jimmanuvra filwaqt li jqis il-karatteristiċi ġeografiċi, idroloġiċi, meteoroloġiċi u morfoloġiċi tal-passaġġi fuq l-ilma interni ewlenin;

    1.

    Għarfien dwar il-karatteristiċi idroloġiċi u morfoloġiċi tal-passaġġi fuq l-ilma interni ewlenin, eż. magħqad tal-ilma u baċir tal-iskular, tipi ta’ xmajjar skont is-sors tal-ilma, il-pendil u s-sodda ta’ xmara, il-veloċità tal-fluss u t-tendenza tal-kurrent, l-intervent uman fir-rotta ta’ xmara.

    2.

    Għarfien dwar l-effetti meteoroloġiċi fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni ewlenin, eż. servizzi ta’ tbassir u ta’ twissija tat-temp, l-iskala ta’ Beaufort, id-diviżjoni distrettwali għat-twissijiet dwar ir-riħ u l-maltempati b’fatturi bħall-pressjoni tal-arja, ir-riħ, iż-żoni bi pressjoni għolja u baxxa, is-sħab, iċ-ċpar, it-tipi u l-passaġġ ta’ fronti, twissija dwar is-silġ u twissija dwar livell għoli tal-ilma.

    3.

    Ħila li japplika informazzjoni ġeografika, idroloġika, meteoroloġika u morfoloġika.

    2.

    jagħti ordni għall-irmiġġ u għat-tneħħija tal-irmiġġ ta’ inġenju u għal operazzjonijiet ta’ rmunkar tat-tagħbijiet;

    1.

    Għarfien dwar ir-rekwiżiti u d-dokumenti tekniċi dwar l-operazzjonijiet ta’ rmiġġ u ta’ ġarr.

    2.

    Ħila li jniedi proċeduri ta’ manuvra ta’ rmiġġ u ta’ tneħħija ta’ rmiġġ u li jiżgura li t-tagħmir fuq tipi differenti ta’ inġenji jikkonforma mar-rekwiżiti taċ-ċertifikat tal-inġenju.

    3.

    Ħila li jikkomunika mal-persunal ta’ fuq il-gverta, eż., li juża s-sistemi ta’ komunikazzjoni u sinjali bl-idejn.

    3.

    jipprovdi aċċess sikur għall-inġenju;

    1.

    Għarfien fuq ir-rekwiżiti tekniċi dwar il-faċilitajiet għall-aċċessar tal-inġenju.

    2.

    Ħila li jorganizza aċċess sikur għall-inġenju, kemm jekk waqt it-tbaħħir, irmiġġat jew ankrat u li juża, eż. taraġ, passarella, id-dgħajsa ta’ bastiment, protezzjoni kontra waqgħat u illuminazzjoni.

    4.

    juża għajnuniet elettroniċi moderni għan-navigazzjoni;

    1.

    Għarfien dwar il-funzjonijiet u l-operazzjoni ta’ għajnuniet għan-navigazzjoni.

    2.

    Għarfien dwar il-prinċipji operazzjonali, il-limitazzjonijiet u s-sorsi ta’ żball tal-għajnuniet għan-navigazzjoni.

    3.

    Ħila li juża sensuri u indikaturi nawtiċi li jipprovdu informazzjoni dwar in-navigazzjoni, eż. (D) GPS, pożizzjoni, direzzjoni, rotta, veloċità, distanza, fond, ECDIS Interna, radar.

    4.

    Ħila li juża s-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) u teknoloġiji, eż. AIS Interna, ECDIS Interna, Rapportar Elettroniku u avviżi għall-iskipper, FIS (Servizzi ta’ Informazzjoni dwar il-Passaġġi Navigabbli), TIS (Servizzi ta’ Informazzjoni dwar it-Traffiku), TMS (Servizzi ta’ Ġestjoni tat-Traffiku), CAS (Servizzi ta’ Tnaqqis tal-Kalamitajiet), ITL (Informazzjoni għal-Loġistika tat-Trasport), ILE (Informazzjoni għall-Infurzar tal-Liġi), ST (Statistiki), WCHD (Imposti tal-Passaġġi fuq l-Ilma u Ħlasijiet Portwarji), distanza, fond, anki b’rabta mar-radar.

    5.

    Ħila li jindividwa rappreżentazzjoni żbaljata tal-informazzjoni u li japplika metodi ta’ korrezzjoni.

    5.

    jirrispetta r-rekwiżiti tekniċi għan-navigazzjoni interna;

    1.

    Għarfien dwar l-istruttura u l-kontenut tar-rekwiżiti tekniċi applikabbli u dwar il-kontenut taċ-ċertifikat tal-inġenju.

    2.

    Ħila li jniedi kontrolli u proċeduri ta’ ċertifikazzjoni.

    6.

    iqis l-effetti tal-kurrent, tal-mewġ, tar-riħ u tal-livelli tal-ilma b’rabta mal-interazzjonijiet meta l-bastiment jaqsam quddiem, jiltaqa’ ma’ u jaqbeż inġenju kif ukoll ship-shore (effett tal-kanal);

    1.

    Għarfien dwar l-influwenza tal-mewġ, tar-riħ u tal-kurrent fuq it-tbaħħir, l-immanuvrar jew l-inġenju wieqaf, inkluż l-effett tar-riħ, eż. riħ trasversali meta jimmanuvra, anki f’sovrastrutturi nawtiċi jew mad-dħul jew mal-ħruġ minn portijiet, imgħalaq u passaġġi fuq l-ilma sekondarji.

    2.

    Għarfien dwar l-influwenza tal-kurrent fuq it-tbaħħir, l-immanuvrar u l-inġenji wieqfa fuq il-passaġġi tal-ilma użati min-navigazzjoni interna bħall-effett tal-kurrent, eż. matul manuvri fid-direzzjoni favur u kontra x-xmara jew b’inġenju vojt jew mgħobbi u matul, eż. dħul u ħruġ minn portijiet, imgħalaq jew passaġġi fuq l-ilma sekondarji.

    3.

    Għarfien dwar l-influwenza tal-moviment tal-ilma matul it-tbaħħir, l-immanuvrar u meta wieqaf bħall-influwenza tal-moviment tal-ilma rigward il-pixka soġġetta għall-fond tal-ilma u r-reazzjoni għall-effetti tal-ilma baxx, eż. billi titnaqqas il-veloċità tat-tbaħħir.

    4.

    Ħila li jirrispetta l-effetti ta’ interazzjoni matul it-tbaħħir, l-immanuvrar u meta wieqaf f’passaġġ fuq l-ilma dejjaq u li jagħraf l-effetti ta’ interazzjoni relatati ma’ inġenju vojt jew mgħobbi.

    5.

    Għarfien dwar l-effett tal-kundizzjonijiet ta’ mmaniġġjar u ta’ stivar tal-merkanzija matul it-tbaħħir, l-immanuvrar u meta wieqaf fir-rigward tal-istabbiltà.

    6.

    Ħila li jqis l-inklinazzjoni lonġitudinali, l-angolu tal-inklinazzjoni trasversali, it-tlugħ tal-ilma abbord, il-prinċipju tal-lieva, il-punti ta’ gravità.

    7.

    juża s-sistemi ta’ propulsjoni u ta’ mmanuvrar kif ukoll sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ twissija xierqa;

    1.

    Għarfien dwar is-sistemi ta’ propulsjoni, tat-tmun u ta’ mmanuvrar u l-influwenza tagħhom fuq il-manuvrabbiltà.

    2.

    Ħila li juża s-sistemi ta’ propulsjoni, tat-tmun u ta’ mmanuvrar.

    3.

    Għarfien dwar l-apparati tal-ankraġġ.

    4.

    Ħila li juża l-ankri f’diversi ċirkustanzi.

    5.

    Għarfien dwar is-sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ allarm.

    6.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet jekk ikun hemm bżonn fil-każ ta’ allarm.

    8.

    ibaħħar u jimmanuvra anki f’sitwazzjonijiet li jinvolvu densità għolja tat-traffiku jew fejn inġenju ieħor ikun qed iġorr oġġetti perikolużi, li jeħtieġ għarfien bażiku tal-ADN.

    1.

    Għarfien bażiku dwar l-istruttura tal-ADN, id-dokumenti u l-istruzzjonijiet tal-ADN u s-sinjali viżwali meħtieġa mill-ADN.

    2.

    Ħila li jsib struzzjonijiet fl-ADN u li jidentifika sinjali viżwali għall-inġenju soġġett għall-ADN.

    1.4.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jwieġeb għal emerġenzi navigazzjonali fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jieħu prekawzjonijiet f’emerġenza meta jinkalja bastiment apposta biex jipprevjeni ħsara akbar;

    1.

    Għarfien dwar il-postijiet baxxi u x-xtut ta’ karattru ramli li jistgħu jintużaw biex l-inġenju jjiġi inkaljat.

    2.

    Ħila li juża b’mod adegwat magni jew apparati ta’ ankraġġ jekk ikun meħtieġ li l-bastiment jiġi nkaljat.

    2.

    jerġa’ jniżżel inġenju fuq l-ilma bl-assistenza u mingħajr;

    1.

    Għarfien dwar il-miżuri li għandu jieħu f’każ li jinkalja inkluż l-issiġillar tat-tnixxijiet u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex l-inġenju jerġa’ jaqbad il-passaġġ fuq l-ilma.

    2.

    Ħila li jissiġilla tnixxijiet, li jmexxi l-inġenju lura għad-direzzjoni t-tajba bl-assistenza ta’ inġenju ieħor, eż. bastimenti tal-irmonk jew li jimbuttaw.

    3.

    jieħu azzjonijiet xierqa jekk tkun imminenti kolliżjoni;

    1.

    Għarfien dwar ir-regoli applikabbli jekk kolliżjoni jew aċċident ikunu imminenti.

    2.

    Ħila li jinnaviga l-inġenju meta jkun f’sitwazzjoni ta’ kolliżjoni inevitabbli b’tali mod li l-ħsara tkun minima għall-persuni, eż. passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ, l-inġenju dieħel f’kolliżjoni u inġenju ieħor, il-merkanzija u l-ambjent.

    4.

    jieħu azzjonijiet xierqa wara kolliżjoni u jagħmel valutazzjoni tal-ħsara.

    1.

    Għarfien dwar ir-regoli applikabbli wara kolliżjoni jew aċċident.

    2.

    Ħila li jieħu l-miżuri xierqa fil-każ ta’ ħsara, ta’ kolliżjoni u ta’ inkaljar, inklużi valutazzjoni tal-ħsara, komunikazzjoni mal-awtorità kompetenti u kisba ta’ permess ta’ tbaħħir f’pożizzjoni ta’ rkupru.

    2.   L-operat tal-inġenju

    2.1.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi japplika għarfien dwar il-metodi ta’ bini tal-bastimenti u ta’ kostruzzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni għall-operat ta’ diversi tipi ta’ inġenji u jkollu għarfien bażiku dwar ir-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, kif imsemmija fid-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jirrispetta l-prinċipji tal-bini tal-bastimenti u tal-kostruzzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni;

    1.

    Għarfien dwar l-importanza u l-impatt tad-dimensjonijiet tal-inġenju u tad-dimensjonijiet tal-passaġġ fuq l-ilma intern skont ir-regoli applikabbli.

    2.

    Ħila li jopera inġenju skont id-dimensjonijiet tiegħu u l-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-kostruzzjoni.

    3.

    Ħila li jissorvelja l-konformità tal-inġenju mal-leġiżlazzjoni applikabbli b’kunsiderazzjoni tax-xogħol ta’ kostruzzjoni.

    2.

    jiddistingwi bejn il-metodi ta’ kostruzzjoni ta’ inġenju għall-passaġġi fuq l-ilma intern u l-imġiba tiegħu fl-ilma, speċjalment f’termini ta’ stabbiltà u ta’ saħħa;

    1.

    Għarfien dwar il-karatteristiċi tal-inġenju kif stabbiliti fit-tpinġijiet tal-kostruzzjoni ta’ diversi tipi ta’ inġenji u dwar l-effett tal-kostruzzjoni fuq l-imġiba tal-inġenju u l-istabbiltà u s-saħħa tiegħu.

    2.

    Għarfien dwar l-imġiba tal-inġenju f’diversi kundizzjonijiet u ambjenti.

    3.

    Ħila li jissorvelja l-istabbiltà tal-inġenju u jagħti struzzjonijiet kif xieraq.

    3.

    jifhem il-partijiet strutturali tal-inġenju u l-kontroll u l-analiżi tal-ħsarat;

    1.

    Għarfien dwar l-elementi ewlenin tal-inġenju u t-tipi differenti ta’ inġenju inkluż għarfien bażiku dwar ir-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti ta’ navigazzjoni interna, kif imsemmija fid-Direttiva (UE) 2016/1629.

    2.

    Ħila li jissorvelja l-elementi ewlenin tal-inġenju għat-tipi differenti ta’ trasport u jagħti struzzjonijiet kif xieraq.

    3.

    Għarfien dwar l-istruttura lonġitudinali u trasversali u r-rinforzi lokali biex jipprevjeni u janalizza l-ħsara.

    4.

    Ħila li jifhem u jikkontrolla l-funzjonijiet tat-tagħmir u l-użu ta’ stivi u ta’ kompartimenti differenti biex jipprevjeni u janalizza l-ħsara.

    4.

    jieħu azzjoni biex jipproteġi l-integrità tal-impermeabbiltà tal-ilma tal-inġenju.

    1.

    Għarfien dwar l-impermeabbiltà tal-ilma tal-inġenju.

    2.

    Ħila li jissorvelja l-integrità tal-impermeabbiltà tal-ilma tal-inġenju u li jagħti struzzjonijiet kif xieraq.

    2.2.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jikkontrolla u jimmonitorja t-tagħmir obbligatorju kif imsemmi fiċ-ċertifikat applikabbli tal-inġenju.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jifhem il-funzjonalitajiet tat-tagħmir tal-inġenju;

    1.

    Għarfien dwar it-tagħmir obbligatorju tal-inġenju.

    2.

    Ħila li juża u jikkontrolla t-tagħmir kollu b’rabta mal-funzjonalitajiet tiegħu skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, u jagħti struzzjonijiet u jissorvelja kif xieraq.

    2.

    jirrispetta r-rekwiżiti speċifiċi għat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri.

    1.

    Għarfien dwar ir-rekwiżiti speċifiċi relatati mal-kostruzzjoni tal-inġenju u t-tagħmir meħtieġ għat-trasport ta’ merkanziji u ta’ passiġġieri differenti b’tipi differenti ta’ inġenji skont il-leġiżlazzjoni applikabbli.

    2.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet u jissorvelja kif xieraq.

    3.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet u jissorvelja l-applikazzjoni korretta tar-rekwiżiti taċ-ċertifikat.

    3.   Immaniġġar tal-merkanzija, stivar u trasport tal-passiġġieri

    3.1   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jippjana u jiżgura t-tagħbija, l-istivar, l-irbit, il-ħatt u l-indukrar sikuri tal-merkanziji matul il-vjaġġ.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jifhem ir-regolamenti, il-kodiċijiet u l-istandards nazzjonali, Ewropej u internazzjonali rilevanti rigward l-operazzjoni ta’ trasport tal-merkanziji;

    1.

    Għarfien dwar ir-regolamenti nazzjonali, Ewropej u internazzjonali li jinvolvu l-operazzjonijiet ta’ tagħbija, ta’ ħatt u ta’ trasport.

    2.

    Japplika r-regoli u l-istandards rilevanti għal-loġisitka u għat-trasport multimodali.

    2.

    ifassal pjanijiet dwar l-istivar inkluż għarfien dwar it-tagħbija tal-merkanziji u s-sistemi tas-saborra biex iżomm l-istress fuq il-buq fi ħdan limiti aċċettabbli;

    1.

    Għarfien dwar il-limitazzjonijiet operazzjonali u tad-disinn tal-inġenji għall-merkanzija xotta (eż. kontejner) u tal-bastimenti tanker (N, C, G).

    2.

    Ħila li jinterpreta l-limiti għall-mumenti ta’ dawran u l-forzi tal-forzi direzzjonali laterali.

    3.

    Għarfien dwar l-użu ta’ softwer dwar l-istivar u l-istabbiltà.

    4.

    Ħila li jibni pjanijiet dwar l-istivar, inkluż l-użu ta’ softwer dwar l-istivar u l-istabbiltà.

    3.

    jikkontrolla l-proċeduri ta’ tagħbija u ta’ ħatt fir-rigward tat-trasport sikur;

    1.

    Għarfien dwar il-pjanijiet ta’ stivar u d-data disponibbli miksuba mill-bastiment u l-implimentazzjoni tagħha.

    2.

    Ħila li jistiva u jorbot il-merkanzija inkluż l-irkaptu neċessarju għall-immaniġġjar tal-merkanzija u t-tagħmir tal-irbit u tal-għeluq.

    3.

    Għarfien dwar id-diversi metodi ta’ determinazzjoni tal-piż tal-merkanzija fuq il-bastimenti tal-merkanzija u l-bastimenti tat-tank u fuq inġenji oħra.

    4.

    Għarfien dwar id-determinazzjoni tal-ammont ta merkanzija mgħobbija jew rilaxxata u dwar il-kalkolu tal-ammont ta’ merkanzija xotta u likwida.

    5.

    Għarfien dwar l-effetti detrimentali possibbli tal-immaniġġar tal-merkanzija.

    6.

    Ħila li juża l-mezzi tekniċi għall-immaniġġar tal- merkanziji f’inġenji u f’portijiet jew minn dawn, u l-miżuri ta’ sikurezza fix-xogħol matul l-użu tagħhom.

    4.

    jagħmel distinzjoni bejn diversi oġġetti u l-karatteristiċi tagħhom biex jissorvelja u jiżgura t-tagħbija sikura u sigura tal-oġġetti kif stabbilit fil-pjan ta’ stivar.

    1.

    Ħila li jistabbilixxi proċeduri għall-immaniġġjar sikur tal-merkanzija skont id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti rilevanti dwar ix-xogħol sikur.

    2.

    Għarfien dwar il-komunikazzjoni u r-relazzjonijiet tax-xogħol effettivi mas-sħab kollha involuti fil-proċeduri ta’ tagħbija u ta’ ħatt.

    3.2.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jippjana u jiżgura l-istabbiltà tal-inġenju.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jirrispetta l-effett fuq l-inklinazzjoni lonġitudinali u l-istabbiltà tal-merkanziji u tal-operazzjonijiet tal-merkanzija;

    1.

    Għarfien dwar l-integrità tal-impermeabbiltà kontra l-ilma u l-istabbiltà għat-tipi kollha ta’ merkanzija u ta’ inġenji.

    2.

    Ħila li juża strumenti biex jikkoreġi l-inklinazzjoni lonġitudinali u l-istabbiltà.

    2.

    jivverifika t-tunnellaġġ effettiv tal-inġenju, juża d-dijagrammi tal-istabbiltà u tal-inklinazzjoni lonġitudinali u tagħmir għall-kalkolu tal-istress, inkluża l-ADB

    (Bażi ta’ Data Awtomatika) biex jivverifika pjan dwar l-istivar.

    1.

    Għarfien dwar is-softwer dedikat għall-kalkolu tal-istabbiltà, tal-inklinazzjoni lonġitudinali u tal-istress.

    2.

    Ħila li jiddetermina l-istabbiltà, l-inklinazzjoni lonġitudinali u li juża t-tabelli tal-istress, id-dijagrammi u t-tagħmir li jikkalkula l-istress.

    3.3.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jippjana u jiżgura t-trasport sikur tal-passiġġieri u li jittieħed ħsieb tagħhom matul il-vjaġġ, inkluż billi tingħata assistenza diretta lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa skont ir-rekwiżiti ta’ taħriġ u struzzjonijiet tal-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 1177/2010.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jifhem ir-regolamenti, il-kodiċijiet u l-istandards nazzjonali, Ewropej u internazzjonali rilevanti rigward it-trasport tal-passiġġieri;

    1.

    Għarfien dwar ir-regolamenti u l-konvenzjonijiet applikabbli rigward it-trasport tal-passiġġieri.

    2.

    Ħila li jiżgura l-imbark u l-iżbark sikuri tal-passiġġieri u l-indukrar tagħhom matul il-vjaġġ, b’attenzjoni speċjali għall-persuni li jeħtieġu assistenza, u assistenza diretta lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa skont ir-rekwiżiti ta’ taħriġ u struzzjonijiet tal-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 1177/2010.

    3.

    Ħila li jikkontrolla l-proċedimenti fil-każ ta’ tnixxija, ta’ nirien, ta’ persuna li taqa’ fl-ilma, ta’ kolliżjoni u ta’ evakwazzjoni, inkluża l-ġestjoni ta’ kriżijiet u tal-folol.

    2.

    jorganizza u jissorvelja eżerċizzji regolari dwar is-sikurezza kif stabbiliti fil-lista (tas-sikurezza) ta’ rwoli f’każ ta’ emerġenza biex jiggarantixxi l-imġiba sikura f’sitwazzjonijiet potenzjali ta’ periklu;

    1.

    Għarfien dwar ir-responsabbiltajiet skont ir-regolamenti internazzjonali u nazzjonali li jaffettwaw is-sikurezza tal-bastiment, tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ.

    2.

    Ħila li jimplimenta ġestjoni u taħriġ tal-persunal abbord il-bastiment b’rabta mas-sikurezza.

    3.

    Jagħti l-ewwel għajnuna medika abbord il-bastiment.

    3.

    jirrispetta l-impatti fuq l-istabbiltà tal-bastimenti tal-passiġġieri b’rabta mad-distribuzzjoni tal-piż tal-passiġġieri, mal-imġiba u mal-komunikazzjoni mal-passiġġieri;

    1.

    Għarfien dwar ir-regoli u r-regolamenti fir-rigward tal-istabbiltà.

    2.

    Ħila li japplika l-miżuri rilevanti rigward l-integrità tal-impermeabbiltà kontra l-ilma, inkluża l-influwenza fuq l-inklinazzjoni lonġitudinali u l-istabbiltà tal-bastimenti tal-passiġġieri.

    3.

    Għarfien dwar id-disinn tal-bastiment b’rabta mal-inklinazzjoni lonġitudinali u mal-istabbiltà, u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f’każ ta’ telf parzjali tal-kapaċità intatta taż-żamma f’wiċċ l-ilma/stabbiltà fi ħsara tal-bastimenti tal-passiġġieri.

    4.

    Ħila li juża frażijiet ta’ komunikazzjoni standardizzati.

    4.

    jiddefinixxi u jissorvelja analiżi tar-riskju abbord ta’ aċċess limitat għall-passiġġieri kif ukoll jikkompila sistema ta’ protezzjoni effettiva abbord biex jipprevjeni aċċess mhux awtorizzat;

    1.

    Għarfien dwar il-limitazzjoni tan-numru ta’ passiġġieri skont iċ-ċertifikat tal-bastiment tal-passiġġieri u r-rispett ta’ din.

    2.

    Għarfien dwar is-sistemi ta’ sikurezza u ta’ sigurtà li jipprevjenu aċċess mhux awtorizzat.

    3.

    Ħila li jorganizza sistemi ta’ sorveljanza (jiġifieri superviżjoni matul il-lejl) fir-rigward tas-sikurezza u tas-sigurtà.

    5.

    janalizza rapporti mogħtija mill-passiġġieri (jiġifieri okkorrenzi imprevisti, malafama, vandaliżmu) biex jirreaġixxi kif xieraq.

    1.

    Għarfien dwar id-drittijiet tal-passiġġieri u dwar l-ilmenti mill-passiġġieri, u dwar ir-riskji marbuta mat-trasport tal-passiġġieri għall-ambjent.

    2.

    Ħila li jipprevjeni tniġġis ambjentali mill-passiġġieri u mill-ekwipaġġ.

    3.

    Ħila li jimmaniġġja lmenti u kunflitti.

    4.

    Ħila li jikkomunika mal-persunal abbord il-bastiment u mal-partijiet kollha li jinteraġixxu.

    4.   Inġinerija marina u inġinerija elettrika, elettronika u ta’ kontroll

    4.1.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jippjana l-fluss tax-xogħol tal-inġinerija marina u tal-inġinerija elettrika, elettronika u ta’ kontroll.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    juża l-funzjonalità tal-magni ewlenin u tat-tagħmir awżiljarju u tas-sistemi ta’ kontroll tagħhom;

    1.

    Għarfien dwar l-operat tal-magna ewlenija u tal-installazzjonijiet tat-tagħmir awżiljarju.

    2.

    Għarfien dwar il-karatteristiċi tal-fjuwils u tal-lubrikanti.

    3.

    Għarfien dwar is-sistemi ta’ kontroll.

    4.

    Ħila li juża diversi sistemi ta’ sistemi ta’ propulsjoni differenti u ta’ makkinarju u ta’ tagħmir awżiljarji.

    2.

    jimmonitorja u jissorvelja lill-membri tal-ekwipaġġ meta jopera u jmantni l-magni ewlenin, il-makkinarju u t-tagħmir awżiljarji.

    1.

    Ħila li jimmaniġġja l-ekwipaġġ fir-rigward tal-operar u tal-manutenzjoni tat-tagħmir tekniku.

    2.

    Ħila li jimmaniġġjal-istartjar u t-tifi tal-propulsjoni ewlenija, tal-makkinarju u tat-tagħmir awżiljarji.

    4.2.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jimmonitorja l-magni ewlenin u l-makkinarju u t-tagħmir awżiljarji.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jagħti struzzjonijiet għat-tħejjija tal-magni ewlenin u tal-makkinarju u tat-tagħmir awżiljarji;

    1.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet lill-ekwipaġġ fit-tħejjija u fl-operar tal-makkinarju u tat-tagħmir ewlenin u awżiljarji.

    2.

    Ħila li jistabbilixxi u jimmonitorja listi ta’ kontroll u jagħti struzzjonijiet għall-użu xieraq tat-tali listi ta’ kontroll.

    3.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet lill-ekwipaġġ dwar il-prinċipji li għandhom jiġu osservati matul is-sorveljanza tal-magna.

    2.

    jindividwa l-ħsarat, il-problemi komuni u jieħu azzjonijiet għall-prevenzjoni tal-ħsara;

    1.

    Għarfien dwar il-metodi għall-individwazzjoni ta’ ħsarat fil-magni u fil-makkinarju.

    2.

    Ħila li jindividwa ħsarat, sorsi spissi ta’ żbalji jew trattament inadegwat, u li jwieġeb b’mod adegwat.

    3.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet għat-teħid ta’ azzjonijiet għall-prevenzjoni ta’ ħsarat jew għat-teħid ta’ miżuri għall-kontroll tal-ħsara.

    3.

    jifhem il-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi taż-żejt u ta’ lubrikanti oħra;

    1.

    Għarfien dwar il-karatteristiċi tal-materjali użati.

    2.

    Ħila li juża ż-żejt u lubrikanti oħra skont l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom.

    3.

    Ħila li jifhem il-manwali tal-makkinarju.

    4.

    Għarfien dwar il-karatteristiċi operazzjonali tat-tagħmir u tas-sistemi.

    4.

    jevalwa l-prestazzjoni tal-magni.

    Ħila li juża u jinterpreta l-manwali biex jevalwa l-prestazzjoni tal-magna u jħaddem il-magni kif xieraq.

    4.3.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jippjana u jagħti struzzjonijiet b’rabta mal-pompa u mas-sistema ta’ kontroll tal-pompa tal-inġenju.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jimmonitorja x-xogħlijiet ta’ rutina fuq il-pompa, is-sistemi tas-saborra u ta’ riforniment tal-pompa.

    1.

    Għarfien dwar is-sistemi tal-pompa u l-operazzjonijiet ta’ ppumpjar.

    2.

    Ħila li jiżgura l-monitoraġġ tal-operat sikur tas-sistemi tas-sentina, tas-saborra u tal-pompa tal-merkanzija inklużi struzzjonijiet adegwati lill-ekwipaġġ, b’kunsiderazzjoni tal-effetti tas-superfiċje libera fuq l-istabbiltà.

    4.4.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jorganizza l-użu u l-applikazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija sikuri tal-apparati elettrotekniċi tal-inġenju.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jipprevjeni ħsara potenzjali fl-apparati elettriċi u elettroniċi abbord;

    1.

    Għarfien dwar l-elettroteknoloġija, it-tagħmir elettroniku u elettriku u l-apparati ta’ sikurezza, eż. awtomatizzazzjoni, strumentazzjoni u sistemi ta’ kontroll għall-prevenzjoni ta’ ħsarat.

    2.

    Ħila li japplika prattiki tax-xogħol sikuri.

    2.

    jittestja s-sistemi u l-istrumenti ta’ kontroll biex jagħraf ħsarat u fl-istess ħin jieħu azzjonijiet biex jissewwa u jiġi mantnut it-tagħmir elettriku jew elettroniku ta’ kontroll;

    1.

    Għarfien dwar l-apparati ta’ ttestjar elettrotekniku tal-inġenju.

    2.

    Ħila li jopera, jittestja u jmantni s-sistemi ta’ kontroll u jieħu miżuri xierqa.

    3.

    jagħti struzzjonijiet qabel u jagħti segwitu għal attivitajiet ta’ tqabbid jew ta’ skollegar minn ma’ faċilitajiet tekniċi bbażati fuq l-art.

    1.

    Għarfien dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza għall-ħidma b’sistemi elettriċi.

    2.

    Għarfien dwar il-kostruzzjoni u l-karatteristiċi operazzjonali tas-sistemi u tat-tagħmir elettriċi abbord il-bastiment b’rabta mal-faċilitajiet ibbażati fuq l-art.

    3.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet biex jiggarantixxi l-konnessjoni sikura mal-faċilitajiet ibbażati fuq l-art fi kwalunkwe ħin u li jagħraf sitwazzjonijiet perikolużi relatati mal-faċilitajiet ibbażati fuq l-art.

    4.5.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jikkontrolla l-manutenzjoni u t-tiswija sikuri tal-apparati tekniċi.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jiżgura l-użu xieraq tal-għodod għall-manutenzjoni u għat-tiswija ta’ apparati tekniċi;

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija għall-apparati tekniċi.

    2.

    Ħila li jorganizza u jagħti struzzjonijiet dwar il-manutenzjoni u t-tiswija sikuri billi juża l-proċeduri (kontroll), it-tagħmir u s-softwer adattati.

    2.

    jivvaluta l-karatteristiċi u l-limitazzjonijiet tal-materjali kif ukoll il-proċeduri neċessarji użati għall-manutenzjoni u għat-tiswija tal-apparati tekniċi;

    1.

    Għarfien dwar il-karatteristiċi tal-materjal ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija għall-apparati tekniċi.

    2.

    Ħila li japplika proċeduri ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija fuq l-apparati skont il-manwali.

    3.

    jevalwa dokumentazzjoni teknika u interna.

    1.

    Għarfien dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-kostruzzjoni u d-dokumentazzjoni teknika.

    2.

    Ħila li jistabbilixxi listi ta’ kontroll għall-manutenzjoni u għat-tiswija tal-apparati tekniċi.

    5.   Manutenzjoni u tiswija

    5.1.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jorganizza l-manutenzjoni u t-tiswija sikuri tal-inġenju u tat-tagħmir tiegħu.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jiżgura l-imġiba sikura tal-membri tal-ekwipaġġ fir-rigward tal-użu tal-materjali u tal-addittivi;

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri sikuri u effettivi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija.

    2.

    Ħila li jimmonitorja u jissorvelja lill-ekwipaġġ biex japplika prekawzjonijiet u jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-tniġġis tal-ambjent tal-baħar.

    3.

    Ħila li japplika u josserva r-regolamenti applikabbli dwar ix-xogħol u r-regoli dwar ix-xogħol sikur u jiżgura li dawn jiġu rrispettati.

    2.

    jiddefinixxi, jissorvelja u jiżgura ordnijiet tax-xogħol biex il-membri tal-ekwipaġġ ikunu jistgħu jwettqu x-xogħol ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija b’mod indipendenti;

    1.

    Għarfien dwar xogħol ta’ manutenzjoni kosteffettiv u effiċjenti u dwar ir-rekwiżiti legali applikabbli.

    2.

    Ħila li juża l-programmi ta’ ppjanar tal-manutenzjoni (diġitali) b’mod effettiv.

    3.

    Ħila li jikkontrolla l-manutenzjoni u t-tiswija tal-partijiet interni u esterni tal-inġenju b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti legali applikabbli bħall-iskedi ta’ data ta’ sikurezza.

    4.

    Ħila li jimmaniġġja l-iġjene tal-inġenju.

    5.

    Ħila li jorganizza l-immaniġġjar tal-iskart b’kunsiderazzjoni tar-regolamenti ambjentali bħall-Konvenzjoni dwar il-Ġbir, id-Depożitu u r-Riċezzjoni ta’ Skart matul in-Navigazzjoni fir-Renu u fil-Passaġġi fuq l-Ilma Interni (Konvenzjoni CDNI).

    6.

    Ħila li jiżviluppa l-programm perjodiku ta’ manutenzjoni għall-inġenju.

    7.

    Ħila li jimmonitorja u jikkontrolla d-dokumenti tekniċi tal-inġenju u jżomm logs tal-manutenzjoni.

    3.

    jixtri u jikkontrolla materjal u għodod fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent;

    1.

    Ħila li jamministra l-ħażniet tal-inġenju.

    2.

    Ħila li jorganizza sistema ta’ xogħol sikur abbord inkluż l-użu ta’ materjali perikolużi għal xogħol ta’ tindif u ta’ preservazzjoni.

    3.

    Ħila li jivverifika l-kwalità tat-tiswijiet.

    4.

    jiżgura li l-wajers u l-ħbula jintużaw skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u l-iskop maħsub.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet u jissorvelja l-ekwipaġġ skont il-proċeduri ta’ ħidma u l-limitazzjonijiet tas-sikurezza meta juża ħbula u wajers skont iċ-ċertifikat u l-iskedi ta’ data tal-inġenju.

    6.   Komunikazzjoni

    6.1.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jimmaniġġja r-riżorsi umani, ikun soċjalment responsabbli, u jieħu ħsieb l-organizzazzjoni tal-fluss tax-xogħol u tat-taħriġ abbord l-inġenju.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jorganizza u jistimola l-bini tat-tim u jikkowċja lill-membri tal-ekwipaġġ rigward id-dmirijiet tagħhom abbord il-bastiment u, jekk ikun hemm bżonn, jieħu miżuri dixxiplinari;

    1.

    Għarfien dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani.

    2.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet lill-ekwipaġġ b’mod xieraq u professjonali.

    3.

    Ħila li jispjega l-istruzzjonijiet mogħtija lill-ekwipaġġ.

    4.

    Ħila li jagħti rispons lill-ekwipaġġ dwar imġiba professjonali u soċjali abbord.

    5.

    Ħila li japplika l-ġestjoni tal-kompiti u tal-volum tax-xogħol, inkluż: l-ippjanar u l-koordinazzjoni, l-assenjament tal-persunal, ir-restrizzjonijiet tal-ħin u tar-riżorsi, il-prijoritizzazzjoni.

    6.

    Ħila li jagħraf u jipprevjeni l-għeja.

    2.

    jagħti struzzjonijiet lill-ekwipaġġ dwar is-sistemi ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni;

    1.

    Għarfien dwar is-sistemi ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni disponibbli abbord.

    2.

    Ħila il jagħti struzzjonijiet lill-ekwipaġġ dwar l-użu tas-sistemi ta’ komunikazzjoni, medjatiċi u tal-IT tal-inġenju.

    3.

    jiġbor, jissejvja u jimmaniġġja d-data fid-dawl tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data.

    1.

    Għarfien dwar l-użu tas-sistemi tal-kompjuter kollha tal-inġenju.

    2.

    Ħila li jiġbor u jaħżen data skont il-leġiżlazzjoni applikabbli.

    6.2.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jiżgura komunikazzjoni tajba f’kull ħin, li tinkludi l-użu ta’ frażijiet ta’ komunikazzjoni standardizzati f’sitwazzjonijiet bi problemi ta’ komunikazzjoni.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jiddeskrivi ċ-ċirkustanzi billi juża t-terminoloġija teknika u nawtika rilevanti;

    1.

    Għarfien dwar l-użu korrett tat-termini tekniċi u nawtiċi rilevanti.

    2.

    Ħila li jsir profiċjenti fil-komunikazzjoni.

    2.

    isib, jevalwa u juża informazzjoni b’rilevanza għas-sikurezza abbord kif ukoll kwistjonijiet nawtiċi tekniċi.

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri li jridu jiġu segwiti f’kull komunikazzjoni f’diffikultà, f’emerġenza u ta’ sikurezza.

    2.

    Ħila li juża l-frażijiet ta’ komunikazzjoni standard.

    6.3   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jrawwem ambjent tax-xogħol ibbilanċjat sew u soċjevoli abbord.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jiżgura ambjent tax-xogħol soċjali tajjeb;

    1.

    Ħila li jieħu r-responsabbiltà primarja fl-organizzazzjoni ta’ laqgħat tat-tim biex iżomm l-atmosfera soċjali abbord ibbilanċjata sew.

    2.

    Għarfien u sensibilizzazzjoni dwar id-differenzi relatati mas-sessi u mal-kultura.

    3.

    Għarfien dwar ir-regoli rilevanti li japplikaw għat-taħriġ u għall-edukazzjoni ta’ studenti, ta’ apprendisti u ta’ trainees.

    4.

    Ħila li jiggwida lil studenti, lil apprendisti u lil trainees fuq diversi livelli.

    5.

    Ħila li japplika prinċipji bażiċi u prattika ta’ ħidma f’tim inkluża l-ġestjoni tal-kunflitti.

    2.

    japplika l-leġiżlazzjoni soċjali nazzjonali, Ewropea u internazzjonali;

    1.

    Għarfien dwar id-diversi liġijiet soċjali nazzjonali, Ewropej u internazzjonali.

    2.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet lill-membri tal-ekwipaġġ fl-użu tal-partijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni soċjali applikabbli.

    3.

    isegwi projbizzjoni stretta ta’ alkoħol u ta’ drogi u jirreaġixxi kif xieraq f’każijiet ta’ ksur, jerfa’ r-responsabbiltà u jispjega l-konsegwenzi ta’ mġiba ħażina;

    1.

    Għarfien dwar ir-regoli applikabbli fuq l-alkoħol u d-drogi.

    2.

    Ħila li jikkomunika u jiżgura l-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli u għarfien dwar ir-regoli tal-kumpanija rigward l-alkoħol u d-drogi.

    3.

    Ħila li jirreaġixxi kif xieraq meta jinkisru l-leġiżlazzjoni jew ir-regoli tal-kumpanija.

    4.

    jorganizza l-forniment u t-tħejjija tal-ikliet abbord.

    1.

    Għarfien dwar il-prinċipji ta’ nutrizzjoni sustanzjuża.

    2.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet lill-membri tal-ekwipaġġ fl-ippjanar u fit-tħejjija tal-ikliet.

    3.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet u jissorvelja lill-membri tal-ekwipaġġ rigward l-istandards iġjeniċi.

    4.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet lill-membri tal-ekwipaġġ fl-ippjanar tal-possibbiltajiet ta’ xiri.

    7.   Is-saħħa u s-sikurezza, id-drittijiet tal-passiġġieri u l-protezzjoni ambjentali

    7.1.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jimmonitorja r-rekwiżiti legali applikabbli u jieħu miżuri għall-iżgurar tas-sikurezza tal-ħajja.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    japplika leġiżlazzjoni nazzjonali u internazzjonali u jieħu miżuri xierqa għall-protezzjoni tas-saħħa u għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti;

    1.

    Għarfien dwar il-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti.

    2.

    Ħila li japplika l-proċeduri ta’ sikurezza fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-qasam tas-sikurezza u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol.

    2.

    jikkontrolla u jimmonitorja l-validità taċ-ċertifikat tal-inġenju u dokumenti oħra rilevanti għall-inġenju u għall-operat tiegħu;

    1.

    Għarfien dwar il-leġiżlazzjoni fuq il-kontrolli perjodiċi tat-tagħmir u tal-partijiet tal-kostruzzjoni.

    2.

    Ħila li jivverifika l-validità taċ-ċertifikati u ta’ dokumenti oħra rilevanti għall-inġenju u għall-operat tiegħu.

    3.

    jikkonforma mar-regolamenti dwar is-sikurezza matul il-proċeduri ta’ ħidma kollha billi juża l-miżuri rilevanti dwar is-sikurezza biex jevita aċċidenti;

    1.

    Għarfien dwar prattiki tax-xogħol sikur u l-proċeduri tax-xogħol sikur.

    2.

    Ħila li jorganizza proċeduri tax-xogħol sikur, biex jimmotiva u jimmonitorja lill-membri tal-ekwipaġġ bl-għan li japplika regoli tax-xogħol sikur.

    4.

    jikkontrolla u jimmonitorja l-miżuri ta’ sikurezza kollha li huma neċessarji għat-tindif ta’ spazji magħluqa qabel ma l-persuni jiftħu u jnaddfu dawk il-faċilitajiet u jidħlu fihom.

    1.

    Ħila li jorganizza l-kontroll tas-sikurezza u jimmonitorja l-proċeduri ta’ sikurezza jekk l-ekwipaġġ jew persuni oħra jidħlu fi spazji magħluqa (eż. tankijiet tas-saborra, strutturi għall-ilma, spazji f’buq doppju) inkluża s-sorveljanza.

    2.

    Ħila li jagħmel valutazzjoni tar-riskju qabel id-dħul fi spazji magħluqin.

    3.

    Għarfien dwar il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu qabel id-dħul fi spazu magħluq u filwaqt li jkun qed isir xogħol fi spazju magħluq, pereżempju:

    il-perikli ta’ spazji magħluqin,

    testijiet tal-atmosfera qabel id-dħul,

    il-kontroll tad-dħul fi spazji magħluqin,

    salvagwardji għad-dħul fi spazji magħluqin,

    tagħmir ta’ protezzjoni (eż. irbit tas-sikurezza u tagħmir respiratorju),

    ix-xogħol fi spazji magħluqin.

    4.

    Ħila li jieħu azzjonijiet xierqa fil-każ ta’ emerġenza

    7.2.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jżomm is-sikurezza u s-sigurtà għall-persuni abbord inkluża l-assistenza diretta lill-persuni b’diżabilità u lill-persuni b’mobilità mnaqqsa skont ir-rekwiżiti ta’ taħriġ u struzzjonijiet tal-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 1177/2010.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    juża apparati għas-salvataġġ tal-ħajja u japplika proċeduri tas-salvataġġ tal-ħajja għas-sikurezza personali tal-vittmi u tiegħu stess;

    1.

    Għarfien dwar it-tagħmir disponibbli għas-salvataġġ tal-ħajja.

    2.

    Ħila li juża apparati għas-salvataġġ tal-ħajja u li japplika proċeduri tas-salvataġġ tal-ħajja għas-sikurezza personali tal-vittmi u tiegħu stess.

    2.

    jorganizza eżerċizzji ta’ taħriġ fil-ġestjoni ta’ kriżijiet għall-imġiba f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, eż. nar, twissija dwar tnixxija, splużjoni, kolliżjoni, “persuna li taqa’ fl-ilma” u evakwazzjoni;

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri ta’ emerġenza.

    2.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet lill-membri tal-ekwipaġġ dwar il-proċeduri ta’ emerġenza.

    3.

    Ħila li jorganizza taħriġ perjodiku tal-ekwipaġġ abbord il-bastiment bi tħejjija għal sitwazzjoni ta’ emerġenza inkluża l-organizzazzjoni ta’ provi ta’ tifi tan-nar u ta’ abbandun tal-bastiment.

    3.

    jagħti struzzjonijiet relatati mal-prevenzjoni tan-nirien, mat-tagħmir ta’ protezzjoni personali, mal-metodi, mal-materjal tat-tifi tan-nar, mar-respiraturi u mal-applikazzjoni possibbli ta’ dawn l-apparati f’emerġenzi;

    1.

    Għarfien dwar il-liġijiet applikabbli dwar il-prevenzjoni tan-nirien u r-regolament dwar l-użu tat-tabakk u ta’ sorsi ta’ tqabbid possibbli.

    2.

    Ħila li jikkonforma mar-regolamenti rilevanti dwar is-sistemi tad-detezzjoni tan-nirien; tagħmir fiss u mobbli għat-tifi tan-nar u l-apparati relatati, eż. tagħmir tal-ippumpjar, tas-salvataġġ, ta’ sopravivenza, ta’ protezzjoni personali u ta’ komunikazzjoni.

    3.

    Ħila li jikkontrolla l-monitoraġġ u l-manutenzjoni ta’ sistemi u ta’ tagħmir għad-detezzjoni u għat-tifi tan-nirien.

    4.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet lill-ekwipaġġ u lill-persunal abbord il-bastiment biex japplika regoli dwar xogħol sikur u jmantni t-tagħmir ta’ protezzjoni personali u ta’ sikurezza personali.

    4.

    jagħti l-ewwel għajnuna;

    1.

    Ħila li jaġixxi f’konformità mal-istandards u l-prattiki dwar l-ewwel għajnuna.

    5.

    jistabbilixxi sistema abbord effettiva għall-kontroll ta’ apparati tas-salvataġġ tal-ħajja u għall-applikazzjoni korretta ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali.

    1.

    Għarfien dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-apparati tas-salvataġġ tal-ħajja u dwar ir-regolamenti fuq il-kundizzjonijiet operazzjonali sikuri.

    2.

    Ħila li jżomm u jagħmel kontrolli perjodiċi tal-kundizzjoni operazzjonali ta’ tagħmir u ta’ sistemi tas-salvataġġ tal-ħajja, ta’ tifi tan-nar u ta’ kwalunkwe tagħmir u sistemi ta’ sikurezza oħrajn.

    3.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet dwar l-użu korrett ta’ tagħmir ta’ sikurezza (personali) minn membri tal-ekwipaġġ u minn persunal abbord, u l-ħila li jimmotivahom u jissorveljahom f’dan.

    6.

    jorganizza assistenza għall-persuni b’diżabilità u għall-persuni b’mobilità mnaqqsa.

    1.

    Għarfien dwar ir-rekwiżiti u l-istruzzjonijiet ta’ taħriġ tal-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 1177/2010.

    2.

    Ħila li jagħti u jorganizza assistenza diretta għall-persuni b’diżabilità u għall-persuni b’mobilità mnaqqsa.

    7.3.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jistabbilixxi pjanijiet ta’ kontroll ta’ emerġenza u ta’ ħsarat, u jimmaniġġja sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jagħti bidu għal preparamenti għall-pjanijiet tas-salvataġġ ta’ tipi differenti ta’ emerġenzi;

    1.

    Għarfien dwar it-tipi differenti ta’ emerġenzi li jistgħu jseħħu bħal kolliżjoni, nirien, għargħar, għeriq.

    2.

    Ħila li jorganizza pjanijiet ta’ kontinġenza abbord il-bastiment għal rispons għal emerġenzi u jassenja dmirijiet speċifiċi lill-membri tal-ekwipaġġ inklużi l-monitoraġġ u l-kontroll.

    2.

    jagħti taħriġ dwar metodi għall-prevenzjoni tan-nirien, ir-rikonoxximent tal-oriġini ta’ nar u t-tifi tan-nar skont il-ħiliet differenti tal-membri tal-ekwipaġġ;

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri tat-tifi tan-nar b’enfasi partikolari fuq it-tattiki u l-kmand.

    2.

    Għarfien dwar l-użu tal-ilma għat-tifi tan-nar fir-rigward tal-effett fuq l-istabbiltà tal-bastiment, u l-ħila li jittieħdu miżuri xierqa.

    3.

    Ħila li jikkomunika u jikkoordina matul l-operazzjonijiet ta’ qabel it-titjira inkluża l-komunikazzjoni ma’ organizzazzjonijiet esterni u li jieħu sehem b’mod attiv fl-operazzjonijiet tas-salvataġġ u ta’ tifi tan-nar.

    3.

    jagħti taħriġ dwar l-użu ta’ apparati għas-salvataġġ tal-ħajja;

    1.

    Għarfien dwar karatteristiċi u faċilitajiet partikolari tal-apparati tas-salvataġġ.

    2.

    Ħila li jvara u jirkupra dgħajsa ta’ bastiment u jagħti struzzjonijiet lill-membri tal-ekwipaġġ u lill-persunal abbord il-bastiment dwar l-użu tad-dgħajsa tal-bastiment.

    4.

    jagħti struzzjonijiet dwar pjanijiet tas-salvataġġ, rotot ta’ ħruġ f’emerġenza u sistemi interni ta’ komunikazzjoni u ta’ allarm.

    1.

    Għarfien dwar il-leġiżlazzjoni li tapplika għall-pjanijiet tas-salvataġġ u lista ta’ kompiti ta’ sikurezza tal-persunal.

    2.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet dwar pjanijiet tas-salvataġġ, rotot ta’ ħruġ f’emerġenza u sistemi interni ta’ komunikazzjoni u ta’ allarm.

    7.4.   Il-kaptan għandu jkun kapaċi jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti għall-ħarsien ambjentali.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jieħu prekawzjonijiet biex jipprevjeni tniġġis ambjentali u juża t-tagħmir rilevanti;

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri għall-prevenzjoni tat-tniġġis fl-ambjent.

    2.

    Ħila li jieħu prekawzjonijiet biex jipprevjeni tniġġis fl-ambjent.

    3.

    Ħila li japplika proċeduri tal-bunkering.

    4.

    Ħila li jieħu miżuri u jagħti struzzjonijiet f’każ ta’ ħsara, ta’ kolliżjoni u ta’ tlugħ l-art inkluż l-issiġillar tat-tnixxijiet.

    2.

    japplika l-liġijiet dwar il-ħarsien tal-ambjent;

    1.

    Għarfien dwar ir-regolamenti ambjentali.

    2.

    Ħila li jimmotiva lill-membri tal-ekwipaġġ u lill-persunal tal-bord biex jieħdu l-miżuri rilevanti għal imġiba ekoloġika jew li jġib ruħu b’mod li jiffavorixxi l-ambjent.

    3.

    juża tagħmir u materjali b’mod ekonomiku u ekoloġiku.

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri biex isir użu sostenibbli mir-riżorsi.

    2.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet lill-ekwipaġġ dwar kif juża tagħmir u materjali b’mod ekonomiku u ekoloġiku.

    4.

    jagħti struzzjonijiet u jimmonitorja r-rimi sostenibbli tal-iskart.

    1.

    Għarfien dwar il-leġiżlazzjoni fuq ir-rimi tal-iskart.

    2.

    Ħila li jiżgura r-rimi sostenibbli tal-iskart u li jagħti struzzjonijiet lill-membri tal-ekwipaġġ u lill-persunal tal-bord kif xieraq.

    III.   STANDARDS TAL-KOMPETENZA GĦAT-TBAĦĦIR FUQ PASSAĠĠI TAL-ILMA INTERNI B’KARATTRU MARITTIMU

    1.   Il-kaptan li jbaħħar fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu għandu jkun kapaċi jaħdem b’ċarts u b’mapep aġġornati, b’avviżi għall-iskippers u għall-baħħara u b’pubblikazzjonijiet oħra speċifiċi għall-passaġġi fuq l-ilma b’karattru marittimu.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    juża l-informazzjoni pprovduta minn sorsi ta’ informazzjoni nawtika speċifiċi u r-regoli applikabbli għall-passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu.

    1.

    Għarfien dwar l-użu taċ-ċarts u tal-mapep nawtiċi tal-passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu.

    2.

    Ħila li juża u japplika kif suppost iċ-ċarts u l-mapep tal-passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu għall-kunsiderazzjoni ta’ fatturi relatati mal-preċiżjoni tal-qari taċ-ċarts bħad-data taċ-ċarts, is-simboli, is-soundings, id-deskrizzjoni tal-qiegħ, il-fond u d-datums u standards ta’ ċarts internazzjonali bħall-ECDIS.

    3.

    Għarfien dwar in-navigazzjoni terrestri u satellitari għad-determinazzjoni ta’ navigazzjoni fuq stima, pilotaġġ, koordinati, tal-latitudni u tal-lonġitudni ġeodetiċi, id-datum ġeodetiku orizzontali, id-differenza fil-latitudni u fil-lonġitudni, id-distanza u l-veloċità fuq l-art, id-direzzjonijiet fid-dinja, id-direzzjoni, id-direzzjoni fuq l-art, id-direzzjoni skont il-kumpass ikkoreġuta skont id-deriva bħala riżultat tad-direzzjoni u tal-forza tar-riħ, id-direzzjoni u l-pożizzjoni, għad-determinazzjoni tar-rotta, għad-determinazzjoni tar-rotta bl-effett tar-riħ u tal-kurrent, għad-determinazzjoni tar-rotta bl-effett tat-tbaħħir tal-pożizzjoni kurrenti u tal-ipplottjar fuq ir-rotta u l-pożizzjoni.

    4.

    Ħila li juża l-avviżi għall-iskippers u għall-baħħara u servizzi ta’ informazzjoni oħra bħad-direzzjonijiet tat-tbaħħir, il-gwidi tal-ippjanar, il-listi tad-dwal, l-informazzjoni dwar is-sikurezza marittima (MSI).

    5.

    Għarfien dwar ir-regolamenti tat-traffiku li japplikaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu li jinkludi l-partijiet rilevanti tar-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta’ Kolliżjonijiet fuq il-Baħar.

    6.

    Għarfien dwar ir-regoli li japplikaw f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu.

    7.

    Ħila li juża t-tagħmir marittimu previst mir-regolament speċifiku.

    2.   Il-kaptan li jbaħħar fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu għandu jkun kapaċi juża d-datums tal-mareat, il-kurrenti tal-mareat, il-perjodi u ċ-ċikli, il-ħin tal-kurrenti tal-mareat u l-mareat u l-varjazzjonijiet fi ħdan estwarju.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jirrispetta l-mareat, it-tbassir u l-kundizzjonijiet tal-mareat u tat-temp qabel it-tluq u matul it-tbaħħir.

    1.

    Għarfien dwar il-pubblikazzjonijiet u l-informazzjoni għat-tbassir ta’ mareat u ta’ kurrenti, bħal tabelli tal-mareat, tbassir tal-mareat għal stazzjonijiet subordinati, informazzjoni dwar is-silġ, livelli għoljin/baxxi tal-ilma, postijiet ta’ rmiġġ u d-direttorji tal-portijiet għad-determinazzjoni tal-livell tal-ilma, tad-direzzjoni u l-forza tal-kurrent u tal-fond disponibbli.

    2.

    Għarfien dwar l-effetti tal-kundizzjonijiet tat-temp, il-forma tal-art u fatturi oħra fuq il-kurrenti tal-mareat.

    3.

    Ħila li jiddetermina l-impatt tal-livell tal-mareat, tal-kurrent, tal-kundizzjonijiet tat-temp u tal-mewġ, fuq il-vjaġġ ippjanat għan-navigazzjoni sikura.

    3.   Il-kaptan li jbaħħar fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu għandu jkun kapaċi juża SIGNI (Signalisation de voies de Navigation Intérieure) u IALA (Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ Għajnuniet Marittimi lil Awtoritajiet ta’ Navigazzjoni u ta’ Fanal tal-Portijiet) għan-navigazzjoni sikura fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni b’karattru marittimu.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    juża SIGNI (Signalisation de voies de Navigation Intérieure), IALA (Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ Għajnuniet Marittimi lil Awtoritajiet ta’ Navigazzjoni u ta’ Fanal tal-Portijiet) jew sistemi lokali oħra ta’ mmarkar u ta’ sinjali.

    1.

    Għarfien dwar is-sistema tal-bagi, l-IALA, ir-reġjun A, is-sistemi ta’ mmarkar u ta’ sinjali bħad-direzzjoni tal-bagi, l-enumerar tal-bagi, l-immarkar ta’ oġġetti u ta’ sovrastrutturi, il-marki laterali u kardinali, il-bagi ta’ bifurkazzjonijiet, il-marki supplimentari, l-immarkar ta’ punti ta’ periklu u ta’ ostakoli, l-immarkar tar-rotta tal-passaġġ fuq l-ilma intern kif ukoll tal-kanal, id-daħliet tal-portijiet, il-bagi u l-illuminazzjoni u l-karatteristiċi tal-illuminazzjoni.

    2.

    Ħila li juża s-sistemi ta’ mmarkar u ta’ sinjali biex jiddetermina l-pożizzjoni xierqa tal-inġenji fil-passaġġ fuq l-ilma fir-rigward taċ-ċirkustanzi u tal-kundizzjonijiet lokali.

    IV.   STANDARDS TAL-KOMPETENZA GĦAT-TBAĦĦIR BL-GĦAJNUNA TAR-RADAR

    1.   Il-kaptan li jbaħħar bl-għajnuna tar-radar għandu jkun kapaċi jieħu azzjoni xierqa b’rabta man-navigazzjoni bl-għajnuna tar-radar qabel it-tluq.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    iħejji l-bidu ta’ vjaġġ u l-użu tal-installazzjonijiet tar-radar navigazzjonali u l-indikaturi tar-rata tad-dawran għan-navigazzjoni speċjalment f’kundizzjonijiet ta’ viżibbiltà mnaqqsa.

    1.

    Għarfien ġenerali dwar il-mewġiet tar-radju u għarfien tal-prinċipji tal-operazzjoni bir-radar u b’mod aktar speċifiku

    l-veloċità tal-propagazzjoni tal-mewġ tar-radju,

    ir-riflessjoni tal-mewġ tar-radju

    il-parametri ewlenin tal-installazzjonijiet tar-radar navigazzjonali (il-medda tal-frekwenzi operazzjonali, il-potenza tat-trażmissjoni, id-durata tal-pulsazzjoni, ir-rata ta’ rivoluzzjonijiet tal-antenna, il-karatteristiċi tal-antenna, id-dimensjonijiet tad-displej u l-iskali tal-meded, il-medda minima, ir-riżoluzzjoni radjali u r-riżoluzzjoni ażimutali eċċ.).

    2.

    Għarfien ġenerali tal-prinċipju operazzjonali tal-indikaturi tar-rata tad-dawran u l-applikazzjoni tagħhom.

    3.

    Ħila li jixgħel, jaġġusta u jikkontrolla installazzjonijiet tar-radar navigazzjonali bħal Tune, Gain, Brilliance, On/Standby, Range u li juża l-indikaturi tar-rata tad-dawran fin-navigazzjoni interna u jassigura l-użu korrett.

    2.   Il-kaptan li jbaħħar bl-għajnuna tar-radar għandu jkun kapaċi jinterpreta d-displej tar-radar u janalizza l-informazzjoni fornita mir-radar.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jinterpreta d-displej tar-radar kif suppost fir-rigward tal-pożizzjonijiet tal-inġenju tiegħu stess u ta’ inġenji oħra;

    1.

    Ħila li jinterpreta d-displej tar-radar billi jidentifika kif suppost

    il-pożizzjoni tal-antenna fuq l-iskrin u l-linja tal-intestatura,

    l-issettjar tal-pożizzjoni, tar-rotta u tad-direzzjoni tat-tidwir tal-inġenju tiegħu stess,

    jiddetermina d-distanzi u l-ilħiq.

    2.

    Ħila li jinterpreta l-imġiba ta’ parteċipanti oħra fit-traffiku (inġenji weqfin, inġenji resqin lejh u inġenji mixjin fl-istess direzzjoni).

    2.

    janalizza informazzjoni oħra fornita mir-radar.

    1.

    Ħila li janalizza l-informazzjoni fornita mir-radar bħal-linja tal-intestatura (HL), l-electronic bearing line (EBL), iċ-ċrieki tal-medda u l-markatur tal-medda varjabbli (VRM), il-linji tal-mira, id-diċentrar, il-linji paralleli (Linji-P) u li jispjega l-istampa tar-radar.

    2.

    Għarfien dwar il-limitazzjoni tal-informazzjoni fornita mill-installazzjonijiet tar-radar navigazzjonali.

    3.

    Ħila li jinterpreta oġġetti weqfin u li jiċċaqalqu murija fuq ir-radar.

    3.   Il-kaptan li jbaħħar bl-għajnuna tar-radar għandu jkun kapaċi jnaqqas l-interferenza b’oriġini li tvarja.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jidentifika u jnaqqas id-disturbi li jkunu ġejjin mill-inġenju tiegħu stess;

    1.

    Għarfien dwar id-disturbi li jistgħu jkunu kkawżati minn tkissir jew qsim tar-raġġ tal-antenna, minn effetti tad-dell (setturi mhux fil-kamp viżwali) jew minn riflessjonijiet multipli (eż. fiż-żona tal-kompartimenti tat-tagħbija).

    2.

    Ħila li jieħu azzjoni biex inaqqas id-disturbi li jiġu mill-inġenju tiegħu stess.

    2.

    jidentifika u jnaqqas id-disturbi li jkunu ġejjin mill-ambjent;

    1.

    Għarfien dwar id-disturbi mix-xita jew mill-mewġ, kampijiet mifruxa (eż. pontijiet), riflessjonijiet multipli, eki foloz/fantażma, linji ta’ trażmissjoni tad-dawl, effetti tad-dellijiet u tal-propagazzjoni ta’ diversi perkorsi fuq ir-radar.

    2.

    Ħila li jieħu azzjoni biex inaqqas id-disturbi li jiġu mill-ambjent (billi juża l-Anti-Rain Clutter (FTC) u l-Anti-Sea Clutter (STC)).

    3.

    jidentifika u jnaqqas id-disturbi li jkunu ġejjin minn installazzjonijiet oħra tan-navigazzjoni bir-radar.

    1.

    Għarfien dwar id-dehra ta’ disturbi kkawżati minn installazzjonijiet oħra tan-navigazzjoni bir-radar.

    2.

    Ħila li jieħu azzjoni biex ineħħi d-disturbi li jkunu ġejjin minn installazzjonijiet oħra tan-navigazzjoni bir-radar (rifjut tal-interferenza/IR).

    4.   Il-kaptan li jbaħħar bl-għajnuna tar-radar għandu jkun kapaċi jinnaviga bir-radar filwaqt li jqis is-sett miftiehem ta’ regoli applikabbli għan-navigazzjoni interna u skont ir-regolamenti li jispeċifikaw ir-rekwiżiti għan-navigazzjoni bir-radar (bħar-rekwiżiti tal-arranġamenti tal-persunal jew ir-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti).

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    japplika r-regoli li jirregolaw l-użu tar-radar.

    1.

    Għarfien dwar ir-regoli speċjali għall-użu tar-radar fis-sett miftiehem ta’ regoli applikabbli fin-navigazzjoni interna u fir-regolament applikabbli tal-pulizija (eż. tbaħħir f’sitwazzjonijiet b’viżibbiltà mnaqqsa, l-użu ta’ radar meta l-viżibbiltà ma tkunx imnaqqsa u l-użu obbligatorju tar-radar matul it-tbaħħir), l-użu tal-VHF, is-sinjali akustiċi u l-ftehimiet dwar id-direzzjoni li għandha tittieħed.

    2.

    Għarfien dwar ir-rekwiżiti tekniċi ta’ inġenju li juża installazzjoni tar-radar navigazzjonali skont ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli bħal ES-TRIN (Standard Ewropew li jistabbilixxi r-Rekwiżiti Tekniċi għall-bastimenti tan-Navigazzjoni Interna).

    3.

    Ħila li juża kif suppost installazzjoni tar-radar navigazzjonali, indikaturi tar-rata tad-dawran u ECDIS Interna flimkien ma’ radar.

    4.

    Għarfien dwar ir-rekwiżiti ta’ forniment tal-ekwipaġġ f’sitwazzjonijiet b’viżibbiltà mnaqqsa u b’viżibbiltà tajba.

    5.

    Ħila li jattribwixxi b’mod adegwat il-kompiti lill-membri tal-ekwipaġġ u jagħti struzzjonijiet xierqa.

    5.   Il-kaptan li jbaħħar bl-għajnuna tar-radar għandu jkun kapaċi jimmaniġġja ċirkustanzi speċifiċi, bħad-densità tat-traffiku, ħsara fl-apparati, sitwazzjonijiet perikolużi.

    Il-kaptan għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jirreaġixxi kif xieraq f’ċirkustanzi eċċezzjonali bħal densità għolja tat-traffiku, ħsara fl-apparati u sitwazzjonijiet tat-traffiku mhux ċari jew perikolużi oħra.

    1.

    Għarfien dwar il-possibbiltajiet ta’ reazzjoni f’densità għolja tat-traffiku.

    2.

    Ħila li jieħu miżuri xierqa f’densità għolja tat-traffiku.

    3.

    Għarfien dwar il-miżuri ta’ mitigazzjoni u xejriet adegwati ta’ reazzjonijiet f’każ ta’ ħsara fl-apparati.

    4.

    Ħila li jirreaġixxi f’każ ta’ ħsara fl-apparati.

    5.

    Għarfien dwar l-azzjonijiet possibbli li għandhom jittieħdu f’każ ta’ kwalunkwe sitwazzjoni tat-traffiku mhux ċara jew perikoluża.

    6.

    Ħila li jirreaġixxi f’każ ta’ kwalunkwe sitwazzjoni tat-traffiku mhux ċara jew perikoluża.

    V.   STANDARDS TAL-KOMPETENZA GĦALL-ESPERTI FIN-NAVIGAZZJONI TAL-PASSIĠĠIERI

    1.   L-espert għandu jkun kapaċi jorganizza l-użu tat-tagħmir tas-salvataġġ tal-ħajja abbord il-bastimenti tal-passiġġieri.

    L-espert għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jorganizza l-użu tat-tagħmir tas-salvataġġ tal-ħajja.

    1.

    Għarfien dwar il-pjanijiet ta’ kontroll tas-sikurezza li jinkludu:

    lista ta’ kompiti ta’ sikurezza tal-persunal u pjan ta’ sikurezza,

    pjanijiet u proċeduri ta’ emerġenza.

    2.

    Għarfien dwar it-tagħmir tas-salvataġġ tal-ħajja u l-funzjonijiet tiegħu u ħila li juri l-użu tat-tagħmir tas-salvataġġ tal-ħajja.

    3.

    Għarfien dwar iż-żoni aċċessibbli għall-passiġġieri b’mobilità mnaqqsa.

    4.

    Ħila li juri l-użu tat-tagħmir tas-salvataġġ tal-ħajja għall-passiġġieri li jinkludu passiġġieri b’mobilità mnaqqsa.

    2.   L-espert għandu jkun kapaċi japplika l-istruzzjonijiet dwar is-sikurezza u jieħu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġi l-passiġġieri b’mod ġenerali, speċjalment f’każ ta’ emerġenza (eż. evakwazzjoni, ħsara, kolliżjoni, inkaljar, nar, splużjoni jew sitwazzjonijiet oħra li jistgħu joħolqu paniku), inkluż billi tingħata assistenza diretta lil persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa f’konformità mar-rekwiżiti tat-taħriġ u l-istruzzjonijiet tal-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 1177/2010.

    L-espert għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    japplika l-istruzzjonijiet dwar is-sikurezza;

    1.

    Ħila li jimmonitorja s-sistemi u t-tagħmir ta’ sikurezza u li jorganizza l-verifiki u l-kontroll tat-tagħmir ta’ sikurezza tal-bastimenti tal-passiġġieri li jinkludi apparat għat-teħid tan-nifs.

    2.

    Ħila li jmexxi eżerċizzji dwar sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

    3.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet lill-membri tal-ekwipaġġ u lill-persunal abbord il-bastimenti bi rwol skont il-lista ta’ kompiti ta’ sikurezza tal-persunal dwar l-użu tat-tagħmir tas-salvataġġ tal-ħajja, ir-rotot ta’ ħruġ f’emerġenza, iż-żoni fejn jinġabru n-nies u ż-żoni ta’ evakwazzjoni fil-każ ta’ emerġenza.

    4.

    Ħila li jipprovdi informazzjoni lill-passiġġieri fil-bidu tal-vjaġġ dwar il-kodiċi ta’ kondotta u l-kontenut tal-pjan ta’ sikurezza.

    2.

    jieħu l-miżuri neċessarji biex jipproteġi lill-passiġġieri b’mod ġenerali u f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

    1.

    Ħila li jimplimenta ppjanar b’lista ta’ kompiti ta’ sikurezza tal-persunal għall-evalwazzjoni ta’ partijiet mill-bastiment jew tal-bastiment sħiħ, filwaqt li jqis sitwazzjonijiet ta’ emerġenza differenti (eż. duħħan, nar, tnixxija, periklu għall-istabbiltà tal-bastiment u perikli li jirriżultaw mill-merkanzija ttrasportata abbord).

    2.

    Għarfien dwar il-prinċipji ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet u tal-folol u ta’ ġestjoni tal-kunflitti.

    3.

    Ħila li jipprovdi l-informazzjoni neċessarja lill-kaptan, lill-passiġġieri u lill-forzi esterni tas-salvataġġ.

    3.

    jipprovdi assistenza u jagħti struzzjonijiet biex il-persuni b’diżabilità u l-passiġġieri b’mobilità mnaqqsa jkunu jistgħu jimbarkaw, jibqgħu abbord u jiżbarkaw b’mod sikur.

    1.

    Għarfien dwar l-aċċessibbiltà tal-bastiment, iż-żoni abbord adattati għal persuni b’diżabilità u għal persuni b’mobilità mnaqqsa inklużi l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom fir-rigward ta’, eż., ir-rotot ta’ ħruġ f’emerġenza u d-deżinjazzjoni korretta tat-tali żoni fil-pjanijiet ta’ sikurezza.

    2.

    Ħila li jimplimenta regoli dwar l-aċċess nondiskriminatorju u l-ippjanar b’lista ta’ kompiti ta’ sikurezza tal-persunal għal persuni b’diżabilità u għal persuni b’mobilità mnaqqsa u r-rekwiżiti ta’ taħriġ kollha msemmija fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 1177/2010.

    3.   L-espert għandu jkun kapaċi jikkomunika b’Ingliż elementari.

    L-espert għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jikkomunika kwistjonijiet relatati mas-sikurezza b’Ingliż elementari.

    1.

    Għarfien ta’ vokabolarju elementari u ta’ pronunzja ta’ frażijiet xierqa bl-Ingliż biex jiggwida lill-persuni kollha abbord f’sitwazzjonijiet standard u biex iwissihom u jiggwidahom fil-każ ta’ emerġenzi;

    2.

    Ħila li juża vokabolarju u ta’ pronunzja ta’ Ingliż elementari rigward frażijiet xierqa biex jiggwida lill-persuni kollha abbord f’sitwazzjonijiet standard u biex iwissihom u jiggwidahom fil-każ ta’ emerġenzi.

    4.   L-espert għandu jkun kapaċi jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1177/2010

    L-espert għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jipprovdi assistenza lill-passiġġieri rigward id-drittijiet tal-passiġġieri.

    1.

    Għarfien dwar ir-regoli għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1177/2010, b’mod partikolari rigward in-nondiskriminazzjoni bejn il-passiġġieri fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-trasport offruti mit-trasportaturi, id-drittijiet tal-passiġġieri f’każijiet ta’ tħassir jew ta’ dewmien, l-informazzjoni minima li trid tiġi pprovduta lill-passiġġieri, l-immaniġġjar tal-ilmenti u r-regoli ġenerali dwar l-infurzar.

    2.

    Ħila li jinforma lill-passiġġieri dwar id-drittijiet applikabbli tal-passiġġieri.

    3.

    Ħila li jimplimenta l-proċeduri applikabbli biex jipprovdi aċċess u assistenza professjonali.

    VI.   STANDARDS TAL-KOMPETENZA GĦALL-ESPERTI FIL-GASS NATURALI LIKWIFIKAT (LNG)

    1.   L-espert għandu jkun kapaċi jiżgura l-konformità mal-leġiżlazzjoni u mal-istandards applikabbli għal inġenji li juża l-LNG bħala fjuwil, kif ukoll ma’ regolamenti rilevanti oħra dwar is-saħħa u s-sikurezza.

    L-espert għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jiżgura l-konformità mal-leġiżlazzjoni u mal-istandards rilevanti applikabbli għal inġenji li jużaw l-LNG bħala fjuwil;

    1.

    Għarfien dwar ir-regolamenti relatati ma’ inġenji li jużaw l-LNG bħala fjuwil bħal regolamenti rilevanti tal-pulizija, regolamenti rilevanti dwar ir-rekwiżiti tekniċi u l-ADN.

    2.

    Għarfien dwar ir-regoli tas-soċjetà dwar il-klassifikazzjoni.

    3.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet u jimmonitorja l-operazzjonijiet tal-membri tal-ekwipaġġ biex jiżgura l-konformità mal-leġiżlazzjoni u mal-istandards applikabbli għal inġenji li jużaw l-LNG bħala fjuwil abbord l-inġenji u b’mod partikolari mal-proċedura ta’ bunkering.

    2.

    jiżgura l-konformità ma’ regolamenti rilevanti oħra dwar is-saħħa u s-sikurezza matul it-tbaħħir u matul l-irmiġġ.

    1.

    Għarfien fuq ir-regolamenti rilevanti dwar is-saħħa u s-sikurezza li jinkludu r-rekwiżiti u l-awtorizzazzjonijiet lokali rilevanti b’mod partikolari f’żoni portwali.

    2.

    Ħila li jagħti struzzjonijiet u jimmonitorja l-operazzjonijiet tal-membri tal-ekwipaġġ biex jiżgura l-konformità ma’ regolamenti rilevanti oħra dwar is-saħħa u s-sikurezza.

    2.   L-espert għandu jkun kapaċi jkun konxju dwar punti speċifiċi ta’ attenzjoni relatati mal-LNG, jagħraf ir-riskji u jimmaniġġjahom.

    L-espert għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jirrikonoxxi punti speċifiċi ta’ attenzjoni relatati mal-karatteristiċi speċifiċi tal-LNG;

    1.

    Għarfien dwar id-definizzjoni, il-kompożizzjoni u l-attributi tal-kwalità tal-LNG, Skeda ta’ Data ta’ Sigurtà (SDS): proprjetajiet fiżiċi u karatteristiċi tal-prodott u karatteristiċi ambjentali.

    2.

    Għarfien dwar it-temperatura ta’ ħżin adegwata, il-punt ta’ fjammabbiltà, il-limiti ta’ splużjoni u l-karatteristiċi tal-pressjoni, it-temperaturi kritiċi, il-perikli relatati, il-kundizzjonijiet atmosferiċi, il-proprjetajiet krijoġeniċi, l-imġiba tal-LNG fl-arja, l-evaporazzjoni u l-gass inert, eż. in-nitroġenu.

    2.

    jagħraf ir-riskji u jimmaniġġjahom.

    1.

    Għarfien dwar il-pjanijiet, il-perikli u r-riskju ta’ sikurezza, inkluż għarfien dwar il-lista tar-rwoli f’każ ta’ emerġenza u l-kompiti ta’ sikurezza relatati tagħha.

    2.

    Ħila li jimmaniġġja r-riskji, jiddokumenta dwar is-sikurezza abbord (inkluż il-pjan ta’ sikurezza u l-istruzzjonijiet ta’ sikurezza), li jivvaluta u jikkontrolla ż-żoni perikolużi, is-sikurezza tan-nirien u li juża t-tagħmir ta’ protezzjoni personali.

    3.   L-espert għandu jkun kapaċi jopera s-sistemi speċifiċi għal-LNG b’mod sikur.

    L-espert għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jopera s-sistemi speċifiċi għal-LNG abbord u mqabbda mas-sistemi abbord b’mod sikur.

    1.

    Għarfien dwar l-aspetti tekniċi tas-sistema tal-LNG bħal

    konfigurazzjoni ġenerali u l-manwal operazzjonali,

    is-sistema ta’ bunkering tal-LNG,

    it-tagħmir li jikkontrolla t-tifrix,

    is-sistema ta’ konteniment tal-LNG,

    is-sistema ta’ tħejjija tal-gass,

    is-sistema tal-pajpijiet tal-LNG,

    is-sistema ta’ provvista tal-gass,

    il-kunċett tal-kamra tal-magni,

    is-sistema ta’ ventilazzjoni,

    it-temperatura u l-pressjoni (kif taqra ċart ta’ distribuzzjoni tal-pressjoni u tat-temperatura),

    valvs (b’mod partikolari l-valv ewlieni tal-fjuwil tal-gass), il-valvi għat-tnaqqis tal-pressjoni,

    is-sistemi ta’ kontroll, ta’ sorveljanza u ta’ sikurezza, l-allarms, sistemi tad-detezzjoni tal-gass u l-akkoppjamenti ta’ distakkament fix-xott.

    2.

    Ħila li jippreżenta l-modalità ta’ azzjoni tal-LNG, jaqra l-pressjoni u t-temperatura, jopera s-sistemi ta’ strippaġġ, ta’ konteniment, ta’ provvista tal-gass, ta’ ventilazzjoni, u tal-pajpijiet u ta’ sikurezza, il-valvi u jimmaniġġja l-evaporazzjoni tal-LNG.

    4.   L-espert għandu jkun kapaċi jiżgura l-verifika regolari tas-sistema tal-LNG.

    L-espert għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    iwettaq u jimmonitorja l-kontrolli regolari tas-sistema tal-LNG.

    1.

    Għarfien dwar il-manutenzjoni u l-monitoraġġ tas-sistema tal-LNG.

    2.

    Għarfien dwar il-ħsarat possibbli u l-allarmi.

    3.

    Ħila li jwettaq il-manutenzjoni ta’ kuljum, il-manutenzjoni ta’ kull ġimgħa, il-manutenzjoni perjodika regolari, li jikkoreġi ħsarat u li jiddokumenta x-xogħol ta’ manutenzjoni.

    5.   L-espert għandu jkun jaf kif iwettaq l-operazzjonijiet ta’ bunkering tal-LNG b’mod sikur u kkontrollat.

    L-espert għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    iwettaq u jimmonitorja l-proċeduri ta’ bunkering b’mod sikur.

    1.

    Għarfien dwar

    l-immarkar ta’ identifikazzjoni skont ir-regolament tal-pulizija u portwali rilevanti,

    kundizzjonijiet għall-irmiġġ għall-finijiet ta’ bunkering,

    il-proċedura ta’ bunkering tal-LNG,

    it-tneħħija tal-gass mis-sistema tal-LNG,

    il-listi ta’ kontroll rilevanti u ċ-ċertifikat tal-kunsinna,

    il-miżuri ta’ sikurezza tal-bunkering u l-proċeduri ta’ evakwazzjoni.

    2.

    Ħila li jniedi u jimmonitorja l-proċeduri ta’ bunkering inklużi miżuri għall-garanzija ta’ rmiġġ sikur, il-pożizzjoni korretta tal-kejbils u tal-pajpijiet biex tiġi evitata tnixxija u li jieħu miżuri biex jaqla’ l-konnessjoni tal-LNG u l-konnessjoni tal-bunkering b’mod sikur jekk ikun hemm bżonn fi kwalunkwe waqt.

    3.

    Ħila li jiżgura l-konformità mar-regolamenti rilevanti dwar iż-żona ta’ sikurezza.

    4.

    Ħila li jirrapporta l-bidu tal-proċedura ta’ bunkering u li jwettaq bunkering sikur skont il-manwal li jinkludi l-ħila li jimmonitorja l-pressjoni, it-temperatura u l-livell ta’ LNG fit-tankijiet.

    5.

    Ħila li jbattal is-sistemi tal-pajpijiet, jagħlaq il-valvi u jaqla’ l-konnessjoni bejn l-installazzjoni tal-bunkering u jirrapporta t-tmiem tal-proċedura wara l-bunkering.

    6.   L-espert għandu jkun kapaċi jħejji s-sistema tal-LNG għall-manutenzjoni tal-inġenju.

    L-espert għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    iħejji s-sistema tal-LNG għall-manutenzjoni tal-inġenju u għall-użu mġedded.

    1.

    Għarfien dwar il-proċeduri korretti ta’ tneħħija bħall-użu tat-tbattil tal-gass u tal-iflaxxjar tas-sistema tal-LNG qabel permanenza f’tarzna.

    2.

    Ħila li jwettaq

    l-inerzjar tas-sistema tal-LNG,

    il-proċedura ta’ tbattil tat-tank tal-fjuwil tal-LNG,

    l-ewwel mili tat-tank tal-fjuwil tal-LNG (tnixxif u tberrid)

    bidu tas-servizz wara perjodu wieqaf f’tarzna.

    7.   L-espert għandu jkun kapaċi jimmaniġġja s-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza relatati mal-LNG.

    L-espert għandu jkun kapaċi:

    KOLONNA 1

    KOMPETENZA

    KOLONNA 2

    GĦARFIEN U ĦILIET

    1.

    jirreaġixxi kif xieraq f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza (bħal tixrid u tnixxijiet tal-LNG, kuntatt ta’ sustanza b’ temperatura baxxa mal-ġilda, nirien, inċidenti relatati mat-trasport ta’ oġġetti perikolużi b’perikli speċifiċi jew inġenju li jitla’ l-art).

    1.

    Għarfien dwar il-miżuri ta’ emerġenza u d-dokumentazzjoni dwar is-sikurezza abbord (inklużi l-pjan ta’ sikurezza u l-istruzzjonijiet dwar is-sikurezza).

    2.

    Ħila li jirreaġixxi kif xieraq f’każ ta’ emerġenzi bħal

    tifrix tal-LNG abbord,

    kuntatt tal-ġilda mal-LNG,

    tifrix tal-LNG fi spazji magħluqa (eż. fil-kmamar tal-magni),

    tifrix tal-LNG jew tnixxijiet ta’ gass naturali fi spazji bejn l-ilqugħ (eż. tankijiet tal-fjuwil b’qafas doppju, pajpijiet b’ħajt doppju),

    nar fil-viċin tat-tankijiet tal-fjuwil tal-LNG jew fil-kmamar tal-magni

    pressjoni akkumulata fis-sistemi tal-pajpijiet wara attivazzjoni tat-Tifi ta’ Emerġenza fil-każ ta’ rilaxx imminenti jew ta’ ventilazzjoni.

    3.

    Għarfien dwar il-perikli speċifiċi relatati mat-trasport ta’ oġġetti perikolużi u ta’ inġenji li jinkaljaw jew li jaħbtu.

    4.

    Ħila li jieħu miżuri ta’ emerġenza u miżuri ta’ emerġenza ta’ sorveljanza mill-bogħod, eż. biex jikkontrolla kif xieraq nirien tal-LNG, nirien f’għadajjar, nirien f’ġettijiet u nirien li jaħtfu.


    (1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).

    (2)  Id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 118).


    ANNESS II

    STANDARD GĦAL EŻAMIJIET PRATTIĊI

    I.   STANDARDS GĦALL-EŻAMI PRATTIKU GĦALL-KISBA TA’ AWTORIZZAZZJONI SPEĊIFIKA GĦAT-TBAĦĦIR BL-GĦAJNUNA TAR-RADAR

    1.   Kompetenzi speċifiċi u sitwazzjonijiet ta’ valutazzjoni

    L-eżaminaturi huma liberi li jiddeċiedu dwar il-kontenut tal-elementi tal-eżamijiet individwali.

    L-eżaminaturi għandhom jittestjaw l-elementi 1-16 u tal-anqas wieħed mill-elementi 17 sa 19. L-applikanti jridu jiksbu minimu ta’ 7 minn 10 punti f’kull element.

    Nru

    Kompetenzi

    Element tal-eżami

    1

    1.1.

    ixgħel, aġġusta u kkontrolla l-funzjonament tal-installazzjonijiet tar-radar navigazzjonali;

    2

    1.1.

    ixgħel, aġġusta u kkontrolla l-funzjonament tal-indikatur tar-rata tad-dawran;

    3

    1.1.

    interpreta d-displej tar-radar kif suppost billi tissettja l-medda, ir-riżoluzzjoni, il-luminożità, il-gain, il-kuntrast, apparat konness ieħor, iċċentra u rfina;

    4

    1.1.

    uża l-indikatur tar-rata tad-dawran, eż. billi tistabbilixxi r-rata tad-dawran skont ir-rata massima tad-dawran tal-inġenju;

    5

    2.1

    identifika l-pożizzjoni tal-antenna fuq l-iskrin u l-linja tal-intestatura, l-issettjar tal-pożizzjoni, ir-rotta u d-direzzjoni tad-dawran tal-inġenju proprju u d-distanzi u l-ilħuq determinanti;

    6

    2.1

    interpreta l-imġiba ta’ parteċipanti oħra fit-traffiku (inġenji weqfin, inġenji resqin u inġenji mexjin fl-istess direzzjoni);

    7

    2.2

    analizza l-informazzjoni fornuta mir-radar bħal-linja tal-intestatura, l-electronic bearing line, iċ-ċrieki tal-medda u l-markatur tal-medda varjabbli, il-linji tal-mira, id-diċentrar u l-linji paralleli u li jispjega l-istampa tar-radar;

    8

    3.1

    naqqas id-disturbi li ġejjin mill-inġenju proprju billi tivverifika l-antenna, billi tnaqqas id-dellijiet u r-riflessjonijiet multipli, eż. fiż-żona tal-istivi;

    9

    3.2

    ħu azzjoni biex tnaqqas id-disturbi mill-ambjent billi tnaqqas l-influwenza mix-xita u mill-mewġ, billi tindirizza kif suppost il-kampi mifruxa (eż. mill-pontijiet), l-eki foloz/fantażma mil-linji tat-trażmissjoni tal-elettriku u mill-kejbils kif ukoll b’effetti ta’ dellijiet u ta’ diversi perikorsi;

    10

    3.3

    neħħi d-disturbi li ġejjin minn installazzjonijiet tar-radar navigazzjonali oħra billi tuża r-rifjut tal-interferenza;

    11

    4.1.

    attribwixxi kif suppost il-kompiti lill-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta;

    12

    4.1.

    żgura l-kooperazzjoni bejn it-tmunier u l-persuna li tuża l-installazzjonijiet tar-radar navigazzjonali skont il-viżibbiltà u l-karatteristiċi tal-kamra tat-tmunier;

    13

    4.1

    uża l-indikaturi tar-rata tad-dawran u l-ECDIS interna jew displejs simili flimkien mar-radar;

    14

    4.1.

    aġixxi skont ir-regolamenti tal-pulizija f’każ ta’ viżibbiltà mnaqqsa u fil-każ ta’ viżibbiltà tajba;

    15

    4.1.

    uża r-radju u sinjali akustiċi biex taqbel fuq rotta billi tuża l-informazzjoni fornuta mir-radar;

    16

    4.1.

    agħti kmandi lit-tmunier inkluż billi tivverifika l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa tal-persuna

    17

    5.1

    ħu miżuri xierqa f’densità għolja tat-traffiku;

    18

    5.1.

    ħu miżuri xierqa fil-każ ta’ ħsara fl-apparati;

    19

    5.1.

    irreaġixxi kif xieraq f’sitwazzjonijiet tat-traffiku li ma jkunux ċari jew li jkunu perikolużi.

    2.   Rekwiżiti tekniċi għall-inġenji użati għall-eżami prattiku

    Inġenju użat għal eżami prattiku għandu jkun kopert mill-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2017/2397.

    Inġenju użat għall-eżamijiet prattiċi għall-valutazzjoni tal-kompetenza ta’ kaptan li jbaħħar bl-għajnuna tar-radar għandu jissodisfa r-rekwiżit tekniku stabbilit fl-Artikolu 7.06 tal-istandard ES-TRIN 2017/1 (1). L-inġenju għandu jkun mgħammar b’ECDIS interna operabbli jew b’apparat komparabbli għall-wiri ta’ ċarts elettroniċi.

    II.   STANDARDS GĦALL-EŻAMI PRATTIKU GĦALL-KISBA TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KWALIFIKAZZJONI BĦALA ESPERT FIN-NAVIGAZZJONI TAL-PASSIĠĠIERI

    1.   Kompetenzi speċifiċi u sitwazzjonijiet ta’ valutazzjoni

    L-eżaminaturi huma liberi li jiddeċiedu dwar il-kontenut tal-elementi tal-eżamijiet individwali.

    L-eżaminaturi għandhom jittestjaw 11 mill-14-il element tal-kategorija I, dment li: jiġu vvalutati l-element 16 u l-element 20.

    L-eżaminaturi għandhom jittestjaw 7 minn 8 elementi tal-kategorija II.

    L-applikanti jistgħu jiksbu 10 punti f’kull element bħala riżultat massimu.

    Għall-kategorija I, l-applikanti jridu jiksbu minimu ta’ 7 minn 10 punti f’kull element. Għall-kategorija II, l-applikanti jridu jiksbu punteġġ minimu totali ta’ 45 punt.

    Nru

    Kompetenzi

    Elementi tal-eżami

    Kategorija I-II

    1

    1.1.

    uri l-użu tal-bagi tas-salvataġġ għall-passiġġieri;

    I

    2

    1.1.

    uri l-użu tal-ġkieket tas-salvataġġ għall-passiġġieri u għall-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta u l-persunal abbord il-bastiment inkluż tagħmir individwali speċifiku tas-salvataġġ tal-ħajja għal persuni li ma jwettqux kompiti għal-lista ta’ kompiti ta’ sikurezza tal-persunal;

    I

    3

    1.1.

    uri l-użu ta’ tagħmir xieraq għall-evakwazzjoni f’ilma baxx, għal fuq ix-xatt jew fuq inġenju ieħor;

    I

    4

    1.1.

    uri l-użu tad-dgħajjes tal-bastiment inklużi l-magna u d-dawl tat-tiftix ta’ emerġenza jew il-pjattaforma tagħhom skont l-Artikolu 19.15 ES-TRIN 2017/1, biddel l-apparati tas-salvataġġ tal-ħajja tad-dgħajsa tal-bastiment jew dawk kollettivi skont l-Artikolu 19.09(5) sa (7) ES-TRIN 2017/1;

    I

    5

    1.1.

    uri l-użu ta’ streċer xieraq;

    I

    6

    1.1.

    uri l-użu tal-kits tal-ewwel għajnuna;

    I

    7

    1.1.

    uri l-użu ta’ settijiet awtonomi ta’ apparati tat-teħid tan-nifs u ta’ settijiet ta’ tagħmir kif ukoll ta’ kappi tad-duħħan skont l-Artikolu 19.12(10) ES-TRIN 2017/1 jew ta’ taħlita ta’ dawn;

    I

    8

    2.1.

    ivverifika u mmonitorja l-intervalli tal-ispezzjonijiet għat-tagħmir imsemmi fin-nri 1 - 7 ta’ din it-tabella;

    II

    9

    2.1.

    ivverifika u mmonitorja l-kwalifika neċessarja tal-persuni li jużaw il-kits tal-ewwel għajnuna u s-settijiet ta’ apparti awtonomi għat-teħid tan-nifs u s-settijiet ta’ tagħmir kif ukoll il-kappi tad-duħħan;

    II

    10

    2.1.

    stiva kif xieraq u qassam l-apparati tas-salvataġġ tal-ħajja;

    I

    11

    2.3.

    identifika ż-żoni aċċessibbli għall-passiġġieri b’mobilità mnaqqsa;

    II

    12

    1.1.

    uri l-użu tat-tagħmir tas-salvataġġ tal-ħajja għall-passiġġieri b’mobilità mnaqqsa;

    I

    13

    2.1

    spjega l-elementi tal-lista ta’ kompiti ta’ sikurezza tal-persunal u l-pjan ta’ sikurezza;

    II

    14

    2.1.

    agħti l-kompiti lill-persunal abbord il-bastiment skont il-lista ta’ kompiti ta’ sikurezza tal-persunal u l-pjan ta’ sikurezza;

    II

    15

    2.3

    agħti l-kompiti lill-persunal abbord il-bastiment fir-rigward tal-aċċess nondiskriminatorju u l-ippjanar tal-lista ta’ kompiti ta’ sikurezza tal-persunal għall-passiġġieri b’mobilità mnaqqsa;

    II

    16

    2.3

    organizza t-taħriġ u l-istruzzjonijiet għall-persuni b’mobilità mnaqqsa skont l-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 1177/2010;

    I

    17

    2.2

    organizza l-evakwazzjoni ta’ żona tal-passiġġieri billi tispjega l-miżuri speċifiċi li għandhom jittieħdu f’każ ta’ kolliżjoni, ta’, inkaljar, ta’ dħaħen u ta’ nirien;

    I

    18

    2.2.

    itfi nar li għadu kif tkebbes u mmaniġġja bibien impermeabbli għall-ilma u reżistenti għan-nar;

    I

    19

    2.2.

    ipprovdi l-informazzjoni neċessarja lill-kaptan, lill-passiġġieri u lill-forzi tas-salvataġġ esterni f’emerġenza simulata;

    II

    20

    3.1

    uża vokabolarju elementari bl-Ingliż u lissen frażijiet xierqa biex tiggwida lill-passiġġieri u lill-persunal abbord il-bastiment f’sitwazzjonijiet standard u biex twissihom u tiggwidahom fil-każ ta’ emerġenzi;

    I

    21

    4.1

    spjega liema drittijiet tal-passiġġieri huma applikabbli;

    I

    22

    4.1

    implimenta l-proċeduri applikabbli biex tipprovdi aċċess u assistenza professjonali lill-passiġġieri skont ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010.

    II

    2.   Rekwiżiti tekniċi għall-inġenji u għall-installazzjoni fuq l-art użati għall-eżami prattiku

    Il-post fejn isseħħ il-valutazzjoni għandu jkun mgħammar b’tagħmir tas-salvataġġ tal-ħajja għall-bastimenti tal-passiġġieri neċessarju biex jintwera l-element nru 2 tal-eżami inkluż tagħmir speċifiku tas-salvataġġ tal-ħajja għal bastimenti bil-kabina skont l-ES-TRIN 2017/1 applikabbli. Dan għandu jkun mgħammar b’lista ta’ kompiti ta’ sikurezza tal-persunal u bi pjan ta’ sikurezza li jikkonformaw mal-ES-TRIN 2017/1 u spazji u tagħmir xierqa għall-valutazzjoni tal-ħila ta’ organizzazzjoni tal-evakwazzjoni u tal-imġiba għall-ġlieda kontra n-nar u għar-reazzjonijiet f’każ ta’ nar.

    Inġenju użat għal eżami prattiku għandu jkun kopert mill-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2017/2397.

    III.   STANDARDS GĦALL-EŻAMI PRATTIKU GĦALL-KISBA TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KWALIFIKAZZJONI BĦALA ESPERT FIL-GASS NATURALI LIKWIFIKAT (LNG)

    1.   Kompetenzi speċifiċi u sitwazzjonijiet ta’ valutazzjoni

    L-eżaminaturi huma liberi li jiddeċiedu dwar il-kontenut tal-elementi tal-eżamijiet individwali. L-eżaminaturi għandhom jittestjaw 9 mill-11-il element tal-kategorija I.

    L-eżaminaturi għandhom jittestjaw 5 mis-7 elementi tal-kategorija II.

    L-applikanti jistgħu jiksbu 10 punti f’kull element bħala riżultat massimu.

    Għall-kategorija I, l-applikanti jridu jiksbu minimu ta’ 7 minn 10 punti f’kull element ittestjat. Għall-kategorija II, l-applikanti jridu jiksbu punteġġ minimu totali ta’ 30 punt.

    Nru.

    Komp.

    Elementi tal-eżami

    Kategorija I-II

    1

    1.1

    agħti struzzjonijiet u mmonitorja l-operazzjonijiet tal-membri tal-ekwipaġġ biex tiżgura l-konformità mal-leġiżlazzjoni u mal-istandards applikabbli għal inġenji li jużaw l-LNG bħala fjuwil abbord l-inġenji u b’mod partikolari mal-proċedura ta’ bunkering;

    II

    2

    1.2

    agħti struzzjonijiet u mmonitorja l-operazzjonijiet tal-membri tal-ekwipaġġ biex tiżgura l-konformità ma’ regolamenti rilevanti oħra dwar is-saħħa u s-sikurezza;

    II

    3

    2.2

    immaniġġja r-riskji, iddokumenta dwar is-sikurezza abbord (inkluż il-pjan ta’ sikurezza u l-istruzzjonijiet ta’ sikurezza), biex tivvaluta u tikkontrolla ż-żoni perikolużi, is-sikurezza tan-nirien u biex tuża t-tagħmir ta’ protezzjoni personali;

    II

    4

    3.1

    ippreżenta l-modalità ta’ azzjoni tal-LNG;

    II

    5

    3.1

    aqra l-pressjoni u t-temperatura, opera s-sistemi ta’ stripping, ta’ konteniment, tal-pajpijiet ta’ provvista tal-gass, ta’ ventilazzjoni, ta’ sikurezza, il-valvi u mmaniġġja l-evaporazzjoni tal-LNG;

    I

    6

    4.1

    agħmel il-manutenzjoni ta’ kuljum, ta’ kull ġimgħa u dik perjodika regolari,

    I

    7

    4.1

    irranġa l-ħsarat individwati matul il-manutenzjoni;

    I

    8

    4.1

    iddokumenta x-xogħol ta’ manutenzjoni;

    II

    9

    5.1

    niedi u mmonitorja l-proċeduri ta’ bunkering inklużi miżuri għall-garanzija ta’ rmiġġ sikur, il-pożizzjoni korretta tal-kejbils u tal-pajpijiet biex tiġi evitata tnixxija u li ħu miżuri biex taqla’ l-konnessjoni tal-LNG u l-konnessjoni tal-bunkering b’mod sikur jekk ikun hemm bżonn fi kwalunkwe waqt;

    I

    10

    5.1

    żgura l-konformità mar-regolamenti rilevanti dwar iż-żona ta’ sikurezza;

    II

    11

    5.1

    irrapporta l-bidu tal-proċedura ta’ bunkering;

    II

    12

    5.1

    wettaq bunkering sikur skont il-manwal li jinkludi l-ħila li timmonitorja l-pressjoni, it-temperatura u l-livell ta’ LNG fit-tankijiet;

    I

    13

    5.1

    battal is-sistemi tal-pajpijiet, agħlaq il-valvi u aqla’ l-konnessjoni bejn l-installazzjoni tal-bunkering u rrapporta t-tmiem tal-proċedura wara l-bunkering;

    I

    14

    6.1

    agħmel

    l-inerzjar tas-sistema tal-LNG,

    il-proċedura ta’ tbattil tat-tank tal-fjuwil tal-LNG,

    l-ewwel mili tat-tank tal-fjuwil tal-LNG (tnixxif u tberrid),

    il-bidu tas-servizz wara perjodu wieqaf f’tarzna;

    I

    15

    7.1

    irreaġixxi kif xieraq f’każ ta’ emerġenzi bħal

    tifrix tal-LNG abbord,

    kuntatt tal-ġilda mal-LNG,

    tifrix tal-LNG fi spazji magħluqa (eż. fil-kmamar tal-magni),

    tifrix tal-LNG jew tnixxijiet ta’ gass naturali fi spazji bejn l-ilqugħ (eż. tankijiet tal-fjuwil b’qafas doppju, pajpijiet b’qoxra doppja);

    I

    16

    7.1

    irreaġixxi kif xieraq fil-każ ta’ nar fil-viċin tat-tankijiet tal-fjuwil tal-LNG jew fil-kmamar tal-magni;

    I

    17

    7.1

    irreaġixxi kif xieraq fil-każ ta’ pressjoni akkumulata fis-sistemi tal-pajpijiet wara attivazzjoni tat-tifi ta’ emerġenza fil-każ ta’ rilaxx imminenti jew ta’ ventilazzjoni;

    I

    18

    7.1

    ħu miżuri ta’ emerġenza u miżuri ta’ emerġenza ta’ sorveljanza mill-bogħod, eż. biex tikkontrolla kif xieraq nirien tal-LNG, nirien f’għadajjar, nirien f’ġettijiet u nirien li jaħtfu.

    I

    2.   Rekwiżiti tekniċi għall-inġenji u għall-faċilitajiet fuq l-art użati għall-eżami prattiku

    L-inġenju u l-faċilitajiet fuq l-art iridu jkunu mgħammra b’

    1.

    Dokumentazzjoni użata għall-valutazzjoni bħal

    1.1.

    Lista ta’ kompiti ta’ sikurezza tal-persunal (inklużi pjan ta’ sikurezza u struzzjonijiet ta’ sikurezza) skont l-Artikolu 30.03 ES-TRIN 2017/1,

    1.2.

    Valutazzjoni tar-riskju skont l-Anness 8, Taqsima I 1.3. ES-TRIN 2017/1,

    1.3.

    Id-dokumenti l-oħra kollha meħtieġa mill-Artikolu 30.01(5) ES-TRIN 2017/1 inkluż manwal operazzjonali dettaljat skont l-Anness 8 Taqsima I 1.4.9 ES-TRIN 2017/1,

    2.

    Speċifika s-sistemi għall-użu tal-LNG

    2.1.

    sistema ta’ bunkering tal-LNG li tinkludi stazzjon tal-bunkering,

    2.2.

    sistema ta’ konteniment tal-LNG,

    2.3.

    sistema tal-pajpijiet tal-LNG,

    2.4.

    sistema ta’ provvista tal-gass,

    2.5.

    sistema ta’ tħejjija tal-gass,

    3.

    Kamra tal-magna xierqa,

    3.1.

    sistema ta’ ventilazzjoni,

    3.2.

    sistema ta’ prevenzjoni u ta’ kontroll tat-tnixxijiet,

    3.3.

    sistema ta’ monitoraġġ u ta’ sikurezza u

    3.4.

    s-sistemi addizzjonali ta’ tifi tan-nar.

    Inġenju użat għal eżami prattiku għandu jkun kopert mill-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2017/2397.

    IV.   STANDARDS GĦALL-EŻAMI PRATTIKU GĦALL-KISBA TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KWALIFIKAZZJONI BĦALA KAPTAN

    1.   Kompetenzi speċifiċi u sitwazzjonijiet ta’ valutazzjoni

    L-eżami jinkludi żewġ partijiet: waħda dwar l-ippjanar tal-vjaġġi u t-tieni dwar l-eżekuzzjoni tal-vjaġġ. Il-valutazzjoni għall-eżekuzzjoni tal-vjaġġ għandha sseħħ f’sessjoni waħda. Kull parti mill-eżami tikkonsisti f’diversi elementi.

    Għall-kaptani, li la lestew programm ta’ taħriġ approvat fuq il-bażi tal-istandards tal-kompetenza għal-livell operazzjonali u li lanqas m’għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza minn awtorità amministrattiva mmirata lejn il-verifikar li l-istandards tal-kompetenza għal-livell operazzjonali huma ssodisfati, ir-rekwiżiti huma supplimentati bl-elementi speċifiċi stabbiliti fl-istandards stabbiliti fit-Taqsima V (modulu addizzjonali dwar is-superviżjoni fil-kuntest tal-eżami prattiku għall-kisba ta’ ċertifikat ta’ kwalifika bħala kaptan).

    Fir-rigward tal-kontenut, l-eżami għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

    Ippjanar tal-vjaġġ

    Il-parti tal-eżami dwar l-ippjanar tal-vjaġġ tinkludi l-elementi elenkati fit-tabella fl-Appendiċi 1. L-elementi huma raggruppati fil-kategoriji I u II skont l-importanza tagħhom. 10 elementi minn kull kategorija għandhom jintgħażlu minn dik il-lista u jiġu ttestjati fl-eżami.

    Eżekuzzjoni tal-vjaġġ

    L-applikanti huma meħtieġa juru li huma kapaċi jeżegwixxu vjaġġ. Prekundizzjoni indispensabbli għal dan hu li l-applikanti jimmaniġġjaw l-inġenju huma stess. L-elementi individwali li jridu jiġu ttestjati jistgħu jinstabu fit-tabella fl-Appendiċi 2 u – għall-kuntrarju tal-parti tal-ippjanar tal-vjaġġ – dawn ikoll dejjem għandhom jiġu ttestjati.

    L-eżaminaturi huma liberi li jiddeċiedu dwar il-kontenut ta’ kull element individwali tal-eżami.

    Appendiċi 1

    Kontenut tal-parti tal-eżami dwar l-ippjanar tal-vjaġġ

    F’kull kategorija għandhom jiġu ttestjati 10 elementi. L-applikant jista’ jikseb 10 punti f’kull element bħala riżultat massimu.

    Għall-kategorija I, l-applikanti jridu jiksbu minimu ta’ 7 minn 10 punti f’kull element ittestjat. Għall-kategorija II, l-applikanti jridu jiksbu punteġġ minimu totali ta’ 60 punt.

    Nru.

    Kompetenzi

    Elementi tal-eżami

    Kategorija I-II

    1

    1.1.1

    innaviga fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni Ewropej inklużi l-imgħalaq u l-lifts skont il-ftehimiet dwar in-navigazzjoni mal-aġent;

    I

    2

    1.1.3

    ikkunsidra l-aspetti ekonomiċi u ekoloġiċi tal-operat tal-inġenju biex tuża l-inġenju b’mod effiċjenti u tirrispetta l-ambjent;

    II

    3

    1.1.4

    qis l-istrutturi u l-profili tekniċi tal-passaġġi fuq l-ilma, u ħu l-prekawzjonijiet;

    I

    4

    1.2.1

    żgura l-adegwatezza, f’termini ta’ sikurezza, tal-arranġamenti tal-persunal skont ir-regoli applikabbli;

    I

    5

    1.3.3

    żgura aċċess sikur għall-inġenju;

    II

    6

    2.1.1

    irrispetta l-prinċipji tal-bini tal-bastimenti u tal-kostruzzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni;

    II

    7

    2.1.2

    iddistingwi bejn il-metodi ta’ kostruzzjoni ta’ inġenju għall-passaġġi fuq l-ilma intern u l-imġiba tiegħu fl-ilma, speċjalment f’termini ta’ stabbiltà u ta’ saħħa;

    II

    8

    2.1.3

    ifhem il-partijiet strutturali tal-inġenju u l-kontroll u l-analiżi tal-ħsarat;

    II

    9

    2.1.4

    ħu azzjoni biex tipproteġi l-integrità tal-impermeabbiltà tal-ilma tal-inġenju;

    I

    10

    2.2.1

    ifhem il-funzjonalitajiet tat-tagħmir tal-inġenju;

    II

    11

    2.2.2

    irrispetta r-rekwiżiti speċifiċi għat-trasport ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri;

    I

    12

    3.1.1

    ifhem ir-regolamenti, il-kodiċijiet u l-istandards nazzjonali, Ewropej u internazzjonali rilevanti rigward l-operazzjoni ta’ trasport tal-merkanziji;

    II

    13

    3.1.2

    fassal pjanijiet dwar l-istivar inkluż għarfien dwar it-tagħbija tal-merkanziji u s-sistemi tas-saborra biex iżżomm l-istress fuq il-buq fi ħdan limiti aċċettabbli;

    I

    14

    3.1.3.

    ikkontrolla l-proċeduri ta’ tagħbija u ta’ ħatt fir-rigward tat-trasport sikur;

    I

    15

    3.1.4

    agħmel distinzjoni bejn diversi oġġetti u l-karatteristiċi tagħhom biex tissorvelja u tiżgura t-tagħbija sikura u sigura tal-oġġetti kif stabbilit fil-pjan ta’ stivar;

    II

    16

    3.2.1

    irrispetta l-effett fuq l-inklinazzjoni lonġitudinali u l-istabbiltà tal-merkanziji u tal-operazzjonijiet tal-merkanzija;

    I

    17

    3.2.2

    ivverifika t-tunnellaġġ effettiv tal-inġenju, uża d-dijagrammi tal-istabbiltà u tal-inklinazzjoni lonġitudinali u tagħmir għall-kalkolu tal-istress, inkluża l-ADB (Bażi tad-Data Awtomatika) biex tivverifika pjan ta’ stivar;

    I

    18

    3.3.1

    ifhem ir-regolamenti, il-kodiċijiet u l-istandards nazzjonali, Ewropej u internazzjonali rilevanti rigward it-trasport tal-passiġġieri;

    II

    19

    3.3.2

    organizza u ssorvelja eżerċizzji dwar is-sikurezza kif stabbiliti fil-lista (tas-sikurezza) ta’ rwoli f’każ ta’ emerġenza biex tiggarantixxi l-imġiba sikura f’sitwazzjonijiet potenzjali ta’ periklu;

    II

    20

    3.3.3

    ikkomunika mal-passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

    I

    21

    3.3.4

    iddefinixxi u ssorvelja analiżi tar-riskju abbord ta’ aċċess limitat għall-passiġġieri kif ukoll ikkumpila sistema ta’ protezzjoni effettiva abbord biex tipprevjeni aċċess mhux awtorizzat;

    II

    22

    3.3.5

    analizza rapporti mogħtija mill-passiġġieri (jiġifieri okkorrenzi imprevisti, malafama, vandaliżmu) biex tirreaġixxi kif jixraq;

    II

    23.

    4.4.1

    ipprevjeni ħsara potenzjali lill-apparati elettriċi u elettroniċi abbord;

    II

    24

    4.5.3

    evalwa dokumentazzjoni teknika u interna;

    II

    25

    5.1.1

    żgura l-imġiba sikura tal-membri tal-ekwipaġġ fir-rigward tal-użu tal-materjali u tal-addittivi;

    II

    26

    5.1.2

    iddefinixxi, issorvelja u żgura ordnijiet tax-xogħol biex il-membri tal-ekwipaġġ ikunu jistgħu jwettqu x-xogħol ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija b’mod indipendenti;

    II

    27

    5.1.3

    ixtri u kkontrolla materjal u għodod fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent;

    II

    28

    5.1.4

    żgura li l-wajers u l-ħbula jintużaw skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-iskop maħsub tal-manifattur;

    II

    29

    6.3.2

    applika l-leġiżlazzjoni soċjali nazzjonali, Ewropea u internazzjonali;

    II

    30

    6.3.3

    segwi projbizzjoni stretta ta’ alkoħol u ta’ drogi u rreaġixxi kif xieraq f’każijiet ta’ ksur, erfa’ r-responsabbiltà u spjega l-konsegwenzi ta’ mġiba ħażina;

    II

    31

    6.3.4

    organizza l-forniment u t-tħejjija tal-ikliet abbord;

    II

    32

    7.1.1

    applika leġiżlazzjoni nazzjonali u internazzjonali u ħu miżuri xierqa għall-protezzjoni tas-saħħa u għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti;

    II

    33

    7.1.2

    ikkontrolla u mmonitorja l-validità taċ-ċertifikat tal-inġenju u dokumenti oħra rilevanti għall-inġenju u għall-operat tiegħu;

    I

    34

    7.1.3

    ikkonforma mar-regolamenti dwar is-sikurezza matul il-proċeduri ta’ ħidma kollha billi tuża l-miżuri rilevanti dwar is-sikurezza biex tevita aċċidenti;

    I

    35

    7.1.4

    ikkontrolla u mmonitorja l-miżuri ta’ sikurezza kollha li huma neċessarji għat-tindif ta’ spazji magħluqa qabel ma l-persuni jiftħu u jnaddfu dawk il-faċilitajiet u jidħlu fihom;

    II

    36

    7.2.5

    ikkontrolla l-apparati tas-salvataġġ tal-ħajja u l-applikazzjoni korretta tat-tagħmir ta’ protezzjoni personali;

    II

    37

    7.3.1

    agħti bidu għal preparamenti għall-pjanijiet tas-salvataġġ ta’ tipi differenti ta’ emerġenzi;

    II

    38

    7.4.1

    ħu prekawzjonijiet biex tipprevjeni t-tniġġis ambjentali u uża t-tagħmir rilevanti;

    II

    39

    7.4.2

    applika l-liġijiet dwar il-ħarsien tal-ambjent;

    II

    40

    7.4.3

    uża tagħmir u materjali b’mod ekonomiku u ekoloġiku.

    II

    Appendiċi 2

    Kontenut tal-parti tal-eżami dwar l-eżekuzzjoni tal-vjaġġ

    L-elementi kollha elenkati f’din il-parti tal-eżami għandhom jiġu ttestjati. F’kull element, l-applikant irid jikseb tal-anqas 7 punti minn massimu ta’ 10.

    Nru.

    Kompetenzi

    Elementi tal-eżami

    1

    1.1.1

    Innaviga u mmanuvra l-inġenju kif xieraq għas-sitwazzjoni u skont ir-rekwiżiti statutorji tal-liġi navigazzjonali (bħala funzjoni tal-veloċità u tad-direzzjoni kurrenti, filwaqt li tivverifika l-fond tal-ilma u l-pixka tal-bastiment mgħobbi, id-distanza taħt il-propella, id-densità tat-traffiku, l-interazzjoni ma’ inġenji oħra, eċċ.);

    2

    1.1.4

    Trakka u vara l-inġenju tal-passaġġ fuq l-ilma intern, b’mod korrett u xieraq u f’konformità mar-rekwiżiti statutorji u/jew relatati mas-sikurezza;

    3

    1.1.5

    Erġa’ aġġusta jew irrisettja l-għajnuniet għan-navigazzjoni jekk hemm bżonn;

    4

    1.1.5

    Iġbor l-informazzjoni kollha rilevanti għan-navigazzjoni fornita mill-għajnuniet għan-navigazzjoni u użaha biex tadatta l-immaniġġjar tal-inġenju;

    5

    1.1.6

    Ixgħel l-apparati neċessarji fil-pożizzjoni tas-sewqan (għajnuniet għan-navigazzjoni bħall-AIS Interna, ECDIS Interna) u aġġustahom;

    6

    2.2.2

    Ara li l-inġenju hu lest għall-vjaġġ skont ir-regolamenti, u li l-merkanzija u oġġetti oħra ġew stivati b’mod sikur skont ir-regolamenti;

    7

    4.2.2

    Wieġeb kif xieraq għall-ħsarat (li għandhom jiġu ssimulati, fejn xieraq) matul in-navigazzjoni (eż. żieda fit-temperatura tal-ilma tat-tberrid, tnaqqis fil-pressjoni taż-żejt tal-magna, ħsara fil-magna/i ewlenija, ħsara fit-tmun, komunikazzjonijiet disturbati tar-radju, ħsara fl-apparat tat-telefown tar-radju, direzzjoni inċerta ta’ inġenji oħra), iddeċiedi fuq il-passi li jmiss u organizza jew ħu l-passi xierqa rigward ix-xogħol ta’ manutenzjoni biex tiżgura navigazzjoni sikura;

    8

    5.1.2

    Immaniġġja l-inġenju b’tali mod li tkun tista’ tantiċipa l-possibbiltà ta’ aċċident u tevita tkagħbir bl-użu għalxejn; verifika frekwenti tal-indikaturi disponibbli;

    9

    6.1.1

    Stabbilixxi komunikazzjoni speċifika mal-membri tal-ekwipaġġ (komunikazzjoni abbord) rigward diversi manuvri u bħala parti mil-laqgħat mal-persunal (pereżempju briefings) jew ma’ persuni li magħhom hu meħtieġ li jkun hemm kooperazzjoni (billi tuża n-netwerks ta’ komunikazzjoni tar-radju kollha);

    10

    6.2.2

    Ikkomunika mal-persuni kkonċernati (abbord) u ma’ atturi oħra (ċentru tat-traffiku tas-settur, inġenji oħra, eċċ.) matul dawn l-attivitajiet skont ir-regolamenti (netwerks, passaġġi fuq l-ilma tul ir-rotta vvjaġġata): użu tat-telefown tar-radju, tat-telefown;

    11

    7.3.3

    Indirizza sitwazzjoni ta’ emerġenza (li tiġi ssimulata, fejn xieraq – eż. persuna taqa’ fl-ilma, inċident ta’ ħsara, nar abbord, il-ħruġ ta’ sustanzi perikolużi, tnixxijiet) permezz ta’ manuvri jew miżuri fil-pront u prudenti tas-salvataġġ u/jew ta’ limitazzjoni tal-ħsarat. Innotifika u informa lill-individwi rilevanti u lill-awtoritajiet kompetenti f’każ ta’ emerġenza;

    12

    7.3.4

    Ikkomunika mal-persuni kkonċernati f’każ ta’ ħsarat (abbord) u ma’ atturi oħra (użu tat-telefown tar-radju, tat-telefown) biex il-problemi jkunu jistgħu jiġu solvuti.

    2.   Rekwiżiti tekniċi għall-inġenji użati għall-eżami prattiku

    L-inġenju użat għal eżami prattiku għandu jkun kopert mill-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2017/2397.

    V.   STANDARDS GĦALL-MODULU ADDIZZJONALI DWAR IS-SUPERVIŻJONI FIL-KUNTEST TAL-EŻAMI PRATTIKU GĦALL-KISBA TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KWALIFIKAZZJONI BĦALA KAPTAN

    Il-kandidati li la lestew programm ta’ taħriġ approvat fuq il-bażi tal-istandards tal-kompetenza għal-livell operazzjonali u li lanqas ma għaddew minn valutazzjoni tal-kompetenza minn awtorità amministrattiva mmirata biex tivverifika li l-istandards tal-kompetenza għal-livell operazzjonali huma ssodisfati, iridu jgħaddu minn dan il-modulu.

    Ir-rekwiżiti ta’ hawn taħt iridu jiġu ssodisfati b’mod supplimentari għal dawk imsemmija taħt l-istandards għall-eżami prattiku għall-kisba ta’ ċertifikat ta’ kwalifika bħala kaptan.

    1.   Kompetenzi speċifiċi u sitwazzjonijiet ta’ valutazzjoni

    L-eżaminaturi huma liberi li jiddeċiedu dwar il-kontenut tal-elementi tal-eżamijiet individwali. L-eżaminaturi għandhom jittestjaw 20 mill-25 element tal-kategorija I.

    L-eżaminaturi għandhom jittestjaw 8 mit-12-il element tal-kategorija II.

    L-applikanti jistgħu jiksbu 10 punti f’kull element bħala riżultat massimu.

    Għall-kategorija I, l-applikanti jridu jiksbu minimu ta’ 7 minn 10 punti f’kull element. Għall-kategorija II, l-applikanti jridu jiksbu punteġġ minimu totali ta’ 40 punt.

    Nru.

    Kompetenzi

    Elementi tal-eżami

    Kategorija I-II

    1

    0.1.1

    uża materjali disponibbli abbord bħal winċijiet, bollards, ħbula u wajers fid-dawl tal-miżuri rilevanti ta’ sikurezza fix-xogħol li jinkludu l-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali u tas-salvataġġ;

    I

    2

    0.1.2

    qabbad u aqla’ kombinamenti ta’ barkuni mbuttati billi tuża t-tagħmir u l-materjali meħtieġa;

    I

    3

    0.1.2

    uża t-tagħmir u l-materjali disponibbli abbord għal operazzjonijiet ta’ akkoppjar filwaqt li tqis il-miżuri rilevanti ta’ sikurezza fix-xogħol li jinkludu l-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali u tas-salvataġġ;

    I

    4

    0.1.3

    uri manuvri ta’ ankraġġ;

    I

    5

    0.1.3

    uża t-tagħmir u l-materjali disponibbli abbord għall-operazzjonijiet ta’ ankraġġ filwaqt li tqis il-miżuri ta’ sikurezza fix-xogħol inkluż dwar l-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali u tas-salvataġġ;

    I

    6

    0.1.4

    issiġilla l-inġenju b’tali mod li ma jidħolx ilma;

    I

    7

    0.1.4

    aħdem skont il-lista ta’ kontroll fuq il-gverta u fil-postijiet ta’ għajxien bħall-protezzjoni kontra l-ilma u l-għeluq tal-bokkaporti u tal-istivi;

    I

    8

    0.1.5

    spjega u uri l-proċeduri applikabbli lill-membru tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta filwaqt li l-inġenju jkun għaddej minn imgħalaq, minn digi u minn taħt pontijiet;

    II

    9

    0.1.6

    immaniġġja u mantni s-sistema ta’ mmarkar, tas-sinjali u tas-senjalazzjonijiet bil-ħoss ta’ binhar u billejl tal-inġenju;

    I

    10

    0.3.3

    uża l-metodi għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ merkanzija mgħobbija jew rilaxxata;

    II

    11

    0.3.3

    ikkalkula l-ammont ta’ merkanzija likwida bl-użu tas-soundings jew tat-tabelli tat-tank, jew it-tnejn;

    II

    12

    0.4.1

    opera u kkontrolla l-makkinarju fil-kamra tal-magni skont il-proċeduri;

    I

    13

    0.4.1

    spjega l-funzjoni, l-operat u l-manutenzjoni sikuri tas-sistema tas-sentina u tas-saborra inklużi: ir-rapportar ta’ inċidenti assoċjati mal-operazzjonijiet ta’ trasferiment u l-ħila li tkejjel u tirrapporta kif suppost il-livelli tat-tank;

    II

    14

    0.4.1

    ħejji u ħaddem operazzjonijiet ta’ tifi tal-magni wara l-operat;

    I

    15

    0.4.1

    ħaddem is-sistemi tas-sentina tal-ippumpjar, tas-saborra u tal-ippumpjar tal-merkanzija;

    I

    16

    0.4.1

    uża sistemi idrawliċi u pnewmatiċi;

    I

    17

    0.4.2

    uża switchboard;

    I

    18

    0.4.2

    uża l-provvista tal-elettriku minn fuq l-art;

    I

    19

    0.4.3

    applika proċeduri ta’ xogħol sikur fil-manutenzjoni u fit-tiswija ta’ magni u ta’ tagħmir;

    I

    20

    0.4.5

    mantni u ħu ħsieb pompi, sistemi ta’ pajpijiet, sistemi tas-sentina u tas-saborra;

    II

    21

    0.5.1

    naddaf l-ispazji ta’ akkomodazzjoni kollha, il-kamra tat-tmunier u żomm l-ambjent kif xieraq b’mod li jirrispetta r-regoli dwar l-iġjene, inklużar-responsabbiltà għall-ispazju ta’ akkomodazzjoni tiegħek stess;

    II

    22

    0.5.1

    naddaf il-kmamar tal-magni u l-magni billi tuża l-materjali tat-tindif xierqa;

    I

    23

    0.5.1

    naddaf u ppreserva l-partijiet esterni, il-buq u l-gverti tal-inġenjufl-ordni korrett filwaqt li tuża l-materjali xierqa skont ir-regoli ambjentali;

    II

    24

    0.5.1

    ħu ħsieb l-inġenju u r-rimi tal-iskart domestiku skont ir-regoli ambjentali;

    II

    25

    0.5.2

    mantni u ħu ħsieb it-tagħmir tekniku kollu skont l-istruzzjonijiet tekniċi u uża l-programmi ta’ manutenzjoni (inklużi diġitali);

    I

    26

    0.5.3

    uża u stiva il-ħbula u l-wajers skont il-prattiki u r-regoli dwar ix-xogħol sikur;

    II

    27

    0.5.4

    iċċomba wajers u ħbula, applika għoqiedi skont l-użu tagħhom u mantni l-wajers u l-ħbula;

    I

    28

    0.6.1

    uża t-termini tekniċi u nawtiċi meħtieġa kif ukoll it-termini relatati mal-aspetti soċjali fi frażijiet ta’ komunikazzjoni standardizzati;

    I

    29

    0.7.1

    ipprevjeni perikli abbord;

    I

    30

    0.7.1

    ipprevjeni attivitajiet li jistgħu jkunu perikolużi għall-persunal jew għall-inġenju;

    I

    31

    0.7.2

    uża t-tagħmir ta’ protezzjoni personali;

    I

    32

    0.7.3

    uża l-ħiliet tal-għawm għal operazzjonijiet tas-salvataġġ;

    II

    33

    0.7.3

    uża t-tagħmir tas-salvataġġ fil-każ ta’ operazzjonijiet tas-salvataġġ u salva u ttrasporta vittma ta’ diżgrazzja;

    II

    34

    0.7.4

    żomm ir-rotot ta’ ħruġ f’emerġenza ħielsa minn ostakli;

    II

    35

    0.7.5

    uża s-sistemi u t-tagħmir ta’ komunikazzjoni u ta’ allarm f’emerġenzi;

    I

    36

    0.7.6, 0.7.7

    applika diversi metodi għat-tifi tan-nar u tagħmir għat-tifi tan-nar u installazzjonijiet fissi;

    I

    37

    0.7.8

    agħti l-ewwel għajnuna medika.

    I

    2.   Rekwiżiti minimi għall-inġenji li fuqhom ser isir l-eżami prattiku

    Inġenju użat għal eżami prattiku għandu jkun kopert mill-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2017/2397.


    (1)  L-Istandards Ewropej li jistabbilixxu r-Rekwiżiti Tekniċi għal bastimenti ta’ Navigazzjoni Interna huma disponibbli fuq https://www.cesni.eu.


    NNESS III

    STANDARDS GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ SIMULATURI

    I.   REKWIŻITI TEKNIĊI U FUNZJONALI GĦALL-IMMANIĠĠJAR TAL-BASTIMENTI U GĦAS-SIMULATURI TAR-RADARS FIN-NAVIGAZZJONI FUQ L-ART

    Nru

    Tema

    Livell tal-kwalità tar-rekwiżit tekniku

    Proċedura tat-test

    Simulatur tal-immaniġġjar tal-bastiment

    Simulatur tar-radar

    1.

    Installazzjoni tar-radar navigazzjonali interna

    Tal-anqas installazzjoni tar-radar navigazzjonali interna waħda bl-istess funzjonalitajiet bħal installazzjoni tar-radar navigazzjonali interna b’approvazzjoni tat-tip skont ES-TRIN trid tkun installata fuq is-simulatur.

    Irid jiġi vverifikat jekk l-installazzjoni għandhiex l-istess funzjonalitajiet bħall-installazzjoni tar-radar navigazzjonali interna b’approvazzjoni tat-tip.

    x

    x

    2.

    Sistema ta’ komunikazzjoni

    Is-simulatur għandu jkun mgħammar b’sistema ta’ komunikazzjoni li tinkludi

    link telefonika interna alternattiva u

    żewġ sistemi indipendenti ta’ komunikazzjoni bir-radju fil-passaġġi fuq l-ilma interni.

    Irid jiġi vverifikat jekk is-simulatur huwiex mgħammar b’sistemi ta’ komunikazzjoni.

    x

    x

    3.

    ECDIS Interna

    Tal-anqas ECDIS Interna waħda trid tkun installata fuq is-simulatur.

    Irid jiġi vverifikat jekk l-installazzjoni għandhiex l-istess funzjonalitajiet bħall-ECDIS Interna.

    x

     

    4.

    Żona tal-eżerċizzji

    Iż-żona tal-eżerċizzji fiha tal-anqas xmara rappreżentattiva bi friegħi jew kanali laterali u b’portijiet

    Spezzjoni viżwali taż-żona

    x

    x

    5.

    Sinjali akustiċi

    Is-sinjali akustiċi jistgħu jingħataw bl-użu ta’ pedali tas-saqajn jew buttuni.

    Irid jiġi vverifikat jekk il-pedali tas-saqajn jew il-buttuni jaħdmux kif suppost.

    x

    x

    6.

    Panil tad-dwal għan-navigazzjoni billejl

    Hemm panil tad-dwal għan-navigazzjoni billejl installat fuq is-simulatur.

    Irid jiġi vverifikat jekk il-panil tad-dwal għan-navigazzjoni billejl jaħdimx kif suppost.

    x

    x

    7.

    Mudelli matematiċi għall-inġenju

    Tal-anqas tliet mudelli matematiċi ta’ tipi rappreżentattivi ta’ inġenji b’metodi differenti ta’ propulsjoni u ta’ kundizzjonijiet ta’ tagħbija inkluż inġenju żgħir wieħed li jista’ jkun inġenju tal-ġbid wieħed ta’ daqs medju (eż. tul ta’ 86 m) u inġenju kbir wieħed (eż. tul ta’ 110 jew 135 m).

    Irid jiġi vverifikat jekk it-tliet mudelli obbligatorji humiex disponibbli.

    x

     

    8.

    Mudelli matematiċi għall-inġenju

    Tal-anqas mudell matematiku wieħed ta’ tip rappreżentattiv ta’ inġenju (eż. tul ta’ 86 m).

    Irid jiġi vverifikat jekk il-mudell obbligatorju huwiex disponibbli.

     

    x

    9

    Numru ta’ inġenji mira disponibbli (1)

    Is-simulatur għandu jinkludi inġenju mira ta’ tal-anqas 5 klassijiet tal-Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport (CEMT).

    Irid jiġi vverifikat jekk in-numru u l-varjetà meħtieġa tal-inġenju mira humiex disponibbli.

    x

    x

    10.

    Stazzjon tal-operatur

    L-operatur għandu jkun kapaċi jikkomunika bil-kanali kollha ta’ frekwenza għolja ħafna (VHF). L-operatur irid ikun kapaċi jimmonitorja l-użu tal-kanali.

    Irid jiġi vverifikat jekk l-operatur jistax jikkomunika bil-kanali tal-VHF kollha u jekk l-operatur jistax jimmonitorja l-użu tal-kanali kollha.

    x

    x

    11.

    Diversi eżerċizzji

    Għandu jkun hemm possibbiltà li jinħolqu, jinħażnu u jitwettqu diversi eżerċizzji, li għandhom ikunu manipulabbli waqt it-tħaddim.

    Għandhom jitwettqu operazzjonijiet differenti.

    x

    x

    12.

    Eżerċizzji separabbli

    Matul l-eżaminar ta’ aktar minn applikant wieħed, l-eżerċizzji tal-applikanti m’għandhomx itellfu fl-eżami ta’ applikant ieħor.

    L-eżerċizzju għandu jerġa’ jsir għal kull applikant.

    x

    x

    13.

    Il-funzjonijiet u t-tifsila tal-pont tal-inġenju

    Il-kamra tat-tmunier għandha tkun imfassla għan-navigazzjoni bir-radar minn persuna waħda kif stipulat fl-ES-TRIN 2017/1.

    Irid jiġi vverifikat jekk it-tifsila tal-pont u l-funzjonijiet tat-tagħmir jikkorrispondux għar-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-inġenji tal-passaġġi fuq l-ilma interni. Irid jiġi vverifikat jekk il-kamra tat-tmunier hijiex imfassla għal operazzjonijiet tat-tmun imwettqa minn persuna waħda.

    x

    x

    14.

    Stazzjon tat-tmun (pont/kabina)

    L-istazzjonijiet tat-tmun jixbhu lil dawk abbord inġenji interni fir-rigward tal-forma u tad-dimensjonijiet.

    Spezzjoni viżwali.

    x

    x

    15.

    Stazzjon tal-operatur

    1.

    Għandu jkun hemm kamra separata li fiha l-operatur(i) u l-eżaminatur(i) jistgħu joqogħdu bilqiegħda, fejn l-eżaminatur irid ikun kapaċi jipperċepixxi l-immaġni tar-radar tal-applikant.

    2.

    Il-kamra tat-tmunier u l-ispazju tal-operatur iridu jkunu separati minn xulxin. Għandhom ikunu l-akbar iżolazzjoni akustika possibbli.

    3.

    L-operatur irid ikun kapaċi jopera tal-anqas żewġ kanali tal-VHF fl-istess ħin.

    4.

    L-operatur irid ikun kapaċi jidentifika liema kanal ta’ komunikazzjoni bir-radju qed juża l-applikant.

    Spezzjoni viżwali tal-istazzjon tal-operatur u kontroll tal-funzjonalità.

    x

    x

    16.

    Stazzjon tal-Briefing/tad-Debriefing

    Possibbiltà ta’ twettiq mill-ġdid fi stazzjon tal-operatur jew tad-debriefing.

    L-attivitajiet ta’ valutazzjoni jridu jkunu mmonitorjati.

    x

    x

    Inġenju proprju (2)

    17.

    Gradi ta’ libertà

    Is-simulatur għandu jkun kapaċi jivviżwalizza l-moviment f’sitt gradi ta’ libertà.

    Il-gradi ta’ libertà implimentati fis-simulatur jistgħu jiġu evalwati bl-osservazzjoni tas-sistema ta’ viżwalizzazzjoni jew bl-istrumenti. Għaldaqstant, il-manuvri li ġejjin jitwettqu bl-użu ta’ inġenji żgħar li normalment jiċċaqilqu b’mod aktar distintiv u veloċi minn dawk akbar minnhom.

    Jekk l-orizzont ikun qed jitbandal meta tħares ’il quddiem matul in-navigazzjoni f’liwjiet, il-moviment tad-dawran jiġi implimentat.

    Jekk il-pruwa tal-inġenju titla’ u titbaxxa b’aċċellerazzjonijiet lonġitudinali qawwijin, il-moviment tal-piċċ jiġi implimentat.

    Jekk id-displej tal-ekosonda jinbidel matul veloċitajiet ogħla f’fond kostanti tal-ilma, il-moviment tat-timwiġ jiġi implimenta. Dan it-test jimplika l-immudellar tal-effett tal-isquat.

    x

     

    18.

    Gradi ta’ libertà

    Is-simulatur għandu jkun kapaċi jissimula l-moviment fi tliet gradi ta’ libertà.

    Il-gradi ta’ libertà implimentati fis-simulatur iridu jiġu evalwati.

     

    x

    19.

    Sistema ta’ propulsjoni

    Is-simulazzjoni tal-komponenti kollha tas-sistema ta’ propulsjoni titwettaq viċin ir-realtà u tikkunsidra l-influwenzi rilevanti kollha.

    Is-sistema ta’ propulsjoni trid tiġi ttestjata b’manuvri ta’ aċċellerazzjoni u ta’ waqfien li matulhom tkun tista’ tiġi osservata l-prestazzjoni tal-magna (f’termini tar-reazzjoni għat-throttle) u tal-inġenju (f’termini tal-veloċità massima u tal-imġiba relatata mal-ħin).

    x

    x

    20.

    Apparati ta’ kontroll

    L-apparat ta’ kontroll iġib ruħu viċin għar-realtà rigward ir-rata tad-dawran tat-tmun u jqis l-aktar influwenzi importanti.

    Biex tiġi ttestjata l-kwalità tas-simulazzjoni tal-apparati ta’ kontroll, jistgħu jitwettqu investigazzjonijiet differenti. Il-limitazzjonijiet jingħataw fejn ma jkunx possibbli li tiġi evalwata l-imġiba mingħajr protokolli ta’ varjabbli tal-istat.

    Reazzjoni: L-apparat ta’ kontroll jintuża f’moviment ’il quddiem u b’lura. Tiġi osservata jekk jibdew iseħħu tibdiliet fid-direzzjoni tal-inġenju.

    rata tad-dawran tat-tmun: Jintuża l-apparat ta’ kontroll u r-rata tad-dawran tiġi osservata fuq id-displej. Tista’ titkejjel jekk ir-rata tkun realistika.

    x

    x

    21.

    Effetti tal-ilma baxx

    L-effett ta’ fond limitat tal-ilma fuq id-domanda għall-potenza u l-imġiba ta’ mmanuvrar hu mmudellat b’mod korrett f’termini tal-kwalità.

    Huma proposti żewġ tipi ta’ testijiet li jippermettu li tiġi ġġudikata l-kwalità rigward il-kunsiderazzjoni tal-influwenza tal-ilma baxx:

    Sewqan dritt’ il quddiem: fuq fond li jvarja tal-ilma titkejjel il-veloċità massima miksuba, standardizzata bil-veloċità fuq l-ilma fond u plottjata kontra l-parametru pixka skont il-fond tal-ilma (T/h). It-tqabbil mad-data eżistenti mit-testijiet mudell jagħti informazzjoni dwar il-kwalità tal-influwenza tal-ilma baxx fis-simulazzjoni.

    Ċirku tad-dawran: billi inġenju jitħaddem b’potenza kostanti u f’angolu tat-tmun ta’ 20° fuq ilma mingħajr restrizzjonijiet laterali, il-valuri tal-veloċità, tal-angolu tad-deriva, tar-rata tad-dawran u tad-dijametru taċ-ċirku tad-dawran ta’ bastiment wieqaf f’manuvra ta’ dawran jistgħu jiġu rreġistrati fuq fond tal-ilma mnaqqas b’mod gradwali.

    L-ipplottjar ta’ din id-data kontra t-T/h jippermetti li jiġi ddeterminat kif l-angolu tad-deriva, ir-rata tad-dawran, il-veloċità u d-dijametru jinbidlu mal-fond tal-ilma.

    x

     

    22.

    Influwenza tal-kurrent

    Jeżistu tal-anqas żewġ punti ta’ kejl kurrenti fuq l-inġenju biex ikun jista’ jiġi kkalkolat il-mument tal-imbardata kurrenti.

    Huma ppjanati testijiet biex tiġi vverifikata l-eżistenza tal-karatteristika tal-prestazzjoni u l-kunsiderazzjoni tagħha fis-simulazzjoni:

    Inġenju proprju mingħajr propulsjoni jitqiegħed fi xmara bil-kurrent eżistenti. Jiġi osservat jekk l-inġenju jinġarrx mill-kurrent. Barra minn hekk, jiġi vverifikat jekk jiġix aċċellerat sal-veloċità kurrenti. Jekk il-kurrent jimxi fid-direzzjoni tax-xmara, jiġi vverifikat ukoll jekk l-inġenju jdur ftit.

    Prova bid-dħul f’port minn xmara bil-kurrent turi kemm is-simulatur jikkalkula b’mod realistiku il-mument tal-imbardata ġġenerat mill-kurrent mhux omoġenu.

    x

    x

    23.

    Influwenza tar-riħ

    L-influwenza tar-riħ tiġġenera forzi fil-pjan orizzontali skont il-veloċità u d-direzzjoni attwali tar-riħ. Ir-riħ jiġġenera mumenti tal-imbardata u ta’ rrolljar ukoll.

    Biex jiġi vverifikat il-livell ta’ kwalità tal-influwenza tar-riħ, jistgħu jitwettqu testijiet differenti. Biex dawn l-effetti jkunu jistgħu jiġu individwati faċilment, iridu jintgħażlu veloċitajiet relattivament għoljin tar-riħ.

    Eżegwixxi t-test kif ġej: wettaq test bir-riħ ġej minn faċċata kif ukoll lateralment b’żewġ veloċitajiet tar-riħ differenti f’żona b’ebda influwenza oħra minbarra r-riħ. Ibda r-riħ u nnota l-imġiba. Waqqaf ir-riħ u erġa’ nnota l-imġiba. Ibda b’inġenju li ma jkunx qed jiċċaqlaq.

    x

     

    24.

    Effett tax-xatt

    Il-forza laterali u l-mument tal-imbardata għandhom tendenza li jinbidlu mad-distanza mix-xatt u mal-veloċità b’mod xieraq.

    Għall-kontroll tal-effett tax-xatt fis-simulatur, hemm bżonn ta’ żona tal-eżerċizzji li tipprovdi xatt jew ħajt fuq naħa minnhom. Iridu jsiru t-testijiet li ġejjin:

    L-inġenju miexi b’mod parallel mal-ħajt. Jiġi vverifikat jekk il-moviment dritt huwiex affettwat u jekk l-inġenju huwiex attirat lejn il-ħajt u jekk il-pruwa daritx’l hemm minnu.

    Id-distanza mix-xatt jew mill-ħajt u l-veloċità tal-inġenju jitbiddlu u jiġi osservat kif jinbidlu l-effetti.

    x

     

    25.

    Interazzjoni bejn inġenju u ieħor

    L-inġenji jinteraġixxu ma’ xulxin u jiġu kkalkolati l-effetti realistiċi.

    Għal kontroll sħiħ tal-interazzjoni bejn inġenju u ieħor għandu jinbeda eżerċizzju b’żewġ inġenji proprji fuq is-simulatur f’ilma mingħajr restrizzjoni laterali. Jekk dan ma jkunx possibbli, it-test jista’ jsir ukoll billi jintuża inġenju tat-traffiku bħala l-inġenju l-ieħor. Għal valutazzjoni tajba tar-riżultati, l-inġenju għandu jibda f’rotot paralleli f’distanza laterali relattivament żgħira.

    Kemm għall-qlugħ (overtaking) kif ukoll għat-tqarrib (encountering) se jiġi vverifikat kemm l-inġenju proprju juri attrazzjoni u rotazzjoni.

    Il-fond tal-ilma jitnaqqas. Għandu jiġi vverifikat jekk l-effetti tal-interazzjoni jiżdidux.

    Id-distanza bejn l-inġenji għandha tiżdied biex jinstab jekk l-effetti jonqsux.

    Il-veloċità tal-inġenju l-ieħor għandha tiżdied. Ir-relazzjoni funzjonali bejn l-effett ta’ inġenju li jaqla’ u l-veloċità tat-tqarrib għandhom jiġu vverifikati.

    x

     

    26.

    Squat

    Kemm il-kalar kif ukoll l-inklinazzjoni lonġitudinali dinamiċi jiġu mmudellati skont il-veloċità, il-fond tal-ilma u l-pixka.

    Din il-karatteristika tiġi ttestjata l-aħjar f’żona b’ilma mingħajr restrizzjoni laterali u b’fond kostanti tal-ilma.

    Sessjoni ta’ prova trid turi jekk il-karatteristika “squat” tistax tiġi vverifikata bl-użu tal-ekosondi.

    Valuri differenti għad-distanza taħt il-propella fil-pruwa u fil-poppa juru jekk l-inġenju jinklinax b’mod lonġitudinali.

    B’veloċità li tiżdied tiġi vverifikata r-relazzjoni funzjonali bejn l-isquat (differenza bejn id-distanza taħt il-propella matul il-waqfien u l-moviment) u l-veloċità tal-inġenju.

    Jiġi ttestjat jekk l-isquat tiżdiedx f’veloċità kostanti iżda b’fond tal-ilma li jonqos.

    x

     

    27.

    Effett tal-kanali

    Kunsiderazzjoni tal-fluss tar-reżistenza tal-kurrent. Il-fluss tar-reżistenza mhuwiex lineari għall-veloċità tal-inġenju.

    Il-fluss tar-reżistenza mhuwiex effett fiżiku miġjub fis-simulatur bħala forza reżistenti eżegwita fuq l-inġenju. Biex dan jiġi ttestjat, inġenju jitqiegħed f’kanal dejjaq, l-inġenju jitħaddem b’potenza kostanti. Imbagħad titkejjel il-veloċità. Tiżdied il-potenza u titkejjel il-veloċità. It-test jiġi ripetut f’ilma fil-ftuħ bl-istess potenza kostanti (żewġ livelli) applikata. L-effett mistenni hu:

    Il-veloċità fil-kanal dejjaq hi anqas milli fl-ilmijiet fil-ftuħ fl-istess issettjar tal-potenza.

    F’issettjar akbar tal-potenza, id-differenza fil-veloċità hi akbar milli f’issettjar tal-potenza anqas.

    x

     

    28.

    Effett tal-magħlaq

    F’magħlaq, l-inġenju jesperjenza l-istess effetti bħal f’kanal. Il-magħlaq jikkawża effett addizzjonali minħabba fluss ta’ spostament ikkawżat mill-inġenju b’fattur ta’ mblokkar kbir li jidħol fil-magħlaq (l-effett tal-pistuni).

    It-test għall-effett tal-kanal juri l-fluss tar-reżistenza. Dan it-test m’għandux bżonn jiġi ripetut. L-effett tal-pistuni jista’ jintwera billi:

    L-inġenju jittieħed fil-magħlaq b’veloċità relattivament għolja. L-inġenju għandu jesperjenza reżistenza addizzjonali ara li jidħol fil-magħlaq (tnaqqis fil-veloċità). Meta titwaqqaf il-propulsjoni, il-forzi tar-riversjar għandhom ikunu għadhom disponibbli u l-inġenju għandu jirriversja ftit.

    Ibda fil-magħlaq, issettja l-propulsjoni b’issettjar fiss. L-inġenju jitlaq mill-magħlaq, u jesperjenza forza reżistenti minħabba l-effett tal-pistuni. Wara li jitlaq mill-magħlaq (l-inġenju jħalli l-magħlaq warajh), il-forza reżistenti għandha tieqaf, kif muri minn żieda f’daqqa fil-veloċità li tista’ tiġi nnotata.

    x

     

    29.

    Inkaljar

    L-inkaljar inaqqas il-veloċità tal-inġenju, u dan jista’ jinstema’ iżda mhux f’kull każ iwassal biex l-inġenju jieqaf. L-inkaljar jiġi nnotifikat lill-operatur.

    Żona tal-eżerċizzji b’qiegħ regolari li jitla’ ftit, ftit hi neċessarja biex isiru verifiki għall-inkaljar. Hawnhekk tiġi indirizzata l-eżistenza ta’ informazzjoni xierqa dwar il-fond fis-simulatur innifsu u mhux ir-rappreżentazzjoni fis-sistema ta’ viżwalizzazzjoni.

    Meta l-inkaljar isir fuq xtajta, irid jiġi ttestjat jekk l-inġenju verament jiqafx u, jekk iva, jekk jiqafx minnufih jew inaqqasx il-veloċità.

    Matul l-inkaljar, it-tibdil fil-pjan orizzontali tal-inġenju jrid jiġi vverifikat bis-sistema ta’ viżwalizzazzjoni.

    Matul is-sewqan fuq qiegħ ċatt f’ilma baxx ħafna, irid jiġi ttestjat jekk l-inġenju jinkaljax minħabba l-isquat filwaqt li l-veloċità tkompli tiżdied kontinwament.

    Għal kull okkorrenza ta’ inkaljar irid jiġi vverifikat jekk dan l-inċident ikunx akkumpanjat minn ħoss.

    x

     

    30.

    Inkaljar

    Kolliżjoni inġenju-xatt Kolliżjoni inġenju-inġenju Kolliżjoni inġenju-pont

    Inkaljar, kolliżjoni inġenju-xatt, inġenju-inġenju, inġenju jew pont jiġu nnotifikati fis-simulazzjoni lill-kandidat u lill-operatur.

    Spezzjoni viżwali

     

    x

    31.

    Kolliżjoni inġenju-xatt

    Il-kolliżjonijiet inġenju-xatt jiġu nnotifikati fis-simulazzjoni tal-anqas b’ħoss. Is-simulazzjoni tnaqqas il-veloċità tal-inġenju. Il-kalkolu tal-kolliżjoni jsir billi tintuża forma bidimensjonali (2) tal-inġenju.

    Għaż-żoni tal-eżerċizzji b’oġġetti differenti fuq ix-xatt biss tista’ tiġi ttestjata s-simulazzjoni inġenju-plajja.

    Billi jsir tbaħħir kontra oġġetti differenti jkun jista’ jiġi ttestjat jekk is-simulatur jistax jindividwahom u jirreaġixxi għalihom.

    Għal oġġetti differenti, għandu jiġi ttestjat jekk hemmx ċerti tipi li għalihom ma sseħħ ebda reazzjoni għall-kolliżjoni.

    Il-ħoss għall-kolliżjoni jista’ jiġi ttestjat bis-sistema tal-awdjo tas-simulatur, jekk tkun disponibbli.

    L-osservazzjoni tal-kolliżjoni fis-sistema ta’ viżwalizzazzjoni turi jekk il-kolliżjoni sseħħx f’daqqa waħda jew jekk tiġix issimulata żona tat-tifrik.

    Kolliżjoni ma’ angolu ċatt b’veloċità baxxa tista’ turi jekk tiġix ikkalkulata mbuttatura elastika.

    x

     

    32.

    Kolliżjoni inġenju-inġenju

    Il-kolliżjonijiet inġenju–inġenju jiġu nnotifikati fis-simulazzjoni tal-anqas b’ħoss. Is-simulazzjoni tnaqqas il-veloċità tal-inġenju. Il-kalkolu tal-kolliżjoni jsir billi tintuża forma bidimensjonali tal-inġenju.

    Taħt il-prekundizzjoni li ma tagħmel ebda differenza għall-inġenju proprju jekk l-inġenju l-ieħor li jkun qed jidħol fil-kolliżjoni miegħu huwiex inġenju proprju ieħor jew inġenju tat-traffiku, jistgħu jitwettqu kolliżjonijiet differenti.

    Jiġi vverifikat liema reazzjoni sseħħ fis-simulatur matul kolliżjoni inġenju-inġenju għall-inġenju proprju u jekk jistax jiġi nnotat ħoss.

    Fl-istazzjon tal-istruttur, jiġi vverifikat bi tkabbir suffiċjenti, jekk jintużawx it-truf tal-inġenju għad-detezzjoni tal-kolliżjoni.

    Jiġi ttestjat, jekk il-kolliżjoni sseħħ eżatt f’dak il-mument, meta t-truf imissu ma’ xulxin.

    Jiġi vverifikat jekk hemmx detezzjoni preċiża tal-kolliżjoni anki għal inġenji varji b’forom differenti.

    x

     

    33.

    Kolliżjoni inġenju-pont

    Il-kolliżjonijiet inġenju-pont jiġu individwati bl-użu ta’ valur statiku tal-għoli (li jikkorrispondi għal kamra tat-tmunier baxxuta, arblu baxxut). Il-kolliżjonijiet jiġu nnotifikati fis-simulazzjoni tal-anqas b’ħoss. Is-simulazzjoni tnaqqas il-veloċità tal-inġenju.

    Biex tiġi eżaminata din il-kisba, irid ikun jeżisti pont fiż-żona tal-eżerċizzji u tintuża Ċart Elettronika tan-Navigazzjoni Interna.

    Jiġi vverifikat jekk matul il-passaġġ ta’ pont li ma jkollux distanza biżżejjed isseħħx kolliżjoni u xi jkun l-eżitu għas-simulazzjoni ulterjuri.

    Jiġi vverifikat jekk huwiex possibbli passaġġ sikur bi tnaqqis suffiċjenti tal-livell tal-ilma jew b’żieda tal-pixka. Dan għandu jiġi vverifikat ukoll fis-sistema ta’ viżwalizzazzjoni.

    Hemm bżonn li jsiru diversi tentattivi biex jiġi vverifikat il-punt ta’ kolliżjoni fuq il-bastiment, jekk ikun jeżisti wieħed biss. F’dan il-każ jista’ jiġi llokalizzat ukoll jekk il-pont jikkawżax kolliżjoni fil-linja tan-nofs jew fit-truf esterni.

    x

     

    34.

    Kamra tat-tmunier li togħla

    L-għoli tal-kolliżjoni u l-livell tal-għajnejn għandhom ikunu adattabbli għall-pożizzjoni tal-pont. Għandu jkun disponibbli moviment kontinwu tal-kamra tat-tmunier li togħla.

    Prekundizzjoni għall-ittestjar ta’ din il-karatteristika tal-prestazzjoni hi d-disponibbiltà ta’ inġenju tipiku tal-passaġġ fuq l-ilma intern, eż. inġenju b’tul ta’ 110 m.

    Id-disponibbiltà bażika ta’ din il-funzjonalità tista’ tiġi vverifikata bil-preżenza ta’ apparat operazzjonali għat-tibdil tal-pożizzjoni tal-pont.

    Il-funzjoni tista’ tiġi ttestjata fuq il-pont u għandu jiġi vverifikat jekk jistgħux jintgħażlu pożizzjonijiet arbitrarji u jekk il-moviment iseħħx f’daqqa jew b’veloċità realistika.

    Billi jiġi ppożizzjonat inġenju proprju ieħor fil-viċin, jista’ jiġi ttestjat jekk din il-funzjonalità hix disponibbli wkoll għal inġenji oħra fis-sistema ta’ viżwalizzazzjoni.

    Jista’ jiġi osservat ukoll jekk id-dwal navigazzjonali u s-sinjali ta’ binhar jimxux skont il-moviment tal-kamra tat-tmunier li togħla tat-tieni inġenju proprju fis-sistema ta’ viżwalizzazzjoni.

    x

     

    35.

    Ħbula

    Is-sistema ta’ viżwalizzazzjoni għandha turi d-dinamika tal-inġenju kif ukoll tal-ħabel (eż. kemm jintreħa, l-elastiċità, il-piż u t-tqattigħ u l-konnessjonijiet mal-punti tal-bollards).

    F’żona tal-eżerċizzji b’ħajt tal-moll, għandu jiġi ttestjat l-irmiġġ b’ħabel.

    Meta jintuża l-ħabel, għandu jiġi vverifikat jekk il-ħabel jaqbadx ma’ ċerti punti tal-bollards.

    It-tqattigħ ta’ ħabel għandu jiġi vverifikat billi jsir tentattiv li l-inġenju jitwaqqaf b’ħabel filwaqt li jkun għaddej b’veloċità sħiħa

    Ir-reħi tal-ħabel għandu jiġi vverifikat billi jitnaqqsu l-forza u d-distanza.

    x

     

    36.

    Ankri

    L-ankri jistgħu jiġu ssettjati u jinġibdu lura. Il-fond tal-ilma u d-dinamika tal-katina jiġu kkunsidrati.

    F’żona tal-eżerċizzji b’fond tal-ilma ristrett u b’inġenju proprju b’ankra waħda jew b’diversi tkun tista’ tiġi eżaminata l-funzjoni tal-ankra. Ikun raġonevoli jekk ikun hemm kurrent kostanti b’veloċità varjabbli disponibbli.

    L-issettjar u l-ġbid lura tal-ankra jkunu possibbli biss jekk ikunu jeżistu elementi operazzjonali xierqa. Irid jiġi vverifikat jekk hemmx strumenti li jindikaw it-tul tal-katina.

    Jiġi vverifikat jekk il-veloċitajiet ivarjawx waqt l-issettjar u l-ġbid lura. Barra minn hekk, irid jiġi vverifikat ukoll jekk jinstemax ħoss xieraq.

    B’varjazzjoni tal-fond tal-ilma jrid jiġi vverifikat jekk il-fond tal-ilma għandux influwenza fuq il-funzjoni tal-ankra.

    B’veloċità baxxa tal-kurrent, irid jiġi ttestjat jekk l-inġenju joxxillax u jiqafx kompletament wara l-ankraġġ.

    B’żieda kontinwa tal-kurrent, irid jiġi ttestjat jekk l-ankra żżommx l-inġenju.

    Jekk ankra waħda ma żżommx, irid jiġi vverifikat jekk l-inġenju jiqafx b’żewġ ankri meta jintużaw żewġ ankri.

    x

     

    37.

    Irmunkar (operazzjoni bejn żewġ inġenji)

    Matul l-irmunkar, jiġu kkunsidrati d-dinamika taż-żewġ inġenji kif ukoll il-konnessjoni tal-ħbula.

    Iż-żona tal-eżerċizzji għall-verifika tal-funzjoni tal-irmunkar tista’ tkun żona ta’ baħar miftuħ. Minbarra l-inġenju proprju li jirmonka jew dak irmunkat, hemm bżonn ta’ inġenju ieħor (inġenju proprju jew inġenju tat-traffiku).

    Il-kundizzjoni bażika għall-irmunkar tista’ tiġi ttestjata billi tinħareġ linja tal-irmunkar bejn inġenju proprju u l-inġenju l-ieħor.

    Jekk dan ma jkunx possibbli, irid jiġi vverifikat jekk tal-anqas jingħatax metodu alternattiv għad-definizzjoni ta’ forza li tiġi minn ġibda virtwali.

    Jiġi vverifikat jekk l-inġenju l-ieħor, użat bħala assistenza għall-irmunkar, jistax jaċċellera l-inġenju proprju rmunkat u jibda wkoll moviment tal-imbardata b’ġibda laterali.

    Jiġi vverifikat jekk l-inġenju proprju li jirmonka jistax imexxi l-inġenju l-ieħor b’manuvri xierqa u jwaqqfu u jekk l-inġenju l-ieħor jistax jiddawwar ukoll permezz ta’ ġibda laterali.

    x

     

    Inġenju tat-traffiku

    38.

    Kwantità tal-inġenji tat-traffiku

    Minimu ta’ għaxar inġenji tat-traffiku għandhom ikunu disponibbli.

    It-test irid juri jekk il-kwantità meħtieġa tistax tiddaħħal f’eżerċizzju.

    x

    x

    39.

    Kontroll tal-inġenji tat-traffiku

    L-inġenji tat-traffiku jistgħu jsegwu rotot b’tibdil fir-rotta u fil-veloċità b’mod realistiku.

    Id-disponibbiltà tal-funzjonijiet ta’ kontroll trid tiġi vverifikata billi jinħoloq eżerċizzju ġdid li jinkludi l-inġenji tat-traffiku.

    x

    x

    40.

    Imġiba tal-moviment

    Imġiba tal-moviment raġonevolment fluwida.

    Tapplika l-proċedura tat-test fuq il-kontroll tal-inġenji tat-traffiku.

    x

    x

    41.

    Influwenza tar-riħ

    L-inġenju tat-traffiku jirreaġixxi għal riħ partikolari billi juri angolu tad-deriva.

    Ir-riħ applikat għal eżerċizzju jrid juri angolu tad-deriva fuq l-inġenju tat-traffiku li jinbidel skont il-veloċità u d-direzzjoni tar-riħ.

    x

     

    42.

    Influwenza tal-kurrent

    L-inġenju tat-traffiku jirreaġixxi għal kurrent partikolari billi juri angolu tad-deriva.

    Il-kurrent applikat għal eżerċizzju jrid juri angolu tad-deriva fuq l-inġenju tat-traffiku li jinbidel skont il-veloċità u d-direzzjoni tal-kurrent.

    x

    x

    43.

    Taqsima u daqs tal-immaġni

    Is-sistema ta’ viżwalizzazzjoni tippermetti viżjoni madwar l-orizzont (360 grad). Il-kamp viżwali orizzontali jista’ jinkiseb b’viżjoni fissa ta’ tal-anqas 210 gradi u viżjoni(jiet) addizzjonali li jistgħu jitbiddlu għall-bqija tal-orizzont. Il-viżjoni vertikali tippermetti l-viżwalizzazzjoni ‘l isfel sal-ilma u ’l fuq sas-sema hekk kif tkun tidher mill-pożizzjoni regolari tat-tmun fil-kamra tat-tmunier.

    Spezzjoni viżwali tas-simulatur imħaddem.

    x

     

    44.

    Riżoluzzjoni skont il-frame

    Ir-riżoluzzjoni tilħaq ir-riżoluzzjoni tal-għajn tal-bniedem. Ir-rata tal-frames (idealment > 50 fps, li tal-anqas turi stampa ċara realistika) ma turi l-ebda tqabbiż.

    Ir-riżoluzzjoni trid tiġi vverifikata bi spezzjoni viżwali.

    x

     

    45.

    Dettalji ulterjuri u kwalità tad-displej

    Il-livell ta’ dettall tas-sistema tad-displej tmur lil hinn minn rappreżentazzjoni simplifikata. Din turi viżwalizzazzjoni tajba taż-żona navigazzjonali fiċ-ċirkustanzi kollha.

    Il-mudell viżwali jrid jiġi vverifikat bi spezzjoni viżwali.

    x

     

    46.

    Superfiċje tal-ilma

    Il-mewġ indott mill-inġenju jiddependi mill-veloċità tal-inġenju. Il-fond tal-ilma jiġi kkunsidrat. Il-mewġ indott mir-riħ hu allinjat mad-direzzjoni u mal-veloċità tar-riħ.

    L-ispezzjoni viżwali trid turi jekk il-mewġ indott mill-inġenju jinbidilx mal-veloċità tal-inġenju u jekk il-mewġ indott mir-riħ jinbidilx mad-direzzjoni u mal-veloċità tar-riħ.

    x

     

    47.

    Xemx, qamar, korpi ċelesti

    Ix-xemx u l-qamar isegwu intervall ta’ 24 siegħa. Il-pożizzjonijiet ma jikkorrispondux bl-eżatt għall-post u għad-data tas-simulazzjoni. Is-sema ta’ billejl jista’ jikkonsisti fi stilel arbitrarji.

    L-ispezzjoni viżwali trid turi jekk ix-xemx, il-qamar u l-korpi ċelesti f’sitwazzjonijiet ta’ binhar, ta’ billejl u tal-għabex jistgħux jiġu mmodifikati

    x

     

    48.

    Temp

    Jiġu rappreżentati saffi ta’ sħab għoli wieqaf. Barra minn hekk jistgħu jintwerew xita u ċpar.

    L-ispezzjoni viżwali turi l-livell meħtieġ ta’ dettall.

    x

     

    49.

    Il-ħsejjes ambjentali

    Il-ħsejjes tal-magna jiġu riprodotti b’mod realistiku.

    Il-ħsejjes tal-magna jridu jiġu ttestjati f’temp u f’kundizzjonijiet tal-baħar kwieti billi jiġu vvalutati l-ħsejjes għall-veloċitajiet kollha tal-magna. Irid jiġi ddeterminat jekk il-ħoss tal-magna jinstemax u jekk il-livell tal-volum u l-ħoss humiex xierqa.

    x

    x

    50.

    Sorsi ta’ ħsejjes esterni (eż. ħsejjes ta’ magni, sinjali ta’ twissija li jinstemgħu u l-ankra).

    Sinjali ta’ ħoss uniku jinstemgħu b’mod realistiku, iżda ma jistgħux jiġu lokalizzati akustikament.

    Bħala l-ewwel pass fil-kamra tat-tmunier tal-inġenju proprju stazzjonarju, is-sinjali akustiċi disponibbli kollha jiġu attivati wieħed wara l-ieħor. Jiġi vvalutat jekk is-sinjali akustiċi humiex realistiċi rigward il-livelli tal-ħoss u tal-volum. Bħala t-tieni pass, l-istess sinjali akustiċi jiġu attivati fuq inġenju ieħor, filwaqt li tiġi mmodifikata d-distanza mill-inġenju. Irid jiġi eżaminat jekk il-ħsejjes korretti tas-sinjali u jekk il-livelli tal-volum jinstemgħux kif suppost.

    L-unitajiet operabbli kollha ta’ potenza awżiljarja (eż. l-ankri) fil-kamra tat-tmunier tal-inġenju humiex attivati b’mod separat. Irid jiġi vverifikat jekk l-istatus operazzjonali huwiex perċepibbli akustikament.

    x

     

    51.

    Ħoss estern (sinjali akustiċi)

    Is-sinjali akustiċi mill-inġenju mira għandhom ikunu jinstemgħu.

    Matul eżerċizzju, għandu jingħata sinjal akustiku minn inġenju mira.

     

    x

    52.

    Informazzjoni akustika interna

    Is-sinjali akustiċi minn apparti pont jinstemgħu b’mod realistiku, iżda jindaqqu minn speakers li jinsabu fuq il-konsol tas-simulatur.

    Is-sinjali akustiċi kollha tal-apparati disponibbli kollha tal-kamra tat-tmunier jiġu attivati wieħed wara l-ieħor. Jiġi ttestjat jekk is-sinjali jinħelsux mill-apparati nfushom jew mill-ispeakers tas-simulatur u kemm jinstemgħu realistiċi.

    x

     

    53.

    Smigħ

    L-operatur kapaċi jismal-ħsejjes kollha mill-kamra tat-tmunier tal-inġenju.

    Fi ħdan l-ambitu ta’ simulazzjoni, irid jiġi ttestjat jekk il-ħsejjes mill-kamra tat-tmunier tal-inġenju jiġux trażmessi b’mod ċar u li jinftiehem u jekk il-livell tal-volum huwiex aġġustabbli.

    x

     

    54.

    Reġistrazzjoni

    Il-ħsejjes mill-kamra tat-tmunier tal-inġenju jiġu rreġistrati b’mod sinkroniku mas-simulazzjoni.

    Jiġi eżegwit eżerċizzju li jinkludi l-komunikazzjoni bir-radju u l-ħsejjes. Id-daqq mill-ġdid irid juri reġistrazzjoni xierqa li tinstema’ li tkun sinkronika mal-bidu mill-ġdid tas-simulazzjoni.

    x

     

    55.

    Konformità tar-radar

    Il-preċiżjoni angolari għall-pożizzjoni orizzontali għandha tkun konformi mal-Ispeċifikazzjoni Teknika Ewropea (ETSI) EN 302 194 . L-effetti relatati mal-angolu tal-ftuħ limitat vertikalment huma identifikabbli eż. meta l-inġenju jkun għaddej minn pontijiet.

    Konformità “vertikali”: simulazzjoni tal-passaġġ tal-pont b’kunsiderazzjoni ta’:

    l-għoli tal-antenna fuq is-superfiċje tal-ilma bil-pixka kurrenti,

    l-angolu ta’ radjazzjoni skont il-lobu tar-radar u l-inklinazzjoni lonġitudinali tal-inġenju,

    l-għoli tal-pont bejn il-lat aktar baxx tal-pont u s-superfiċje tal-ilma.

    x

    x

    56.

    Riżoluzzjoni

    Is-simulazzjoni tar-radar għandha toħloq immaġni realistika tar-radar.

    Is-simulazzjoni tar-radar għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-ETSI EN 302 194 [1].

    Riżoluzzjoni xierqa trid tintwera f’distanza ta’ 1200 m: żewġ oġġetti b’distanza ażimutali ta’ 30 m iridu jiġu identifikati bħala żewġ oġġetti separati.

    Żewġ oġġetti f’distanza ta’ 1200 m fl-istess direzzjoni b’distanza ta’ 15-il m bejniethom iridu jiġu identifikati bħala żewġ oġġetti differenti.

    x

    x

    57.

    Dellijiet ikkawżati mill-inġenju proprju jew minn inġenji oħra

    Id-dellijiet jikkorrispondu għar-relazzjonijiet trigonometriċi, iżda ma jikkunsidrawx tibdiliet fil-pożizzjoni dinamika tal-inġenju.

    Id-dellijiet ikkawżati mill-inġenju proprju jridu jiġu ttestjati bl-avviċinament lejn baga u bl-identifikazzjoni tad-distanza meta l-baga tkun moħbija mill-pruwa tal-inġenju. Din id-distanza għandha tkun realistika.

    Id-dellijiet ikkawżati minn inġenju ieħor iridu jiġu ttestjati billi jitqiegħdu żewġ inġenji fl-istess direzzjoni. Meta inġenju iżgħar jitqiegħed wara inġenju akbar, l-inġenju iżgħar m’għandux ikun jidher fuq id-displej tar-radar.

    x

    x

    58.

    Clutter tal-baħar u tax-xita

    L-aġġustament tal-filtri u l-effett tagħhom jikkorrispondu għall-kobor tal-apparati approvati reali.

    Issir valutazzjoni biex l-filtri jinxtegħlu u jiġu aġġustati.

    x

    x

    59.

    Eki foloz

    Jiġu ġġenerati eki foloz. Barra minn hekk, il-frekwenza ta’ diversi eki tinbidel mad-distanza b’mod realistiku.

    F’eżerċizzju b’diversi inġenji mira, l-eki foloz għandhom ikunu jidhru. Matul it-test, l-osservatur irid jara jkunx hemm interferenza u diversi eki.

    x

    x

    60.

    Fond tal-ilma

    It-topografija tal-qiegħ hi deskritta f’dettall mill-kontorni batimetriċi u mis-soundings jew fi kwalunkwe forma oħra f’riżoluzzjoni oħra, dment li jkun hemm data disponibbli.

    Meta titbaħħar iż-żona li trid tiġi spezzjonata, irid jiġi vverifikat jekk is-sounder tal-eku jurix valuri realistiċi.

    x

     

    61.

    Kurrenti

    Il-kurrent jista’ jiġi definit b’mod arbitrarju b’tal-anqas kampijiet tal-vettur bidimensjonali (2) b’riżoluzzjoni għolja adattati għad-daqs tal-inġenju u għaż-żona.

    L-effett tal-kurrent irid jiġi ttestjat billi inġenju proprju jitħalla jinġarr fuq xmara. L-inġenju għandu jimxi mal-kurrent b’mod realistiku.

    x

    x

    62.

    Marea

    Id-data dwar il-marea tingħata f’riżoluzzjoni ħarxa spazjali jew temporali, jew it-tnejn li huma.

    L-effett tal-marea fuq l-oġġetti li jżommu fil-wiċċ jista’ jiġi evalwat billi jiġi ssimulat idealment oġġett żgħir li jżomm fil-wiċċ mingħajr ebda propulsjoni jew forza oħra (eż. mir-riħ jew mill-ħbula). Billi jitbiddel il-ħin tal-ġurnata, jista’ jiġi vverifikat jekk il-kurrent tal-marea u l-livell tal-ilma humiex dipendenti mill-ħin u realistiċi. Il-livell tal-ilma jista’ jiġi analizzat direttament fis-sounder tal-eku, u jista’ jiġi rreġistrat għal jum sħiħ li jrid jitqabbel mad-data mkejla jew ikkalkolata.

    x

     

    63.

    Riħ

    Fluttwazzjonijiet u kampijiet tal-vettur tar-riħ jistgħu jiġu ddefiniti u jippermettu modifika lokali.

    Jekk jiġi “installat” anemometru abbord, l-istrument fuq il-pont għandu juri l-veloċità u d-direzzjoni relattivi tar-riħ. Trid tiġi ttestjata l-influwenza tal-kampijiet differenti tar-riħ fuq id-dinamika tal-inġenju.

    x

     

    64.

    Mudelli 2D/3D ta’ oġġetti stazzjonarji

    Is-sostituzzjonijiet 2D tal-oġġetti huma permessi biss għal oġġetti mbiegħda u ma jintgħarfux.

    Filwaqt li inġenju jkun miexi fiż-żona ta’ simulazzjoni sħiħa li trid tiġi vvalidata, jiġu osservati l-oġġetti fissi. Jista’ jinstab f’liema distanza u b’liema mod jitnaqqas il-livell ta’ dettall u jekk jintużawx il-mudelli 2D.

    x

     

    65.

    Livell ta’ dettall ta’ oġġetti stazzjonarji

    Livell tajjeb ta’ dettall jista’ juri oġġetti realistiċi, għad li s-simplifikazzjonijiet ikunu jistgħu jingħarfu fil-forma u fis-superfiċje.

    Iż-żona tat-taħriġ li trid tiġi vvalutata tiġi llowdjata u jiġi ssettjat inġenju proprju. L-ewwel ikun hemm bżonn li jiġi eżaminat jekk humiex identifikati l-oġġetti kollha li huma importanti għan-navigazzjoni. Ix-xenarju jrid jidher realistiku mal-ewwel daqqa t’għajn.

    x

     

    66.

    Il-mudelli ta’ binhar/billejl ta’ oġġetti mobbli

    Fid-dlam, kwalunkwe oġġett jista’ jiġi illuminat. Sorsi tad-dawl importanti għan-navigazzjoni jistgħu jeħilsu dawl b’karatteristiċi predeterminati.

    Iż-żona tat-taħriġ li trid tiġi vvalutata tiġi llowdjata u jiġi ssettjat inġenju proprju. Il-ħin tas-simulazzjoni jiġi ssettjat għal nofsillejl. Irid jiġi ttestjat jekk l-oġġetti kollha importanti għan-navigazzjoni humiex illuminati fis-simulazzjoni bħal fir-realtà.

    Barra minn hekk irid jiġi ttestjat jekk humiex illuminati oġġetti oħra. Jekk is-softwer tas-simulatur għandu din il-funzjoni, l-istruttur jixgħel u jitfi d-dawl tal-oġġetti fil-mira.

    x

     

    67.

    Mudelli 2D/3D ta’ oġġetti mobbli

    L-oġġetti bidimensjonali jintużaw biss fl-isfond (distanza kbira) biex bilkemm ikunu jidhru. Inkella jittieħdu mudelli 3D.

    Iż-żona tat-taħriġ li trid tiġi vvalutata tiġi llowdjata u jingħażel inġenju proprju. Iż-żona tat-taħriġ tiġi nnavigata kollha kemm hi; fl-istess ħin, l-oġġetti mobbli disponibbli jintużaw, jiġu osservati u evalwati biex jiġi ddeterminat jekk għandhomx superfiċji ċatti li jduru lejn l-osservatur.

    x

     

    68.

    Livell ta’ dettall

    F’każ ta’ livell ta’ dettall imtejjeb, oġġetti realistiċi jiġu ppreżentati, għad li l-forom u s-superfiċji jidhru b’mod issimplifikat.

    Inġenju proprju jitħaddem fi ħdan żona operazzjonali magħżula b’mod arbitrarju. Jintużaw oġġetti li jiċċaqalqu li jistgħu jiġu vvalutati. Dawn għandhom jidhru b’mod realistiku.

    x

     

    69.

    L-issettjar tad-dwal u tas-sinjali ta’ binhar

    Id-dwal u s-sinjal murija jistgħu jinxtegħlu individwalment, jiġifieri d-dwal u s-sinjali kollha jinħażnu b’mod separat fil-bażi ta’ data u jiġu ppożizzjonati skont ir-rekwiżiti ta’ inġenju reali u skont ir-regolament applikabbli għall-inġenju użat.

    Qrib inġenju tat-traffiku jintuża inġenju proprju fi kwalunkwe żona ta’ taħriġ. Fl-akbar distanza possibbli, l-operatur jistabbilixxi t-tipi kollha ta’ sinjali ta’ binhar u d-dwal tat-traffiku abbord l-inġenju tat-traffiku. Jekk is-simulatur jippermetti hekk, jintuża t-tieni inġenju proprju minflok l-inġenju tat-traffiku. Fuq it-tieni inġenju proprju, jiġu ssettjati wkoll it-tipi kollha ta’ dawl u ta’ sinjali ta’ binhar. Fl-istazzjon tat-tmun tal-ewwel inġenju proprju, jiġi vverifikat liema dawl u sinjali ta’ binhar huma viżibbli fuq iż-żewġ inġenji l-oħra.

    x

     

    70.

    Mudelli ta’ binhar/billejl

    Is-sorsi tad-dawl jistgħu jpetptu skont ċerti karatteristiċi.

    Inġenju proprju jinnaviga fi ħdan żona operazzjonali. Il-ħin tas-simulazzjoni jiġi ssettjat għal 24:00 h. Jintużaw l-oġġetti li jiċċaqalqu kollha li jistgħu jiġu vvalutati. Sa fejn possibbli, l-operatur jixgħel is-sorsi tad-dawl disponibbli kollha li huma installati fl-oġġetti għal spezzjoni viżwali.

    x

     

    71.

    Riflettività tar-radar

    L-eku fl-istampa tar-radar għandu jkun realistiku u dipendenti mill-angolu tal-viżwalizzazzjoni.

    Għandu jiġi vverifikat jekk l-oġġetti li jirriflettu jurux eku realistiku.

    x

    x

    72.

    Eki kkawżati mill-mewġ u mill-preċipitazzjoni

    L-eki tal-istat tal-baħar jinħażnu għax-xejra tipika tal-mewġ li tkopri wkoll il-medda tal-livelli tal-istat tal-baħar. L-eki tal-preċipitazzjoni jintwerew b’mod realistiku.

    L-eki tal-istat tal-baħar iridu jiġu ttestjati billi jiġu introdotti għoli u direzzjonijiet differenti tal-mewġ. L-eki tal-preċipitazzjoni jiġu vverifikati.

    x

    x

    73.

    Mewġ

    L-istat u d-direzzjoni tal-mewġ tal-baħar jistgħu jiġu aġġustati; l-inġenju jimxi b’mod realistiku.

    Irid jiġi ttestjat jekk il-moviment tal-inġenju jvarjax skont l-istat tal-baħar. Id-direzzjonijiet u l-għoli tal-mewġ iridu jkunu viżibbli.

    x

     

    74.

    Preċipitazzjoni

    Il-kundizzjonijiet kollha tat-temp (restrizzjoni tal-viżibbiltà, preċipitazzjoni bl-eċċezzjoni tad-dawl u tal-formazzjoni tas-sħab) huma disponibbli b’mod li jirriżulta fi stampa koerenti.

    Għandha ssir spezzjoni viżwali biex jiġi vverifikat jekk tistax titnaqqas il-viżibbiltà.

    x

     

    75.

    Il-wiri taċ-ċart

    L-ECDIS Interna fil-modalità tal-informazzjoni trid tissodisfa r-rekwiżiti tal-aktar standard riċenti ppubblikat mill-Unjoni Ewropea jew mill-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni tar-Renu (Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 909/2013 jew l-edizzjoni 2.3 tal-ECDIS Interna tas-CCNR jew l-edizzjoni aġġornata ta’ din).

    Irid jiġi vverifikat jekk is-softwer tal-ECDIS huwiex iċċertifikat u jekk tintużax iċ-Ċart Elettronika tan-Navigazzjoni Interna.

    x

     

    76.

    Unitajiet ta’ kejl

    Is-simulatur juża unitajiet għan-navigazzjoni fuq il-passaġġi navigabbli interni Ewropej (km, km/h).

    L-unitajiet murija jridu jiġu evalwati.

    x

    x

    77.

    Għażliet tal-lingwa

    Il-lingwa tal-eżami u/jew l-Ingliż għandhom japplikaw.

    Il-lingwa tal-istrumenti trid tiġi vverifikata.

    x

    x

    78.

    Kwantità ta’ eżerċizzji

    Għandu jkun hemm possibbiltà li jinħolqu, jinħażnu u jitwettqu diversi eżerċizzji, li għandhom ikunu manipulabbli waqt it-tħaddim.

    Għandhom jitwettqu operazzjonijiet differenti.

    x

    x

    79.

    Kwantità ta’ inġenji proprji

    Għal kull pont jista’ jiġi llowdjat inġenju proprju differenti.

    Wiri ta’ eżerċizzji separati fuq diversi pontijiet (jekk applikabbli).

    x

     

    80.

    Data tal-ħżin

    Il-valuri kollha tas-simulazzjoni li huma neċessarji biex terġa’ ssir is-simulazzjoni, inklużi l-vidjo u l-ħoss tal-prestazzjoni tal-applikant, iridu jinħażnu.

    Tinbeda sessjoni tas-simulazzjoni u jsir il-ħżin. Is-simulazzjoni terġa’ tiġi llowdjata u rieżaminata biex jiġi ddeterminat jekk id-data rilevanti kollha hix disponibbli mis-sessjoni ta’ simulazzjoni rreġistrata.

    x

    x

    81.

    Ħżin tal-eżami muri

    Irid ikun hemm opportunità ta’ wiri mill-ġdid fil-kamra tal-operatur jew fi stazzjon ta’ debriefing. Il-komunikazzjoni bir-radju għandha tkun tista’ tiġi rreġistrata.

    L-eżerċizzju għandu jerġa’ jintwera.

    x

    x

    II.   STANDARDS GĦALL-PROĊEDURA AMMINISTRATTIVA GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ SIMULATURI TAL-KONTROLL TA’ BASTIMENT U TA’ SIMULATURI TAR-RADAR

    I.   Proċedura għall-approvazzjoni tas-simulaturi użati fl-eżamijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 17(3) tad-Direttiva (UE) 2017/2397

    1.

    L-entità li tuża s-simulaturi biex tivvaluta l-kompetenzi għandha tippreżenta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru talba għall-approvazzjoni

    (a)

    li tispeċifika liema valutazzjoni tal-kompetenza hu awtorizzat għaliha s-simulatur, jiġifieri l-eżami prattiku għall-kisba ta’ ċertifikat ta’ kwalifikazzjoni bħala kaptan (simulatur tal-immaniġġjar tal-bastiment) jew eżami prattiku għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni speċifika għat-tbaħħir bl-għajnuna tar-radar (simulatur tar-radar), jew it-tnejn li huma;

    (b)

    li tindika li s-simulatur jiżgura konformità sħiħa mar-rekwiżiti tekniċi u funzjonali minimi kif imsemmija fl-istandard jew fl-istandards rilevanti għas-simulaturi.

    2.

    L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rekwiżiti minimi speċifikati fl-istandard għar-rekwiżiti funzjonali u tekniċi tas-simulaturi jiġu vverifikati skont il-proċedura tat-test għal kull oġġett. Għal dan l-eżerċizzju, l-awtorità għandha tuża esperti indipendenti mill-entità li twettaq il-programm ta’ taħriġ. L-esperti għandhom jiddokumentaw il-verifika tal-konformità għal kull oġġett. Jekk il-proċeduri tat-test jikkonfermaw li r-rekwiżiti huma ssodisfati, l-awtorità kompetenti għandha tapprova s-simulatur. L-approvazzjoni għandha tispeċifika għal liema valutazzjoni tal-kompetenza partikolari hu awtorizzat is-simulatur.

    II.   Notifika tas-sistema tal-istandards tal-approvazzjoni u tal-kwalità

    1.

    L-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tas-simulaturi għandha tinnotifika l-approvazzjoni ta’ simulatur lill-Kummissjoni Ewropea u lil kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata filwaqt li tal-anqas tindika dawn li ġejjin:

    (a)

    valutazzjoni tal-kompetenza li s-simulatur hu awtorizzat għaliha, jiġifieri l-eżami prattiku għall-kisba ta’ ċertifikat tal-kwalifika bħala kaptan (simulatur tal-immaniġġjar tal-bastiment) jew eżami prattiku għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni speċifika għat-tbaħħir bl-għajnuna tar-radar (simulatur tar-radar), jew it-tnejn li huma;

    (b)

    l-isem tal-operatur tas-simulatur;

    (c)

    l-isem tal-programm ta’ taħriġ (jekk applikabbli);

    (d)

    il-korp li jagħti ċ-ċertifikati ta’ kwalifika, l-awtorizzazzjoni speċifika jew iċ-ċertifikati tal-eżami prattiku;

    (e)

    id-data tad-dħul fis-seħħ, tar-revoka jew tas-sospensjoni tal-approvazzjoni tas-simulatur.

    2.

    Għall-fini ta’ sistema ta’ valutazzjoni u ta’ garanzija tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2017/2397, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu t-talbiet speċifikati fit-Taqsima I.1.(a) u d-dokumentazzjoni speċifikata fit-Taqsima I.2.


    (1)  Inġenju mira jkun ikkontrollat bis-sħiħ mis-simulatur u jista’ jkollu mġiba ta’ ċaqliq ferm aktar sempliċi meta mqabbel mal-inġenju proprju.

    (2)  Inġenju proprju hu oġġett fis-simulatur li hu kkontrollat bis-sħiħ minn bniedem u li jipprovdi rappreżentazzjoni viżwali tax-xenarju.


    ANNESS IV

    STANDARDS GĦALL-ISTAT MEDIKU

    IL-KRITERJI TAL-ISTAT MEDIKU GĦALL-KUNDIZZJONIJIET MEDIĊI (IDONEITÀ ĠENERALI, VISTA U SMIGĦ)

    Introduzzjoni

    L-eżaminatur mediku għandu jiftakar li mhuwiex possibbli li tiġi żviluppata lista komprensiva ta’ kriterji tal-idoneità li tkopri l-kundizzjonijiet possibbli kollha u l-varjazzjonijiet kollha fil-preżentazzjoni u fil-pronjożi tagħhom. Il-prinċipji li huma l-bażi tal-approċċ adottat fit-tabella spiss ikunu kapaċi jiġu estrapolati għal kundizzjonijiet mhux koperti minnha. Id-deċiżjonijiet dwar l-idoneità meta jkun hemm kundizzjoni medika jiddependu minn valutazzjoni u minn analiżi kliniċi bil-galbu, u jridu jiġu kkunsidrati l-punti li ġejjin kull meta tittieħed deċiżjoni dwar l-idoneità:

    L-istat mediku, li jinkludi l-idoneità fiżika u psikoloġika, tfisser li wieħed ma jbatix minn xi marda jew diżabilità li ma tippermettix lill-persuna li taħdem abbord inġenju ta’ navigazzjoni interna tagħmel xi azzjoni minn fost dawn li ġejjin:

    (a)

    twettaq il-kompiti meħtieġa biex tħaddem l-inġenju,

    (b)

    twettaq id-dmirijiet assenjati f’kull ħin,

    (c)

    tipperċepixxi l-ambjent b’mod korrett.

    Il-kundizzjonijiet mediċi elenkati huma eżempji komuni ta’ dawk li jistgħu jrendu lill-membri tal-ekwipaġġ mhux idonei. Il-lista tista’ tintuża wkoll biex jiġu ddeterminati l-limitazzjonijiet xierqa fuq l-istat mediku. Il-kriterji mogħtija jistgħu jipprovdu biss gwida għat-tobba u m’għandhomx jieħdu post ġudizzju mediku tajjeb.

    L-implikazzjonijiet għax-xogħol u għall-għajxien fuq l-ilmijiet interni jvarjaw ħafna, skont l-istorja naturali ta’ kull kundizzjoni u l-ambitu għat-trattament. L-għarfien dwar il-kundizzjoni u valutazzjoni tal-karatteristiċi tagħha fl-individwu li jkun qed jiġi eżaminat għandhom jintużaw biex tinħareġ deċiżjoni dwar l-istat mediku.

    Meta l-istat mediku ma jkunx jista’ jintwera bis-sħiħ, jistgħu jiġu imposti miżuri ta’ mitigazzjoni u restrizzjonijiet bil-kundizzjoni ta’ sikurezza ekwivalenti tan-navigazzjoni. Ma’ dan it-test ġiet miżjuda lista ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ restrizzjonijiet. Fejn hemm bżonn, isiru referenzi għal dawk il-miżuri ta’ mitigazzjoni u r-restrizzjonijiet fid-deskrizzjonijiet tal-kriterji dwar l-istat mediku.

    It-tabella hi stabbilita kif ġej:

    Kolonna 1: WHO International classification of diseases, l-10 reviżjoni (ICD-10). Il-kodiċijiet huma elenkati bħala għajnuna għall-analiżi u, b’mod partikolari, għall-kumpilazzjoni internazzjonali tad-data.

    Kolonna 2: L-isem komuni tal-kundizzjoni jew tal-grupp ta’ kundizzjonijiet, b’dikjarazzjoni qasira fuq ir-rilevanza tagħhom għall-ħidma fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni.

    Kolonna 3: Il-kriterji dwar l-istat mediku li wasslu għad-deċiżjoni: inkompatibbiltà.

    Kolonna 4: Il-kriterji dwar l-istat mediku li wasslu għad-deċiżjoni: ħila li l-persuna twettaq id-dmirijiet assenjati f’kull ħin.

    Hemm żewġ appendiċijiet:

    Appendiċi 1 Kriterji rilevanti għall-vista kif imfissra fil-kodiċi dijanjostiku H 0059

    Appendiċi 2 Kriterji rilevanti għas-smigħ kif imfissra fil-kodiċi dijanjostiku H 68-95.

    ICD 10

    Kodiċijiet dijanjostiċi

    Kundizzjoni

    Ġustifikazzjoni għall-kriterji

    Inkompatibbiltà biex il-persuna twettaq id-dmirijiet assenjati f’kull ħin

    mistennija tkun temporanja (T)

    mistennija tkun permanenti (P)

    Ħila li l-persuna twettaq id-dmirijiet assenjati f’kull ħin

    A 00–B99

    INFEZZJONIJIET

    A 00 – 09

    Infezzjoni gastrointestinali

    Trażmissjoni lil oħrajn, rikorrenza

    T – Jekk individwata waqt li fuq l-art (sintomi kurrenti jew riżultati tat-testijiet pendenti fuq l-istatus tal-portatur) jew l-istatus ta’ portatur ikkonfermat sakemm tintwera l-eliminazzjoni

    Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur

    A 15–16

    TB Pulmonari

    Trażmissjoni lil oħrajn, rikorrenza

    T – Test ta’ skrinjar pożittiv jew storja klinika, sakemm tiġi investigata.

    Jekk il-persuna hi infettata, sakemm jistabbilizza t-trattament u jiġi kkonfermat nuqqas ta’ infettività

    P – Rikaduta jew ħsara residwa serja

    Tlestija b’suċċess ta’ kors tat-trattament

    A 50-64

    Infezzjonijiet trażmissibbli sesswalment

    Indeboliment akut, rikorrenza

    T – Jekk individwati waqt li fuq l-art: sakemm tiġi kkonfermata d-dijanjożi, it-trattament jinbeda u jitlesta b’suċċess kors tat-trattament.

    P – Kumplikazzjonijiet tard mhux trattabbli li jwasslu għal insuffiċjenza

    Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur

    B 15

    Epatite A

    Trażmissibbli b’kontaminazzjoni tal-ikel jew tal-ilma

    T – Sakemm titlaq is-suffejra jew tiġi restawrata t-tolleranza għall-eżerċizzju

    Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur

    B 16–19

    Epatite B.

    Trażmissibbli b’kuntatt mad-demm jew ma’ fluwidi oħra tal-ġisem. Possibbiltà ta’ insuffiċjenza permanenti tal-fwied u ta’ kanċer tal-fwied

    T – Sakemm titlaq is-suffejra jew tiġi restawrata t-tolleranza għall-eżerċizzju

    P – Insuffiċjenza persistenti tal-fwied b’sintomi li jaffettwaw ix-xogħol sikur jew bi probabbiltà ta’ kumplikazzjonijiet

    Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur. Persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ massimu ta’ sentejn

     

    Epatite Ċ Trażmissibbli b’kuntatt mad-demm jew ma’ fluwidi oħra tal-ġisem. Possibbiltà ta’ insuffiċjenza permanenti tal-fwied

    T – Sakemm titlaq is-suffejra jew tiġi restawrata t-tolleranza għall-eżerċizzju

    P – Insuffiċjenza persistenti tal-fwied b’sintomi li jaffettwaw ix-xogħol sikur jew bi probabbiltà ta’ kumplikazzjonijiet

    Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur

    B 20-24

    HIV+

    Trażmissibbli b’kuntatt mad-demm jew ma’ fluwidi oħra tal-ġisem. Progressjoni għal mardiet assoċjati mal-HIV jew għall-AIDS

    T – Għarfien tajjeb dwar il-kundizzjoni u konformità sħiħa mar-rakkomandazzjonijiet tat-trattament

    P – Mardiet mhux riversibbli assoċjati mal-HIV li jwasslu għal insuffiċjenza. Effetti kontinwi ta’ insuffiċjenza tal-mediċina

    Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur. Persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ massimu ta’ sentejn

    A 00–B 99

    mhux elenkati b’mod separat

    Infezzjoni oħra

    Insuffiċjenza personali, infezzjoni ta’ oħrajn

    T –Fil-każ ta’ infezzjoni serja u ta’ riskju serju ta’ trażmissjoni

    P – Jekk hemm probabbiltà kontinwa ta’ rikkorrenzi li joħolqu insuffiċjenzi jew infettivi ripetuti

    Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur

    C00–48

    KANĊERS

    C 00–48

    Neoplażmi malinni – inklużi linfoma, lewkemija u kundizzjonijiet relatati

    Rikorrenza – kumplikazzjonijiet partikolarment akuti, eż. ħsara għall-persuna mill-emoraġġiji

    T – Sakemm jiġu investigati, ittrattati u tiġi vvalutata l-pronjożi

    P – Insuffiċjenza kontinwa b’sintomi li jaffettwaw ix-xogħol sikur jew bi probabbiltà għolja ta’ rikorrenza

    Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur

    Trid tiġi kkonfermata b’valutazzjoni formali minn speċjalist

    D 50–89

    DISTURBI TAD-DEMM

     

     

    D 50 –59

    Anemija/Emoglobin- opatiji

    Tolleranza mnaqqsa għall-eżerċizzju. Anomaliji episodiċi taċ-ċelloli ħomor

    T – Sakemm l-emoglobina tiġi normali jew stabbli

    P – Anemija rikorrenti jew kontinwi severi jew sintomi ta’ insuffiċjenza minn tkissir taċ-ċelloli ħomor li mhumiex trattabbli

    Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur

    D 73

    Splenettomija

    (storja ta’ kirurġija)

    Suxxettibbiltà akbar għal ċerti infezzjonijiet

    T – Sakemm jitlesta t-trattament kliniku u tiġi restawrata t-tolleranza għall-eżerċizzju

    Ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur

    D 50 -89

    mhux elenkati b’mod separat

    Mardiet oħra tad-demm u organi li jifformaw id-demm

    Varji – rikorrenza ta’ emoraġġiji anormali u possibilment anki tolleranza anqas għall-eżerċizzju jew reżistenza baxxa għall-infezzjonijiet

    T – Waqt li l-marda tkun għadha qed tiġi investigata

    P – Disturbi ta’ koagulazzjoni kronika

    Valutazzjoni ta’ każ b’każ

    E 00-90

    ENDOKRINALI U METABOLIŻMU

    E 10

    Dijabete

    – bl-użu tal-insulina

    Insuffiċjenza akuta mill-ipogliċemija. Kumplikazzjonijiet minn telf ta’ kontroll fuq il-glukożju fid-demm.

    Probabbiltà akbar ta’ problemi viżwali, newroloġiċi u kardijaċi

    T – Jekk nuqqas ta’:

    1.

    kontroll tajjeb;

    2.

    konformità mat-trattament jew

    3.

    għarfien dwar l-ipogliċemija

    P – Jekk ikkontrollat b’mod inadegwat jew mhux b’mod konformi mat-trattament. Storja ta’ ipogliċemija jew telf ta’ għarfien dwar l-ipogliċemija.

    Kumplikazzjonijiet tad-dijabete li jwasslu għal insuffiċjenzi

    Valutazzjoni ta’ każ b’każ b’limitu massimu ta’ żmien ta’ 5 snin. Jekk hemm evidenza ta’ kontroll tajjeb, konformità sħiħa mar-rakkomandazzjonijiet tat-trattament u għarfien tajjeb dwar l-ipogliċemija.

    Tista’ tkun indikata r-restrizzjoni 04***

    E 11-14

    Dijabete – mhux ittrattat bl-insulina.

    Qed tintuża mediċina oħra

    Progressjoni għall-użu tal-insulina, probabbiltà akbar ta’ problemi viżwali, newroloġiċi u kardijaċi

    T – Jekk nuqqas ta’:

    1.

    kontroll tajjeb,

    2.

    konformità mat-trattament jew

    3.

    għarfien dwar l-ipogliċemija

    Meta stabbilizzat, fin-nuqqas ta’ kumplikazzjonijiet li jwasslu għal insuffiċjenza: persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ massimu ta’ 5 snin

    Dijabete – mingħajr insulina; ittrattat bid-dieta biss

    Progressjoni għall-użu tal-insulina, probabbiltà akbar ta’ problemi viżwali, newroloġiċi u kardijaċi

    T – Jekk nuqqas ta’:

    1.

    kontroll tajjeb,

    2.

    konformità mat-trattament jew

    3.

    għarfien dwar l-ipogliċemija

    Meta stabbilizzat, fin-nuqqas ta’ kumplikazzjonijiet li jwasslu għal insuffiċjenza: persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ massimu ta’ 5 snin

    E 65-68

    Obeżità/massa anormali tal-ġisem - għolja jew baxxa

    Aċċident fuq il-persuna u mobilità u tolleranza għall-eżerċizzju mnaqqsa għal dmirijiet ta’ rutina u ta’ emerġenza.

    Probabbiltà akbar ta’ dijabete, ta’ mard arterjali u ta’ artrite

    T – Jekk ma jistgħux jitwettqu dmirijiet kritiċi, il-kapaċità jew il-prestazzjoni tat-test tal-eżerċizzju hi batuta, l-Indiċi tal-Massa tal-Ġisem (BMI) ≥ 40 (livell 3 ta’ obeżità)

    P – Dmirijiet kritiċi għas-sikurezza ma jistgħux jitwettqu; kapaċità jew prestazzjoni tat-test tal-eżerċizzju hi batuta u t-titjib ma setax jinkiseb

    Ħila li jinkisbu kapaċitajiet ta’ rutina u ta’ emerġenza għal dmirijiet assenjati kritiċi għas-sikurezza.

    Jistgħu jkunu indikati r-restrizzjonijiet 07*** jew/u 09***

    E 00-90

    mhux elenkati b’mod separat

    Mard endokrinali u metaboliku ieħor (tirojde, mard adrenali inkluża l-marda Addison, pitwitarja, ovarji, testikoli)

    Probabbiltà ta’ rikorrenza jew ta’ kumplikazzjonijiet

    T – Sakemm jiġi investigat, kontroll tajjeb u konformità mat-trattament. Sa sena wara d-dijanjożi inizjali jew rikaduta li fiha seħħ rieżami regolari

    P – Jekk ikun hemm insuffiċjenza kontinwa, ħtieġa ta’ aġġustament frekwenti tal-mediċina jew probabbiltà akbar ta’ kumplikazzjonijiet kbar

    Valutazzjoni ta’ każ b’każ: jekk il-mediċina hi stabbli u s-sorveljanza tal-kundizzjonijiet hi infrekwenti, ebda insuffiċjenza u probabbiltà baxxa ħafna ta’ kumplikazzjonijiet

    F 00–99

    DISTURBI MENTALI, KONJITTIVI U TAL-IMĠIBA

    F10

    Abbuż tal-alkoħol (dipendenza)

    Rikorrenza, aċċidenti, imġiba erratika/prestazzjoni tas-sikurezza

    T – Sakemm jiġi investigat, kontroll tajjeb u konformità mat-trattament. Sa sena wara d-dijanjożi inizjali jew rikaduta li fiha seħħ rieżami regolari

    P – Jekk persistenti jew hemm komorbidità, probabbiltà ta’ progressjoni jew ta’ rikorrenza fuq ix-xogħol

    Għal tliet snin konsekuttivi: il-persuna titqies idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ sena, bir-restrizzjonijiet 04*** u 05***. Wara:

    il-persuna titqies idonea għal perjodu ta’ tliet snin bir-restrizzjonijiet 04*** u 05***.

    Wara: il-persuna titqies idonea għal perjodi konsekuttivi ta’ sentejn, tliet snin u ħames snin, mingħajr rikaduta u mingħajr komorbidità, jekk test tad-demm fi tmiem kull perjodu ma juri ebda problema

    F 11-19

    Dipendenza fuq id-droga/abbuż persistenti tas-sustanzi, jinkludu kemm użu ta’ drogi illeċiti u dipendenza fuq mediċini bir-riċetta

    Rikorrenza, aċċidenti, imġiba erratika/prestazzjoni tas-sikurezza

    T – Sakemm jiġi investigat, kontroll tajjeb u konformità mat-trattament. Sa sena wara d-dijanjożi inizjali jew rikaduta li fiha seħħ rieżami regolari

    P – Jekk persistenti jew hemm komorbidità, probabbiltà ta’ progressjoni jew ta’ rikorrenza fuq ix-xogħol

    Għal tliet snin konsekuttivi: il-persuna titqies idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ sena, bir-restrizzjonijiet 04*** u 05***. Wara:

    il-persuna titqies idonea għal perjodu ta’ tliet snin bir-restrizzjonijiet 04*** u 05***.

    Wara: il-persuna titqies idonea għal perjodi konsekuttivi ta’ sentejn, tliet snin u ħames snin, mingħajr rikaduta u mingħajr komorbidità, jekk test tad-demm fi tmiem kull perjodu ma juri ebda problema

    F 20-31

    Psikożi (akuta)

    –kemm jekk organika, skizofrenika jew kategorija oħra elenkata fl-ICD.

    Rikorrenza Bipolari (disturbi dipressivi maniċi) li twassal għal tibdiliet fil-perċezzjoni/konjizzjoni, aċċidenti, imġiba erratika u mhux sikura

    Wara episodju wieħed b’fatturi provokanti:

    T – Sakemm jiġi investigat, kontroll tajjeb u konformità mat-trattament. Sa tliet xhur wara d-dijanjożi inizjali

    Jekk il-membru tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta jkollu għarfien, ikun konformi mat-trattament u ma jkollu ebda effett avvers mill-mediċina: il-persuna titqies idonea bir-restrizzjoni 04***. Tista’ tkun indikata r-restrizzjoni 05***.

    Il-persuna titqies idonea mingħajr restrizzjoni: sena wara l-episodju dment li l-fatturi provokanti jistgħu u dejjem se jiġu evitati

    Limitazzjoni taż-żmien: l-ewwel sentejn, sitt xhur. Il-ħames snin segwenti, sena

     

    Wara episodju wieħed mingħajr fatturi provokanti jew aktar minn episodju wieħed b’fatturi provokanti jew mingħajr:

    T – Sakemm jiġi investigat, kontroll tajjeb u konformità mat-trattament. Sa sentejn mill-aħħar episodju.

    P –Aktar minn episodju wieħed jew probabbiltà kontinwa ta’ rikorrenza. Il-kriterji għall-idoneità b’restrizzjonijiet jew mingħajr mhumiex issodisfati

    Jekk ma kien hemm ebda rikaduta u ebda użu tal-mediċina għal perjodu ta’ sentejn: il-persuna titqies idonea, jekk speċjalist mediku jkun iddetermina li l-kawża tkun tista’ tiġi identifikata b’mod mingħajr ekwivoċi bħala waħda li tkun tranżjenti u li rikaduta tkun improbabbli ħafna

    F 32-38

    Disturbi tal-burdata/affettivi. Stat ta’ ansjetà serja, dipressjoni, jew kwalunkwe disturb mentali ieħor li aktarx li jindebolixxi l-prestazzjoni Rikorrenza, prestazzjoni mnaqqsa, speċjalment f’emerġenzi

    T – Filwaqt li akuti, taħt investigazzjoni jew jekk sintomi li jwasslu għal insuffiċjenza jew effetti sekondarji tal-mediċina jkunu preżenti.

    P – Sintomi persistenti jew rikorrenti li jwasslu għal insuffiċjenza

    Wara rkupru sħiħ u wara kunsiderazzjoni bis-sħiħ tal-każ individwali. Valutazzjoni bħala idonea tista’ tiġi indikata skont il-karatteristiċi u l-gravità tad-disturb fl-imġiba.

    Limitazzjoni taż-żmien: l-ewwel sentejn, sitt xhur. Jistgħu jkunu indikati r-restrizzjonijiet 04*** u/jew 07***. Il-ħames snin segwenti, sena

    Disturbi tal-burdata/affettivi.

    Sintomi minuri jew reattivi tal-ansjetà/tad-dipressjoni. Rikorrenza, prestazzjoni mnaqqsa, speċjalment f’emerġenzi

    T – Sakemm il-persuna tkun ħielsa minn sintomi, u ħielsa mill-mediċina

    P – Sintomi persistenti jew rikorrenti li jwasslu għal insuffiċjenza

    Jekk ħielsa minn sintomi li jwasslu għal insuffiċjenza jew minn effetti sekondarji mill-mediċina li jwasslu għal insuffiċjenza. Jistgħu jkunu indikati r-restrizzjonijiet 04*** u/jew 07***.

    F 00–99

    mhux elenkati b’mod separat

    Disturbi oħra

    eż. disturbi tal-personalità, tal-attenzjoni (ADHD), tal-iżvilupp (eż. awtiżmu) Indeboliment tal-prestazzjoni u tal-affidabbiltà, u l-impatt fuq ir-relazzjonijiet

    P – Jekk jitqiesu li għandhom konsegwenzi kritiċi għas-sikurezza

    Ebda effett avvers antiċipat waqt li fuq ix-xogħol.

    Inċidenti matul perjodi ta’ servizz preċedenti.

    Jistgħu jkunu indikati r-restrizzjonijiet 04*** u/jew 07***

    G 00–99

    MARD TAS-SISTEMA NERVUŻA

    G 40-41

    Puplesija waħda

    Ħsara lill-inġenju, għal oħrajn u għall-persuna stess mill-puplesiji

    Puplesija waħda

    T – Waqt li taħt investigazzjoni u għal sena wara l-puplesija

    Sena wara l-puplesija u fuq mediċina stabbli:

    il-persuna titqies idonea bir-restrizzjoni 04***

    Il-persuna titqies idonea mingħajr restrizzjonijiet: sena wara l-puplesija u sena wara li jintemm it-trattament

    Epilessija – ebda fattur provokanti (diversi puplesiji) Ħsara lill-inġenju, għal oħrajn u għall-persuna stess mill-puplesiji

    T – Waqt li taħt investigazzjoni u għal sentejn wara l-aħħar puplesija

    P – Puplesiji rikorrenti, mhux ikkontrollati bil-mediċina

    Mediċina mwaqqfa jew b’mediċina stabbli b’konformità tajba:

    il-persuna titqies idonea bir-restrizzjoni 04***

    Il-persuna titqies idonea mingħajr restrizzjonijiet meta tkun ħielsa minn puplesiji u mingħajr mediċina għal tal-anqas għaxar snin

    Epilessija – provokata minn alkoħol, mediċina, korriment fir-ras

    (diversi puplesiji)

    Ħsara lill-inġenju, għal oħrajn u għall-persuna stess mill-puplesiji

    T – Waqt li taħt investigazzjoni u għal sentejn wara l-aħħar puplesija

    P – Attakki rikorrenti, mhux ikkontrollati bil-mediċina

    Mediċina mwaqqfa jew b’mediċina stabbli b’konformità tajba:

    il-persuna titqies idonea bir-restrizzjoni 04***

    Il-persuna titqies idonea mingħajr restrizzjonijiet meta tkun ħielsa minn puplesiji u mingħajr mediċina għal tal-anqas ħames snin

    G 43

    Emikranja (attakki spissi li jikkawżaw inkapaċità) Probabbiltà ta’ rikorrenzi li jwasslu għal diżabilità

    P – Attakki frekwenti li jwasslu għal inkapaċità

    Ebda effett avvers inkapaċitanti antiċipat waqt li fuq ix-xogħol. Ebda inċident matul perjodi ta’ servizz preċedenti

    G 47

    Apnea tal-irqad

    Għeja u episodji ta’ rqad waqt ix-xogħol

    T – Sakemm jinbeda t-trattament u dan jirnexxi għal tliet xhur

    P – It-trattament ma jirnexxix jew ma tinżammx konformità miegħu

    Ladarba t-trattament jaħdem b’mod effettiv u pprovat għal tliet xhur. Valutazzjonijiet tal-konformità fuq sitt xhur.

    Tista’ tkun indikata r-restrizzjoni 05***

    Narkolessija

    Għeja u episodji ta’ rqad waqt ix-xogħol

    T – Sakemm ikkontrollata bit-trattament għal tal-anqas sentejn

    P – It-trattament ma jirnexxix jew ma tinżammx konformità miegħu

    Jekk speċjalist jikkonferma kontroll sħiħ tat-trattament għal tal-anqas sentejn: il-persuna titqies idonea bir-restrizzjoni 04***

    G 00–99

    mhux elenkati b’mod separat

    Mard organiku ieħor tas-sistema nervuża

    eż. sklerożi multipla, marda ta’ Parkinson. Rikorrenza/progressjoni. Limitazzjoni fuq is-saħħa muskolari, il-bilanċ, il-koordinazzjoni u l-mobilità

    T – Sakemm jiġi investigat, kontroll tajjeb u konformità mat-trattament

    P – Jekk il-limitazzjonijiet jaffettwaw ix-xogħol sikur jew mhux kapaċi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-kapaċità fiżika

    Valutazzjoni każ b’każ fuq il-bażi tar-rekwiżiti tal-impjieg u ta’ emerġenza, informata minn pariri speċjalisti newroloġiċi-psikjatriċi

    R 55

    Sinkope u disturbi oħra tal-kuxjenza Rikorrenza li tikkawża korriment jew telf ta’ kontroll

    T – Sakemm investigati biex tiġi ddeterminata l-kawża u jintwera kontroll ta’ kwalunkwe kundizzjoni sottostanti.

    L-avveniment hu:

     

    (a) Sempliċi ħass ħażin/sinkope idjopatika

    Image 1

    Valutazzjoni ta’ każ b’każ. Tista’ tkun indikata r-restrizzjoni 04***

    b) Mhux sempliċi ħass ħażin/sinkope idjopatika. Disturb mhux spjegat: mhux rikorrenti u mingħajr ebda kawża kardijaka, metabolika jew newroloġika sottostanti individwata

    T – Erba’ ġimgħat

    Valutazzjoni ta’ każ b’każ. Tista’ tkun indikata r-restrizzjoni 04***.

    (c) Disturb: rikorrenti jew b’kawża kardijaka, metabolika jew newroloġika sottostanti

    T – B’kawża sottostanti possibbli li mhix identifikata jew trattabbli: għal sitt xhur wara l-avveniment jekk ma sseħħ ebda rikorrenza

    T – B’kawża sottostanti possibbli jew kawża misjuba u ttrattata għal xahar wara t-trattament li jirnexxi

    Image 2

    (d) Disturb tal-kuxjenza b’karatteristiċi li jindikaw puplesija. Mur għal G 40-41

    P – Għal dawk kollha ta’ minkejja investigazzjoni sħiħa u trattament xieraq hawn fuq, jekk jippersistu inċidenti rikorrenti

     

    T 90

    Kirurġija/korriment intrakranjali, inkluż trattament ta’ anomaliji vaskulari jew ta’ korriment serju tar-ras bi ħsara fil-moħħ. Ħsara lill-bastiment, għal oħrajn u għall-persuna stess mill-puplesiji. Difetti fil-funzjoni konjittiva, sensorja jew motorja. Rikorrenza jew kumplikazzjonijiet ta’ kundizzjoni sottostanti

    T – Għal sena jew aktar sakemm il-probabbiltà ta’ puplesija tkun baxxa* fuq il-bażi tal-parir ta’ speċjalist

    P – Insuffiċjenza kontinwa minn kundizzjoni jew korriment sottostanti jew minn puplesiji rikorrenti

    Wara tal-anqas sena, jekk il-probabbiltà ta’ puplesija hi baxxa* u ebda insuffiċjenza mill-kundizzjoni jew mill-korriment sottostanti: il-persuna titqies idonea bir-restrizzjoni 04***

    Il-persuna titqies idonea mingħajr restrizzjoni meta ebda insuffiċjenza mill-kundizzjoni jew mill-korriment sottostanti, u ma tkunx qed tuża mediċina antiepilettika. Probabbiltà ta’ puplesija baxxa ħafna*

    H00-99

    MARDIET TAL-GĦAJNEJN U TAL-WIDNEJN

    H00-59

    Disturbi fl-għajnejn: progressivi jew rikorrenti eż. glawkoma, makulopatija, retinopatija dijabetika, retinite pigmentosa, keratokonus, diplopija, blefarospażmi, uveitie, ulċerazzjoni korneali, distakkament retinali)

    Inabilità futura li jiġu ssodisfati l-kriterji dwar il-vista, riskju ta’ rikorrenza

    T – Inabilità temporanja li jiġu ssodisfati l-kriterji rilevanti dwar il-vista (ara l-Appendiċi 1) u probabbiltà baxxa ta’ deterjorament sussegwenti jew ta’ rikorrenza li twassal għal insuffiċjenza ladarba jiġu ttrattati jew irkuprati

    P – Inabilità li jiġu ssodisfati l-kriterji rilevanti dwar il-vista (ara l-Appendiċi 1) jew jekk ittrattati probabbiltà akbar ta’ deterjorament sussegwenti jew ta’ rikorrenza li twassal għal insuffiċjenza

    Probabbiltà baxxa ħafna ta’ rikorrenza. Progressjoni għal livell li fih il-kriterji dwar il-viżjoni ma jkunux issodisfati matul il-perjodu taċ-ċertifikat tkun improbabbli ħafna

    H65-67

    Otite – esterna jew medja

    Rikorrenza, riskju bħala sors ta’ infezzjoni f’min jimmanipula l-ikel, problemi bl-użu tal-protezzjoni tas-smigħ

    T –Jekk is-sintomi jaffettwaw ix-xogħol sikur

    P - Jekk ikun hemm tnixxija kronika mill-widna f’persuna li timmanipula l-ikel

    Trattament effettiv u ebda probabbiltà ta’ rikorrenza

    H68-95

    Disturbi fil-widnejn:

    progressivi (eż. otosklerożi)

    T – Inabilità temporanja li jiġu ssodisfati l-kriterji rilevanti dwar is-smigħ (ara l-Appendiċi 2) u probabbiltà baxxa ta’ deterjorament sussegwenti jew ta’ rikorrenza li twassal għal insuffiċjenza ladarba jiġu ttrattati jew irkuprati

    P – Inabilità li jiġu ssodisfati l-kriterji rilevanti dwar is-smigħ (ara l-Appendiċi 2) jew jekk ittrattati probabbiltà akbar jew deterjorament sussegwenti jew ta’ rikorrenza li twassal għal insuffiċjenza

    Rata ta’ rikorrenza baxxa ħafna*. Progressjoni għal livell li fih il-kriterji dwar is-smigħ ma jkunux issodisfati matul il-perjodu taċ-ċertifikat tkun improbabbli ħafna

    H81

    Il-marda ta’ Meniere u forom oħra ta’ vertigo kroniku jew diżabilitanti rikorrenti

    Inabilità ta’ żamma tal-bilanċ li tikkawża telf tal-mobilità u nawsja

    T – Matul fażi akuta

    P – Attakki frekwenti li jwasslu għal inkapaċità

    Probabbiltà baxxa* ta’ effetti li jwasslu għal insuffiċjenza waqt ix-xogħol

    I00-99

    SISTEMA KARDJOVASKULARI

    I 05-08

    I 34-39

    Marda konġenitali u tal-valvi tal-qalb (inkluża kirurġija għal dawn il-kundizzjonijiet).

    Murmurs tal-qalb mhux investigati fl-imgħoddi Probabbiltà ta’ progressjoni, limitazzjonijiet fl-eżerċizzju

    T – Sakemm investigata u, jekk ikun hemm bżonn, ittrattata b’suċċess

    P – Jekk it-tolleranza għall-eżerċizzju hi limitata jew iseħħu episodji ta’ inkapaċità jew jekk qed jintużaw antikoagulanti jew jekk hemm probabbiltà għolja permanenti ta’ avveniment li jwassal għal inkapaċitazzjoni

    Valutazzjoni każ b’każ fuq il-bażi tal-parir kardjoloġiku

    I 10-15

    Ipertensjoni

    Probabbiltà akbar ta’ marda tal-qalb iskemika, ta’ ħsara fl-għajnejn u fil-kliewi u ta’ attakk ta’ puplesija. Possibbiltà ta’ episodju ipertensiv akut

    T – Normalment jekk > 160 sistolika jew > 100 dijastolika mm Hg sakemm tiġi investigata u jekk ikun hemm bżonn ittrattata b’suċċess

    P – Jekk persistentement > 160 sistolika jew > 100 dijastolika mm Hg bi trattament jew mingħajr

    Jekk ittrattata u ħielsa minn effetti li jwasslu għal insuffiċjenza minħabba l-kundizzjoni jew il-mediċina

    I 20-25

    Avveniment kardijaku, jiġifieri infart mijokardjali, evidenza mill-ECG ta’ infart mijokardjali fl-imgħoddi jew imblokkar tar-ramifikazzjoni tal-faxxiklu tax-xellug rikonoxxut ġdid, anġina, arrest kardijaku, trapjant tal-bypass tal-arterja koronarja, anġoplastija koronarja Telf f’daqqa waħda tal-kapaċità, limitazzjoni tal-eżerċizzju. Problemi ta’ ġestjoni ta’ avveniment kardijaku ripetut fuq ix-xogħol

    T – Għal tliet xhur wara l-investigazzjoni inizjali u t-trattament, itwal jekk is-sintomi ma jiqfux u f’każ ta’ probabbiltà akbar ta’ rikorrenza minħabba sejbiet patoloġiċi

    P – Jekk il-kriterji għall-ħruġ taċ-ċertifikat ma jkunux issodisfati u tnaqqis ulterjuri tal-probabbiltà ta’ rikorrenza jkun improbabbli

    Rata ta’ rikorrenza baxxa ħafna* u konformi bis-sħiħ mar-rakkomandazzjonijiet dwar it-tnaqqis tar-riskju u ebda problema rilevanti ta’ komorbidità ċertifikat ta’ sitt xhur għall-ewwel u mbagħad ċertifikat annwali.

    Rata ta’ rikorrenza baxxa*:

    il-persuna titqies idonea bir-restrizzjoni 04***

    Persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ sena

    I 44-49

    Arritmiji kardijaċi u difetti konduttivi (inklużi dawk b’pacemakers u b’defibrillaturi kardjoverter impjantati (ICD)) Probabbiltà ta’ insuffiċjenza minħabba rikorrenza, nuqqas ta’ kapaċità f’daqqa waħda, limitazzjoni tal-eżerċizzju Attività tal-pacemaker/ICD tista’ tkun affettwata minn kampijiet elettriċi qawwijin

    T – Sakemm investigati, ittrattati u tiġi kkonfermata l-adegwatezza tat-trattament

    P – Jekk hemm sintomi diżabilitanti preżenti jew probabbiltà eċċessiva ta’ insuffiċjenza minn rikorrenza, inkluż impjant tal-ICD

    Rata ta’ rikorrenza baxxa*: il-persuna titqies idonea bir-restrizzjoni 04***

    Persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ sena

    I 61-69

    G 46

    Marda ċerebrovaskulari iskemika (attakk ta’ puplesija jew attakk iskemiku tranżjenti)

    Probabbiltà akbar ta’ rikorrenza, telf f’daqqa waħda ta’ kapaċità, limitazzjoni tal-mobilità. Suxxettibbli li l-persuna tiżviluppa marda ċirkolatorja oħra li tikkawża telf f’daqqa ta’ kapaċità

    T – Sakemm jiġi investigat, kontroll tajjeb u konformità mat-trattament. Sa tliet xhur wara d-dijanjożi inizjali

    P – Jekk sintomi residwi jinterferixxu mad-dmirijiet jew hemm probabbiltà eċċessiva sinifikanti ta’ rikorrenza

    Valutazzjoni każ b’każ tal-idoneità għat-twettiq tad-dmirijiet; hi indikata r-restrizzjoni 04***.

    Il-valutazzjoni għandha tinkludi l-probabbiltà ta’ avvenimenti kardijaċi futuri. Ħila li l-persuna twettaq id-dmirijiet ta’ rutina u ta’ emerġenza għal dmirijiet assenjati kritiċi għas-sikurezza Persuna titqies idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ sena

    I 73

    Arterjali – klawdikazzjoni Probabbiltà ta’ marda ċirkolatorja oħra li tikkawża telf f’daqqa ta’ kapaċità. Limiti għall-kapaċità ta’ eżerċizzju

    T – Sakemm tiġi vvalutata

    P – Jekk il-persuna tkun inkapaċi biex twettaq id-dmirijiet

    Il-persuna titqies idonea bir-restrizzjoni 04*** dment li s-sintomi jkunu minuri u ma jtellfux fid-dmirijiet essenzjali jew jekk jiġu solvuti b’kirurġija jew bi trattament ieħor. Ivvaluta l-probabbiltà ta’ avvenimenti kardijaċi futuri. Persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ sena

    183

    Vini varikużi Possibbiltà ta’ emoraġġiji jekk il-persuna tkorri, tibdiliet fil-ġilda u ulċerazzjoni

    T – Sakemm ittrattati jekk ikun hemm sintomi li jwasslu għal insuffiċjenza. Wara l-kirurġija sa xahar

    Ebda sintomu jew kumplikazzjoni li jwasslu għal insuffiċjenza

    I 80.2-3

    Trombożi fil-vini profondi/embolus pulmonari Probabbiltà ta’ rikorrenza u ta’ embolus pulmonari serju.

    Probabbiltà ta’ fsad minn trattament antikogulanti

    T – Sakemm investigati u ttrattati u normalment waqt li jintużaw antikoagulanti għal terminu qasir

    P – Kunsiderazzjoni ta’ jekk iseħħux avvenimenti rikorrenti jew hux qed jintużaw antikoagulanti permanenti

    Il-persuna tista’ titqies idonea għax-xogħol bi probabbiltà baxxa ta’ korriment ladarba tiġi stabbilizzata bl-antikoagulanti b’monitoraġġ regolari tal-livell ta’ koagulazzjoni

    I 00-99

    mhux elenkati b’mod separat

    Marda oħra tal-qalb, eż. kardjomijopatija, perikardite, falliment tal-qalb

    Probabbiltà ta’ rikorrenza, telf f’daqqa waħda ta’ kapaċità, limitazzjoni tal-eżerċizzju

    T – Sakemm investigati, ittrattati u tiġi kkonfermata l-adegwatezza tat-trattament

    P – Jekk hemm sintomi li jwasslu għal insuffiċjenza jew probabbiltà ta’ insuffiċjenza mir-rikorrenza

    Valutazzjoni każ b’każ fuq il-bażi tar-rapporti tal-ispeċjalist

    J 00–99

    SISTEMA RESPIRATORJA

    J 02-04

    J 30-39

    Kundizzjonijiet tal-imnieħer, tal-griżmejn u tas-sinus Li jwasslu għal insuffiċjenza għall-individwu.

    Trażmissjoni ta’ infezzjoni fl-ikel/lil ekwipaġġ ieħor f’ċerti kundizzjonijiet

    T –Sakemm ma jifdal ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur

    P – Jekk iwasslu għal insuffiċjenza u rikorrenti

    Meta jitlesta t-trattament jekk ma jeżisti l-ebda fattur li jippredisponi r-rikorrenza

    J 40-44

    Bronkite kronika u/jew enfisema Tolleranza mnaqqsa għall-eżerċizzju u sintomi li jwasslu għal insuffiċjenza

    T – Jekk episodju akut

    P – Jekk rikorrenzi serji ripetuti jew jekk l-istandards ġenerali tal-idoneità ma jistgħux jiġu ssodisfati jew jekk qtugħ ta’ nifs li jwassal għal insuffiċjenza

    Kunsiderazzjoni tal-idoneità għal emerġenzi. Ħila li jinkisbu kapaċitajiet ta’ rutina u ta’ emerġenza għal dmirijiet assenjati kritiċi għas-sikurezza.

    Persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ sena

    J 45-46

    Ażma (valutazzjoni dettaljata b’informazzjoni mill-ispeċjalist għall-persuni kollha li jidħlu ġodda) Episodji imprevedibbli ta’ qtugħ sever ta’ nifs

    T – Sakemm jiġi solvut l-episodju, tiġi investigata l-kawża (inkluża kwalunkwe rabta okkupazzjonalI) u jkun hemm reġim tat-trattament effettiv fis-seħħ

    F’persuna taħt l-20 sena b’ammissjoni fi sptar jew b’użu ta’ sterojdi orali fl-aħħar tliet snin

    P – Jekk probabbiltà prevedibbli ta’ attakk ażmatiku rapidu ta’ theddida għall-ħajja waqt li fuq ix-xogħol; jew storja ta’ ażma mhux ikkontrollata, jiġifieri storja ta’ diversi ammissjonijiet l-isptar

    Il-persuna titqies idonea għax-xogħol jekk għandha storja ta’ ażma fl-età adulta**, b’kontroll tajjeb b’inalaturi u ebda episodju li ma kien jeħtieġ ammissjoni l-isptar jew użu ta’ sterojdi orali fl-aħħar sentejn jew storja jew ażma indotta mill-eżerċizzju li teħtieġ trattament regolari

    J 93

    Pnewmotoraċi (spontanja jew trawmatika)

    Indeboliment akut minn rikorrenza

    T – Normalment għal 12-il xahar wara l-episodju inizjali

    P – Wara episodji rikorrenti sakemm issir plewrettomija jew plewrodesi

    Normalment 12-il xahar wara episodju jew durata iqsar kif rakkomandat mill-ispeċjalist

    K 00–99

    SISTEMA DIĠESTIVA

    K 01-06

    Saħħa orali Uġigħ akut minn uġigħ fis-snien.

    Infezzjonijiet rikorrenti fil-ħalq u fil-ħanek

    T –Sakemm ma jifdal ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur

    Jekk is-snien u l-ħanek (il-ħanek waħedhom ta’ persuni mingħajr snien u b’dentaturi li joqogħdu tajjeb f’kundizzjoni tajba) jidhru li huma tajbin. Ebda prosteżi kumplessa; jew jekk sar kontroll dentali fl-aħħar sena, b’segwitu mwettaq u ebda problema minn dak iż-żmien

    K 25-28

    Ulċera peptika Rikorrenza b’uġigħ, emoraġġiji jew perforazzjoni

    T – Sal-fejqan jew il-kura b’kirurġija jew b’kontroll ta’ elikobatterji u b’dieta normali għal tliet xhur

    P – Jekk l-ulċera tippersisti minkejja kirurġija u mediċina

    Meta kkurata u b’dieta normali għal tliet xhur

    K 40-41

    Ernji – ingwinali u femorali Probabbiltà ta’ strangulazzjoni

    T – Sakemm jiġu investigati biex tiġi kkonfermata ebda probabbiltà ta’ strangulazzjoni u, jekk ikun hemm bżonn, ittrattati

    Meta ttrattati b’mod sodisfaċenti jew meta l-kirurgu jirrapporta li ma hemm ebda probabbiltà ta’ strangulazzjoni

    K 42-43

    Ernji – umbilikali, ventrali Instabbiltà fil-ħajt tal-addome ma’ tgħawwiġ u ma’ rfigħ

    Valutazzjoni każ b’każ skont is-severità tas-sintomi jew tal-insuffiċjenza.

    Kunsiderazzjoni tal-implikazzjonijiet ta’ sforz fiżiku regolari u qawwi tal-ġisem kollu kemm hu

    Valutazzjoni każ b’każ skont is-severità tas-sintomi jew tal-insuffiċjenza.

    Kunsiderazzjoni tal-implikazzjonijiet ta’ sforz fiżiku regolari u qawwi tal-ġisem kollu kemm hu

    K 44

    Ernji – diaframmatiċi (hiatus)

    Rifluss tal-kontenut tal-istonku u aċidu li jikkawża ħruq ta’ stonku, eċċ.

    Valutazzjoni każ b’każ fuq il-bażi tas-severità tas-sintomi meta l-persuna timtedd u fuq il-bażi ta’ kwalunkwe disturb tal-irqad ikkawżat minnhom

    Valutazzjoni każ b’każ fuq il-bażi tas-severità tas-sintomi meta l-persuna timtedd u fuq il-bażi ta’ kwalunkwe disturb tal-irqad ikkawżat minnhom

    K 50,

    51,57,58, 90

    Enterite mhux infettiva, kolite, il-marda ta’ Crohn, divertikulite, eċċ. Insuffiċjenza u wġigħ

    T – Sakemm tiġi investigata u ttrattata P – Jekk severa jew rikorrenti

    Valutazzjoni ta’ każ b’każ minn speċjalist. Probabbiltà baxxa ta’ rikorrenza

    K 60

    I 84

    Kundizzjonijiet anali: morliti (emorrojdi), fissuri, fistuli Probabbiltà ta’ episodju li jikkawża wġigħ u jillimita l-attività

    T – Jekk is-sintomi jaffettwaw ix-xogħol sikur

    P – Kunsiderazzjoni jekk mhux trattabbli jew rikorrenti

    Valutazzjoni ta’ każ b’każ

    K 70, 72

    Ċirrożi tal-fwied

    Falliment tal-fwied. Variċi esofagali li jnixxu d-demm

    T – Sakemm tiġi investigata bis-sħiħ.

    P – Jekk severa jew ikkumplikata minn axxiti jew minn variċi esofagali

    Każ b’każ fuq il-bażi ta’ valutazzjoni minn speċjalist.

    Persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ sena.

    K 80-83

    Marda fl-apparat biljari

    Kolika biljari minn ġebel fil-marrara, suffejra, falliment tal-fwied

    T – Kolika biljari sakemm tiġi ttrattata b’mod definittiv P – Marda tal-fwied avvanzata, sintomi rikorrenti jew persistenti li jwasslu għal insuffiċjenza

    Valutazzjoni ta’ każ b’każ minn speċjalist. Feġġa f’daqqa ta’ kolika biljari tkun improbabbli

    K 85-86

    Pankreatite Probabbiltà ta’ rikorrenza

    T – Sakemm tiġi solvuta

    P – Jekk rikorrenti jew relatata mal-alkoħol, sakemm tiġi kkonfermata l-assenza

    Valutazzjoni każ b’każ fuq il-bażi tar-rapporti tal-ispeċjalist

    Y 83

    Stoma (ileostomija, kolostomija) Insuffiċjenza jekk jintilef il-kontroll – ħtieġa ta’ boroż eċċ. Problemi potenzjali matul emerġenza fit-tul

    T – Sakemm jiġi investigat, kontroll tajjeb u konformità mat-trattament.

    P – Ikkontrollata b’mod inadegwat

    Valutazzjoni ta’ każ b’każ

    N 00–99

    KUNDIZZJONIJIET ĠENITOURINARJI

    N 00, N 17

    Nefrite akuta Falliment tal-kliewi, ipertensjoni

    P – Sakemm tiġi solvuta

    Valutazzjoni każ b’każ jekk hemm xi effett residwu

    N 03–05,

    N 18-19

    Nefrite jew nefrożi subakuta jew kronika Falliment tal-kliewi ipertensjoni

    T – Sakemm tiġi investigata

    Valutazzjoni każ b’każ minn speċjalist fuq il-bażi tal-funzjoni renali u l-probabbiltà ta’ kumplikazzjonijiet

    N 20-23

    Ġebla fil-kliewi renali jew ureterika

    Uġigħ minn kolika renali

    T –Sakemm tiġi investigata biex tiġi kkonfermata ebda probabbiltà ta’ sintomi li jaffettwaw ix-xogħol sikur

    P – F’diversi każijiet ta’ formazzjoni rikorrenti ta’ ġebel

    Valutazzjoni ta’ każ b’każ

    N 33, N40

    Tkabbir tal-prostata/ostruzzjoni urinarja Żamma akuta tal-awrina

    T – Sakemm tiġi investigata u ttrattata P – Jekk mhux rimedjabbli

    Valutazzjoni ta’ każ b’każ

    N 70-98

    Kundizzjonijiet ġinekoloġiċi – Ħafna emoraġġiji vaġinali, uġigħ menstruwali serju, endometrijożi, prolassi tal-organi ġenitali jew Insuffiċjenza oħra minn uġigħ jew minn emoraġġiji

    T – Jekk iwasslu għal insuffiċjenza jew meħtieġa investigazzjoni biex tiġi ddeterminata l-kawża u tiġi rrimedjata

    Valutazzjoni każ b’każ ta’ jekk il-kundizzjoni aktarx li se tkun teħtieġ trattament matul il-vjaġġ jew taffettwax il-kapaċità tax-xogħol

    R 31, 80, 81,

    82

    Proteinurja. ematurja, glikosurja, jew anormalità urinarja oħra Indikatur ta’ mard tal-kliewi jew mard ieħor

    T–Jekk is-sejbiet inizjali huma klinikament sinifikanti

    P– Kawża sottostanti serja u mhux rimedjabbli – eż. insuffiċjenza tal-funzjoni tal-kliewi

    Probabbiltà baxxa ħafna ta’ kundizzjoni sottostanti serja

    Z 90.5

    Tneħħija ta’ kilwa jew kilwa waħda li ma taħdimx Limiti għar-regolamentazzjoni tal-fluwidi f’kundizzjonijiet estremi jekk il-kilwa li jifdal ma tkunx taħdem bis-sħiħ

    P – Kwalunkwe tnaqqis fil-funzjoni fil-kilwa li jifdal f’membru tal-ekwipaġġ ġdid ta’ fuq il-gverta. Disfunzjoni sinifikanti fil-kilwa li jifdal ta’ membru tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta li jservi

    Il-kilwa li jifdal trid tkun funzjonali għalkollox u ma twassalx għal marda progressiva, fuq il-bażi tal-investigazzjonijiet renali u tar-rapport tal-ispeċjalist

    O 00–99

    TQALA

    O 00–99

    Tqala Kumplikazzjonijiet, limitazzjonijiet tard fil-mobilità. Potenzjal għall-ħsara u għall-wild fil-każ ta’ ħlas prematur fuq ix-xogħol

    T –Deċiżjoni biex tinżamm konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali

    Anormalità ta’ tqala li teħtieġ livell għoli ta’ sorveljanza

    Tqala mhux kumplikata b’ebda effett li jwassal għal insuffiċjenza: Deċiżjonijiet biex tinżamm konformità mal-prattika u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali

    L00–99

    ĠILDA

    L 00–08

    Infezzjonijiet tal-ġilda Rikorrenza, trażmissjoni lil oħrajn

    T – Jekk is-sintomi jaffettwaw ix-xogħol sikur P – Kunsiderazzjoni għal membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta bi problemi rikorrenti

    Fuq il-bażi tan-natura u tas-severità tal-infezzjoni

    L10–99

    Mardiet oħra tal-ġilda, eż. ekżema, dermatite, psoriasi Rikorrenza, kultant kawża okkupazzjonali

    T – Jekk is-sintomi jaffettwaw ix-xogħol sikur

    Deċiżjoni ta’ każ b’każ, ristretta kif xieraq jekk aggravata bis-sħana, jew sustanzi fuq ix-xogħol

    M00–99

    DISTURBI MUSKOLOSKELETALI

    M 10–23

    Osteoartrite, mard ieħor tal-ġogi u bdil sussegwenti tal-ġogi Uġigħ u limitazzjoni tal-mobilità li jaffettwaw it-twettiq ta’ dmirijiet normali jew ta’ emerġenza. Possibbiltà ta’ infezzjoni jew ta’ żlugar u ħajja limitata tal-ġogi mibdula

    T – Irkupru sħiħ tal-funzjoni u konferma b’valutazzjoni formali ta’ speċjalist meħtieġa qabel ir-ritorn għax-xogħol wara bdil tal-ġenb tal-koxxa jew tal-irkoppa

    P – Għal każijiet avvanzati u severi

    Valutazzjoni ta’ każ b’każ. Ħila li jitwettqu bis-sħiħ ir-rekwiżiti tad-dmirijiet ta’ rutina u ta’ emerġenza bi probabbiltà baxxa ħafna ta’ ggravar b’tali mod li d-dmirijiet ma jkunux jistgħu jitwettqu

    M 24.4

    Instabbiltà rikorrenti tal-ġogi tal-ispalla jew tal-irkoppa

    Limitazzjoni f’daqqa tal-mobilità, bl-uġigħ

    T – Sa rkupru u stabbiltà suffiċjenti tal-funzjoni tal-ġogi

    Valutazzjoni każ b’każ tal-instabbiltà okkażjonali

    M 54.5

    Uġigħ fid-dahar

    Uġigħ u limitazzjoni tal-mobilità li jaffettwaw it-twettiq ta’ dmirijiet normali jew ta’ emerġenza. Iggravar tal-insuffiċjenza

    T – Fi stadju akut

    P – Jekk rikorrenti jew iwassal għal inkapaċità

    Valutazzjoni ta’ każ b’każ

    Y 83.4

    Z 97.1

    Prosteżi tad-dirgħajn u tar-riġlejn

    Limitazzjoni tal-mobilità li jaffettwaw it-twettiq ta’ dmirijiet normali jew ta’ emerġenza

    P – Jekk dmirijiet essenzjali ma jistgħux jitwettqu

    Jekk dmirijiet ta’ rutina u ta’ emerġenza jistgħu jitwettqu, limitazzjonijiet speċifiċi għal attivitajiet mhux essenzjali huma permessi.

    Tista’ tkun indikata r-restrizzjoni 03***

     

    ĠENERALI

    R 47, F 80

    Disturbi fil-komunikazzjoni bil-kliem Limitazzjonijiet tal-ħila ta’ komunikazzjoni

    P - Inkompatibbli ma’ prestazzjoni affidabbli ta’ dmirijiet ta’ rutina u ta’ emerġenza b’mod sikur jew effettiv

    Ebda indeboliment fil-komunikazzjoni essenzjali bil-kliem

    T 78

    Z 88

    Allerġiji (għajr dermatite allerġika u ażma) Probabbiltà ta’ rikorrenza u severità li tiżdied tar-rispons.

    Ħila mnaqqsa li jitwettqu dmirijiet

    T –Sakemm ma jifdal ebda sintomu li jaffettwa x-xogħol sikur

    P – Jekk rispons li jkun ta’ theddida għall-ħajja jkun raġonevolment prevedibbli

    Meta r-rispons joħloq insuffiċjenza aktar milli jkun ta’ theddida għall-ħajja, u l-effetti jkunu jistgħu jiġu kkontrollati bis-sħiħ b’mediċina mhux sterojde awtoamministrata fit-tul jew bi stil tal-ħajja

    modifiki li jkunu prattikabbli fuq ix-xogħol u b’ebda effett avvers kritiku għas-sikurezza

    Z 94

    Trapjanti – kliewi, qalb, pulmun, fwied (għal prostetiċi,

    jiġifieri ġogi, dirgħajn u riġlejn, lentijiet, għajnuniet għas-smigħ, valvi tal-qalb, eċċ., ara t-taqsimiet speċifiċi għall-kundizzjoni) Possibbiltà ta’ rifjut. Effetti sekondarji tal-mediċina

    T – Sakemm l-effetti tal-kirurġija u tal-mediċina kontra r-rifjut jistabbilizzaw

    P – Valutazzjoni każ b’każ u konferma b’valutazzjoni formali minn speċjalist

    Valutazzjoni każ b’każ skont il-pariri tal-ispeċjalist.

    Persuna meqjusa idonea b’limitazzjoni ta’ żmien ta’ sena

    Klassifikazzjoni skont il-kundizzjoni

    Kundizzjonijiet progressivi li bħalissa jaqgħu fi ħdan il-kriterji, eż.

    Korea ta’ Huntington (inkluża storja tal-familja), keratokonus

    T – Sakemm jiġu investigati u ttrattati jekk indikati

    P – Jekk progressjoni dannuża tkun probabbli

    Valutazzjoni każ b’każ, skont il-pariri tal-ispeċjalist. It-tali kundizzjonijiet huma aċċettabbli jekk progressjoni dannuża qabel il-kontroll mediku li jmiss tiġi ġġudikata improbabbli

    Klassifikazzjoni skont il-kundizzjoni

    Kundizzjonijiet mhux elenkati b’mod speċifiku

    T – Sakemm jiġu investigati u ttrattati jekk indikati

    P – Jekk joħolqu insuffiċjenza b’mod permanenti

    Uża analoġija mal-kundizzjonijiet relatati bħala gwida. Ikkunsidra probabbiltà eċċessa ta’ inkapaċità f’daqqa waħda, ta’ rikorrenza jew ta’ progressjoni u l-limitazzjonijiet fit-twettiq tad-dmirijiet normali u ta’ emerġenza. Jekk f’dubju, ikseb pariri jew ikkunsidra restrizzjoni u riferiment lil arbitru.

    Appendiċi 1

    Kriterji rilevanti għall-vista kif imfissra fil-kodiċi dijanjostiku H 0059

    Kriterji minimi dwar il-vista:

    1.   Akutezza fil-vista binhar:

    L-akutezza taż-żewġ għajnejn flimkien jew tal-aħjar għajn b’korrezzjoni ta’ 0,8 jew akbar jew mingħajr. Vista monokulari hi aċċettata.

    Vista doppja manifesta (motilità) li ma tistax tiġi kkoreġuta mhix aċċettata. F’każ ta’ vista monokulari: motilità normali tal-għajn it-tajba.

    Tista’ tkun indikata r-restrizzjoni 01***.

    2.   Vista fiż-żerniq u fl-għabex:

    Trid tiġi ttestjata fil-każ ta’ disturbi retinali tal-glawkoma jew f’opaċitajiet medji (eż. katarretti). Sensittività għall-kuntrast ta’ 0,032 cd/m2 fin-Nuqqas ta’ leqqa; riżultat tat-test 1:2,7 jew aħjar wara ttestjar bil-mesotest.

    3.   Kamp tal-viżjoni:

    Il-kamp viżwali orizzontali għandu jkun minn tal-inqas 120 grad. L-estensjoni għandha tkun tal-anqas 50 grad fuq ix-xellug u l-lemin u 20 grad ’il fuq u ’l isfel. Ma għandux ikun hemm difetti f’raġġ mill-20 grad ċentrali.

    Tal-anqas għajn minnhom għandha tilħaq l-istandard tal-akutezza viżwali u jkollha l-kamp viżwali mingħajr skotomata patoloġika. Ittestjar formali minn tabib tal-għajnejn hu obbligatorju jekk tinstab xi anormalità matul it-test inizjali jew fil-każ ta’ glawkoma jew ta’ distrofija retinali.

    4.   Sens tal-kulur għall-membri tal-ekwipaġġ ta’ fuq il-gverta bi dmirijiet navigazzjonali:

    Is-sens tal-kulur jitqies adegwat jekk il-kandidat jgħaddi mit-test tal-Ishihara 24 plate edition b’massimu ta’ żewġ żbalji. Jekk il-kandidat ma jgħaddix minn dan it-test, irid isir wieħed mit-testijiet alternattivi approvati msemmija. F’każ ta’ dubju, għandu jsir test b’anomaloskopju. Il-kwozjent tal-anomaloskopju għandu jkun bejn 0,7 u 1,4 u, b’hekk, jesibixxi trikomasija normali.

    It-testijiet alternattivi approvati għall-Ishihara plates huma:

    (a)

    Velhagen/Broschmann (riżultat b’massimu ta’ żewġ żbalji);

    (b)

    Kuchenbecker-Broschmann (massimu ta’ żewġ żbalji);

    (c)

    HRR (riżultat minimu “ħafif”);

    (d)

    TMC (riżultat minimu “tieni grad”);

    (e)

    Holmes Wright B (riżultat b’massimu ta’ 8 żbalji għaż-żgħar);

    (f)

    it-test Farnsworth Panel D 15 (riżultat minimu: qsim dijametriku massimu wieħed fil-plott tal-arranġament tal-kuluri);

    (g)

    test ta’ Valutazzjoni u ta’ Djanjożi (CAD) tal-Kuluri (riżultat b’massimu ta’ erba’ unitajiet tas-CAD).

    Id-detenturi ta’ ċertifikati ta’ kaptan maħruġa skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE (1) li l-kwozjent tal-anomaloskopju għas-sens tal-kulur tagħhom hu bejn 0,7 u 3,0 jitqiesu idonei jekk iċ-ċertifikat tagħhom ikun inħareġ qabel l-1 ta’ April 2004.

    L-użu ta’ korrezzjoni ottika tal-ħġieġa filtru għas-sens tal-kulur, bħal lentijiet ta’ kuntatt u nuċċalijiet skurati, mhuwiex permess.

    Appendiċi 2

    Kriterji rilevanti għas-smigħ kif imfissra fil-kodiċi dijanjostiku H 68-95

    Kriterji minimi dwar is-smigħ

    Is-smigħ għandu jitqies adegwat jekk il-valur medju tat-telf tas-smigħ fiż-żewġ widjnejn, b’għajnuna għas-smigħ jew mingħajr, ma jaqbiżx l-40 dB fil-frekwenzi ta’ 500, 1 000, 2 000 u 3 000 Hz. Jekk il-valur ta’ 40 dB jinqabeż, is-smigħ xorta waħda għandu jitqies adegwat jekk il-kandidat jgħaddi mit-test tas-smigħ b’awdjometru li jikkonforma mal-ISO 8253-1:2010 jew ekwivalenti.

    Tista’ tkun indikata r-restrizzjoni 02***.

    Noti għat-tabella u għall-Appendiċijiet:

    * Rati ta’ rikorrenza:

    Meta t-termini baxxa ħafna u baxxa jintużaw għall-probabbiltà eċċessa ta’ rikorrenza. Dawk huma essenzjalment ġudizzji kliniċi iżda għal ċerti kundizzjonijiet hi disponibbli evidenza kwantitattiva dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza. Fejn dik tkun disponibbli, eż. għal avvenimenti ta’ puplesija u kardijaċi, din tista’ tindika l-ħtieġa għal investigazzjonijiet addizzjonali biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà eċċessa ta’ rikorrenza f’individwu. Il-livelli kwantitattivi ta’ rikorrenza japprossimaw għal:

    baxxa ħafna: rata ta’ rikorrenza ta’ anqas minn 2 fil-mija fis-sena;

    baxxa: rata ta’ rikorrenza ta’ 2–5 fil-mija fis-sena.

    ** Ażma fl-età adulta:

    L-ażma tista’ tippersisti mit-tfulija jew tibda mal-għeluq ta’ 16-il sena. Hemm firxa wiesgħa ta’ kawżi intrinsiċi u esterni għall-iżvilupp tal-ażma fil-ħajja adulta. F’persuni reklutati tard bi storja ta’ ażma li bdiet fl-età adulta, għandu jiġi investigat ir-rwol ta’ allerġeni speċifiċi, inklużi dawk li jikkawżaw l-ażma okkupazzjonali. Indutturi anqas speċifiċi bħall-kesħa, l-eżerċizzju u infezzjoni respiratorja jridu jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn kollha jistgħu jaffettwaw l-idoneità għax-xogħol fuq l-ilmijiet interni.

    Ażma intermittenti ħafifa — episodji infrekwenti ta’ tħarħir ħafif li jseħħu anqas minn darba kull ġimagħtejn, rimedjati minnufih u malajr b’inalatur beta-agonista.

    Ażma ħafifa: episodji frekwenti ta’ tħarħir li jeħtieġu l-użu ta’ inalatur beta-agonista jew l-introduzzjoni ta’ inalatur tal-kortikosterojdi. It-teħid ta’ sterojdi inalati (jew agonisti tal-isterojdi/beta-agonisti b’azzjoni fit-tul) jista’ jelimina b’mod effettiv is-sintomi u l-ħtieġa ta’ użu ta’ trattament beta-agonista.

    Ażma indotta mill-eżerċizzju: episodji ta’ tħarħir u ta’ nuqqas ta’ ħila ta’ teħid tan-nifs provokati minn sforz speċjalment fil-kesħa. L-episodji jistgħu jiġu ttrattati b’mod effettiv minn sterojdi meħuda inalati (jew agonist tal-isterojdi/beta-agonista b’azzjoni fit-tul) jew minn mediċina orali oħra.

    Ażma moderata: episodji frekwenti ta’ tħarħir minkejja użu regolari ta’ trattament bi sterojde meħuda man-nifs (jew agonist tal-isterojdi/beta-agonista b’azzjoni fit-tul) li jeħtieġ l-użu kontinwat ta’ trattament b’inalatur beta-agonista frekwenti, jew iż-żieda ta’ mediċina oħra, rekwiżit okkażjonali għal sterojdi orali.

    Ażma severa: episodji frekwenti ta’ tħarħir u ta’ nuqqas ta’ ħila ta’ teħid tan-nifs, dħul frekwenti fl-isptar, użu frekwenti ta’ trattament bi sterojdi orali.

    ***Miżuri ta’ mitigazzjoni u restrizzjonijiet

    01 Korrezzjoni tal-vista (nuċċalijiet jew lentijiet ta’ kuntatt, jew it-tnejn) meħtieġa

    02 Meħtieġa għajnuna għas-smigħ

    03 Meħtieġa prostesi għad-dirgħajn jew għar-riġlejn

    04 Ebda dmir solitarju fil-kamra tat-tmunier

    05 Binhar biss

    06 Ebda dmir navigazzjonali permess

    07 Limitat għal inġenju wieħed, bl-isem ...

    08 Żona limitata, jiġifieri ...

    09 Kompitu limitat, jiġifieri...

    Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u r-restrizzjonijiet jistgħu jiġu kombinati. Għandhom jiġu kombinati jekk ikun hemm bżonn.


    (1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-kisba ta’ ċertifikati nazzjonali għas-sewqan ta’ vapuri għat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-passaġġi ta’ ilma intern fil-Komunità (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 31).


    Upp