Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1370

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1370 tal-5 ta’ Awwissu 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-okratossina A f’ċerti oġġetti tal-ikel (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/5545

    ĠU L 206, 8.8.2022, p. 11–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0915

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1370/oj

    8.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 206/11


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1370

    tal-5 ta’ Awwissu 2022

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-okratossina A f’ċerti oġġetti tal-ikel

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti, inkluż l-okratossina A, fl-oġġetti tal-ikel.

    (2)

    L-Okratossina A hija mikotossina prodotta b’mod naturali minn fungi tal-ġeneru Aspergillus u Penicillium u tinsab bħala kontaminant f’varjetà wiesgħa ta’ ikel, bħaċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali, iż-żerriegħa tal-kafè, il-frott imnixxef, l-inbid u l-meraq tal-għeneb, il-ħwawar u l-likorizja. L-okratossina A tifforma matul it-tnixxif bix-xemx u l-ħażna tal-għelejjel. Il-formazzjoni tista’ tiġi evitata bl-applikazzjoni ta’ prattiki tajba ta’ tnixxif u ħżin.

    (3)

    Fl-2020, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat aġġornament tal-opinjoni xjentifika dwar l-okratossina A fl-ikel (3). L-awtorità qieset li ma kienx xieraq li jiġi stabbilit valur ta’ gwida bbażat fuq is-saħħa għall-okratossina A u li konsegwentement ma għadhiex valida d-Doża Tollerabbli ta’ kull Ġimgħa ta’ 120 ng/kg ta’ piż tal-ġisem (bw) kif stabbilit mill-Awtorità fl-2006. Ikkonkludiet ukoll li l-marġnijiet ikkalkulati ta’ esponiment għall-effetti karċinoġeniċi tal-okratossina A jindikaw tħassib possibbli għas-saħħa għal ċerti gruppi ta’ konsumaturi.

    (4)

    Il-livelli massimi għall-okratossina A diġà ġew stabbiliti għal ċertu ikel bir-Regolament (KE) Nru 1881/2006. Meta jitqies li l-okratossina A nstabet fl-ikel li għalih għadu ma ġie stabbilit l-ebda livell massimu u li jikkontribwixxi għall-esponiment tal-bniedem għall-okratossina A, huwa xieraq li jiġi stabbilit livell massimu wkoll għal dan l-ikel bħall-frott imnixxef għajr il-frott imnixxef tad-dielja, ċerti prodotti tal-likorizja, il-ħxejjex aromatiċi mnixxfa, ċerti ingredjenti għall-infużjonijiet erbali, ċerti żrieragħ taż-żejt, il-ġewż tal-pistaċċi u t-trab tal-kawkaw. Anki jekk ir-relazzjoni bejn il-livell ta’ okratossina A fix-xgħir u fix-xarbiet tax-xgħir mhux alkoħoliċi, u f’tamar imnixxef u x-xropp tat-tamar jeħtieġ li tiġi ċċarata aktar, huwa xieraq ukoll li jiġi diġà stabbilit livell massimu f’xorb tax-xgħir mhux alkoħoliku u fix-xropp tat-tamar. Filwaqt li titqies ukoll id-data disponibbli dwar l-okkorrenza, huwa xieraq li jitbaxxew il-livelli massimi eżistenti ta’ okratossina A f’ċertu ikel, bħal prodotti tal-forn, frott imnixxef tad-dielja, kafè inkaljat u kafè li jinħall. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet eżistenti għall-okratossina A f’ċerti ħwawar twessgħu għall-ħwawar kollha. Għall-ġobon u l-perżut, monitoraġġ addizzjonali tal-preżenza tal-okratossina A huwa xieraq qabel ma jiġu stabbiliti l-livelli massimi.

    (5)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jippreparaw għar-regoli l-ġodda introdotti b’dan ir-Regolament, jixraq li jingħata żmien raġonevoli sakemm jibdew japplikaw il-livelli massimi l-ġodda. Jixraq ukoll li jiġi previst perjodu tranżizzjonali għall-oġġetti tal-ikel imqiegħda fis-suq legalment qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness imqiegħda legalment fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2023, jistgħu jibqgħu fis-suq sad-data tad-durabbiltà minima jew sad-data tal-iskadenza tagħhom.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

    (3)  Scientific Opinion on the risk assessment of ochratoxin A in food. EFSA Journal 2020; 18(5):6113, 150 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020,6113.


    ANNESS

    Fit-Taqsima 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, l-entrata 2.2 hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Oġġetti tal-ikel (1)

    Livell massimu (μg/kg)

    2.2

    Okratossina A

     

    2.2.1

    Ċereali mhux proċessati (18)

    5,0

    2.2.2

    Il-prodotti kollha, derivati/ipproċessati minn ċereali mhux ipproċessati, bl-eċċezzjoni tal-oġġetti tal-ikel elenkati f’ 2.2.3, 2.2.4, 2.2.5, 2.2.12 u 2.2.13

    Ċerali mqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali

    3,0

    2.2.3

    Prodotti tal-ħami, snacks taċ-ċereali u ċereali tal-kolazzjon

    prodotti li ma fihomx żrieragħ taż-żejt, ġewż jew frott imnixxef

    prodotti li fihom mill-inqas 20 % frott imnixxef tad-dielja u/jew tin imqadded

    prodotti oħra li fihom żrieragħ taż-żejt, ġewż u/jew frott imnixxef

    2,0

    4,0

    3,0

    2.2.4

    Xorb tax-xgħir mhux alkoħoliku

    3,0

    2.2.5

    Gluten tal-qamħ imqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali

    8,0

    2.2.6

    Frott imnixxef

    frott imnixxef tad-dielja (passolina, żbib u sultani) u tin imqadded

    frott imnixxef ieħor

    8,0

    2,0

    2.2.7

    Xropp tat-tamar

    15

    2.2.8

    Kafè inkaljat

    kafena u kafè mitħun u inkaljat, ħlief il-kafe li jinħall

    kafè li jinħall (kafè istantanju)

    3,0

    5,0

    2.2.9

    Inbid (inkluż ibid li jfexfex, eskluż l-inbid li huwa likur u inbid li għandu kontenut ta’ l-alkaħol ta’ mhux inqa minn 15 % vol.) u inbid tal-frott (11)

    2,0 (12 )

    2.2.10

    Inbid aromatizzat, xarbiet ibbażati fuq inbid aromatizzat u cocktails ta’ prodotti ta’ nbid aromatizzat (13)

    2,0 (12 )

    2.2.11

    Meraq ta’ l-għeneb, meraq ta’ l-għeneb ikkonċentrat jew rikostitwit, nettari ta’ l-għeneb, għasir ta’ l-għeneb u għasir ikkonċentrat ta’ l-għeneb, imqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali (14)

    2,0 (12 )

    2.2.12

    Ikel ipproċessat tat-trabi u tfal żgħar ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi (3) (7)

    0,50

    2.2.13

    Ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar (3) (10)

    0,50

    2.2.14

    Ħwawar, inklużi l-ħwawar imnixxfa, għajr Capsicum spp.

    Capsicum spp. (il-frott imnixxef tiegħu, sħiħ jew mitħun, inkluż il-bżar aħmar jaħraq, it-trab tal-bżar aħmar jaħraq, il-cayenne u l-paprika)

    Taħlitiet ta’ ħwawar

    15

    20

    15

    2.2.15

    Likorizja (Glycyrrhiza glabra, Glycyrrhiza inflate u speċji oħra)

    għerq tal-likorizja, inkluż bħala ingredjent fl-infużjonijiet erbali

    estratt tal-likorizja (42) għall-użu fl-ikel b’mod partikolari xorb u prodotti tal-ħelu

    ħlewwiet tal-likorizja li fihom ≥ 97% estratt tal-likorizja fuq bażi xotta

    ħelu ieħor tal-likorizja

    20

    80

    50

    10,0

    2.2.16

    Ħwawar imnixxfin

    10,0

    2.2.17

    Għeruq tal-ġinġer għall-użu f’infużjonijiet erbali

    Għeruq marshmallows, għeruq taż-żagħfran u nwar oranġjo għall-użu f’infużjonijiet erbali jew f’sostituti tal-kafè

    15

    20

    2.2.18

    Żerriegħa tal-ġirasol, żerriegħa tal-qargħa ħamra, żerriegħa tal-bettieħ (dulliegħ), fażola tas-sojja

    5,0

    2.2.19

    Pistaċċi li għandhom jiġu ssortjati, jew suġġetti għal trattament fiżiku ieħor, qabel ma jitqiegħdu fis-suq għall-konsumatur finali jew jintużaw bħala ingredjent fl-ikel

    Pistaċċi mqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali jew għall-użu bħala ingredjent fl-oġġetti tal-ikel

    10,0

    5,0

    2.2.20

    Trab tal-kawkaw

    3,0 ”


    Top