This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0080
2004/80/EC: Council Decision of 17 December 2003 concerning the conclusion of the Agreement between the European Community and the Government of the Hong Kong Special Administrative Region of the People's Republic of China on the readmission of persons residing without authorisation
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2003 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Amministrazzjoni Speċjali tar-Reġjun ta' Hong Kong fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2003 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Amministrazzjoni Speċjali tar-Reġjun ta' Hong Kong fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni
ĠU L 17, 24.1.2004, p. 23–24
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/80(1)/oj
Official Journal L 017 , 24/01/2004 P. 0023 - 0024
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2003 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Amministrazzjoni Speċjali tar-Reġjun ta' Hong Kong fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni (2004/80/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 63(3)(b), flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi: (1) Il-Kummissjoni innegozjat f'isem il-Komunità Ewropea Ftehim mal-Gvern ta' l-Amministrazzjoni Speċjali tar-Reġjun ta' Hong Kong fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni. (2) Dan il-Ftehim kien iffirmat, f'isem il-Komunità Ewropea, fis-27 ta' Novembru 2002 suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data iżjed ‘il quddiem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002. (3) Dan il-Ftehim għandu jkun approvat. (4) Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt li jista' jieħu deċiżjonijiet li jkollhom effett legali, u huwa għalhekk neċessarju li jkun speċifikat min jirrapreżenta lill-Komunità f'dan il-Kumitat u li tkun provvduta proċedura li tistabilixxi kif il-pożizzjoni tal-Komunità għandha tkun adottata. (5) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, l-Istati Membri nvoluti nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jkollhom parti fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. (6) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tiħux parti fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għalhekk m'hiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Amministrazzjoni Speċjali tar-Reġjun ta' Hong Kong fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim hu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika provvduta minn l-Artikolu 20(2) ta' dan il-Ftehim [2]. Artikolu 3 Il-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, għandha tirrapreżenta lill-Komunità Ewropea fil-Kumitat ta' esperti stabbilit minn l-Artikolu 17 tal-Ftehim. Artikolu 4 Il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kumitat ta' esperti dwar l-adozzjoni tar-regoli tal-proċedura tiegħu kif mitlub minn l-Artikolu 17(5) tal-Ftehim għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma' kumitat speċjali nominat mill-Kunsill. Għad-deċiżjonijiet l-oħra kollha tal-Kumitat ta' esperti, il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea għandha tkun adottata mill-Kunsill, li jaġixxi fuq maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 6 Id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea. Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 2003. Għall-Kunsill Il-President G. Alemanno [1] Opinjoni mogħtija fid-19 ta' Settembru 2002 (għad mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------