Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12008E107

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU VII: REGOLI KOMUNI FUQ IL-KOMPETIZZJONI, FUQ IT-TASSAZZJONI U L-APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET - Kapitolu 1: Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni - Taqsima 2: Għajnuna mill-Istati - Artikolu 107 (ex Artikolu 87 TKE)

    ĠU C 115, 9.5.2008, p. 91–92 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2008/art_107/oj

    12008E107

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU VII: REGOLI KOMUNI FUQ IL-KOMPETIZZJONI, FUQ IT-TASSAZZJONI U L-APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET - Kapitolu 1: Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni - Taqsima 2: Għajnuna mill-Istati - Artikolu 107 (ex Artikolu 87 TKE)

    Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0091 - 0092


    Artikolu 107

    (ex Artikolu 87 TKE)

    1. Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi ta' l-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

    2. It-tipi ta' għajnuna li ġejjin ikunu kompatibbli mas-suq intern:

    a) għajnuna ta' karattru soċjali mogħtija lill-konsumaturi individwali, basta dik l-għajnuna tiġi mogħtija mingħajr diskriminazzjoni bażata fuq l-oriġini tal-prodotti konċernati,

    b) kull għajnuna mogħtija sabiex tirrimedja għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew avvenimenti oħra straordinarji,

    ċ) l-għajnuna mogħtija lill-ekonomiji ta' ċerti reġjuni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja milquta bid-diviżjoni tal-Ġermanja, safejn dik l-għajnuna tkun meħtieġa sabiex tikkompensa għall-iżvantaġġi ekonomiċi kkawżati b’dik id-diviżjoni. Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jadotta deċiżjoni li tħassar dan il-punt.

    3. It-tipi ta' għajnuna li ġejjin jistgħu jkunu kunsidrati bħala kompatibbli mas-suq intern:

    a) għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta' reġjun fejn il-livell ta' l-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta' nuqqas ta' impjieg, kif ukoll tar-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349, b'kont meħud tas-sitwazzjoni strutturali, ekonomika u soċjali tagħhom,

    b) għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta' proġetti fuq skala kbira ta' interess komuni Ewropew, jew sabiex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta' Stat Membru,

    ċ) għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni,

    d) għajnuna sabiex tiġi promossa l-kultura u l-preservazzjoni tal-patrimonju meta din l-għajnuna ma tolqotx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni fl-Unjoni sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni,

    e) dawk il-kategoriji oħra ta' għajnuna li jistgħu jiġu speċifikati b’deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni.

    --------------------------------------------------

    Top