This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D0368
Decision (EU) 2022/368 of the European Central Bank of 18 February 2022 amending Decision (EU) 2015/2218 on the procedure to exclude staff members from the presumption of having a material impact on a supervised credit institution's risk profile (ECB/2022/6)
Deċiżjoni (UE) 2022/368 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/2218 dwar il-proċedura biex jiġu esklużi membri tal-persunal mis-suppożizzjoni li kellhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni tal-kreditu taħt superviżjoni (BĊE/2022/6)
Deċiżjoni (UE) 2022/368 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/2218 dwar il-proċedura biex jiġu esklużi membri tal-persunal mis-suppożizzjoni li kellhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni tal-kreditu taħt superviżjoni (BĊE/2022/6)
ECB/2022/6
ĠU L 69, 4.3.2022, p. 117–122
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
4.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/117 |
DEĊIŻJONI (UE) 2022/368 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta’ Frar 2022
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/2218 dwar il-proċedura biex jiġu esklużi membri tal-persunal mis-suppożizzjoni li kellhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni tal-kreditu taħt superviżjoni (BĊE/2022/6)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(6) u l-Artikolu 132 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 (2) stabbilixxa kriterji kwalitattivi u kwantitattivi biex jidentifika kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni. Stabbilixxa ukoll proċedura li permezz tagħha istituzzjoni tista’ tiddetermina li għalkemm membru tal-persunal jissodisfa l-kriterji kwantitattivi, l-attivitajiet professjonali tagħhom ma jitqisux li għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, u abbażi ta’ tali determinazzjoni tista’ tinnotifika, jew titlob awtorizzazzjoni minn, l-awtorità kompetenti li teskludi lill-membru tal-persunal rilevanti mill-preżunzjoni li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Il-BĊE, responsabbli biex jiżgura li l-entitajiet taħt is-superviżjoni diretta tiegħu japplikaw ir-regoli dwar l-identifikazzjoni tal-persunal b’mod koerenti li jissalvagwardja s-sodezza ta’ kwalunkwe tali identifikazzjoni, adotta d-Deċiżjoni (UE) 2015/2218 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/38) (3) sabiex jipprovdi ċarezza dwar il-proċedura għall-esklużjoni tal-membri tal-persunal kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 604/2014. |
(2) |
Wara emendi għad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 604/2014 tħassar għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ġie sostitwit nhar l-14 ta’ Ġunju 2021 bir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2021/923 (5), li jirrifletti abbozzi ġodda ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiddefinixxi l-kunċetti ta’ responsabbiltà maniġerjali, funzjonijiet ta’ kontroll, unitajiet operatorji materjali u impatt sinifikanti fuq il-profile tar-riskju ta’ unità operatorja materjali, u biex jidentifika l-membri tal-persunal jew il-kategoriji tal-persunal imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 94 tad-Direttiva 2013/36/UE. Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/923 jelimina wkoll il-proċedura ta’ notifika u jistabbilixxi l-kriterji għall-valutazzjoni taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923. |
(3) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ppreżentaw notifiki u applikazzjonijiet skont ir-Regolament Delegat (UE) Nru 604/2014 jew talbiet għal approvazzjoni minn qabel skont ir-Regolament Delegat (UE) 2021/923 qabel ma din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri tranżizzjonali. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2015/2218 (BĊE/2015/38) tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni (UE) 2015/2218 (BĊE/2015/38) hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Kamp ta’ applikazzjoni Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-rekwiżiti proċedurali għat-talba għall-approvazzjoni minn qabel li l-istituzzjonijiet ta' kreditu taħt superviżjoni għandhom jissottomettu lill-BĊE sabiex jeskludu membri tal-persunal jew kategoriji tal-persunal mis-suppożizzjoni li huma persunal identifikat fuq il-bażi tal-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/923 (*1). (*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/923 tal-25 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-kriterji biex jiġu definiti r-responsabbiltà maniġerjali, il-funzjonijiet ta’ kontroll, unità tan-negozju materjali u impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju tal-unità tan-negozju rilevanti, u li jistabbilixxu l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-membri tal-persunal jew kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet li b’mod komparabbli huwa materjali daqs dak tal-membri tal-persunal jew tal-kategoriji ta’ persunal imsemmija fl-Artikolu 92(3) ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 203, 9.6.2021, p. 1).’;" |
2. |
fl-Artikolu 2, il-punt (3) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
|
3. |
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
4. |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
5. |
l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
6. |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
7. |
L-Artikolu 7 huwa mħassar; |
8. |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 Perijodu għas-sottomissjoni ta' talba għal approvazzjoni minn qabel Talbiet għal approvazzjoni minn qabel kif imsemmija fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923 għandhom jiġu ppreżentati mingħajr dewmien, u sa mhux aktar tard minn 6 xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja preċedenti.”; |
9. |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
10. |
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “1. Approvazzjoni minn qabel mogħtija mill-BĊE skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923, għandha tkun limitata għall-prestazzjoni tal-membru tal-persunal matul is-sena finanzjarja wara s-sena meta d-deċiżjoni superviżorja tal-BĊE li jkun fiha l-approvazzjoni ġiet innotifikata lill-istituzzjoni ta' kreditu taħt superviżjoni.”. |
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. In-notifiki ppreżentati skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 604/2014 u l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni minn qabel ippreżentati skont l-Artikolu 4(5) ta’ dak ir-Regolament Delegat ippreżentati qabel l-14 ta’ Ġunju 2021 għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-proċeduri u r-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2015/2218 (BĊE/2015/38) kif japplikaw qabel id-data li fiha din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ.
2. Talbiet għall-approvazzjoni minn qabel ippreżentati skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/923 ippreżentati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri u r-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2015/2218 (BĊE/2015/38) kif japplikaw qabel id-data li fiha din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ Frar 2022.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 tal-4 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni (ĠU L 167, 6.6.2014, p. 30).
(3) Id-Deċiżjoni (UE) 2015/2218 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Novembru 2015 dwar il-proċedura li teskludi membri tal-persunal mill-preżunzjoni li għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu taħt superviżjoni (BĊE/2015/38) (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 66).
(4) Id-Direttiva 2013/36/UE ta;-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal- istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(5) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2021/923 tal-25 ta’ Marzu 2021 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UEtal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-kriterji biex jiġu definiti r-responsabbiltà maniġerjali, il-funzjonijiet ta’ kontroll, unità tan-negozju materjali u impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju tal-unità tan-negozju rilevanti, u li jistabbilixxu l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-membri tal-persunal jew kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet li b’mod komparabbli huwa materjali daqs dak tal-membri tal-persunal jew tal-kategoriji ta’ persunal imsemmija fl-Artikolu 92(3) ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 203, 9.6.2021,p. 1).