Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019O0012

    Linja Gwida (UE) 2019/1033 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Mejju 2019 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2019/12)

    ĠU L 167, 24.6.2019, p. 75–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2019/1033/oj

    24.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 167/75


    LINJA GWIDA (UE) 2019/1033 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tal-10 ta' Mejju 2019

    li temenda l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2019/12)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, 18.2 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-assi kollha eliġibbli għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema huma soġġetti għal regoli ta' valutazzjoni u miżuri speċifiċi ta' kontroll tar-riskju sabiex jipproteġu lill-Eurosistema minn telf finanzjarju f'ċirkustanzi fejn il-kollateral tagħha jrid ikun realizzat minħabba avveniment ta' inadempjenza ta' kontroparti. Bħala riżultat ta' reviżjoni tal-qafas tal-kontroll tar-riskju u tal-valutazzjoni tal-Eurosistema b'rabta mal-assi mhux negozjabbli, għandhom isiru diversi aġġustamenti sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata tal-Eurosistema mir-riskju.

    (2)

    Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/35) (1) għandha tiġi emendata kif xieraq,

    ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

    Artikolu 1

    Emendi

    Il-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) hija emendata kif ġej:

    1.

    fl-Artikolu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    Strumenti ta' dejn maħruġin minn: (i) gvernijiet lokali u reġjonali; (ii) entitajiet li huma istituzzjonijiet ta' kreditu jew istituzzjonijiet mhux ta' kreditu kklassifikati bħala aġenziji mill-Eurosistema u li jissodisfaw il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60); (iii) banek ta' żvilupp multilaterali u organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll bonds koperti jumbo konformi mal-UCITS, huma inklużi fil-kategorija ta' haircut II;”;

    2.

    fl-Artikolu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(c)

    bonds koperti konformi mal-UCITS minbarra bonds koperti jumbo konformi mal-UCITS; bonds koperti oħrajn; u strumenti ta' dejn maħruġa minn (i) korporazzjonijiet mhux finanzjarji, (ii) korporazzjonijiet fis-settur tal-gvern, u (iii) aġenziji li huma istituzzjonijet li mhumiex ta' kreditu li ma jissodisfawx il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), huma inklużi fil-kategorija ta' haircut III;”;

    3.

    fl-Artikolu 2, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(d)

    strumenti ta' dejn mhux assigurati maħruġa minn: (i) istituzzjonijiet ta' kreditu; (ii) aġenziji li huma istituzzjonijiet ta' kreditu li ma jissodisfawx il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60); u (iii) korporazzjonijiet finanzjarji minbarra istituzzjonijiet ta' kreditu huma inklużi fil-kategorija ta' haircut IV;”;

    4.

    l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Pretensjonijiet ta' kreditu individwali għandhom ikunu soġġetti għal haircuts fil-valutazzjoni speċifiċi ddeterminati skont il-maturità residwa, il-pass tal-kwalità tal-kreditu u l-istruttura tar-rata tal-imgħax kif stabbilita fit-Tabella 3 fl-Anness għal din il-Linja Gwida.”;

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward tal-istruttura tar-rata tal-imgħax ta' pretensjonijiet ta' kreditu:

    (a)

    pretensjonijiet ta' kreditu b'‘kupun żero’ għandhom ikunu ttrattati bħala pretensjonijiet ta' kreditu b'rata fissa;

    (b)

    pretensjonijiet ta' kreditu b'rata varjabbli b'perijodu ta' risettjar ta' aktar minn sena għandhom jiġu ttrattati bħala pretensjonijiet ta' kreditu b'rata fissa;

    (c)

    pretensjonijiet ta' kreditu b'rata varjabbli b'livell massimu għandhom ikunu ttrattati bħala pretensjonijiet ta' kreditu b'rata fissa;

    (d)

    pretensjonijiet ta' kreditu b'rata varjabbli b'perijodu ta' risettjar sa sena jew inqas u b'livell minimu, imma mingħajr livell massimu, għandhom jiġu ttrattati bħala pretensjonijiet ta' kreditu b'rata varjabbli;

    (e)

    il-haircut fil-valutazzjoni applikata għal pretensjoni ta' kreditu b'aktar minn tip wieħed ta' ħlas ta' imgħax għandha tiddependi biss minn ħlasijiet tal-imgħax matul il-ħajja li jkun fadal tal-pretensjoni ta' kreditu. Jekk ikun hemm aktar minn tip wieħed ta' ħlas ta' imgħax matul il-ħajja li jkun fadal tal-pretensjoni ta' kreditu, il-ħlasijiet tal-imgħax li jibqa' għandhom jiġu kkunsidrati bħala ħlasijiet b'rata fissa, bil-maturità rilevanti għall-haircut tkun il-maturità residwa tal-pretensjoni ta' kreditu.”;

    (c)

    il-paragrafu 3 huwa mħassar;

    (d)

    il-paragrafu 4 huwa mħassar;

    (e)

    fil-paragrafu 7 il-kliem “fil-paragrafi 1 sa 4 iktar 'il fuq” huwa sostitwit bil-kliem “fil-paragrafi 1 sa 2”;

    5.

    l-Anness huwa emendat skont l-Anness għal din il-Linja Gwida.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

    1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

    2.   Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-5 ta' Awwissu 2019. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Bank Ċentrali Ewropew bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-21 ta' Ġunju 2019.

    Artikolu 3

    Destinatarji

    Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta' Mejju 2019.

    Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

    Il-President tal-BĊE

    Mario DRAGHI


    (1)  Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 30).


    ANNESS

    L-Anness għal-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) huwa emendat kif ġej:

    1.

    It-Tabella 1 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Tabella 1

    Kategoriji ta' haircuts għal assi negozjabbli eliġibbli bbażati fuq it-tip ta' emittent u/jew it-tip ta' assi

    Kategorija I

    Kategorija II

    Kategorija III

    Kategorija IV

    Kategorija V

    strumenti ta' dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali

    ċertifikati ta' dejn tal-BĊE

    ċertifikati ta' dejn maħruġa mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv

    strumenti ta' dejn maħruġa minn gvernijiet lokali u reġjonali

    strumenti ta' dejn maħruġa minn entitajiet (istituzzjonijiet ta' kreditu jew istituzzjonijiet li mhumiex ta' kreditu) ikklassifikati bħala aġenziji mill-Eurosistema u li jissodisfaw il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)

    strumenti ta' dejn maħruġa minn banek multilaterali tal-iżvilupp u organizzazzjonijiet internazzjonali

    bonds koperti jumbo konformi mal-UCITS

    bonds koperti konformi mal-UCITS minbarra bonds koperti jumbo konformi mal-UCITS

    bonds koperti oħrajn

    strumenti ta' dejn maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji, korporazzjonijiet fis-settur tal-gvern u aġenziji li ma jkunux istituzzjonijiet ta' kreditu li ma jissodisfawx il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)

    strumenti ta' dejn mhux garantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu u aġenziji li huma istituzzjonijiet ta' kreditu li ma jissodisfawx il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)

    strumenti ta' dejn mhux garantiti maħruġin minn korporazzjonijiet finanzjarji li ma jkunux istituzzjonijiet ta' kreditu

    titoli ggarantiti minn assi”

    2.

    It-Tabella 2 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Tabella 2

    Livelli ta' haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategoriji ta' haircuts I sa IV

     

    Kategoriji ta' haircuts

    Kwalità tal-kreditu

    Maturità residwa (snin) (*)

    Kategorija I

    Kategorija II

    Kategorija III

    Kategorija IV

    kupun fiss

    kupun żero

    kupun varjabbli

    kupun fiss

    kupun żero

    kupun varjabbli

    kupun fiss

    kupun żero

    kupun varjabbli

    kupun fiss

    kupun żero

    kupun varjabbli

    Passi 1 u 2

    [0-1)

    0,5

    0,5

    0,5

    1,0

    1,0

    1,0

    1,0

    1,0

    1,0

    7,5

    7,5

    7,5

    [1-3)

    1,0

    2,0

    0,5

    1,5

    2,5

    1,0

    2,0

    3,0

    1,0

    10,0

    10,5

    7,5

    [3-5)

    1,5

    2,5

    0,5

    2,5

    3,5

    1,0

    3,0

    4,5

    1,0

    13,0

    13,5

    7,5

    [5-7)

    2,0

    3,0

    1,0

    3,5

    4,5

    1,5

    4,5

    6,0

    2,0

    14,5

    15,5

    10,0

    [7-10)

    3,0

    4,0

    1,5

    4,5

    6,5

    2,5

    6,0

    8,0

    3,0

    16,5

    18,0

    13,0

    [10,∞)

    5,0

    7,0

    2,0

    8,0

    10,5

    3,5

    9,0

    13,0

    4,5

    20,0

    25,5

    14,5


     

    Kategoriji ta' haircuts

    Kwalità tal-kreditu

    Maturità residwa (snin) (*1)

    Kategorija I

    Kategorija II

    Kategorija III

    Kategorija IV

    kupun fiss

    kupun żero

    kupun varjabbli

    kupun fiss

    kupun żero

    kupun varjabbli

    kupun fiss

    kupun żero

    kupun varjabbli

    kupun fiss

    kupun żero

    kupun varjabbli

    Pass 3

    [0-1)

    6,0

    6,0

    6,0

    7,0

    7,0

    7,0

    8,0

    8,0

    8,0

    13,0

    13,0

    13,0

    [1-3)

    7,0

    8,0

    6,0

    9,5

    13,5

    7,0

    12,0

    15,0

    8,0

    22,5

    25,0

    13,0

    [3-5)

    9,0

    10,0

    6,0

    13,5

    18,5

    7,0

    16,5

    22,0

    8,0

    28,0

    32,5

    13,0

    [5-7)

    10,0

    11,5

    7,0

    14,0

    20,0

    9,5

    18,5

    26,0

    12,0

    30,5

    35,0

    22,5

    [7-10)

    11,5

    13,0

    9,0

    16,0

    24,5

    13,5

    19,0

    28,0

    16,5

    31,0

    37,0

    28,0

    [10,∞)

    13,0

    16,0

    10,0

    19,0

    29,5

    14,0

    19,5

    30,0

    18,5

    31,5

    38,0

    30,5

    3.

    It-Tabella 3 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Tabella 3

    Livelli tal-haircuts fil-valutazzjoni applikati għall-pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli b'pagamenti ta' imgħax fiss jew varjabbli

    Kwalità tal-kreditu

    Maturità residwa (snin) (*2)

    Pagament ta' imgħax fiss

    Pagament ta' imgħax varjabbli

    Passi 1 u 2 (AAA sa A-)

    [0-1)

    12,0

    12,0

    [1-3)

    16,0

    12,0

    [3-5)

    21,0

    12,0

    [5-7)

    27,0

    16,0

    [7-10)

    35,0

    21,0

    [10, ∞)

    45,0

    27,0

    Pass 3 (BBB+ sa BBB-)

    [0-1)

    19,0

    19,0

    [1-3)

    33,5

    19,0

    [3-5)

    45,0

    19,0

    [5-7)

    50,5

    33,5

    [7-10)

    56,5

    45,0

    [10, ∞)

    63,0

    50,5


    (*1)  jiġifieri [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.”

    (*2)  jiġifieri [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.”.


    Top