This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019O0011
Guideline (EU) 2019/1032 of the European Central Bank of 10 May 2019 amending Guideline (EU) 2015/510 on the implementation of the Eurosystem monetary policy framework (ECB/2019/11)
Linja Gwida (UE) 2019/1032 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Mejju 2019 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2019/11)
Linja Gwida (UE) 2019/1032 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Mejju 2019 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2019/11)
ĠU L 167, 24.6.2019, p. 64–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
24.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/64 |
LINJA GWIDA (UE) 2019/1032 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta' Mejju 2019
li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2019/11)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, u 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kisba ta' politika monetarja waħdanija tinvolvi d-definizzjoni tal-għodda, l-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema sabiex dik il-politika tiġi implimentata b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro. |
(2) |
Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1) għandha tiġi emendata sabiex tinkludi aġġustamenti tekniċi u editorjali meħtieġa relatati ma' ċerti aspetti ta' operazzjonijiet tal-politika monetarja. |
(3) |
Bl-għan li tissaħħaħ it-trasparenza tal-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema, id-definizzjoni ta' aġenziji bħala emittenti jew garanti ta' strumenti tad-dejn għandha tiġi ċċarata iktar. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), adottat fit-12 ta' Diċembru 2017, jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u joħloq qafas għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata. Il-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema għandu jiġi rivedut sabiex jitqiesu l-karatteristiċi rilevanti ta' (a) ir-rekwiżiti ta' żvelar stabbiliti f'dak ir-Regolament b'rabta mad-dejta fuq il-kwalità tal-kreditu u l-prestazzjoni ta' skoperturi sottostanti, u (b) id-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament rigward ir-reġistrazzjoni ta' repożitorji ta' titolizzazzjoni mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. |
(5) |
Biex tivvaluta l-kwalità tal-kreditu ta' assi pprovduti bħala kollateral għal operazzjonijiet ta' kreditu, l-Eurosistema tqis informazzjoni minn sistemi ta' valutazzjoni tal-kreditu. F'dan il-kuntest, l-użu ta' fornituri terzi ta' għodda ta' klassifikazzjoni (RT) bħala wieħed mis-sorsi aċċettati ta' valutazzjoni tal-kreditu għandu jieqaf biex tonqos il-kumplessità tal-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema u biex tonqos id-dipendenza tal-Eurosistema fuq valutazzjonijiet esterni tal-kreditu. |
(6) |
L-Eurosistema taċċetta bħala kollateral ċerti strumenti tad-dejn negozjabbli maħruġa jew garantiti minn banek ta' żvilupp multilaterali u organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-kriterji għar-rikonoxximent ta' entitajiet bħala banek ta' żvilupp multilaterali jew organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jiġu ssimplifikati sabiex tonqos il-kumplessità tal-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema. |
(7) |
L-Eurosistema taċċetta bħala kollateral ċerti pretensjonijiet ta' kreditu. Il-kriterji ta' eliġibbiltà għal dawn il-pretensjonijiet ta' kreditu jeħtieġu li jiġu emendati sabiex tonqos il-kumplessità u tiġi żgurata l-konsistenza tal-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema. B'mod partikolari, l-Eurosistema mhijiex se tibqa' tiddistingwi bejn pretensjonijiet ta' kreditu b'rata varjabbli li għandhom limiti massimi jew limiti minimi introdotti mal-ħruġ u wara l-ħruġ. Bl-istess mod, l-Eurosistema mhijiex se tibqa' tiddistingwi bejn il-pretensjonijiet ta' kreditu b'rata varjabbli b'rata ta' referenza marbuta mar-rendiment ta' bonds tal-gvern ibbażata fuq il-maturità tal-bonds tal-gvern. Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-pretensjonijiet ta' kreditu mhumiex eliġibbli jekk l-aktar fluss ta' flus kontanti riċenti tagħhom kien negattiv. Barra minn hekk, għandu jiġi introdott limitu minimu għall-eliġibbiltà ta' pretensjonijiet ta' kreditu domestiċi sabiex jiġi armonizzat aktar l-użu ta' pretensjonijiet ta' kreditu bħala kollateral għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema. |
(8) |
L-assi kollha eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosostema huma soġġetti għal regoli ta' valutazzjoni u miżuri speċifiċi ta' kontroll tar-riskju li jipproteġu lill-Eurosistema minn telf finanzjarju f'ċirkustanzi fejn il-kollateral tagħha jkollu jiġi realizzat minħabba avveniment ta' inadempjenza ta' kontroparti. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Eurosistema tassenja valur lil assi mhux negozjabbli bbażat fuq l-ammont pendenti ta' dawn l-assi. |
(9) |
L-Eurosistema taċċetta bħal kollateral bonds koperti maħruġa, dovuti jew iggarantiti mill-kontroparti jew minn entità marbuta mill-qrib magħha, diment li dawn il-bonds koperti jissodisfaw ċerti kriterji. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Eurosistema tiċċara aktar il-kriterji biex dawn il-bonds koperti jiġu aċċettati bħala kollateral. |
(10) |
Għandhom isiru emendi oħrajn, ta' natura minuri, fl-interess taċ-ċarezza, inkluż fir-rigward tal-ammont li jrid jiġi kollateralizzat f'operazzjonijiet li jipprovdu likwidità, l-iskadenza għat-talba ta' aċċess għall-faċilitajiet permanenti u r-restrizzjonijiet ġeografiċi li jirrigwardaw titoli ggarantiti b'assi u assi li jiġġeneraw flussi ta' flus. |
(11) |
Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandha tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
2. |
fl-Artikolu 15(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
3. |
fl-Artikolu 19, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “5. Kontroparti tista' tibgħat talba lill-BĊN domestiku tagħha għal aċċess għall-faċilità tas-self marġinali. Sakemm it-talba tiġi riċevuta mill-BĊN domestiku sa mhux aktar tard minn 15-il minuta wara l-ħin tal-għeluq ta' TARGET2, il-BĊN għandu jipproċessa t-talba fl-istess jum f'TARGET2. L-iskadenza biex jintalab l-aċċess għall-faċilità tas-self marġinali għandha tiġi posposta bi 15-il minuta addizzjonali fl-aħħar jum tax-xogħol tal-Eurosistema ta' perijodu ta' żamma ta' riżerva. F'ċirkustanzi eċċezzjonali, l-Eurosistema tista' tiddeċiedi li tapplika skadenzi aktar tard. It-talba għal aċċess għall-faċilità ta' self marġinali għandha tispeċifika l-ammont ta' kreditu meħtieġ. Il-kontroparti għandha tikkonsenja assi eliġibbli suffiċjenti bħala kollateral għat-tranżazzjoni, ħlief jekk dawk l-assi jkunu diġà ġew iddepożitati minn qabel mill-kontroparti mal-BĊN domestiku skont l-Artikolu 18(4).”; |
4. |
fl-Artikolu 22, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Sabiex tingħata aċċess għall-faċilità ta' depożitu, il-kontroparti għandha tibgħat talba lill-BĊN domestiku tagħha. Sakemm it-talba tiġi riċevuta mill-BĊN domestiku sa mhux aktar tard minn 15-il minuta wara l-ħin tal-għeluq ta' TARGET2, il-BĊN domestiku għandu jipproċessa t-talba fl-istess jum f'TARGET2. L-iskadenza biex jintalab l-aċċess għall-faċilità ta' depożitu għandha tiġi posposta bi 15-il minuta addizjonali fl-aħħar jum tax-xogħol tal-Eurosistema ta' perijodu ta' żamma ta' riżerva. F'ċirkustanzi eċċezzjonali, l-Eurosistema tista' tiddeċiedi li tapplika skadenzi aktar tard. It-talba għandha tispeċifika l-ammont li għandu jiġi ddepożitat taħt din il-faċilità.”; |
5. |
fl-Artikolu 59, il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej: “4. L-Eurosistema għandha tippubblika informazzjoni dwar il-passi tal-kwalità tal-kreditu fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fil-forma tal-iskala ta' klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema, inkluż l-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu, ipprovduti mill-istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu aċċettati (ECAIs), għall-passi tal-kwalità tal-kreditu. 5. Fil-valutazzjoni tar-rekwiżiti tal-kwalità ta' kreditu, l-Eurosistema tikkunsidra l-informazzjoni tal-valutazzjoni tal-kreditu mis-sistemi tal-valutazzjoni tal-kreditu li jappartjenu għal wieħed minn tliet sorsi skont it-Titolu V tal-Parti Erbgħa.”; |
6. |
fl-Artikolu 69, il-paragrafu 2 huwa mħassar; |
7. |
fl-Artikolu 70, jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej: “3a. Għal strumenti tad-dejn maħruġa jew iggarantiti minn aġenziji, l-emittent jew il-garanti għandu jkun stabbilit fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro.”; |
8. |
fl-Artikolu 73, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Sabiex l-ABSs ikunu eliġibbli, l-assi kollha li jiġġeneraw fluss ta' flus li jiggarantixxu l-ABSs għandhom ikunu omoġenji, jiġifieri għandu jkun possibbli li jiġu rrapportati skont wieħed mit-tipi ta' mudelli dwar il-livell ta' self imsemmija fl-Anness VIII, li għandu jkun relatat ma' wieħed minn dawn li ġejjin:
|
9. |
L-Artikolu 74 huwa emendat kif ġej:
|
10. |
L-Artikolu 78 huwa emendat kif ġej:
|
11. |
L-Artikolu 81a huwa emendat kif ġej:
|
12. |
L-Artikolu 90 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 90 Ammont prinċipali u kupuni tal-pretensjonijiet ta' kreditu Sabiex ikunu eliġibbli, il-pretensjonijiet ta' kreditu għandhom jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
13. |
L-Artikolu 93 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 93 Daqs minimu tal-pretensjonijiet ta' kreditu Għall-użu domestiku, il-pretensjonijiet ta' kreditu għandhom, fil-ħin tal-preżentazzjoni tagħhom bħala kollateral mill-kontroparti, jilħqu limitu tad-daqs minimu ta' EUR 25 000, jew kwalunkwe ammont ogħla li jista' jiġi stabbilit mill-BĊN domestiku. Għal użu transkonfinali, għandu japplika l-limitu tad-daqs minimu ta' EUR 500 000.”; |
14. |
fl-Artikolu 95, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Id-debituri u l-garanti tal-pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli għandhom ikunu korporazzjonijiet mhux finanzjarji, entitajiet tas-settur pubbliku (minbarra korporazzjonijiet finanzjarji pubbliċi), banek tal-iżvilupp multilaterali jew organizzazzjonijiet internazzjonali.”; |
15. |
L-Artikolu 100 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 100 Verifiki tal-proċeduri użati għas-sottomissjoni ta' pretensjonijiet ta' kreditu Il-BĊNi, jew superviżuri jew awdituri esterni għandhom iwettqu verifika ta' darba dwar l-adegwatezza tal-proċeduri użati mill-kontroparti għas-sottomissjoni tal-informazzjoni dwar pretensjonijiet ta' kreditu għall-Eurosistema. F'każ ta' bidliet sostanzjali f'dawn il-proċeduri, tista' ssir verifika ta' darba ġdida ta' dawk il-proċeduri.”; |
16. |
fl-Artikolu 107a, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Id-DECCs għandu jkollhom ammont prinċipali fiss u mingħajr kundizzjoni u struttura ta' kupuni li tikkonforma mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 63. L-aggregazzjoni tal-kopertura għandha tinkludi biss pretensjonijiet ta' kreditu li għalihom ikun hemm disponibbli jew:
|
17. |
L-Artikolu 107e huwa emendat kif ġej:
|
18. |
Fl-Artikolu 114, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “5. Jekk garanti ma jkunx entità tas-settur pubbliku bid-dritt li tiġbor it-taxxa, għandha tiġi ppreżentata konferma legali lill-BĊN rilevanti dwar il-validità legali, l-effett vinkolanti u l-eżegwibbiltà tal-garanzija f'forma u b'sustanza aċċettabbli għall-Eurosistema qabel ma l-assi negozjabbli jew il-pretensjoni ta' kreditu appoġġata mill-garanti tista' titqies bħala eliġibbli. Il-konferma legali għandha titħejja minn persuni li huma indipendenti mill-kontroparti, mill-emittenti/mid-debitur u mill-garanti, u kkwalifikati legalment sabiex joħorġu tali konferma taħt il-liġi applikabbli, eż. avukati li jaħdmu ma' ditta ta' avukati, jew li jaħdmu f'istituzzjoni akkademika rikonoxxuta jew ma' korp pubbliku. Il-konferma legali għandha ssemmi wkoll li l-garanzija mhijiex waħda personali, u hija eżegwibbli biss mid-dententuri tal-assi negozjabbli jew mill-kreditur tal-pretensjoni ta' kreditu. Jekk il-garanti ikun stabbilit f'ġurisdizzjoni li ma tkunx dik tal-liġi li tirregola l-garanzija, il-konferma legali għandha tikkonferma wkoll li l-garanzija hija valida u eżegwibbli skont il-liġi tal-ġurisdizzjoni li fiha l-garanti huwa stabbilit. Għal assi negozjabbli, il-konferma legali għandha tintbagħat mill-kontroparti għal rieżami lill-BĊN li qed jirrapporta l-assi rilevanti sostnuti minn garanzija għall-inklużjoni fil-lista ta' assi eliġibbli. Għal pretensjonijiet ta' kreditu, il-konferma legali għandha tkun ippreżentata mill-kontroparti li qed tfittex li timmobilizza l-pretensjoni ta' kreditu għall-valutazzjoni lill-BĊN fil-ġurisdizzjoni tal-liġi li tirregola l-pretensjoni ta' kreditu. Il-ħtieġa ta' eżegwibbiltà hija soġġetta għal-liġijiet tal-insolvenza jew tal-falliment, prinċipji ġenerali ta' ekwità u liġijiet u prinċipji simili applikabbli għall-garanti u li ġeneralment jaffettwaw id-drittijiet tal-kredituri kontra l-garanti.”; |
19. |
fl-Artikolu 119, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej: “1. L-informazzjoni tal-valutazzjoni tal-kreditu li fuqha l-Eurosistema tibbaża l-valutazzjoni ta' eliġibbiltà tal-assi eliġibbli bħala kollateral għall-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema għandha tiġi pprovduta minn sistemi ta' valutazzjoni tal-kreditu li jappartjenu għal wieħed mit-tliet sorsi li ġejjin:
2. Taħt kull sors ta' valutazzjoni tal-kreditu elenkat fil-paragrafu 1 jista' jkun hemm ġabra ta' sistemi ta' valutazzjoni tal-kreditu. Is-sistemi ta' valutazzjoni tal-kreditu għandhom jikkonformaw mal-kriterji ta' aċċettazzjoni stabbiliti f'dan it-Titolu. Lista ta' sistemi ta' valutazzjoni tal-kreditu aċċettati, jiġifieri l-lista ta' ECAIs u ICASs aċċettati, hija ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-BĊE.”; |
20. |
L-Artikolu 124 huwa mħassar; |
21. |
L-Artikolu 125 huwa mħassar; |
22. |
L-Artikolu 135 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 135 Regoli ta' valutazzjoni għal assi mhux negozjabbli Assi mhux negozjabbli għandhom jingħataw valur mill-Eurosistema li jikkorrispondi għall-ammont pendenti ta' tali assi mhux negozjabbli.”; |
23. |
fl-Artikolu 138(3), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
24. |
fl-Artikolu 141(1), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
25. |
L-Annessi VI, VIII u IXb huma emendati skont it-test stabbilit fl-Anness I għal din il-Linja Gwida; |
26. |
It-test stabbilit fl-Anness II għal din il-Linja Gwida huwa mdaħħal bħala Anness XIIa ġdid għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-5 ta' Awwissu 2019. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Bank Ċentrali Ewropew bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-21 ta' Ġunju 2019.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta' Mejju 2019.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
(2) Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).
ANNESS I
L-Annessi VI, VIII u IXb għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) huma emendati kif ġej:
1. |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
3. |
L-Anness IXb huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS II
“ANNESS XIIa
Entità li hija meqjusa aġenzija kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 2 ta' din il-Linja Gwida għandha tissodisfa l-kriterji kwantitattivi li ġejjin sabiex l-assi negozjabbli eliġibbli tagħha jkunu allokati għall-kategorija ta' haircut II kif stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness għal-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35):
(a) |
il-medja tat-total tal-valuri nominali pendenti tal-assi negozjabbli kollha eliġibbli maħruġa mill-aġenzija hija mill-inqas EUR 10 biljun tul il-perijodu ta' referenza; u |
(b) |
il-medja tat-total tal-valuri nominali tal-assi negozjabbli kollha eliġibbli b'valur nominali pendenti ta' mill-inqas EUR 500 miljun maħruġa mill-aġenzija tul il-perijodu ta' referenza tirriżulta f'sehem ta' 50 % jew aktar mill-medja tat-total tal-valur nominali pendenti tal-assi negozjabbli kollha eliġibbli maħruġa minn dik l-aġenzija tul il-perijodu ta' referenza. |
Il-konformità ma' dawn il-kriterji kwantitattivi hija vvalutata fuq bażi annwali billi, f'kull sena partikolari, tiġi kkalkulata l-medja rilevanti fuq perijodu ta' referenza ta' sena li jibda mill-1 ta' Awwissu tas-sena preċedenti u jintemm fil-31 ta' Lulju tas-sena kurrenti.