Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2099

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2099 tat-18 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għall-materjal tat-tkabbir, is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief (notifikata bid-dokument C(2015) 7891) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 303, 20.11.2015, p. 75–100 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/07/2022; Imħassar b' 32022D1244

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2099/oj

    20.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 303/75


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2099

    tat-18 ta' Novembru 2015

    li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għall-materjal tat-tkabbir, is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief

    (notifikata bid-dokument C(2015) 7891)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

    Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,

    Billi:

    (1)

    Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas matul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/799/KE (2) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/64/KE (3) stabbilew il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-materjal tat-tkabbir, rispettivament, li jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2015.

    (4)

    Sabiex ikun rifless aħjar l-avvanz li għamel is-suq ta' dawn il-gruppi ta' prodotti u sabiex jitqiesu l-innovazzjonijiet li saru dan l-aħħar, jixraq li ż-żewġ gruppi ta' prodotti jingħaqdu fi grupp wieħed ta' prodotti u li fl-istess kamp ta' applikazzjoni jiżdied il-ħuxlief, peress li dan hu distint bħala tip ta' sustanza li ttejjeb il-ħamrija b'karatteristiċi u funzjonijiet partikolari.

    (5)

    Il-kriterji riveduti, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati magħhom, għandhom ikunu validi għal erba' snin minn meta tiġi adottata din id-Deċiżjoni, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu ta' innovazzjoni għal dan il-grupp ta' prodotti. Dawn il-kriterji għandhom l-għan li jippromwovu r-riċiklaġġ tal-materjali, l-użu ta' materjali rinnovabbli u riċiklati ħalli tonqos id-degradazzjoni ambjentali, u li jonqos it-tniġġis fil-ħamrija u fl-ilma billi jiġu stabbiliti limiti stretti għall-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi niġġiesa fil-prodott finali.

    (6)

    Għalhekk id-Deċiżjonijiet 2006/799/KE u 2007/64/KE toħdilhom posthom din id-Deċiżjoni.

    (7)

    Lill-produtturi li l-prodotti tagħhom tkun ingħatatilhom l-Ekotikketta tal-UE għall-materjal tat-tkabbir u għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2006/799/KE u 2007/64/KE rispettivament, għandu jingħatalhom perjodu ta' tranżizzjoni ħalli jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom u jġibuhom konformi mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-grupp ta' prodotti “materjal tat-tkabbir, sustanzi li jtejbu l-ħamrija u ħuxlief” għandu jinkludi materjal tat-tkabbir, sustanzi organiċi li jtejbu l-ħamrija u ħuxlief organiku.

    Artikolu 2

    Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

    (1)

    “materjal tat-tkabbir” tfisser materjal fejn jitkabbru l-pjanti li jintuża bħala substrat għall-iżvilupp tal-għeruq;

    (2)

    “materjal minerali tat-tkabbir” tfisser materjal tat-tkabbir li jkun magħmul għalkollox minn kostitwenti minerali;

    (3)

    “sustanzi li jtejbu l-ħamrija” tfisser materjal, ħlief materjal tal-ġir, li jiżdied mal-ħamrija in situ bil-għan ewlieni li jżomm jew itejjeb il-karatteristiċi fiżiċi u/jew kimiċi u/jew bijoloġiċi tagħha;

    (4)

    “sustanzi organiċi li jtejbu l-ħamrija” tfisser sustanzi li jtejbu l-ħamrija u li jkun fihom materjali karbonjużi bil-għan ewlieni li jiżdied il-kontenut ta' materja organika fil-ħamrija;

    (5)

    “ħuxlief” tfisser tip ta' sustanza li ttejjeb il-ħamrija u li tintuża bħala għata protettiva mqiegħda madwar il-pjanti, fuq wiċċ il-ħamrija, bil-għan ewlieni li tevita t-telf tal-umdità, tilqa' lill-ħaxix ħażin milli jikber, u tnaqqas l-erożjoni tal-ħamrija;

    (6)

    “ħuxlief organiku” tfisser ħuxlief li jkun fih materjali karbonjużi mnisslin mill-bijomassa;

    (7)

    “kostitwent” tfisser materjal użat li jista' jkun ingredjent tal-prodott;

    (8)

    “kostitwent organiku” tfisser kostitwent li jkun fih materjali karbonjużi.

    (9)

    “familja tal-prodott” tfisser il-firxa ta' prodotti magħmulin mill-istess kostitwenti;

    (10)

    “produzzjoni annwali” tfisser il-produzzjoni annwali ta' familja tal-prodott;

    (11)

    “kontribut annwali” tfisser l-ammont annwali ta' materjali trattati f'impjant għat-trattament tal-iskart jew ta' prodotti sekondarji tal-annimali;

    (12)

    “lott” tfisser kwantità ta' prodotti manifatturati mill-istess proċess fl-istess kundizzjonijiet u tikkettati bl-istess mod, u bi preżunzjoni li għandhom l-istess karatteristiċi;

    (13)

    “bijoskart” tfisser skart bijodegredabbli mill-ġardina jew mill-ġonna, skart tal-ikel u tal-kċina mid-djar, mir-ristoranti, mingħand il-fornituri tal-ikel u mill-postijiet tal-bejgħ, u skart tal-istess xeħta minn impjanti għall-ipproċessar tal-ikel;

    (14)

    “bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta' oriġini bijoloġika mill-agrikoltura (fosthom is-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, fosthom mis-sajd u mill-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u muniċipali.

    Artikolu 3

    Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, dan għandu jkun jifforma parti mill-grupp ta' prodotti “materjal tat-tkabbir, sustanzi li jtejbu l-ħamrija u ħuxlief” kif jiddefinixxi l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u għandu jikkonforma mal-kriterji u mar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati li jistabbilixxi l-Anness.

    Artikolu 4

    Il-kriterji għall-grupp ta' prodotti “materjal tat-tkabbir, sustanzi li jtejbu l-ħamrija u ħuxlief”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, għandhom jibqgħu validi għal erba' snin min meta tiġi adotatta din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 5

    Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti “materjal tat-tkabbir, sustanzi li jtejbu l-ħamrija u ħuxlief” għandu jkun 048.

    Artikolu 6

    Jitħassru d-Deċiżjonijiet 2006/799/KE u 2007/64/EKE.

    Artikolu 7

    1.   B'deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE li jittressqu għal prodotti fil-grupp ta' prodotti “materjal tat-tkabbir” jew “sustanzi li jtejbu l-ħamrija” qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2006/799/KE u 2007/64/KE rispettivament.

    2.   Madankollu, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE li jitressqu għal prodotti fil-grupp ta' prodotti “materjal tat-tkabbir” jew “sustanzi li jtejbu l-ħamrija” fi żmien xahrejn minn meta tiġi adottata din id-Deċiżjoni, jistgħu jissejsu fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2006/799/KE u 2007/64/KE jew inkella fuq il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. Dawk l-applikazzjonijiet jiġu evalwati skont il-kriterji li jibbażaw fuqhom.

    3.   Il-liċenzji għall-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2006/799/KE u 2007/64/KE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar minn meta tiġi adottata din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 8

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Karmenu VELLA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/799/KE tat-3 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti tal-istima u l-verifikazzjoni relatati mal-għoti ta' eko-tikketta tal-Komunità għall-materjali li jtejbu l-ħamrija (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 28).

    (3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/64/KE tal-15 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti u r-rekwiżiti ta' stima u verifikazzjoni relatati għall-għoti ta' ekotikketta tal-Komunità għall-midja tat-tkabbir (ĠU L 32, 6.2.2007, p. 137).


    ANNESS

    QAFAS

    IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

    Il-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għall-materjal tat-tkabbir, is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief:

    Il-kriterju 1

    — Il-kostitwenti

    Il-kriterju 2

    — Il-kostitwenti organiċi

    Il-kriterju 3

    — Il-materjal minerali tat-tkabbir u l-kostitwenti minerali

    Il-kriterju 3.1

    — Il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2

    Il-kriterju 3.2

    — Sorsi ta' estrazzjoni tal-minerali

    Il-kriterju 3.3

    — L-użu u wara l-użu tal-materjal minerali tat-tkabbir

    Il-kriterju 4

    — Materjali riċiklati/rkuprati u organiċi fil-materjal tat-tkabbir

    Il-kriterju 5

    — Il-limitazzjoni tas-sustanzi perikolużi

    Il-kriterju 5.1

    — Metalli tqal

    Il-kriterju 5.2

    — Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

    Il-kriterju 5.3

    — Sustanzi u taħlitiet perikolużi

    Il-kriterju 5.4

    — Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

    Il-kriterju 5.5

    — Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

    Il-kriterju 6

    — L-istabbiltà

    Il-kriterju 7

    — Il-kontaminanti fiżiċi

    Il-kriterju 8

    — Il-materja organika u l-materja niexfa

    Il-kriterju 9

    — Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli

    Il-kriterju 10

    — Ir-rispons tal-pjanti

    Il-kriterju 11

    — Il-karatteristiċi tal-materjal tat-tkabbir

    Il-kriterju 12

    — L-għoti tal-informazzjoni

    Il-kriterju 13

    — L-informazzjoni li turi l-Ekotikketta tal-UE

    Tabella 1

    L-applikabbiltà tal-kriterji differenti għal kull tip ta' prodott li jkopri l-kamp ta' applikazzjoni

    Kriterju

    Materjal tat-tkabbir

    Sustanzi li jtejbu l-ħamrija

    Ħuxlief

    Il-kriterju 1 — Il-kostitwenti

    x

    x

    x

    Il-kriterju 2 — Il-kostitwenti organiċi

    x

    x

    x

    Il-kriterju 3.1. — Il-materjal minerali tat-tkabbir u l-kostitwenti minerali: Il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2

    x

     

     

    Il-kriterju 3.2 — Il-materjal minerali tat-tkabbir u l-kostitwenti minerali: Sorsi ta' estrazzjoni tal-minerali

    x

    x

    x

    Il-kriterju 3.3 — Il-materjal minerali tat-tkabbir u l-kostitwenti minerali: L-użu u wara l-użu tal-materjal minerali tat-tkabbir

    x

     

     

    Il-kriterju 4 — Materjali riċiklati/rkuprati u organiċi fil-materjal tat-tkabbir

    x

     

     

    Il-kriterju 5 — Il-limitazzjoni tas-sustanzi perikolużi

     

     

     

    Il-kriterju 5.1 — Metalli tqal

    x

    x

    x

    Il-kriterju 5.2 — Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

    x

    x

    x

    Il-kriterju 5.3 — Sustanzi u taħlitiet perikolużi

    x

    x

    x

    Il-kriterju 5.4 — Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

    x

    x

    x

    Il-kriterju 5.5 — Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

    x

    x

    x

    Il-kriterju 6 — L-istabbiltà

    x

    x

    x

    Il-kriterju 7 — Il-kontaminanti fiżiċi

    x

    x

    x

    Il-kriterju 8 — Il-materja organika u l-materja niexfa

     

    x

    x

    Il-kriterju 9 — Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli

    x

    x

     

    Il-kriterju 10 — Ir-rispons tal-pjanti

    x

    x

     

    Il-kriterju 11 — Il-karatteristiċi tal-materjal tat-tkabbir

    x

     

     

    Il-kriterju 12 — L-għoti tal-informazzjoni

    x

    x

    x

    Il-kriterju 13 — L-informazzjoni li turi l-Ekotikketta tal-UE

    x

    x

    x

    IR-REKWIŻITI TA' VALUTAZZJONI U TA' VERIFIKA

    Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati f'kull kriterju.

    Meta l-applikant jeħtieġlu jagħti dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra sabiex juri li hemm konformità mal-kriterji, dawn jistgħu jiġu mingħand l-applikant u/jew mingħand il-fornituri tiegħu, kif ikun xieraq.

    Il-Korpi Kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment iċ-ċertifikazzjonijiet li joħorġu korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar, u l-verifiki li jagħmlu korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi.

    Meta xieraq jistgħu jintużaw metodi tal-ittestjar oħrajn li mhumiex indikati għal kull kriterju, diment li l-Korp Kompetenti li jkun qed jeżamina l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

    Meta xieraq, l-Entitajiet Kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta' appoġġ u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti.

    Bħala prerekwiżit, il-prodott irid jilħaq ir-rekwiżiti legali rispettivi kollha tal-pajjiżi fejn il-prodott huwa maħsub li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dan ir-rekwiżit.

    Il-kampjuni għandhom jittieħdu skont EN 12579 (Materjali tat-tkabbir u sustanzi li jtejbu l-ħamrija. It-teħid tal-kampjuni). Il-kampjuni għandhom jitħejjew skont EN 13040 (Materjali tat-tkabbir u sustanzi li jtejbu l-ħamrija. It-tħejjija tal-kampjuni għal testijiet kimiċi u fiżiċi, id-determinazzjoni tal-kontenut ta' materja niexfa, il-kontenut ta' umdità u d-densità tal-massa kompatta tal-laboratorju).

    Għas-sena tal-applikazzjoni, il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni u tal-ittestjar trid tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 1. Għas-snin ta' wara, il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni u tal-ittestjar trid tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 2. Ġew stabbiliti frekwenzi differenti għat-teħid tal-kampjuni u għall-ittestjar ta' dawn it-tipi ta' pjanti:

    :

    It-tip 1

    :

    Impjanti għat-trattament tal-iskart jew ta' prodotti sekondarji tal-annimali

    :

    It-tip 2

    :

    Impjanti għall-manifattura ta' prodotti li jużaw materjali minn impjanti tat-Tip 1.

    :

    It-tip 3

    :

    Impjanti għall-manifattura ta' prodotti li ma jużawx materjali dderivati minn skart jew minn prodotti sekondarji tal-annimali

    Għall-impjanti tat-Tip 2, il-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni u tal-ittestjar għas-sena tal-applikazzjoni u fis-snin ta' wara se jkunu l-istess bħall-frekwenzi stabbiliti għat-Tip 3, diment li l-fornituri tagħhom tal-materjali dderivati minn skart jew minn prodotti sekondarji tal-annimali jkunu konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija. Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jagħtih ir-rapporti tat-testijiet mingħand il-fornituri u d-dokumentazzjoni li tiżgura li l-fornituri jikkonformaw mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE. Il-Korp Kompetenti jista' jqis il-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni u tal-ittestjar skont il-leġiżlazzjoni u l-istandards nazzjonali jew reġjonali bħala validi biex jiżguraw li l-fornituri tal-materjali dderivati minn skart jew minn prodotti sekondarji jkunu konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE. Jekk prodott ikun magħmul minn materjal ġej mill-annimali jew ikun fih dan il-materjal, għandha ssir referenza għall-istandards mikrobijoloġiċi u għall-kontrolli tas-saħħa pubblika u tal-annimali stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (2).

    Il-kriterju 1 — Il-kostitwenti

    Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief.

    Il-kostitwenti ammessi għandhom ikunu kostitwenti organiċi u/jew minerali.

    Valutazzjoni u verifika:

    Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu lista tal-kostitwenti tal-prodott.

    Il-kriterju 2 — Il-kostitwenti organiċi

    Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief.

    Il-kriterju 2.1

    Il-prodott finali m'għandux ikun fih pit.

    Il-kriterju 2.2

    1.

    Dawn il-materjali jistgħu jkunu l-kostitwenti organiċi ta' prodott finali:

    Materjali dderivati mir-riċiklaġġ tal-bijoskart minn ġbir separat, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

    Materjali dderivati minn prodotti sekondarji tal-annimali tal-Kategoriji 2 u 3 kif jistabbilixxi l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-istandards tekniċi li jistabbilixxi r-Regolament (UE) Nru 142/2011;

    Materjali dderivati minn materjal tal-ħmieġ tal-imsaren, tiben u materjal naturali ieħor jew tal-forestrija li mhux perikoluż kif jiddefinixxi l-Artikolu 2(1)(f) tad-Direttiva 2008/98/KE;

    Materjali dderivati minn xi prodotti sekondarji oħra tal-bijomassa, kif jiddefinixxi l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/98/KE, li ma jissemmewx hawn fuq, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' 2) u tas-subkriterju 2.3;

    Materjali derivati mir-riċiklaġġ jew mill-irkupru ta' xi skart tal-bijomassa ieħor li ma jissemmewx hawn fuq, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' 2) u tas-subkriterju 2.3;

    2.

    Dawn il-materjali ma jistgħux ikunu l-kostitwenti organiċi ta' prodott finali:

    Materjali dderivati għalkollox jew parzjalment mill-frazzjoni organika ta' skart domestiku muniċipali mħallat li jiġi separat bi trattament mekkaniku, fiżikokimiku, bijoloġiku, u/jew manwali;

    Materjali dderivati għalkollox jew parzjalment mill-ħama li jinġema' bit-trattament tad-drenaġġ muniċipali u mill-ħama li jinġema' mill-industrija tal-karta;

    Materjali dderivati għalkollox jew parzjalment mill-ħama ħlief dawk li jippermetti l-Kriterju 2.3;

    Materjali dderivati għalkollox jew parzjalment mill-prodotti sekondarji tal-annimali tal-Kategorija 1 skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

    Il-kriterju 2.3

    Materjali dderivati mir-riċiklaġġ jew mill-irkupru tat-tajn huma permessi biss jekk il-ħama jkun jikkonforma ma' dawn ir-rekwiżiti:

    (a)

    Dawn huma identifikati bħala wieħed minn dawn it-tipi ta' skart skont il-Lista Ewropea tal-Iskart, kif tiddefinixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (5) ippreżentata fit-Tabella 2:

    Tabella 2

    Il-ħama permess u l-kodiċijiet tiegħu skont il-Lista Ewropea tal-Iskart

    0203 05

    Ħama mit-trattament ta' effluwenti fuq il-post fil-preparazzjoni u l-ipproċessar ta' frott, ħxejjex, ċereali, żjut li jittieklu, kawkaw, kafè, te u tabakk, produzzjoni ta' prodotti ppreżervati, il-produzzjoni ta' ħmira u estratt ta' ħmira, preparazzjoni u fermentazzjoni ta' ġulepp magħqud;

    0204 03

    ħama mit-trattament ta' effluwenti fuq il-post fl-ipproċessar taz-zokkor;

    0205 02

    ħama mit-trattament ta' effluwenti fuq il-post fl-industrija tal-prodotti tal-ħalib;

    0206 03

    ħama mit-trattament ta' effluwenti fuq il-post fl-industrija tal-ħami u tal-ħelu;

    0207 05

    ħama mit-trattament ta' effluwenti fuq il-post fil-produzzjoni tax-xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku (minbarra kafè, tè u kawkaw).

    (b)

    Il-ħama jiġi separat minn sors wieħed, jiġifieri ma jkunx ġie mħallat ma' effluwenti jew ħama ieħor 'il barra minn proċess tal-produzzjoni speċifiku.

    Valutazzjoni u verifika:

    Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu l-informazzjoni dwar l-oriġini ta' kull kostitwent organiku tal-prodott u dikjarazzjoni ta' konformità mar-rekwiżit imsemmi hawn fuq.

    Il-kriterju 3 — Il-materjal minerali tat-tkabbir u l-kostitwenti minerali

    Il-kriterju 3.1 — Il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2

    Dan il-kriterju japplika biss għall-materjal minerali tat-tkabbir.

    Il-manifattura tal-minerali espanduti u tas-suf minerali għandha tissodisfa dawn il-livelli limitu tal-konsum tal-enerġija u tal-emissjonijiet tas-CO2:

    Il-konsum tal-enerġija/prodott ≤ 11 GJ/t tal-prodott

    l-emissjonijiet tas-CO2/prodott ≤ 0,8 t CO2/t tal-prodott

    Il-proporzjon tal-konsum tal-enerġija għall-prodott jiġi kkalkulat bħala medja annwali kif ġej:

    Formula

    Fejn:

    n hu l-għadd ta' snin tal-perjodu użat biex tinstab il-medja

    i hi s-sena tal-perjodu użat biex tinstab il-medja

    Produzzjoni hi l-produzzjoni tas-suf minerali jew tal-minerali espanduti f'tunnellati fis-sena i

    F hu l-konsum annwali tal-fjuwils fil-proċess tal-produzzjoni fis-sena i

    Elgrilja hu l-konsum annwali tal-elettriku mill-grilja fis-sena i

    Hkoġ hu l-konsum annwali tas-sħana utli mill-koġenerazzjoni fis-sena i

    Elkoġ hu l-konsum annwali tal-elettriku mill-koġenerazzjoni fis-sena i

    Ref Ηη u Ref Εη huma l-valuri ta' referenza tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tas-sħana u tal-elettriku kif tiddefinixxi d-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u mkejla skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE (7)

    PESkoġ hu l-iffrankar tal-enerġija primarja tal-impjant tal-koġenerazzjoni kif tiddefinixxi d-Direttiva 2012/27/UE, fis-sena i

    Il-proporzjon tal-emissjonijiet tas-CO2/prodott jiġi kkalkulat bħala medja annwali kif ġej:

    Formula

    Fejn:

    n hu l-għadd ta' snin tal-perjodu użat biex tinstab il-medja

    i hi s-sena tal-perjodu użat biex tinstab il-medja

    Produzzjoni hi l-produzzjoni tas-suf minerali f'tunnellati fis-sena i

    CO2 diretti huma l-emissjonijiet tas-CO2 kif jiddefinixxi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (8), fis-sena i

    CO2 indiretti huma l-emissjonijiet tas-CO2 indiretti li ħoloq il-konsum finali tal-enerġija fis-sena i, u għandu jitkejjel kif ġej:

    Formula

    Fejn:

    FEgrilja hu l-intensità medja tal-karbonju fl-UE tal-grilja tal-elettriku, skont il-metodoloġija MEErP (9) (0,384 tCO2/MWhe = 0,107 tCO2/GJe)

    FEfjuwil koġ hi l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-fjuwil ikkunsmat fl-impjant tal-koġenerazzjoni

    L-emissjonijiet tas-CO2 diretti għandu jiġi monitorjat skont ir-Regolament (UE) Nru 601/2012.

    Il-perjodu biex jitkejlu l-proporzjonijiet tal-konsum tal-enerġija/prodott u tal-emissjonijiet tas-CO2/prodott għandu jkun l-aħħar 5 snin qabel l-applikazzjoni. Jekk fid-data tal-applikazzjoni l-perjodu tal-operat tal-impjant ikun inqas minn 5 snin, il-proporzjon għandu jitkejjel bħala l-medja annwali ta' dak il-perjodu ta' operat, li għandu jkun mill-inqas sena.

    Valutazzjoni u verifika:

    Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu dikjarazzjoni b'din l-informazzjoni:

    Il-proporzjon tal-konsum tal-enerġija (GJ)/prodott (tunnellata)

    Il-proporzjon tal-emissjonijiet tas-CO2 (tunnellata)/prodott (tunnellata)

    L-emissjonijiet tas-CO2 diretti (tunnellati) għal kull sena tal-perjodu biex tiġi kkalkulata l-medja

    L-emissjonijiet tas-CO2 indiretti (tunnellati) għal kull sena tal-perjodu biex tinstab il-medja

    Il-fjuwils ikkunsmati, il-konsum ta' kull fjuwil (GJ), is-subproċessi tal-proċess ta' manifattura meta dawn jiġu kkunsmati għal kull sena tal-perjodu biex tinstab il-medja

    Il-konsum tal-elettriku mill-grilja (GJ enerġija finali) għal kull sena tal-perjodu biex tinstab il-medja

    Il-konsum tas-sħana utli mill-koġenerazzjoni (GJ enerġija finali) għal kull sena tal-perjodu biex tinstab il-medja

    Il-konsum tal-elettriku mill-koġenerazzjoni (GJ enerġija finali) għal kull sena tal-perjodu biex tinstab il-medja

    Il-valuri ta' referenza tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tas-sħana u tal-elettriku

    L-iffrankar tal-enerġija primarja (PES) (%) tal-koġenerazzjoni għal kull sena tal-perjodu biex tinstab il-medja

    L-identifikazzjoni tal-fjuwils użati fil-koġenerazzjoni u s-sehem tagħhom fit-taħlita tal-fjuwils, għal kull sena tal-perjodu biex tinstab il-medja

    Mad-dikjarazzjonijiet għandhom jingħataw ukoll dawn id-dokumenti:

    Rapport annwali dwar l-emissjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 601/2012, għal kull sena tal-perjodu biex tinstab il-medja

    Rapport ta' verifika li lir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet iqisu sodisfaċenti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 (10), għal kull sena tal-perjodu biex tinstab il-medja

    Ir-rekords tal-konsum tal-elettriku mill-grilja mogħtija mill-fornitur, għal kull sena tal-perjodu biex tiġi kkalkulata l-medja

    Ir-rekords tal-konsum tas-sħana utli u tal-elettriku mill-koġenerazzjoni, kemm fuq il-post kif ukoll mixtrija, għal kull sena tal-perjodu biex tiġi kkalkulata l-medja

    Il-kriterju 3.2 — Sorsi ta' estrazzjoni tal-minerali

    Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief.

    Il-minerali estratti jistgħu jintużaw bħala kostitwenti tal-prodott finali diment li:

    1.

    (Fl-UE): Jekk ikunu ġew estratti minn żoni tan-netwerk ta' Natura 2000, komposti minn Żoni ta' Protezzjoni Speċjali skont id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, u minn Żoni Speċjali ta' Konservazzjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (12) dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, l-attivitajiet ta' estrazzjoni ikunu ġew evalwati u awtorizzati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE u jkun tqies id-Dokument gwida tal-UE dwar l-estrazzjoni ta' minerali mhux għall-enerġija u Natura 2000 (13).

    2.

    (Barra mill-UE:) Jekk ikunu ġew estratti minn żoni protetti u meqjusa hekk fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiżi tax-xiri/esportaturi, l-attivitajiet ta' estrazzjoni jkunu ġew evalwati u awtorizzati skont dispożizzjonijiet li jipprovdu garanziji ekwivalenti għal dawk f'punt (1).

    Valutazzjoni u verifika

    Jekk fiż-żoni tan-network ta' Natura 2000 (fl-UE) jew fiż-żoni protetti u meqjusa hekk fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiżi tax-xiri/esportaturi, ikunu twettqu attivitajiet tal-estrazzjoni ta' minerali, l-applikant għandu jipprovdi d-dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan ir-rekwiżit li jkunu ħarġulu l-awtoritajiet kompetenti jew kopja tal-awtorizzazzjoni tagħhom maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.

    Il-kriterju 3.3 — L-użu u wara l-użu tal-materjal minerali tat-tkabbir

    Dan il-kriterju japplika biss għall-materjal minerali tat-tkabbir.

    Il-materjali minerali tat-tkabbir għandhom jiġu offruti biss biex jintużaw għal applikazzjonijiet ortikulturali professjonali.

    Lill-klijenti, l-applikant għandu joffrilhom servizz strutturat ta' ġbir u riċiklaġġ, u jista' juża s-servizz ta' fornituri ta' parti terza. Mill-anqas, is-servizz ta' ġbir u riċiklaġġ għandu jkopri 70 % v/v tal-bejgħ mill-applikant tal-prodott madwar l-Unjoni Ewropea.

    Valutazzjoni u verifika:

    Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu dikjarazzjoni li l-materjal minerali tat-tkabbir hu offrut biss biex jintuża għal applikazzjonijiet ortikulturali professjonali. L-informazzjoni mogħtija lill-utent aħħari għandha tinkludi dikjarazzjoni dwar l-applikazzjoni ortikulturali professjonali tal-prodott.

    Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jinformah bl-alternattiva/i offruti ta' servizz strutturat ta' ġbir u riċiklaġġ u bir-riżultati tal-alternattivi implimentati. B'mod partikolari, l-applikant għandu jipprovdi din id-dokumentazzjoni u din l-informazzjoni:

    Id-dokumentazzjoni kuntrattwali bejn il-manifattur u l-fornituri tas-servizz;

    Deskrizzjoni tal-ġbir, tal-ipproċessar u tad-destinazzjonijiet;

    Ħarsa ġenerali annwali lejn il-volum totali tal-bejgħ tal-materjal tat-tkabbir fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u ħarsa ġenerali annwali lejn il-volumi tal-bejgħ fiż-żoni ta' dawk l-Istati Membri fejn qed jiġu offruti l-ġbir u l-ipproċessar;

    F'każ li jidħlu parteċipanti ġodda, għandhom jingħataw stima tal-ħarsa ġenerali annwali lejn il-volum totali tal-bejgħ tal-materjal tat-tkabbir fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u stima tal-ħarsa ġenerali annwali tal-volumi tal-bejgħ fiż-żoni ta' dawk l-Istati Membri fejn qed jiġu offruti l-ġbir u l-ipproċessar. Id-dejta reali għandha tingħata sena wara li tingħata l-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE.

    Il-kriterju 4 — Materjali riċiklati/rkuprati u organiċi fil-materjal tat-tkabbir

    Dan il-kriterju japplika biss għall-materjal tat-tkabbir.

    Il-prodotti tal-materjali tat-tkabbir għandu jkun fihom persentaġġ minimu ta' materjal riċiklat/rkuprat jew ta' materjal organiku, kif ġej:

    (a)

    Il-materjal tat-tkabbir għandu jkun fih minimu ta' 30 % ta' kostitwenti organiċi (espressi bħala volum ta' kostitwenti organiċi għal kull volum totali tal-prodott finali), jew

    (b)

    Il-materjal minerali tat-tkabbir għandu jkun fih kostitwenti minerali manifatturati minn proċess li juża mill-inqas 30 % ta' materjali riċiklati (espressi bħala l-piż niexef ta' materjali riċiklati/rkuprati għal kull piż niexef totali tal-materjali użati)

    Valutazzjoni u verifika:

    L-applikant għandu jagħti din l-informazzjoni:

    Fil-każ (a): il-volum tal-kostitwenti organiċi dikjarati fil-Kriterju 1 għal kull volum totali tal-prodott finali, jew;

    Fil-każ (b): il-piż niexef tal-materjali riċiklati/rkuprati għal kull piż niexef totali tal-materjali użati.

    Fil-każ (b), l-applikant għandu jagħti wkoll din l-informazzjoni dwar il-kostitwenti minerali:

    L-identifikazzjoni tal-materja prima użata, il-piż niexef tal-materja prima użata għal kull piż niexef totali tal-materjali użati, u l-oriġini, għal kull materja prima użata, u

    L-identifikazzjoni tal-materjal użat riċiklat/irkuprat, il-piż niexef tal-materjal użat riċiklat/irkuprat għal kull piż niexef totali tal-materjali użati, u l-oriġini, għal kull materjal użat riċiklat/irkuprat.

    Il-kriterju 5 — Il-limitazzjoni tas-sustanzi perikolużi

    Il-kriterju 5.1 — Limiti tal-metalli tqal

    Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief.

    (a)   Sustanzi li jtejbu l-ħamrija, ħuxlief u kostitwenti organiċi tal-materjal tat-tkabbir

    Għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija, il-ħuxlief u l-kostitwenti organiċi tal-materjal tat-tkabbir, il-kontenut ta' dawn l-elementi fil-prodott finali jew fil-kostitwenti m'għandux jaqbeż il-valuri fit-Tabella 3, imkejla f'termini ta' piż niexef (DW) tal-prodott.

    Tabella 3

    Il-limiti tal-metalli tqal għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija, il-ħuxlief u l-kostitwenti organiċi tal-materjal tat-tkabbir

    Metall tqil

    Il-kontenut massimu fil-prodott (mg/kg DW)

    Il-kadmju (Cd)

    1

    Il-kromju totali (Cr)

    100

    Ir-ram (Cu)

    100

    Il-merkurju (Hg)

    1

    In-nikil (Ni)

    50

    Iċ-ċomb (Pb)

    100

    Iż-żingu (Zn)

    300

    (b)   Materjal tat-tkabbir

    Għall-materjal tat-tkabbir, li jinkludi l-materjal minerali tat-tkabbir, il-kontenut ta' dawn l-elementi fil-prodott finali m'għandux jaqbeż il-valuri fit-Tabella 4, imkejla f'termini ta' piż niexef tal-prodott.

    Tabella 4

    Il-limiti tal-metalli tqal għall-materjal tat-tkabbir, li jinkludi l-materjal minerali tat-tkabbir

    Metall tqil

    Il-kontenut massimu fil-prodott (mg/kg DW)

    Il-kadmju (Cd)

    3

    Il-kromju totali (Cr)

    150

    Ir-ram (Cu)

    100

    Il-merkurju (Hg)

    1

    In-nikil (Ni)

    90

    Iċ-ċomb (Pb)

    150

    Iż-żingu (Zn)

    300

    Valutazzjoni u verifika:

    Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu r-rapporti tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet indikata fl-istandards EN rispettivi ppreżentati fit-Tabella 5. Fil-każ tal-kostitwenti organiċi tal-materjal tat-tkabbir, ir-rapporti tat-testijiet jistgħu jipprovduhom il-fornituri.

    Tabella 5

    Il-metodi standard għall-estrazzjoni u għall-kejl tal-metalli tqal

    Metalli tqal

    Metodu tal-kejl

    Metodu tal-estrazzjoni

    Il-kadmju (Cd)

    EN 13650

    Għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija, il-ħuxlief u l-kostitwenti organiċi tal-materjal tat-tkabbir, u l-materjal tat-tkabbir ħlief il-materjal minerali tat-tkabbir:

    EN 13650 Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjal tat-tkabbir — Estrazzjoni ta' elementi solubbli aqua regia

    Għall-materjal minerali tat-tkabbir:

    EN 13651 Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjal tat-tkabbir — Estrazzjoni ta' nutrijenti u elementi solubbli tal-klorur tal-kalċju/DTPA (CAT)

    Il-kromju totali (Cr)

    EN 13650

    Ir-ram (Cu)

    EN 13650

    Il-merkurju (Hg)

    EN 16175 (14)

    In-nikil (Ni)

    EN 13650

    Iċ-ċomb (Pb)

    EN 13650

    Iż-żingu (Zn)

    EN 13650

    Il-kriterju 5.2 — Limiti għall-Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

    Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief, ħlief għall-materjali minerali tat-tkabbir.

    Il-kontenut ta' dawn l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fil-prodott finali m'għandux jaqbeż il-valuri fit-Tabella 6, imkejla f'termini ta' piż niexef tal-prodott.

    Tabella 6

    Limitu għall-PAH

    Sustanza li tniġġes

    Il-kontenut massimu fil-prodott (mg/kg DW)

    PAH16

    6

    PAH16= l-għadd totali ta' nafthalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-cd]piren, dibenzo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen

    Valutazzjoni u verifika:

    Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu r-rapporti tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet indikata fl-istandard CEN/TS 16181 — Ħama, bijoskart trattat u ħamrija — Determinazzjoni tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH) permezz ta' kromatografija tal-gass (GC) u kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja (HPLC) jew ekwivalenti

    Il-kriterju 5.3 — Sustanzi u taħlitiet perikolużi

    Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief.

    Il-prodott finali m'għandux jiġi klassifikat u tikkettat bħala tossiku akut, bħala sustanza tossika speċifika għal organi ta' mira, bħala sensitizzatur respiratorju jew tal-ġilda jew bħala prodott karċinoġenu, mutaġenu jew tossiku għar-riproduzzjoni jew bħala prodott perikoluż għall-ambjent skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

    Il-prodott m'għandux ikun fih sustanzi jew taħlitiet klassifikati bħala tossiċi, perikolużi għall-ambjent, sensitizzaturi respiratorji jew tal-ġilda, jew karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u kif interpretat skont id-dikjarazzjonijiet ta' periklu elenkati fit-Tabella 7. Kull ingredjent miżjud bi ħsieb u li jkun preżenti fil-prodott f'konċentrazzjoni aktar minn 0,010 % w/w (f'termini ta' piż imxarrab) għandu jissodisfa dan ir-rekwiżit. Meta jkunu aktar stretti, il-limiti ġeneriċi jew speċifiċi tal-konċentrazzjoni ddeterminati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom jieħdu prevalenza fuq il-limitu msemmi hawn fuq ta' 0,010 % w/w (f'termini ta' piż imxarrab).

    Tabella 7

    Il-klassifikazzjonijiet ristretti tal-periklu u t-tqassim tagħhom f'kategoriji

    Tossiċità akuta

    Il-Kategoriji 1 u 2

    Il-Kategorija 3

    H300 Fatali jekk jinbela'

    H301 Tossiku jekk jinbela'

    H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda

    H311 Tossiku jekk imiss mal-ġilda

    H330 Fatali jekk jinġibed man-nifs

    H331 Tossiku jekk jinġibed man-nifs

    H304 Jaf ikun fatali jekk jinbela' u jidħol fil-pajp tan-nifs

    EUH070 Tossiku jekk imiss mal-għajnejn

    Tossiċità speċifika għal organi ta' mira

    Il-Kategorija 1

    Il-Kategorija 2

    H370 Jagħmel ħsara lill-organi

    H371 Jaf jagħmel ħsara lill-organi

    H372 Jagħmel ħsara lill-organi jekk ikunu esposti għalih fit-tul jew ripetutament

    H373 Jaf jagħmel ħsara lill-organi jekk ikunu esposti għalih fit-tul jew ripetutament

    Sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda

    Il-Kategorija 1 A

    Il-Kategorija 1B

    H317 Jaf jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

    H317 Jaf jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

    H334 Jekk jinxtamm jaf jikkawża sintomi tal-allerġija jew tal-ażma jew diffikultajiet biex wieħed jieħu n-nifs

    H334 Jekk jinxtamm jaf jikkawża sintomi tal-allerġija jew tal-ażma jew diffikultajiet biex wieħed jieħu n-nifs

    Karċinoġenu, mutaġenu jew tossiku għar-riproduzzjoni

    Il-Kategoriji 1 A u 1B

    Il-Kategorija 2

    H340 Jaf jikkawża difetti ġenetiċi

    H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

    H350 Jaf iġib il-kanċer

    H351 Suspettat li jġib il-kanċer

    H350i Jaf iġib il-kanċer jekk jinġibed man-nifs

     

    H360F Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità

    H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

    H360D Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

    H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

    H360FD Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità. Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

    H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

    H360Fd Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

    H362 Jaf jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa

    H360Df Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

     

    Perikoluż għall-ambjent tal-baħar

    Il-Kategoriji 1 u 2

    Il-Kategoriji 3 u 4

    H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

    H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti dejjiema

    H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti dejjiema

    H413 Jaf iħalli effetti dejjiema lill-organiżmi akkwatiċi

    H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti dejjiema

     

    Perikolużi għas-saff tal-ożonu

    H420 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

     

    L-aktar regoli tal-klassifikazzjoni riċenti li adottat l-Unjoni għandhom jieħdu preċedenza fuq il-klassifikazzjonijiet tal-periklu elenkati. Għalhekk, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, l-applikanti għandhom jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet jissejsu fuq l-aktar regoli riċenti dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet.

    Ġeneralment, id-dikjarazzjonijiet tal-periklu jkunu jirreferu għal sustanzi. Iżda meta ma tkunx tista' tinkiseb informazzjoni fuq is-sustanzi, għandhom japplikaw ir-regoli tal-klassifikazzjoni għat-taħlitiet.

    Is-sustanzi jew it-taħlitiet li jibdlu l-proprjetajiet tagħhom bl-ipproċessar u allura ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jew jinbidlu kimikament b'tali mod li jitneħħa l-periklu identifikat qabel, huma eżentati mill-Kriterju 5.3.

    Dan il-kriterju ma japplikax għal dawk prodotti finali magħmula minn:

    Materjali li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 skont l-Artikolu 2(2) tiegħu.

    Sustanzi li jkopri l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jistabbilixxi kriterji għall-eżenzjoni ta' sustanzi li hemm l-Anness V ta' dan ir-Regolament mir-reġistrazzjoni, mill-obbligi tal-utent downstream u mir-rekwiżiti tal-evalwazzjoni.

    Sabiex isib jekk din l-esklużjoni tkunx tapplika, l-applikant għandu jgħarrex għal kull sustanza miżjuda bi ħsieb li tkun preżenti f'konċentrazzjoni aktar minn 0,010 % w/w (f'termini ta' piż imxarrab).

    Valutazzjoni u verifika:

    L-applikant għandu jgħarrex għall-preżenza ta' sustanzi u taħlitiet li jaf ikunu ġew ikklassifikati bid-dikjarazzjonijiet tal-periklu f'dan il-kriterju. Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu dikjarazzjoni ta' konformità tal-prodott ma' dan il-kriterju.

    Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha dokumentazzjoni relatata, bħal ngħidu aħna dikjarazzjonijiet ta' konformità bil-firma tal-fornituri, dwar in-nuqqas ta' klassifikazzjoni ta' sustanzi, taħlitiet jew materjali b'xi waħda mill-klassijiet tal-periklu assoċjata mad-dikjarazzjonijiet tal-periklu fit-Tabella 7 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, diment li dan ikun jista' jiġi stabbilit, mill-anqas, mill-informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

    L-informazzjoni mogħtija għandu jkollha x'taqsam mal-forom jew il-qagħdiet fiżiċi tas-sustanzi jew tat-taħlitiet kif jintużaw fil-prodott finali.

    Għal kull sustanza u taħlita għandha tingħata din l-informazzjoni teknika biex issostni d-dikjarazzjoni tal-klassifikazzjoni jew in-nuqqas ta' klassifikazzjoni:

    i.

    għal sustanzi li ma ġewx reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u/jew li għad ma għandhomx klassifikazzjoni CLP armonizzata: informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness VII ta' dak ir-Regolament;

    ii.

    għal sustanzi li ġew reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni CLP: informazzjoni bbażata fuq id-dossier tar-reġistrazzjoni tar-REACH li tkun tikkonferma l-istatus mhux klassifikat tas-sustanza;

    iii.

    għal sustanzi li għandhom klassifikazzjoni armonizzata jew li huma awtoklassifikati: għandhom jingħataw l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza meta dawn ikunu disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli jew is-sustanza tkun awtoklassifikata, allura għandha tingħata informazzjoni rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-periklu tas-sustanzi skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

    iv.

    fil-każ ta' taħlitiet: għandhom jingħataw l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza meta dawn ikunu disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli allura għandu jingħata kalkolu tal-klassifikazzjoni tat-taħlita skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 flimkien ma' informazzjoni rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-perikolu tat-taħlitiet skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

    L-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza għandhom jingħataw għall-materjali li jsawru l-prodott finali u għas-sustanzi u t-taħlitiet li ntużaw fit-tiswir u fit-trattament tal-materjali li jifdal fil-prodott finali f'konċentrazzjoni li tkun taqbeż il-limitu ta' 0,010 % w/w (f'termini ta' piż imxarrab), sakemm ma jkunx japplika limitu ġeneriku jew speċifiku tal-konċentrazzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008

    L-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza għandhom jimtlew skont il-gwida stabbilita fit-Taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ir-rekwiżiti għall-kumpilazzjoni tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza). L-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza li ma jkunux kompluti jeħtiġilhom jiġu supplimentati b'informazzjoni minn dikjarazzjonijiet mingħand il-fornituri tal-kimika.

    L-informazzjoni dwar il-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi mhux bilfors trid tinkiseb b'test, iżda b'mezzi oħrajn bħal pereżempju b'metodi alternattivi fosthom il-metodi in vitro, mudelli kwantitattivi ta' struttura-attività jew bir-raggruppar jew b'read-across skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

    L-użu kondiviż tad-dejta rilevanti fil-katina tal-provvista hu mħeġġeġ bil-qawwa.

    Fil-każ tas-suf minerali, l-applikant għandu jipprovdi wkoll:

    (a)

    Ċertifikat mogħti għad-dritt tal-użu tal-marka kummerċjali tal-Bord taċ-Ċertifikazzjoni Ewropea għall-Prodotti tas-Suf Minerali biex tintwera konformità man-Nota Q fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

    (b)

    Rapport tat-test skont l-ISO 14184-1 Tessuti — Determinazzjoni tal-formaldeid — Parti 1: Formaldeid idrolizzat u liberu

    Il-kriterju 5.4 — Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

    Il-prodott finali ma għandux ikun fih sustanzi miżjuda bi ħsieb u li jkunu ta' tħassib serju ħafna minn dawk li jissemmew fil-lista prevista fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, meta jkunu preżenti fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet > 0,010 % f'termini ta' piż imxarrab.

    Valutazzjoni u verifika:

    Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għall-aħħar aġġornament tal-lista tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju 5.4, u dokumentazzjoni relatata, fosthom dikjarazzjonijiet ta' konformità bil-firma tal-fornituri tal-materjali u kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza għas-sustanzi jew it-taħlitiet skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għas-sustanzi jew it-taħlitiet. Il-limiti tal-konċentrazzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għas-sustanzi u t-taħlitiet.

    Il-kriterju 5.5 — Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

    Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief, ħlief għall-materjali minerali tat-tkabbir.

    Il-kontenut tal-patoġeni primarji fil-prodott finali ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fit-Tabella 8.

    Tabella 8

    Il-Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

    Patoġenu

    Limitu

    E. coli

    1 000 CFU/g ta' piż frisk

    Salmonella spp

    assenti f'25 g ta' piż frisk

    CFU= colony-forming units (unitajiet tal-formazzjoni tal-kolonja).

    Valutazzjoni u verifika:

    Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu r-rapporti tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet indikata fit-Tabella 9.

    Tabella 9

    Il-metodu standard tat-test għall-E. coli u għas-Salmonella spp

    Parametru

    Metodu tat-test

    E. coli

    CEN/TR 16193 Ħama, bijoskart trattat u ħamrija. Is-sejbien u l-enumerazzjoni tal-Escherichia Coli jew ekwivalenti

    Salmonella spp

    ISO 6579 Mikrobijoloġija tal-ikel u tal-għalf tal-annimali — Metodu orizzontali għas-sejbien tas-Salmonella spp

    Il-kriterju 6 — L-istabbiltà

    Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief, ħlief għall-ħuxlief li hu magħmul kollu minn kostitwenti linjoċellulożiċi u għall-materjali minerali tat-tkabbir.

    Is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief għall-applikazzjonijiet mhux professjonali u l-materjal tat-tkabbir għall-applikazzjonijiet kollha għandhom jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti preżentati fit-Tabella 10.

    Tabella 10

    Ir-rekwiżiti tal-istabbiltà tas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u tal-ħuxlief għall-applikazzjonijiet mhux professjonali u tal-materjal tat-tkabbir għall-applikazzjonijiet kollha

    Parametru tal-istabbiltà

    Rekwiżit

    Indiċi respirometriku massimu

    15 mmol O2/kg materja organika/h

    Rottegrad minimu, meta applikabbli

    IV (it-temperatura tat-test self-heating togħla b'mhux aktar minn 20 °C iżjed mit-temperatura ambjentali)

    Is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief għall-applikazzjonijiet mhux professjonali għandhom jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti preżentati fit-Tabella 11.

    Tabella 11

    Ir-rekwiżiti tal-istabbiltà tas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief għall-applikazzjonijiet mhux professjonali

    Parametru tal-istabbiltà

    Rekwiżit

    Indiċi respirometriku massimu

    25 mmol O2/kg materja organika/h

    Rottegrad minimu, meta applikabbli

    IV (it-temperatura tat-test self-heating togħla b'mhux aktar minn 30 °C iżjed mit-temperatura ambjentali)

    Valutazzjoni u verifika:

    Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu r-rapporti tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet indikata fit-Tabella 12.

    Tabella 12

    Il-metodu standard tat-test għall-istabbiltà

    Parametru

    Metodu tat-test

    Indiċi respirometriku

    EN 16087-1 Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjal tat-tkabbir — Determinazzjoni tal-attività bijoloġika aerobika. Ir-rata ta' assorbiment tal-ossiġnu (OUR)

    Rottegrad

    EN 16087-2 Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjal tat-tkabbir. Determinazzjoni tal-attività bijoloġika aerobika. Test self-heating għall-kompost

    Il-kriterju 7 — Il-kontaminanti fiżiċi

    Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief, ħlief għall-materjali minerali tat-tkabbir.

    Il-kontenut ta' ħġieġ, metall u plastik b'malji ta' daqs > 2 mm fil-prodott finali ma għandux jaqbeż iż-0,5 %, imkejla f'termini ta' piż niexef.

    Valutazzjoni u verifika:

    Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu r-rapporti tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet indikata fl-Ispeċifikazzjoni Teknika CEN/TS 16202 (Ħama, bijoskart trattat u ħamrija — Determinazzjoni ta' impuritajiet u ġebel), jew proċedura tat-testijiet oħra ekwivalenti awtorizzata mill-Korp Kompetenti.

    Il-kriterju 8 — Il-materja organika u l-materja niexfa

    Dan il-kriterju japplika għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief.

    Il-materja organika, bħala telf fit-tqabbid tal-prodott finali, għandha tkun mill-inqas 15 % tal-piż niexef (% DW).

    Il-kontenut ta' materja niexfa fil-prodott finali għandu jkun mill-inqas 25 % tal-piż frisk ( % FW).

    Valutazzjoni u verifika:

    Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu r-rapporti tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet preżentata fit-Tabella 13.

    Tabella 13

    Il-metodi standard tat-test għall-Materja niexfa u l-Materja organika

    Parametru

    Metodu tat-test

    Materja niexfa (% FW)

    EN 13040 Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjal tat-tkabbir. It-tħejjija tal-kampjuni għat-testijiet kimiċi u fiżiċi, id-determinazzjoni tal-kontenut ta' materja niexfa, il-kontenut ta' umdità u d-densità tal-massa kompatta tal-laboratorju

    Materja organika bħala telf tat-tqabbid (% DM)

    EN 13039 Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjal tat-tkabbir. Determinazzjoni tal-kontenut ta' materjal organiku u rmid

    Il-kriterju 9 — Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli

    Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir u għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija, ħlief għall-materjali minerali tat-tkabbir.

    Għal kull litru, il-prodotti finali ma għandux ikun fihom aktar minn żewġ unitajiet ta' żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli.

    Valutazzjoni u verifika:

    Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu r-rapport tat-testijiet li sar skont il-proċedura tat-testijiet indikata fl-Ispeċifikazzjoni Teknika CEN/TS 16201 (Ħama, bijoskart trattat u ħamrija — Determinazzjoni ta' ħaxix ħażin u materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti), jew proċedura tat-testijiet oħra ekwivalenti awtorizzata mill-Korp Kompetenti.

    Il-kriterju 10 — Ir-rispons tal-pjanti

    Dan il-kriterju japplika biss għall-materjal tat-tkabbir u għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija.

    Il-prodotti finali ma għandomx jaffettwaw ħażin il-ħruġ jew it-tkabbir sussegwenti tal-pjanta.

    Valutazzjoni u verifika:

    Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu test validu li sar skont il-proċedura tat-testijiet indikata f'EN 16086-1 (Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjali tat-tkabbir — Determinazzjoni tar-rispons tal-pjanti — Parti 1: Test tat-tkabbir fil-qasrija permezz ta' kaboċċa Ċiniża).

    Il-kriterju 11 — Il-karatteristiċi tal-materjal tat-tkabbir

    Dan il-kriterju japplika biss għall-materjal tat-tkabbir.

    Il-kriterju 11.1 — Il-konduttività elettrika

    Il-konduttività elettrika tal-prodott finali għandha tkun inqas minn 100 mS/m.

    Valutazzjoni u verifika:

    Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu test validu li sar skont il-proċedura tat-testijiet indikata f'EN 13038 (Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjali tat-tkabbir — Determinazzjoni tal-konduttività elettrika).

    Il-kriterju 11.2 — Il-pH

    Il-pH tal-prodott finali għandu jkun bejn 4 u 7.

    Valutazzjoni u verifika:

    Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu test validu li sar skont il-proċedura tat-testijiet indikata f'EN 13037 (Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjali tat-tkabbir — Determinazzjoni tal-pH).

    Il-kriterju 11.3 — Il-kontenut tas-sodju

    Il-kontenut tas-sodju fl-estratti tal-ilma tal-prodott finali ma għandux jaqbeż il-150 mg/l tal-prodott frisk.

    Valutazzjoni u verifika:

    Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu test validu li sar skont il-proċedura tat-testijiet indikata f'EN 13652 (Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjali tat-tkabbir — Determinazzjoni ta' nutrijenti u elementi solubbli fl-ilma).

    Il-kriterju 11.4 — Il-kontenut tal-klorur

    Il-kontenut tal-klorur fl-estratti tal-ilma tal-prodott finali ma għandux jaqbeż il-500 mg/l tal-prodott frisk.

    Valutazzjoni u verifika:

    Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu test validu li sar skont il-proċedura tat-testijiet indikata f'EN 13652 (Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjali tat-tkabbir — Determinazzjoni ta' nutrijenti u elementi solubbli fl-ilma).

    Il-kriterju 12 — L-għoti tal-informazzjoni

    Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief.

    Din l-informazzjoni għandha tingħata titniżżel fuq l-imballaġġ tal-prodott inkella fl-iskedi informattivi li jakkompanjawh.

    Il-kriterju 12.1 — Is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija

    (a)

    L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-kummerċjalizzazzjoni;

    (b)

    Deskrizzjoni li tiddentifika t-tip tal-prodott li jkollha l-kliem “SUSTANZA LI TTEJJEB IL-ĦAMRIJA”;

    (c)

    Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-lott;

    (d)

    Il-kwantità (skont il-piż);

    (e)

    Il-firxa ta' kontenut ta' umdità;

    (f)

    Il-materjali ewlenin (dawk li jaqbżu l-5 % skont il-piż) li bihom ġie magħmul il-prodott;

    (g)

    Il-kundizzjonijiet rakkomandati għall-ħażna u d-data “uża sa” rakkomandata;

    (h)

    Linji gwida għal maniġġ u użu sikur;

    (i)

    Deskrizzjoni tal-iskop li għalih hu maħsub il-prodott u kull limitazzjonijiet fuq l-użu, inkluża dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza tal-prodott għal gruppi ta' pjanti partikolari (bħall-kalċifugi jew il-kalċikoli);

    (j)

    Il-pH (referenza għall-metodu tat-test użat);

    (k)

    Il-kontenut tal-karbonju organiku (%), il-kontenut totali tan-nitroġenu (%) u l-kontenut tan-nitroġenu inorganiku (%) (referenza għall-metodu tat-test użat);

    (l)

    Il-proporzjon ta' karbonju u nitroġenu;

    (m)

    Il-kontenut totali ta' fosforu (%) u ta' potassju (%) (referenza għall-metodu tat-test użat);

    (n)

    Għall-prodotti għal użu mhux professjonali, dikjarazzjoni dwar l-istabbilità tal-materja organika (stabbli jew stabbli ħafna);

    (o)

    Dikjarazzjoni dwar il-metodi tal-użu rakkomandati;

    (p)

    F'applikazzjonijiet mhux professjonali: ir-rata ta' applikazzjoni rakkomandata espressa f'kilogrammi tal-prodott għal kull unità tal-erja tas-superfiċe (m2) fis-sena.

    Il-kriterju 12.2 — Il-materjal tat-tkabbir

    (a)

    L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-kummerċjalizzazzjoni;

    (b)

    Deskrizzjoni li tidentifika t-tip tal-prodott li jkollha l-kliem “MATERJAL TAT-TKABBIR”;

    (c)

    Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-lott;

    (d)

    Il-kwantità (f'volum jew f'għadd ta' biċċiet, u fil-każ tas-suf minerali jridu jingħataw il-qisien ta' kull biċċa);

    (e)

    Il-firxa ta' kontenut ta' umdità;

    (f)

    Il-materjali ewlenin (dawk li jaqbżu l-5 % skont il-volum) li bihom ġie magħmul il-prodott;

    (g)

    Il-kundizzjonijiet rakkomandati għall-ħażna u d-data “uża sa” rakkomandata;

    (h)

    Linji gwida għal maniġġ u użu sikur;

    (i)

    Deskrizzjoni tal-iskop li għalih hu maħsub il-prodott u kull limitazzjonijiet fuq l-użu, inkluża dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza tal-prodott għal gruppi ta' pjanti partikolari (bħall-kalċifugi jew il-kalċikoli);

    (j)

    Il-pH (EN 13037);

    (k)

    Il-konduttività elettrika (estrazzjoni 1:5);

    (l)

    L-inibizzjoni tal-ġerminazzjoni (EN 16086-1);

    (m)

    L-inibizzjoni tat-tkabbir (EN 16086-1);

    (n)

    Dikjarazzjoni dwar l-istabbilità tal-materja organika (stabbli jew stabbli ħafna);

    (o)

    Dikjarazzjoni dwar il-metodi tal-użu rakkomandati;

    (p)

    Għall-materjal minerali tat-tkabbir, dikjarazzjoni dwar l-applikazzjoni ortikulturali professjonali.

    Il-kriterju 12.3 — Il-ħuxlief

    (a)

    L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-kummerċjalizzazzjoni;

    (b)

    Deskrizzjoni li tiddentifika t-tip tal-prodott li jkollha l-kliem “ĦUXLIEF”;

    (c)

    Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-lott;

    (d)

    Il-kwantità (skont il-volum);

    (e)

    Il-firxa ta' kontenut ta' umdità;

    (f)

    Il-materjali ewlenin (dawk li jaqbżu l-5 % skont il-volum) li bihom ġie magħmul il-prodott;

    (g)

    Linji gwida għal maniġġ u użu sikur;

    (h)

    Deskrizzjoni tal-iskop li għalih hu maħsub il-prodott u kull limitazzjonijiet fuq l-użu, inkluża dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza tal-prodott għal gruppi ta' pjanti partikolari (bħall-kalċifugi jew il-kalċikoli);

    (i)

    Il-pH (referenza għall-metodu tat-test użat);

    (j)

    Għall-prodotti għal użu mhux professjonali, meta jkun japplika, għandha tingħata dikjarazzjoni dwar l-istabbilità tal-materja organika (stabbli jew stabbli ħafna);

    (k)

    Dikjarazzjoni dwar il-metodi tal-użu rakkomandati;

    (l)

    F'applikazzjonijiet mhux professjonali: ir-rata ta' applikazzjoni rakkomandata espressa f'mm.

    Valutazzjoni u verifika:

    L-applikant għandu jiddikjara li l-prodott hu konformi ma' dan il-kriterju u lill-Korp Kompetenti għandu jipprovdilu kampjun tal-imballaġġ jew tal-iskedi informattivi jew it-test tal-informazzjoni għall-utent miktuba fuq l-imballaġġ jew fuq l-iskedi informattivi li jakkumpanjaw lill-prodott.

    Il-kriterju 13 — L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

    It-tikketta fakultattiva b'kaxxa għall-kitba għandha tinkludi dan it-test:

    dan il-prodott jippromwovi r-riċiklaġġ tal-materjali

    dan il-prodott jippromwovi l-użu ta' materjali rinnovabbli u riċiklati

    Għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief, għandha tiżdied din l-informazzjoni addizzjonali:

    dan il-prodott inaqqas it-tniġġis tal-ħamrija u tal-ilma għax jillimita l-konċentrazzjonijiet tal-metalli tqal

    Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa testwali jinsabu fil-“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE” fuq is-sit elettroniku:

    http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf

    Valutazzjoni u verifika:

    Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu kampjun tal-imballaġġ tal-prodott fejn tidher it-tikketta flimkien ma' dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.


    (1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

    (3)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

    (4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (notifikat bid-dokument numru K(2000) 1147) (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3).

    (6)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

    (7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE tad-19 ta' Diċembru 2011 li tistabbilixxi valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata taż elettriku u sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9523) (ĠU L 343, 23.12.2011, p. 91).

    (8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta' Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30).

    (9)  Il-Metodoloġija għall-Ekodisinn ta' Prodotti Relatati mal-Enerġija (http://www.meerp.eu/).

    (10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 tal-21 ta' Ġunju 2012 dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-rapporti dwar it-tunnellati kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 1).

    (11)  Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

    (12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

    (13)  Dokument gwida tal-KE dwar it-twettiq ta' attivitajiet tal-estrazzjoni ta' minerali mhux għall-enerġija li jimxu mar-rekwiżiti Natura 2000 (http://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/management/docs/neei_n2000_guidance.pdf).

    (14)  EN 16175 Ħama, bijoskart trattat u ħamrija — Determinazzjoni tal-merkurju. Parti 1: Spettrometrija tal-assorbiment atomiku tal-fwar kiesaħ (CV-AAS) u Parti 2: Spettrometrija tal-fluworexxenza atomika tal-fwar kiesaħ (CV-AFS).

    (15)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

    Appendiċi 1

    Il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni u tal-ittestjar għas-sena tal-applikazzjoni

    Tip ta' impjant

    Kriterju

    Kontribut/produzzjoni annwali

    Frekwenza tat-test

    It-tip 1: Impjanti għat-trattament tal-iskart jew ta' prodotti sekondarji tal-annimali

    5.1

    Limiti għall-metalli tqal

    5.5

    Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

    6

    L-istabbiltà

    7

    Il-kontaminanti fiżiċi

    8

    Il-materja organika u l-materja niexfa

    9

    Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli

    10

    Ir-rispons tal-pjanti

    11

    Il-karatteristiċi tal-materjal tat-tkabbir

    Kontribut (t) ≤ 3 000

    1 għal kull 1 000 tunnellata ta' materjal użat aġġustat għan-numru sħiħ ta' wara

    3 000 < kontribut (t) ≤ 20 000

    4 (kampjun wieħed kull staġun)

    Kontribut (t) > 20 000

    L-għadd ta' analiżijiet fis-sena = l-għadd ta' materjal użat fis-sena (f'tunnellati)/10 000 tunnellata + 1

    Minimu 4 u massimu 12

    5.2

    Il-PAH

    Kontribut (t) ≤ 3 000

    1

    3 000 < kontribut (t) ≤ 10 000

    2

    10 000 < kontribut (t) ≤ 20 000

    3

    20 000 < kontribut (t) ≤ 40 000

    4

    40 000 < kontribut (t) ≤ 60 000

    5

    60 000 < kontribut (t) ≤ 80 000

    6

    80 000 < kontribut (t) ≤ 100 000

    7

    100 000 < kontribut (t) ≤ 120 000

    8

    120 000 < kontribut (t) ≤ 140 000

    9

    140 000 < kontribut (t) ≤ 160 000

    10

    160 000 < kontribut (t) ≤ 180 000

    11

    Kontribut (t) > 180 000

    12

    It-tip 2: Impjanti għall-manifattura ta' prodotti li jużaw materjali minn impjanti tat-Tip 1.

    5.1

    Limiti għall-metalli tqal

    5.5

    Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

    6

    L-istabbiltà

    7

    Il-kontaminanti fiżiċi

    8

    Il-materja organika u l-materja niexfa

    9

    Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli

    10

    Ir-rispons tal-pjanti

    11

    Il-karatteristiċi tal-materjal tat-tkabbir

    Produzzjoni (m3) ≤ 5 000

    Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn 2 lottijiet skont EN 12579 (1)

    Produzzjoni (m3) > 5 000

    Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn 4 lottijiet skont EN 12579

    5.2

    Il-PAH

    Produzzjoni (m3) ≤ 5 000

    Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn lott (1) skont EN 12579

    Produzzjoni (m3) > 5 000

    Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn 2 lottijiet skont EN 12579

    It-tip 3: Impjanti għall-manifattura ta' prodotti li MA JUŻAWX materjali dderivati minn skart jew minn prodotti sekondarji tal-annimali

    5.1

    Limiti għall-metalli tqal

    5.5

    Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

    6

    L-istabbiltà

    7

    Il-kontaminanti fiżiċi

    8

    Il-materja organika u l-materja niexfa

    9

    Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli

    Il-kriterju 10

    Ir-rispons tal-pjanti

    Il-kriterju 11

    Il-karatteristiċi tal-materjal tat-tkabbir

    Produzzjoni (m3) ≤ 5 000

    Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn lott (1) skont EN 12579

    Produzzjoni (m3) > 5 000

    Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn 2 lottijiet skont EN 12579

    5.2

    Il-PAH

    Irrispettivament mill-kontribut/produzzjoni

    Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn lott (1) skont EN 12579


    (1)  EN 12579 Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjal tat-tkabbir. Teħid tal-kampjuni

    Appendiċi 2

    Il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni u tal-ittestjar għas-snin ta' wara

    Tip ta' impjant

    Kriterji

    Kontribut/produzzjoni annwali

    Frekwenza tat-test

    It-tip 1: Impjanti għat-trattament tal-iskart jew ta' prodotti sekondarji tal-annimali

    5.1

    Limiti għall-metalli tqal

    5.5

    Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

    6

    L-istabbiltà

    7

    Il-kontaminanti fiżiċi

    8

    Il-materja organika u l-materja niexfa

    9

    Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli

    10

    Ir-rispons tal-pjanti

    11

    Il-karatteristiċi tal-materjal tat-tkabbir

    Kontribut (t) ≤ 1 000

    1

    Kontribut (t) > 1 000

    L-għadd ta' analiżijiet fis-sena = l-għadd ta' materjal użat fis-sena (f'tunnellati)/10 000 tunnellata + 1

    Minimu 2 u massimu 12

    Il-kriterju 5.2

    Il-PAH

    Kontribut (t) ≤ 10 000

    0,25 (darba kull 4 snin)

    10 000 < kontribut (t) ≤ 25 000

    0,5 (darba kull sentejn (2))

    25 000 < kontribut (t) ≤ 50 000

    1

    50 000 < kontribut (t) ≤ 100 000

    2

    100 000 < kontribut (t) ≤ 150 000

    3

    150 000 < kontribut (t) ≤ 200 000

    4

    200 000 < kontribut (t) ≤ 250 000

    5

    250 000 < kontribut (t) ≤ 300 000

    6

    300 000 < kontribut (t) ≤ 350 000

    7

    350 000 < kontribut (t) ≤ 400 000

    8

    400 000 < kontribut (t) ≤ 450 000

    9

    450 000 < kontribut (t) ≤ 500 000

    10

    500 000 < kontribut (t) ≤ 550 000

    11

    Kontribut (t) > 550 000

    12

    It-tip 2: Impjanti għall-manifattura ta' prodotti li jużaw materjali minn impjanti tat-Tip 1.

    5.1

    Limiti għall-metalli tqal

    5.5

    Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

    6

    L-istabbiltà

    7

    Il-kontaminanti fiżiċi

    8

    Il-materja organika u l-materja niexfa

    9

    Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli

    10

    Ir-rispons tal-pjanti

    11

    Il-karatteristiċi tal-materjal tat-tkabbir

    Produzzjoni (m3) ≤ 5 000

    Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn lott (1) skont EN 12579

    Produzzjoni (m3) > 5 000

    Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn 2 lottijiet skont EN 12579

    Il-kriterju 5.2

    Il-PAH

    Produzzjoni (m3) ≤ 15 000

    Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn lott (1) skont EN 12579, darba kull erba' snin

    15 000 < Produzzjoni (m3) ≤ 40 000

    Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn lott (1) skont EN 12579, darba kull sentejn

    Produzzjoni (m3) > 40 000

    Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn lott (1) skont EN 12579, darba kull sena

    It-tip 3: Impjanti għall-manifattura ta' prodotti li MA JUŻAWX materjali dderivati minn skart jew minn prodotti sekondarji tal-annimali

    5.1

    Limiti għall-metalli tqal

    5.5

    Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

    6

    L-istabbiltà

    7

    Il-kontaminanti fiżiċi

    8

    Il-materja organika u l-materja niexfa

    9

    Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli

    10

    Ir-rispons tal-pjanti

    11

    Il-karatteristiċi tal-materjal tat-tkabbir

    Irrispettivament mill-kontribut/produzzjoni

    Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn lott (1) skont EN 12579

    Il-kriterju 5.2

    Il-PAH

    Irrispettivament mill-kontribut/produzzjoni

    Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn lott (1) skont EN 12579, darba kull 4 snin


    Top