Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0278

    2014/278/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' materji relatati mar-riammissjoni

    ĠU L 145, 16.5.2014, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/278/oj

    16.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 145/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-12 ta' Mejju 2014

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' materji relatati mar-riammissjoni

    (2014/278/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 91, 100, 191(4), 207 u 212, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/40/UE (2), il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fl-10 ta' Mejju 2010, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard.

    (2)

    Ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim jikkonċernaw ir-riammissjoni, u għalhekk jaqgħu fl-ambitu tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Deċiżjoni separata (3) relatata ma' dawk id-dispożizzjonijiet, li jinsabu fl-Artikolu 33(2) tal-Ftehim, ser tiġi adottata parallelament ma' din id-Deċiżjoni.

    (3)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 33(2) tiegħu, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (4).

    Artikolu 2

    Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jippresjedi l-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 44 tal-Ftehim. L-Unjoni jew, skont kif ikun il-każ, l-Unjoni u l-Istati Membri, għandhom ikunu rrappreżentati fil-Kumitat Konġunt skont is-suġġett.

    Artikolu 3

    Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jipproċedu, f'isem l-Unjoni Ewropea, għan-notifika prevista fl-Artikolu 49(1) tal-Ftehim (5).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  Kunsens mogħti fis-16 ta' April 2014 (għadu mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/40/UE tal-10 ta' Mejju 2010 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 20, 23.1.2013, p. 1).

    (3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/279/UE tat-12 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' materji relatati mar-riammissjoni (Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (4)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 20, 23.1.2013, p. 2, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.

    (5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top