This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0535
2012/535/EU: Commission Implementing Decision of 26 September 2012 on emergency measures to prevent the spread within the Union of Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (the pine wood nematode) (notified under document C(2012) 6543)
2012/535/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Settembru 2012 dwar il-miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni tat-tixrid fl-Unjoni tal- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu) (notifikata bid-dokument numru C(2012) 6543)
2012/535/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Settembru 2012 dwar il-miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni tat-tixrid fl-Unjoni tal- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu) (notifikata bid-dokument numru C(2012) 6543)
ĠU L 266, 2.10.2012, pp. 42–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
23/04/2018
|
2.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/42 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Settembru 2012
dwar il-miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni tat-tixrid fl-Unjoni tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu)
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 6543)
(2012/535/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari r-raba’ sentenza tal-Artikolu 16(3),
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/133/KE (2) tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri addizzjonali temporanji kontra t-tixrid tan-nematodu tal-injam tal-arżnu (pine wood nematode-PWN) fir-rigward ta’ żoni fil-Portugall, minbarra dawk fejn mhuwiex magħruf li jeżisti. It-tifqigħat tal-PWN fi Spanja u l-interċezzjonijiet ripetuti minn Stati Membri oħra ta’ injam tal-arżnu, materjal tal-ippakkjar tal-injam u qoxra tas-siġar infestati mill-PWN u li ġejjin mill-Portugall, juru li żdied ir-riskju li l-PWN ma jibqax biss f’żoni fil-Portugall, fejn huwa magħruf li jeżisti l-PWN. L-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali jekk il-PWN jinfirex mal-Unjoni jkun wieħed kbir wisq. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri li jirrigwardaw il-PWN jiġi estiż għall-Istati Membri kollha. |
|
(2) |
L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ annwali fir-rigward tal-preżenza tal-PWN, bil-għan li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-PWN f’żoni fejn mhuwiex magħruf li jeżisti n-nematodu u jadottaw ukoll pjanijiet ta’ kontinġenza biex jitħejjew għal sejbiet tal-preżenza tal-PWN. |
|
(3) |
F’każ li l-PWN jinstab f’żona fejn ikun magħruf li ma jinstabx normalment, l-Istati Membri għandhom jiddemarkaw iż-żoni fejn għandhom jiġu applikati l-miżuri għall-eradikazzjoni. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu t-twaqqigħ bħala prekawzjoni tal-pjanti suxxettibbli fiż-żona infestata u f’żona b’radju ta’ 500 m madwar il-pjanti infestati bil-PWN, flimkien ma’ sorveljanza intensifikata għall-preżenza tal-PWN fiż-żona demarkata kollha. |
|
(4) |
Fejn Stat Membru jikkonkludi li t-twaqqigħ ta’ pjanti suxxettibbli sa 500 m mill-pjanti infestati bil-PWN huwa sproporzjonat, pereżempju meta ż-żona milquta tkun tinkludi żoni protetti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (3) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (4), għandu jkun hemm għażliet alternattivi ta’ mmaniġġjar tar-riskju, li jinkludu ammont imnaqqas ta’ twaqqigħ ta’ pjanti suxxettibbli. F’dak il-każ, għandu jkun hemm salvagwardji alternattivi biex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta’ mitigazzjoni tar-riskju tat-tixrid tal-PWN. |
|
(5) |
L-għan prinċipali tal-miżuri fir-rigward tal-PWN għandu jkun l-eradikazzjoni tiegħu, u għandu jiġi permess it-trażżin biss f’żoni fejn l-eradikazzjoni mhix mira li tista’ tintlaħaq. Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm l-eradikazzjoni fejn ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri ta’ eradikazzjoni għal tal-inqas erba’ snin. Madankollu, fejn l-eradikazzjoni tkun impossibbli, l-Istati Membri għandhom, f’ċerti każijiet jitħallew japplikaw miżuri ta’ trażżin anki qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ erba’ snin. |
|
(6) |
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-miżuri ta’ eradikazzjoni u tat-trażżin li jkunu ħadu jew iddeċidew li jieħdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. |
|
(7) |
L-operaturi u l-pubbliku kkonċernat għandhom jiġu infurmati dwar il-miżuri ta’ eradikazzjoni u tat-trażżin meħudin. |
|
(8) |
Iċ-ċaqliq ta’ pjanti suxxettibbli u ta’ injam u qoxra tas-siġar suxxettibbli fiż-żoni demarkati u barra minn dawk iż-żoni, għandu jkun suġġett għal ċerti restrizzjonijiet. L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki dwar jekk ikunx hemm konformità ma’ dawk il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet u, fejn ikun rilevanti, jimponu miżuri korrettivi. |
|
(9) |
Fejn ir-restrizzjonijiet li jirrigwardaw iċ-ċaqliq ta’ injam u qoxra tas-siġar suxxettibbli, jinkludu rekwiżiti għat-trattament ta’ tali injam u qoxra tas-siġar, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw u jissorveljaw il-faċilitajiet li huma mgħammra b’mod adegwat biex iwettqu tali trattament u biex joħorġu passaporti tal-pjanti jew biex jimmarkaw l-injam jew il-qoxra tas-siġar suxxettibbli. Għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-awtorizzazzzjoni u s-superviżjoni ta’ tali faċilitajiet. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll regoli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-produtturi tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam li japplikaw tali mmarkar. |
|
(10) |
L-Istati Membri u l-operaturi għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar dawk il-faċilitajiet awtorizzati. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tistabbilixxi u żżomm lista ta’ faċilitajiet awtorizzati biex iwettqu t-trattamenti u ta’ produtturi awtorizzati tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam. |
|
(11) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2006/133/KE għandha titħassar. |
|
(12) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta wara tliet snin biex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi. |
|
(13) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“pjanti suxxettibbli” tfisser pjanti (ħlief frott u żrieragħ) tal-Abies Mill., iċ-Cedrus Trew, il-Larix Mill., il-Picea A. Dietr., il-Pinus L., is-Pseudotsuga Carr. u t-Tsuga Carr.; |
|
(b) |
“injam suxxettibbli” tfisser l-injam tal-koniferi (Coniferdales), bl-eċċezzjoni tal-injam u z-zkuk isserrati tat-Taxus L. u t-Thuja L.; |
|
(c) |
“qoxra tas-siġar suxxettibbli” tfisser qoxra tal-koniferi (Coniferdales); |
|
(d) |
“sit ta’ produzzjoni” tfisser kwalunkwe stabbiliment li jopera bħala unità waħda tal-produzzjoni. Dan jista’ jinkludi siti ta’ produzzjoni li huma mmexxija separatament għal għanijiet fitosanitarji; |
|
(e) |
“vettur” tfisser ħanfus tal-ġenus Monochamus Megerle f’Dejean, 1821; |
|
(f) |
“staġun tal-migrazzjoni tal-vettur” tfisser il-perjodu mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Ottubru, minbarra fejn ikun hemm ġustifikazzjoni teknikoxjentifika għal tul ta’ żmien differenti għall-istaġun tal-migrazzjoni tal-vettur, b’kunsiderazzjoni ta’ marġini ta’ sikurezza ta’ erba’ ġimgħat addizzjonali fil-bidu u fi tmiem tal-istaġun ta’ migrazzjoni previst; |
|
(g) |
“materjal tal-ippakkjar tal-injam” tfisser injam jew prodotti tal-injam li jintużaw għas-sostenn, il-protezzjoni jew il-ġarr ta’ prodott, f’forma ta’ kaxxi għall-ippakkjar, kaxxi, ċestuni, btieti u ppakkjar simili, palits, palits f’forma ta’ kaxxi u twavel oħrajn għat-tagħbija, għenuq tal-palits u bċejjeċ tal-injam, sew jekk fil-fatt jintużaw għat-trasport tal-oġġetti u sew jekk le. Injam proċessat magħmul bil-kolla, bis-sħana jew bil-pressjoni jew kumbinazzjoni ta’ dawn u materjal għall-ippakkjar magħmul kompletament minn injam ta’ ħxuna ta’ 6 mm jew inqas huwa eskluż. |
Artikolu 2
Stħarriġ f’żoni fejn mhuwiex magħruf li jeżisti l-PWN
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu stħarriġ annwali dwar il-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu), min hawn ’il quddiem imsejjaħ “PWN”, fir-rigward ta’ pjanti suxxettibbli, injam u qoxra tas-siġar suxxettibbli u fir-rigward tal-vettur, u jiddeterminaw jekk hemmx evidenza tal-preżenza tal-PWN fit-territorju tagħhom f’żoni fejn qabel ma kienx magħruf li jeżisti l-PWN.
Dak l-istħarriġ għandu jinkludi l-ġabra u l-ittestjar fil-laboratorju ta’ kampjuni ta’ pjanti suxxettibbli, injam u qoxra tas-siġar suxxettibbli u vetturi. L-għadd ta’ kampjuni għandu jiġi determinat skont prinċipji xjentifiċi u tekniċi sodi.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni deskrizzjoni tal-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1 li jistabbilixxi l-għadd ta’ siti fejn isir l-istħarriġ, iż-żoni li għandhom jiġu sorveljati u l-għadd ta’ kampjuni li għandhom isirulhom testijiet fil-laboratorju kull sena. Id-deskrizzjoni għandha tindika l-prinċipji xjentifiċi u tekniċi li fuqhom jissejjes dak l-istħarriġ.
Dik id-deskrizzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu tas-sena li fiha għandu jsir l-istħarriġ.
3. Kull Stat Membru għandu jikkomunika r-riżultati tal-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara dik li fiha jkun sar l-istħarriġ.
Artikolu 3
Testijiet fil-laboratorju
It-testijiet fil-laboratorju għall-preżenza tal-PWN fil-pjanti suxxettibbli, l-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli u l-vetturi għandhom isiru skont il-protokoll dijanjostiku għall-Bursaphelenchus xylophilus stipulat fl-Istandard tal-EPPO PM7/4(2) (5). Il-metodi f’dak l-istandard jistgħu jiġu ssuplimentati jew sostitwiti minn metodi dijanjostiċi molekulari li jkunu vvalidati xjentifikament u li jkollhom sensittività u affidabbiltà tal-inqas ekwivalenti għal dawk fl-istandard tal-EPPO.
Artikolu 4
Pjanijiet ta’ kontinġenza
1. Sal-31 ta’ Diċembru 2013, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan li jistipula l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fit-territorju tiegħu skont l-Artikoli 5 sa 16, f’każ ta’ preżenza kkonfermata jew ta’ suspett ta’ preżenza tal-PWN, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-pjan ta’ kontinġenza”.
2. Il-pjan ta’ kontinġenza għandu jistabbilixxi dan li ġej:
|
(a) |
l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti u l-awtorità unika f’dawk l-azzjonijiet; |
|
(b) |
ir-regoli dwar il-komunikazzjoni ta’ dawk l-azzjonijiet bejn il-korpi involuti, l-Awtorità Unika, is-settur privat ikkonċernat u l-pubbliku kkonċernat; |
|
(c) |
ir-regoli dwar it-testijiet fil-laboratorju; u |
|
(d) |
ir-regoli dwar it-taħriġ tal-persunal tal-korpi involuti f’dawk l-azzjonijiet. |
3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu l-valutazzjoni u r-reviżjoni tal-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom.
4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom lill-Kummissjoni fuq talba tagħha.
Artikolu 5
Żoni demarkati
1. Fejn ir-riżultati ta’ stħarriġ annwali, kif previst fl-Artikolu 2(1), juru l-preżenza tal-PWN fi pjanta suxxettibbli f’parti tat-territorju ta’ Stat Membru fejn qabel kien magħruf li ma jeżistix, jew fejn hemm evidenza ta’ tali preżenza b’mezzi oħrajn, dak l-Istat Membru għandu minnufih jiddemarka żona skont il-paragrafu 2, minn hawn ’il quddiem imsejħa “iż-żona demarkata”.
Fejn il-preżenza tal-PWN tinstab f’vettur jew f’kunsinna ta’ injam suxxettibbli, ta’ qoxra tas-siġar suxxettibbli jew f’materjal tal-ippakkajr tal-injam, l-Istati Membri kkonċernati għandhom iwettqu investigazzjoni qrib fejn ikun inqabad il-vettur jew fejn kien hemm l-injam suxxettibbli, il-qoxra tas-siġar suxxettibbli jew il-materjal tal-ippakkjar tal-injam meta saret is-sejba. Fejn ir-riżultati tal-investigazzjoni juru l-preżenza tal-PWN fi pjanta suxxettibbli, għandu japplika wkoll is-sottoparagrafu 1.
2. Iż-żona demarkata għandha tikkonsisti minn żona fejn tkun instabet il-preżenza tal-PWN, minn hawn ’il quddiem “iż-żona infestata”, u minn żona li ddawwar iż-żona infestata, minn hawn ’il quddiem “iż-żona ta’ lqugħ”. Iż-żona ta’ lqugħ għandha tkun wiesgħa tal-inqas 20 km.
Fejn jiġu applikati l-miżuri ta’ eradikazzjoni, skont l-Artikolu 6, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu l-wisa’ taż-żona ta’ lqugħ għal mhux anqas minn 6 km, sakemm dan it-tnaqqis ma jfixkilx l-eradikazzjoni.
3. Fejn jinstab il-PWN f’żona ta’ lqugħ, għandha tintgħażel żona demarkata minnufih skont il-paragrafu 1 sabiex tiġi kkunsidrata dik is-sejba.
Iż-żona demarkata eżistenti tista’, minflok, tiġi emendata biex tiġi kkunsidrata dik is-sejba fejn dik iż-żona tkun suġġetta għal miżuri ta’ eradikazzjoni skont l-Artikolu 6.
Kull evidenza ta’ preżenza tal-PWN f’żona ta’ lqugħ għandha tiġi nnotifikata immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
4. Fejn tinstab il-preżenza tal-PWN f’territorju ta’ Stat Membru u ż–żona demarkata testendi fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed ieħor jew aktar, l-Istat Membru l-ieħor jew l-Istati Membri l-oħrajn għandhom, skont il-paragrafu 1, jistabbilixxu żona demarkata jew żoni demarkati li jikkompletaw iż-żona ta’ lqugħ, b’żona ta’ lqugħ jew żoni ta’ lqugħ li l-wisa’ tagħhom tikkorrespondi għall-wisa’ taż-żona ta’ lqugħ fl-Istat Membru fejn issir l-iskoperta.
5. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw iż-żoni demarakati fit-territorju tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fi żmien xahar mid-data minn meta jkun instab il-PWN fiż-żona kkonċernata.
Dik il-komunikazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni taż-żoni demarkati, fejn jinsabu u l-ismijiet tal-entitajiet amministrattivi milqutin mid-demarkazzjoni, flimkien ma’ mappa li tindika l-post fejn tinsab kull żona demarkata, kull żona infestata u kull żona ta’ lqugħ.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-emendi għaż-żoni demarkati fit-territorju tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn fi żmien xahar minn meta ssir dik l-emenda.
6. Fejn l-istħarriġ annwali dwar il-pjanti suxxettibbli u l-vettur, kif stabbilit fil-punt 6 tal-Anness I, juri li ma nstabx PWN fiż-żona demarkata kkonċernata fl-erba’ snin li għaddew, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li ż-żona ma tibqax demarkata. Stat Membru fis-sitwazzjoni msemmija fil-punt 5 tal-Anness I jista’ jiddeċiedi li ż-żona ma għadhiex demarkata fil-każ li jiġi kkonfermat li m’hemmx PWN permezz tat-teħid ta’ kampjuni u t-twettiq t-testijiet imsemmija fil-punt 7 ta’ dak l-Anness.
Dan għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dik id-deċiżjoni fi żmien xahar.
7. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ żoni demarkati u tikkomunika dik il-lista lill-Istati Membri.
Dik il-lista għandha tiġi aġġornata skont il-komunikazzjonijiet li jaslu lill-Kummissjoni skont il-paragrafi 5 u 6.
Artikolu 6
Eradikazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri, kif stipulat fl-Anness I, biex jeradikaw il-PWN preżenti fiż-żoni demarkati fit-territorju tagħhom.
Għandu jitqies li l-PWN ikun ġie eradikat, meta l-istħarriġ annwali dwar il-pjanti suxxettibli u l-vettur, kif inhu stabbilit fil-punt 6 tal-Anness I, juri li fiż-żona demarkata kkonċernata ma nstabx PWN fl-erba’ snin li għaddew, jew f’każ li jkun konfermat li m’hemmx PWN permezz tat-teħid tal-kampjuni u t-twettiq t-testijiet imsemmija fit-tielet sottoparagrafu tal-punt 7 tal-Anness I.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jitwettqu minn persunal li jkollu l-kwalifiki tekniċi tal-korpi uffiċjali responsabbli jew minn persuni oħra li jkollhom il-kwalifiki tekniċi u li jkunu qed jaħdmu taħt is-superviżjoni tal-korpi uffiċjali responsabbli.
Artikolu 7
Trażżin
1. Fejn l-istħarriġ annwali dwar il-pjanti suxxettibbli u l-vettur, kif inhu stabbilit fil-punt 6 tal-Anness I, jikkonferma l-preżenza tal-PWN f’żona demarkata tul perjodu ta’ tal-anqas erba’ snin konsekuttivi u fejn l-esperjenza miksuba turi li, fis-sitwazzjoni kkonċernata, huwa impossibbli li l-PWN jiġi eradikat, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li minflok irażżan il-PWN għal din iż-żona.
L-Istat Membru kkonċernat jista’ madankollu, qabel tmiem dak il-perjodu, jiddeċiedi li jrażżan il-PWN, minflok jeradikah, f’każijiet fejn id-dijametru taż-żona infestata jaqbeż l-20 km, fejn ikun hemm evidenza tal-preżenza tal-PWN fiż-żona infestata kollha u fejn l-esperjenza miksuba turi li, fis-sitwazzjoni kkonċernata, huwa impossibbli li l-PWN f’dik iż-żona jiġi eradikat.
Il-miżuri ta’ trażżin għandhom jittieħdu kif stabbilit fl-Anness II.
2. Fejn Stat Membru jiddeċiedi li, skont il-paragrafu 1, japplika miżuri ta’ trażżin flok miżuri ta’ eradikazzjoni, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar din id-deċiżjoni filwaqt li jispjega r-raġunijiet għaliha.
Fejn japplika t-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha twettaq investigazzjonijiet f’dak l-Istat Membru biex tivverifika jekk il-kondizzjonijiet previsti f’dak is-sottoparagrafu humiex sodisfati.
3. Iż-żoni demarkati suġġetti għall-miżuri ta’ trażżin skont il-paragrafu 1, għandhom ikunu mmarkati bħala tali fil-lista msemmija fl-Artikolu 5(7). L-Istati Membri jistgħu japplikaw biss il-miżuri ta’ trażżin f’żoni demarkati li f’dik il-lista ġew immarkati bħala żoni suġġetti għat-trażżin tal-PWN.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jitwettqu minn persunal li jkollu l-kwalifiki tekniċi tal-korpi uffiċjali responsabbli jew minn persuni oħra li jkollhom il-kwalifiki tekniċi u li jkunu qed jaħdmu taħt is-superviżjoni tal-korpi uffiċjali responsabbli.
Artikolu 8
Informazzjoni lill-operaturi u lill-pubbliku
Fejn jiġu applikati miżuri ta’ eradikazzjoni skont l-Artikolu 6 jew miżuri ta’ trażżin skont l-Artikolu 7, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprevedu miżuri biex jiġu infurmati l-operaturi kkonċernati u l-pubbliku.
Artikolu 9
Komunikazzjoni dwar il-miżuri nazzjonali
1. L-Istati Membri għandhom, fi żmien xahar min-notifika, prevista fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, tal-preżenza tal-PWN f’parti mit-territorju tagħhom fejn qabel ma kienx jeżisti, jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-miżuri li jkunu ħadu u dawk li jkun beħsiebhom jieħdu għall-eradikazzjoni tal-PWN skont l-Artikolu 6.
2. Fejn Stat Membru jieħu l-miżuri għall-eradikazzjoni tal-PWN skont l-Artikolu 6, il-komunikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-miżuri li jikkonċernaw it-twaqqigħ, it-teħid ta’ kampjuni, it-testijiet, it-tneħħija u r-rimi ta’ pjanti suxxettibbli, kif inhu stabbilit fil-punti 2, 3, 4, 5, 7, 8 u 9 tal-Anness I, u t-tfassil u l-organizzazzjoni tal-istħarriġ inkluż l-għadd ta’ spezzjonijiet, ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u ta’ testijiet fil-laboratorju li għandhom jitwettqu, kif inhu stabbilit fil-punt 6 tal-Anness I.
Fejn Stat Membru jieħu l-miżuri għat-trażżin tal-PWN skont l-Artikolu 7, il-komunikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-miżuri li jikkonċernaw it-twaqqigħ, it-teħid ta’ kampjuni, it-testijiet, it-tneħħija u r-rimi ta’ pjanti suxxettibbli u t-tfassil u l-organizzazzjoni tal-istħarriġ inkluż l-għadd ta’ spezzjonijiet, ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u ta’ testijiet fil-laboratorju li għandhom jitwettqu, kif inhu stabbilit fil-punti 2 u 3 tal-Anness II.
Dik il-komunikazzjoni tal-miżuri għandha tinkludi wkoll deskrizzjoni tal-miżuri għall-informazzjoni tal-operaturi kkonċernati u l-pubbliku kkonċernat, skont l-Artikolu 8 u tal-verifiki li għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 11(1).
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istai Membri l-oħrajn sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena rapport bir-riżultati tal-miżuri meħudin fis-sena ta’ qabel skont l-Artikoli 6 u 7.
Dak ir-rapport għandu jinkludi l-għadd ta’ sejbiet u l-postijiet fejn instabet il-preżenza tal-PWN, inklużi mapep, l-għadd ta’ pjanti morda u ta’ pjanti mejtin li ġew identifikati, imwaqqgħin, meħudin għall-kampjun u ttestjati, u r-riżultat ta’ dawk it-testijiet.
4. Sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-miżuri li jkunu ddeċidew li jieħdu matul dik is-sena għall-eradikazzjoni tal-PWN skont l-Artikolu 6.
5. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jrażżan il-PWN f’żona demarkata skont l-Artikolu 7(1), dan għandu jikkomunika minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra verżjoni riveduta kif xieraq tal-komunikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.
Dik il-komunikazzjoni dwar il-miżuri tista’ tkopri perjodu sa ħames snin fil-każ ta’ żona demrkata suġġetta għal miżuri ta’ trażżin skont l-Artikolu 7. Meta l-komunikazzjoni tkopri aktar minn sena, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra verżjoni riveduta ta’ dik il-komunikazzjoni dwar il-miżuri sal-31 ta Ottubru tas-sena tal-iskadenza tagħha.
Meta jiġu deċiżi bidliet sinifikanti għall-miżuri ta’ trażżin, dik il-komunikazzjoni tal-miżuri għandha tiġi riveduta u kkomunikata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra minnufih.
Artikolu 10
Ċaqliq ta’ pjanti suxxettibbli u ta’ injam u qoxra tas-siġar suxxettibbli fl-Unjoni
1. Il-pjanti suxxettibbli u l-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli għandhom jiċċaqilqu biss miż-żoni demarkati f’żoni oħrajn barra miż-żoni demarkati u miż-żoni infestati fiż-żoni ta’ lqugħ jekk il-kundizzjonijiet, kif stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness III, ikunu sodisfati.
2. Il-pjanti suxxettibbli u l-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli għandhom jiċċaqilqu biss fiż-żoni infestati stess, suġġetti għal miżuri ta’ eradikazzjoni jekk il-kondizzjonijiet, kif inhuma stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness III, ikunu sodisfati.
3. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu ċ-ċaqliq tal-pjanti suxxettibbli u tal-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli fiż-żona infestata stess suġġetti għal miżuri ta’ trażżin.
Artikolu 11
Verifiki taċ-ċaqliq minn żoni demarkati għal żoni li mhumiex demarkati u minn żoni infestati għal żoni ta’ lqugħ
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki spontanji frekwenti tal-pjanti suxxettibbli u tal-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli, li jiċċaqilqu minn żoni demarkati li jinsabu fit-territorju tagħhom lejn żoni li mhumiex demarkati u minn żoni infestati li jinsabu fit-territorju tagħhom lejn żoni ta’ lqugħ.
Meta f’każ speċifiku jkun qed jiġi deċiż fejn għandhom isiru l-verifiki, l-Istati Membri għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq ir-riskju li l-pjanti jew l-injam u l-qoxra tas-siġar li għandhom jiġu vverifikati huma infestati bil-PWN ħaj, b’kunsiderazzjoni ta’ minn fejn ikunu ġejjin il-kunsinni, il-livell ta’ suxxettibbiltà tal-pjanti u tal-injam u l-qoxra tas-siġar ikkonċernati, u fuq il-konformità fil-passat ma’ din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni 2006/133/KE mill-operatur responsabbli għaċ-ċaqliq.
Għandhom isiru verifiki tal-pjanti suxxettibbli u tal-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli f’dawn il-postijiet:
|
(a) |
fil-punti fejn jinħarġu miż-żoni infestati lejn iż-żoni ta’ lqugħ; |
|
(b) |
fil-punti fejn jinħarġu miż-żoni ta’ lqugħ lejn iż-żoni mhux demarkati; |
|
(c) |
fil-punt tad-destinazzjoni tagħhom fiż-żona ta’ lqugħ; u |
|
(d) |
fil-post tal-oriġini tagħhom fiż-żona infestata, bħal pereżempju fil-postijiet fejn jiġi sserrat l-injam, minn fejn jinħarġu ’l barra miż-żona infestata. |
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu verifiki addizzjonali f’postijiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-punti (a) sa (d).
Dawk il-verifiki għandhom jinkludu verifika tad-dokumenti fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 1 tal-Anness III, verifika tal-identità u, fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew suspett ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, verifika tas-saħħa tal-pjanti li tinkludi testijiet għall-preżenza tal-PWN.
2. L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki spontanji ta’ pjanti suxxettibbli u injam u qoxra tas-siġar suxxettibbli li jinħarġu minn żoni demarkati li jinsabu barra mit-territorju tagħhom f’żoni fit-territorju tagħhom li mhumiex dawk demarkati.
Dawn il-verifiki għandhom jinkludu verifika tad-dokumenti fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness III, verifika tal-identità u verifika tas-saħħa tal-pjanti li tinkludi testijiet għall-preżenza tal-PWN.
3. Ir-riżultati tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fuq bażi mensili u dawk imsemmija fil-paragrafu 2 fuq bażi annwali, sal-1 ta’ Marzu.
Fejn dawn il-verifiki juru li l-PWN huwa preżenti fi pjanti suxxettibbli jew injam u qoxra tas-siġar suxxettibbli, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn b’dik is-sejba.
Artikolu 12
Miżuri fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 10
Meta l-verifiki msemmija fl-Artikolu 11 juru li hemm nuqqas ta’ konformità mat-Taqsima 1 jew mat-Taqsima 2 tal-Anness III, l-Istat Membru li jkun wettaq dawk il-verifiki għandu minnufih iqiegħed il-materjal li mhux konformi suġġett għal waħda minn dawn il-miżuri:
|
(a) |
qerda; |
|
(b) |
ċaqliq b’superviżjoni uffiċjali lejn faċilità għat-trattament awtorizzata speċifikament għal dan il-għan, fejn isirlu trattament bis-sħaħa biex tintlaħaq temperatura minima ta’ 56 għal tal-anqas 30 minuta għall-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli kollha, biex jiġi żgurat li l-PWNs ħajjin u l-vetturi ħajjin jinqerdu; |
|
(c) |
fejn il-materjal mhux konformi jikkonsisti minn materjal tal-ippakkjar tal-injam li fil-fatt ikun qed jintuża fit-trasport tal-oġġetti, u mingħajr ħsara għall-Anness III, jiġi rritornat b’superviżjoni uffiċjali lejn il-post minn fejn ikun intbagħat, jew post qrib is-sit tal-interċezzjoni, għall-ippakkjar mill-ġdid ta’ dawk l-oġġetti u l-qerda ta’ dak il-materjal tal-ippakkjar tal-injam, filwaqt li jiġi evitat kull riskju li jixtered il-PWN. |
Artikolu 13
Awtorizzazzjoni tal-faċilitajiet ta’ trattament
1. L-Istati Membri fejn ikun hemm żona demarkata, għandhom jawtorizzaw dawk il-faċilitajiet ta’ trattament li jkunu mgħammra b’mod xieraq biex iwettqu wieħed mill-kompiti li ġejjin jew aktar, kif inhu stabbilit fl-Anness III:
|
(a) |
iwettqu trattament ta’ injam u qoxra tas-siġar suxxettibbli, kif inhu stabbilit fil-punt 2(a) tat-Taqsima 1 ta’ dak l-Anness u l-punt (c) tal-ewwel sottoparagrafu tal-punt 2 tat-Taqsima 2 ta’ dak l-Anness; |
|
(b) |
joħorġu passaporti tal-pjanti kif imsemmi fid-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE (6) għall-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli trattati mill-faċilità għat-trattament ikkonċernata, skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, kif inhu stabbilit fil-punt 2(b) tat-Taqsima 1 tal-Anness III u tal-punt (b) tat-tieni sottoparagrafu tal-punt 2 tat-Taqsima 2 ta’ dak l-Anness. |
|
(c) |
iwettqu trattament ta’ materjal tal-ippakkjar tal-injam, kif inhu stabbilit fil-punt 3(a) tat-Taqsima 1 ta’ dak l-Anness u l-punt 3 tat-Taqsima 2 ta’ dak l-Anness; u |
|
(d) |
jimmarkaw il-materjal tal-ippakkjar tal-injam trattat mill-faċilità tat-trattament ikkonċernata skont il-punt (c), kif inhu stabbilit fil-punt 3(b) tat-Taqsima 1 tal-Anness III u l-punt 3 tat-Taqsima 2 ta’ dak l-Anness, skont l-Anness II mal-Istandard Internazzjoni tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15. |
Dawk il-faċilitajiet minn hawn ’il quddiem jissejħu “faċilitajiet awtorizzati għat-trattament”.
2. Il-faċilitajiet awtorizzati għat-trattament għandhom jiżguraw it-traċċabbiltà tal-injam, il-qoxra tas-siġar u l-materjal tal-ippakkjar tal-injam suxxettibbli u trattat.
Artikolu 14
Awtorizzazzjoni għall-imarrkar
1. L-Istati Membri fejn ikun hemm żona demarkata, għandhom jawtorizzaw lill-produtturi tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam li huma mgħammrin b’mod adegwat biex jimmarkaw, skont l-Anness II tal-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15, il-materjal tal-ippakkjar tal-injam li jgħaqqdu minn injam trattat minn faċilità awtorizzata għat-trattament u akkumpanjat minn passaport tal-pjanti msemmi fid-Direttiva 92/105/KEE.
Dawk il-produtturi minn hawn ’il quddiem jissejħu “produtturi awtorizzati tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam”.
2. Il-produtturi awtorizzati tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam għandhom, b’mod esklużiv, jużaw injam minn faċilitajiet ta’ trattament awtorizzati b’mod speċifiku għal dan il-għan u akkumpanjat mill-passaport tal-pjanti msemmi fid-Direttiva 92/105/KEE għall-produzzjoni tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam u għandhom jiżguraw li l-injam li jintuża għal dak il-għan ikun jista’ jiġi traċċat lura għal dawk il-faċilitajiet ta’ trattament.
Artikolu 15
Superviżjoni tal-faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament u tal-produtturi awtorizzati tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam
L-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-faċilitajiet awtorizzati għat-trattament u l-produtturi awtorizzati tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam, biex jiżguraw li dawn iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod korrett, kif inhu stipulat fl-awtorizzazzjoni tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dik is-superviżjoni titwettaq minn persunal li jkollu l-kwalifiki tekniċi tal-korpi uffiċjali responsabbli jew minn persuni oħra li jkollhom il-kwalifiki tekniċi u li jkunu qed jaġixxu taħt is-superviżjoni tal-korpi uffiċjali responsabbli.
Artikolu 16
Irtirar tal-awtorizzazzjonijiet ta’ faċilitajiet awtorizzati għat-trattament u tal-produtturi awtorizzati tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam
1. Fejn l-Istat Membru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni jsir konxju mill-preżenza tal-PWN f’injam, qoxra tas-siġar jew materjal tal-ippakkjar tal-injam suxxettibbli u trattat f’faċilità awtorizzata għat-trattament, dan għandu jirtira l-awtorizzazzjoni minnufih.
Fejn l-Istat Membru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni jsir konxju mill-preżenza tal-PWN f’injam, qoxra tas-siġar jew materjal tal-ippakkjar tal-injam suxxettibbli mmarkat minn produttur awtorizzat tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam, dan għandu jirtira l-awtorizzazzjoni minnufih.
2. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, fejn l-Istat Membru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni jsir konxju mill-fatt li faċilità awtorizzata għat-trattament jew produttur awtorizzat tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam ma jkunx qed iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod korrett, kif inhu stipulat fl-awtorizzazzjoni tiegħu, dan għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li jkun hemm konformità mal-Artikoli 13 u 14.
Artikolu 17
Lista ta’ faċilitajiet awtorizzati għat-trattament u ta’ produtturi awtorizzati tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam
1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni meta huma jawtorizzaw faċilità għat-trattament skont l-Artikolu 13 jew produttur tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam skont l-Artikolu 14 u meta jirtiraw tali awtorizzazzjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista tal-faċilitajiet awtorizzati għat-trattament u tal-produtturi awtorizzati tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam u għandha tibgħat l-lista lill-Istati Membri. Il-Parti A tal-lista għandha tistabbilixxi l-faċilitajiet għat-trattament. Il-Parti B tal-lista għandha tistabbilixxi l-produtturi awtorizzati tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam. Din il-lista għandha tiġi aġġornata fuq il-bażi tal-informazzjoni li tasal mill-Istati Membri.
Artikolu 18
Revoka
Id-Deċiżjoni 2006/133/KE hija revokata.
Artikolu 19
Reviżjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rriveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2015.
Artikolu 20
Data tal-applikazzjoni
It-tieni sentenza tal-punt 2(a) tat-Taqsima 1 tal-Anness III u t-tieni sentenza tal-punt 2(c) tat-Taqsima 2 ta’ dak l-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013.
Artikolu 21
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) ĠU L 52, 23.2.2006, p. 34.
(3) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.
(5) EPPO Bulletin 39(3):344-353.
ANNESS I
Miżuri ta’ eradikazzjoni stipulati fl-Artikolu 6
|
1. |
L-Istati Membri għandhom, skont l-Artikolu 6, jieħdu l-miżuri fiż-żoni demarkati biex jeradikaw il-PWN, kif inhu stabbilit fil-punti 2 sa 10.
L-Istati Membri għandhom jinkludu deskrizzjoni dettaljata ta’ dawk il-miżuri fil-komunikazzjoni prevista fl-Artikolu 9(1). |
|
2. |
Meta jkun qed jistabbilixxi żona demarkata, l-Istat Membru kkonċernat għandu, f’dik iż-żona, jistabbilixxi minnufih żona b’radju minimu ta’ 500 m madwar kull pjanta suxxettibbli fejn ikun instab il-PWN, minn hawn ’il quddiem “żona fejn ikunu twaqqgħu s-siġar kollha”. Ir-radju attwali ta’ dik iż-żona għandu jiġi determinat, għal kull pjanta suxxettibbli fejn instab il-PWN, ibbażat fuq ir-riskju ta’ trażmissjoni tal-PWN mill-vettur lil hinn minn 500 m minn dik il-pjanta suxxettibbli.
Fiż-żona fejn ikunu twaqqgħu s-siġar kollha, il-pjanti suxxettibbli kollha għandhom jitwaqqgħu, jitneħħew jew jintremew. It-twaqqigħ u l-qerda ta’ dawk il-pjanti għandhom jibdew mill-periferija taż-żona u jimxu lejn iċ-ċentru. Il-prekawzjonijiet neċessarji kollha għandhom jittieħdu biex jiġi evitat it-tixrid tal-PWN u l-vettur tiegħu waqt it-twaqqigħ. Il-pjanti mejtin kollha, il-pjanti morda kollha u għadd ta’ pjanti li jkunu jidhru b’saħħithom magħżula skont ir-riskju tat-tixrid tal-PWN fil-każ partikolari għandhom jittieħdu għall-kampjun wara t-twaqqigħ. It-teħid ta’ kampjun għandu jsir f’diversi partijiet ta’ kull pjanta inkluża l-quċċata. Il-kampjuni kollha għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza tal-PWN. |
|
3. |
Fejn Stat Membru jikkonkludi li l-istabbiliment ta’ żona ta’ demarkazzjoni ċara b’radju ta’ 500 m, kif inhu msemmi fil-punt 2, ikollu impatti soċjali u ambjentali inaċċettabbli, ir-radju minimu taż-żona ta’ demarkazzjoni ċara jista’ jitnaqqas għal 100 m madwar kull pjanta suxxettibbli fejn tkun instabet il-preżenza tal-PWN.
F’każijiet eċċezzjonali ta’ ċerti pjanti individwali li jinsabu f’dik iż-żona fejn ikunu twaqqgħu s-siġar kollha, fejn l-Istat Membru jikkonkludi li t-twaqqigħ ta’ dawk il-pjanti ma jkunx xieraq, tista’ tiġi applikata miżura ta’ eradikazzjoni alternattiva għal dawk il-pjanti biss, li toffri l-istess livell ta’ ħarsien mit-tixrid tal-PWN. Ir-raġunijiet għal dik il-konklużjoni u d-deskrizzjoni ta’ dik il-miżura għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1). |
|
4. |
Fejn japplika l-punt 3, il-pjanti kollha suxxettibbli li jinstabu bejn 100 m u 500 m mill-pjanti suxxettibbli li fihom ikun instab il-PWN u li jkunu ġew eżentati mit-twaqqigħ, għandhom jiġu suġġetti għall-miżuri li ġejjin:
Ir-raġunijiet għall-konklużjonijiet imsemmija fil-punt 3 u d-deskrizzjoni tal-miżuri stipulati fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu inklużi fil-komunikazzjoni prevista fl-Artikolu 9(1). |
|
5. |
Meta Stat Membru jkollu evidenza li l-vettur mhux preżenti fit-territorju tiegħu, abbażi ta’ stħarriġ għall-preżenza tal-vettur fit-territorju tiegħu fl-aħħar tliet snin, ir-radju minimu taż-żona fejn ikunu twaqqgħu s-siġar kollha għandu jkun 100 m madwar kull pjanta suxxettibbli fejn ikun instab il-PWN, sakemm l-istħarriġ imsemmi fil-punt (6) ma jindikax preżenza tal-vettur fiż-żona demarkata.
L-evidenza għandha tiġi inkluża fil-komunikazzjoni prevista fl-Artikolu 9(1). |
|
6. |
L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ annwali dwar il-pjanti suxxettibbli u l-vettur fiż-żoni demarkati billi jispezzjonaw, jieħdu kampjuni u jwettqu testijiet fuq dawk il-pjanti u l-vettur għall-preżenza tal-PWN. Dak l-istħarriġ għandu jkun partikolarment iffukat fuq il-pjanti suxxettibbli li jkunu mejtin, morda jew li jkunu f’żoni milqutin minn nirien jew tempesti. Dak l-istħarriġ għandu jinkludi wkoll teħid sistematiku ta’ kampjuni mill-pjanti suxxettibbli li jidhru b’saħħithom. L-intensità tal-istħarriġ 3 000 m madwar kull pjanta suxxettibbli li fiha jkun instab il-PWN, għandha tkun tal-anqas erba’ darbiet ogħla milli minn 3 000 m sal-periferija ta’ barra taż-żona ta’ lqugħ. |
|
7. |
L-Istati Membri għandhom, fiż-żona demarkata kollha, jidentifikaw u jwaqqgħu l-pjanti suxxettibbli kollha fejn ikun instab il-PWN, u dawk li jkunu mejtin, morda jew jinsabu f’żoni milqutin minn nirien jew tempesti. Huma għandhom ineħħu u jarmu l-pjanti mwaqqgħin u l-fdalijiet taz-zkuk isserrati, filwaqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha biex iwaqqfu t-tixrid tal-PWN u l-vettur sa ma jintemm it-twaqqigħ. Huma għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Il-pjanti suxxettibbli li jitwaqqgħu u li fihom ikun għadu ma nstabx il-PWN għandhom jittieħdu għall-kampjun u jsirulhom testijiet għall-preżenza tal-PWN, skont skema ta’ teħid ta’ kampjuni li tista’ tikkonferma b’affidabbiltà ta’ 99 % li l-livell tal-preżenza tal-PWN f’dawk il-pjanti suxxettibbli huwa aktar baxx minn 0,1 %. Fejn japplika l-punt 5, l-Istati Membri jistgħu madankollu jiddeċiedu li jieħdu kampjun u jwettqu testijiet għall-preżenza tal-PWN fil-pjanti suxxettibbli msemmija fl-ewwel sottoparagrafu mingħajr ma jwaqqgħuhom, skont skema ta’ teħid ta’ kampjuni li tista’ tikkonferma b’affidabbiltà ta’ 99 % li l-livell tal-preżenza tal-PWN f’dawn il-pjanti suxxettibbli huwa aktar baxx minn 0,1 % L-ewwel sentenza ma għandhiex tapplika għall-pjanti suxxettibbli fejn ikun instab il-PWN. |
|
8. |
Fir-rigward tal-injam suxxettibbli identifikat fiż-żona demarkata waqt l-istaġun ta’ migrazzjoni tal-vettur, kif imsemmi fil-punt 7(b), l-Istati Membri għandhom ineħħu l-qoxra taz-zkuk tal-pjanti suxxettibbli li jkunu twaqqgħu, jew jittrattaw dawk iz-zkuk b’insettiċida li jkun magħruf li hija effettiva kontra l-vettur jew jgħattu dawk iz-zkuk b’xibka tal-insetti mgħaddsa ġo tali insettiċida eżatt wara t-twaqqigħ. Wara t-tneħħija, it-trattament jew it-tqegħid tal-għata, l-injam suxxettibbli għandu, b’superviżjoni uffiċjali, jittieħed minnufih f’post ta’ ħażna jew f’faċilità awtorizzata għat-trattament. L-injam, li ma tkunx tneħħietlu l-qoxra għandu, fil-post tal-ħażna tiegħu jew fil-faċilità awtorizzata għat-trattament, jiġi trattat minnufih għal darba oħra b’insettiċida li jkun magħruf li hija effettiva kontra l-vettur jew jitgħatta b’xibka tal-insetti mgħaddsa ġo tali insettiċida.
L-iskart prodott mill-injam meta jitwaqqgħu l-pjanti suxxettibbli u li jitħalla fil-post għandu jitqatta’ f’laqx ta’ ħxuna u wisa’ anqas minn 3 cm. |
|
9. |
L-Istati Membri għandhom ineħħu u jarmu l-pjanti suxxettibbli kollha li jitkabbru f’postijiet ta’ produzzjoni tal-pjanti għat-tħawwil, fejn ikun instab il-PWN mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ tat-tkabbir, filwaqt li jieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex jipprevjenu t-tixrid tal-PWN u l-vettur tiegħu waqt dawk l-attivitajiet. |
|
10. |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu protokoll tal-iġjene għall-vetturi kollha li jittrasportaw il-prodotti forestali u l-makkinarju għall-ipproċessar tal-prodotti forestali, biex jiżguraw li l-PWN ma jixteridx permezz ta’ dawk il-vetturi u l-makkinarju. |
ANNESS II
Miżuri ta’ trażżin stipulati fl-Artikolu 7
|
1. |
L-Istati Membri għandhom, skont l-Artikolu 7, jieħdu miżuri fiż-żoni demarkati, li għandu jkollhom żona ta’ lqugħ li tkun wiesgħa tal-anqas 20 km, biex irażżnu l-PWN, kif inhu stabbilit fil-punti 2 u 3.
L-Istati Membri għandhom jinkludu deskrizzjoni dettaljata ta’ dawk il-miżuri fil-komunikazzjoni prevista fl-Artikolu 9(1). |
|
2. |
L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ annwali dwar il-pjanti suxxettibbli u l-vettur fiż-żoni infestati billi jispezzjonaw, jieħdu kampjuni u jwettqu testijiet fuq dawk il-pjanti u l-vettur għall-preżenza tal-PWN. Dak l-istħarriġ għandu jkun partikolarment iffukat fuq il-pjanti suxxettibbli li jkunu mejtin, morda jew li jkunu f’żoni milqutin minn nirien jew tempesti. L-Istati Membri għandhom iwaqqgħu l-pjanti suxxettibbli kollha fejn ikun instab il-PWN u jneħħu u jarmu dawk il-pjanti u l-fdalijiet taz-zkuk isserrati, filwaqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha biex il-PWN u l-vettur tiegħu ma jixterdux. |
|
3. |
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri li ġejjin fiż-żoni ta’ lqugħ:
|
|
4. |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu protokoll tal-iġjene għall-vetturi kollha li jittrasportaw il-prodotti forestali u l-makkinarju għall-ipproċessar tal-prodotti forestali, biex jiżguraw li l-PWN ma jinxteridx permezz ta’ dawk il-vetturi u l-makkinarju. |
ANNESS III
Il-kondizzjonijiet għaċ-ċaqliq tal-pjanti suxxettibbli u l-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli fl-Unjoni, kif inhu stipulat fl-Artikolu 10
TAQSIMA 1
Il-kondizzjonijiet għaċ-ċaqliq tal-pjanti suxxettibbli u l-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli minn żoni demarkati f’żoni li mhumiex demarkati u minn żoni infestati f’żoni ta’ lqugħ
|
1. |
Il-pjanti suxxettibbli jistgħu jiċċaqilqu sakemm dawk il-pjanti jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
|
2. |
L-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli, bl-eċċezzjoni tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam, jistgħu jiċċaqilqu sakemm dak l-injam jew il-qoxra jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
3. |
L-injam suxxettibbli f’forma ta’ materjal tal-ippakkjar tal-injam, jista’ jiċċaqlaq sakemm dak il-materjal tal-ippakkjar tal-injam jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
4. |
Bħala deroga mill-punti 2 u 3, l-injam suxxettibbli jista’ jiċċaqlaq miż-żona demarkata, jew miż-żona infestata fiż-żona ta’ lqugħ, lejn il-faċilità awtorizzata għat-trattament li tinsab l-eqreb lejn dik iż-żona demarkata jew iż-żona infestata, għal trattament immedjat fejn ma jkunx hemm faċilità adegwata għat-trattament f’dik il-parti jew dik iż-żona.
Id-deroga għandha tapplika biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
5. |
Bħala deroga mill-punti 2 u 3, l-injam u l-qoxra tas-siġar suxxettibbli sserrati f’laqx ta’ żxuna u wisa’ anqas minn 3 cm jistgħu jinħarġu miż-żona demarkata lejn il-faċilità awtorizzata għat-trattament li tinsab l-eqreb lejn dik iż-żona, jew barra minn dik iż-żona infestata fiż-żona ta’ lqugħ, biex jintużaw bħala fjuwil, sakemm il-punti (b) u (c) tat-tieni sottoparagrafu tal-punt 4 jiġu ssodisfati. |
TAQSIMA 2
Il-kondizzjonijiet għaċ-ċaqliq ta’ pjanti suxxettibbli u injam u qoxra tas-siġar suxxettibbli fiż-żoni infestati suġġetti għall-miżuri ta’ eradikazzjoni
|
1. |
Il-pjanti suxxettibbli għat-tħawwil jistgħu jiċċaqilqu, sakemm dawk il-pjanti jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet li huma stipulati fil-punt 1 tat-Taqsima 1 |
|
2. |
L-injam u l-qoxra tal-injam suxxettibbli jistgħu jiċċaqilqu biex dak l-injam jew il-qoxra jiġu suġġetti għal wieħed mit-trattamenti li ġejjin:
Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal dak iċ-ċaqliq:
Dan il-punt la għandu japplika għall-materjal tal-ippakkjar tal-injam u lanqas għall-injam suxxettibbli miksub minn pjanti li jkunu ġew ittestjati indvidwalment u li ma jkollhomx PWN. |
|
3. |
L-injam suxxettibbli f’forma ta’ materjal tal-ippakkjar tal-injam jista’ jiċċaqlaq jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 1. |
(1) Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti (2009), L-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji 15. Regolazzjoni tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam fil-kummerċ internazzjonali.