Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0134

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/134 tal-24 ta' Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2008/911/KE li tistabbilixxi lista ta' sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali (notifikata bid-dokument C(2018) 218) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2018/0218

    ĠU L 22, 26.1.2018, p. 41–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/134/oj

    26.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 22/41


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/134

    tal-24 ta' Jannar 2018

    li temenda d-Deċiżjoni 2008/911/KE li tistabbilixxi lista ta' sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali

    (notifikata bid-dokument C(2018) 218)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16f tiegħu,

    Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, ifformulata fit-2 ta' Frar 2016 mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Erbali,

    Billi:

    (1)

    Il-ħaxixa aromatika Sideritis scardica Griseb., tista' titqies bħala sustanza erbali, bħala preparazzjoni erbali jew bħala taħlita ta' dawn fit-tifsira tad-Direttiva 2001/83/KE, u tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'dik id-Direttiva.

    (2)

    Għalhekk jixraq li l-ħaxixa aromatika Sideritis scardica Griseb., tiddaħħal fil-lista ta' sustanzi erbali, preparazzjoniet u taħlitiet tagħhom għall-użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/911/KE (2).

    (3)

    Għaldaqstant jeħtieġ li d-Deċiżjoni 2008/911/KE tiġi emendata skont dan.

    (4)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/911/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Jannar 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/911/KE tal -21 ta' Novembru 2008 li tistabbilixxi lista ta' sustanzi erbali, preparazzjonijiet erbali u kombinazzjonijiet tagħhom għal użu fi prodotti mediċinali erbali tradizzjonali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 42).


    ANNESS

    Id-Deċiżjoni 2008/911/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    Fl-Anness I, is-sustanza li ġejja tiddaħħal wara Pimpinella anisum L:

    Sideritis scardica Griseb., herba”;

    (2)

    Fl-Anness II, dan li ġej jiddaħħal wara l-ENTRATA FIL-LISTA TAL KOMUNITÀ ta' Pimpinella anisum L:

    “L-ENTRATA FIL-LISTA TAL-UNJONI TA' SIDERITIS SCARDIA GRISEB., HERBA

    Isem xjentifiku tal-pjanta

    Sideritis scardica Griseb.

    Familja botanika

    Lamiaceae (Labiatae)

    Sustanza erbali

    Te tal-muntanja (Ironwort) (Sideritis herba)

    L-isem komuni tal-preparazzjoni erbali fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE

    BG (bălgarski): Мурсалски чай, стрък

    CS (čeština): nať hojníku

    DA (dansk): Kortkroneurt

    DE (Deutsch): Balkan-Gliedkraut

    EL (elliniká): Πόα σιδηρίτου

    EN (English): Ironwort

    ES (español): Siderita, partes aéreas de

    ET (eesti keel): haavarohuürt

    FI (suomi): raudakki, verso

    FR (français): Crapaudine (parties aériennes de)

    HR (hrvatska): očistova zelen

    HU (magyar): sármányvirág virágos hajtása

    IT (italiano): Stregonia parti aeree fiorite

    LT (lietuvių kalba): Timsrų žolė

    LV (latviešu valoda): Siderītu laksts

    MT (Malti): ħaxixa tas-Sideritis

    NL (Nederlands): (Griekse) bergthee, kruid

    PL (polski): Ziele gojnika

    PT (português): Siderite, partes aéreas

    RO (română): iarba de ceaiul muntelui cretan

    SK (slovenčina): Vňať ránhoja

    SL (slovenščina): zel sklepnjaka

    SV (svenska): Sårmynta, ört

    IS (íslenska):

    NO (norsk): Gresk fjellte

    Preparazzjonijiet erbali

    Sustanza erbali mitħuna

    Referenza għall-monografija tal-Farmakopea Ewropea

    Ma tapplikax

    Indikazzjonijiet

    Indikazzjoni (1)

    Prodott mediċinali erbali tradizzjonali li jintuża għas-serħan mis-sogħla assoċjata ma' riħ.

    Indikazzjoni (2)

    Prodott mediċinali erbali tradizzjonali li jintuża għas-serħan mill-iskumdità gastrointestinali ħafifa.

    Il-prodott huwa prodott mediċinali erbali tradizzjonali għall-użu f'indikazzjonijiet speċifiċi bbażati esklużivament fuq l-użu fit-tul.

    Tip ta' tradizzjoni

    Ewropea

    Qawwa speċifikata

    Ara “Pożoloġija speċifikata”.

    Pożoloġija speċifikata

    L-adulti u l-anzjani

    L-indikazzjonijiet 1) u 2)

    Doża waħda: Te erbali: 2-4 g tas-sustanza erbali mitħuna f'150-200 ml ilma bħala infużjoni erbali darbtejn jew tliet darbiet kuljum

    Doża ta' kuljum: mhux aktar minn 12 g

    Mhuwiex rakkomandat l-użu fit-tfal u fl-adolexxenti ta' taħt it-18-il sena (ara t-taqsima “Twissijiet partikolari u prekawzjonijiet fl-użu”).

    Mod ta' kif għandha tingħata

    Oralment

    It-tul tal-użu jew restrizzjonijiet fuq it-tul tal-użu

    Indikazzjoni (1)

    Jekk is-sintomi jippersistu għal aktar minn ġimgħa minn meta jibda jintuża l-prodott mediċinali, jeħtieġ li jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

    Indikazzjoni (2)

    Jekk is-sintomi jippersistu għal aktar minn ħmistax minn meta jibda jintuża l-prodott mediċinali, jeħtieġ li jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

    Kull informazzjoni oħra meħtieġa biex il-prodott jintuża bis-sikurezza

    Kontraindikazzjonijiet

    Ipersensittività għas-sustanza attiva u għal pjanti oħra tal-familja Lamiaceae (Labiatae).

    Twissijiet partikolari u prekawzjonijiet fl-użu

    Ma ġiex stabbilit l-effett tal-użu fit-tfal u fl-adolexxenti taħt it-18-il sena minħabba nuqqas ta' data adegwata.

    Jekk is-sintomi jmorru għall-agħar waqt l-użu tal-prodott mediċinali, jeħtieġ li jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

    Interazzjoni ma' prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta' interazzjoni

    Ma ġie rrappurtat xejn

    Fertilità, tqala u treddigħ

    Ma ġietx stabbilita s-sikurezza tal-użu waqt it-tqala u t-treddigħ. Minħabba n-nuqqas ta' data, mhuwiex rakkomandat l-użu waqt it-tqala u t-treddigħ.

    Ma teżistix data dwar l-effetti fuq il-fertilità.

    Effetti fuq il-kapaċità tas-sewqan u t-tħaddim ta' magni

    Ma sarux studji dwar l-effett tal-użu fuq il-kapaċità tas-sewqan u tat-tħaddim ta' magni.

    Effetti mhux mixtieqa

    Ma hemmx effetti mhux mixtieqa magħrufin

    Jekk jiżviluppaw xi reazzjonijiet ħżiena, jeħtieġ li jiġi kkonsultat tabib jew prattikant ikkwalifikat fil-kura tas-saħħa.

    Doża eċċessiva

    Qatt ma ġie rrappurtat każ ta' doża eċċessiva.

    Tagħrif farmaċewtiku [Jekk meħtieġ]

    Ma japplikax

    L-effetti farmakoloġiċi jew l-effikaċja plawżibbli abbażi tal-użu fit-tul u l-esperjenza [Jekk meħtieġ għall-użu sikur tal-prodott]

    Ma japplikax.”


    Top