This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0119
Council Decision 2014/119/CFSP of 5 March 2014 concerning restrictive measures directed against certain persons, entities and bodies in view of the situation in Ukraine
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal- 5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal- 5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina
ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 06/03/2024
6.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 66/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/119/PESK
tal-5 ta’ Marzu 2014
dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta' Frar 2014, il-Kunsill ikkundanna f'termini l-aktar qawwija kull użu tal-vjolenza fl-Ukraina. Huwa appella għal tmiem immedjat tal-vjolenza fl-Ukraina, u għar-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Huwa appella lill-Gvern tal-Ukraina sabiex jeżerċita trażżin massimu u lill-kapijiet tal-oppożizzjoni sabiex jiddisassoċjaw ruħhom minn dawk li jirrikorru għal azzjoni radikali, inkluża l-vjolenza. |
(2) |
Fit-3 ta' Marzu 2014, il-Kunsill qabel biex jiffoka miżuri restrittivi fuq l-iffriżar u rkupru ta' assi ta' persuni identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukraina u persuni responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, bil-għan tal-konsolidazzjoni u s-sostenn tal-istat ta' dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina. |
(3) |
Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati mill-persuni li ġew identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukraina u persuni responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.
2. L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness.
3. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati huma:
(a) |
meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi elenkati fl-Anness u l-membri tal-familji dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi; |
(b) |
maħsuba esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali; |
(c) |
maħsuba esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; |
(d) |
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, għall-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni. |
L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
4. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi ffriżati dment li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu l-oġġett ta' sentenza arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmijin fill-paragrafu 1 kienu ġew elenkati fl-Anness, jew ta' sentenza ġudizjarja, amministrattiva jew arbitrali li ġiet mogħtija fl-Unjoni, jew sentenza ġudizjarja li tkun infurzabbli fl-Istat Membru konċernat, qabel jew wara dik id-data; |
(b) |
il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklużivament bħala pagament ta' pretensjonijiet assigurati minn tali sentenza jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet; |
(c) |
is-sentenza ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u |
(d) |
ir-rikonoxximent tas-sentenza ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru konċernat. |
L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
5. Il-paragrafu 1 m'għandux iżomm lil xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp minn dawk elenkati milli jagħmlu pagament dovut taħt kuntratt li daħlu għalih qabel id-data li fiha tali persuna, entità jew korp ġew elenkati fl-Anness, dment li l-Istat Membru konċernat jkun iddetermina li l-pagament ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna, entità jew korp imsemmijin fil-paragrafu 1.
6. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:
(a) |
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; |
(b) |
pagamenti dovuti minħabba kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew |
(c) |
pagamenti dovuti taħt sentenzi ġudizjarji, amministrattivi jew arbitrali li ġew mogħtija fl-Unjoni jew li huma infurzabbli fl-Istat Membru konċernat, |
sakemm kwalunkwe tali imgħax, dħul ieħor u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.
Artikolu 2
1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jiddeċiedi biex jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness.
2. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp konċernati, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, li tipprovdi lil tali persuna, entità jew korp bl-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.
3. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrivedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna, entità jew korp konċernati kif meħtieġ.
Artikolu 3
1. L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 1(1).
2. L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi konċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inklużi psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.
Artikolu 4
Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2), l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta' Marzu 2015.
Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata, skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
ANNESS
Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 1
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Viktor Fedorovych Yanukovych |
twieled fid-9 ta' Lulju 1950, ex-President tal-Ukraina |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
2. |
Vitalii Yuriyovych Zakharchenko |
twieled fl-20 ta' Jannar 1963, ex-Ministru tal-Affarijiet Interni |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
3. |
Viktor Pavlovych Pshonka |
twieled fis-6 ta' Frar 1954, ex-Prosekutur Ġenerali tal-Ukraina |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
4. |
Oleksandr Hryhorovych Yakymenko |
twieled fit-22 ta' Diċembru 1964, ex-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Ukraina |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
5. |
Andriy Volodymyrovych Portnov |
twieled fis-27 ta' Ottubru 1973, ex-Konsulent tal-President tal-Ukraina |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
6. |
Olena Leonidivna Lukash |
twieldet fit-12 ta' Novembru 1976, ex-Ministru tal-Ġustizzja |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
7. |
Andrii Petrovych Kliuiev |
twieled fit-12 ta' Awwissu 1964, ex-Kap tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Ukraina |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
8. |
Viktor Ivanovych Ratushniak |
twieled fis-16 ta' Ottubru 1959, ex-Viċi Ministru tal-Affarijiet Interni |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
9. |
Oleksandr Viktorovych Yanukovych |
twieled fl-1 ta' Lulju 1973, iben l-ex-President, negozjant |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
10. |
Viktor Viktorovych Yanukovych |
twieled fis-16 ta' Lulju 1981, iben l-ex-President, Membru tal-Verkhovna Rada tal-Ukraina |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
11. |
Artem Viktorovych Pshonka |
twieled fid-19 ta' Marzu 1976, iben l-ex Prosekutur Ġenerali, Viċi Kap tal-fazzjoni tal-Partit tar-Reġjuni fil-Verkhovna Rada tal-Ukraina |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
12. |
Serhii Petrovych Kliuiev |
twieled fit-12 ta' Awwissu 1969, negozjant, ħu s-Sur Andrii K1iuiev |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
13. |
Mykola Yanovych Azarov |
twieled fis-17 ta' Diċembru 1947, Prim Ministru tal-Ukraina sa Jannar 2014 |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
14. |
Oleksii Mykolayovych Azarov |
iben l-ex-Prim Ministru Azarov |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
15. |
Serhiy Vitaliyovych Kurchenko |
twieled fil-21 ta' Settembru 1985, negozjant |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
16. |
Dmytro Volodymyrovych Tabachnyk |
twieled fit-28 ta' Novembru 1963, ex-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xjenza |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
17. |
Raisa Vasylivna Bohatyriova |
twieldet fis-6 ta' Jannar 1953, ex-Ministru tas-Saħħa |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali fl-Ukraina dwar investigazzjoni ta’ reati b’rabta mal-approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina. |
6.3.2014 |
18. |
Ihor Oleksandrovych Kalinin |
twieled fit-28 ta' Diċembru 1959, ex-Konsulent tal-President tal-Ukraina |