This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0776
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/776 of 18 May 2015 extending the definitive anti-dumping duty imposed by Council Regulation (EU) No 502/2013 on imports of bicycles originating in the People's Republic of China to imports of bicycles consigned from Cambodia, Pakistan and the Philippines, whether declared as originating in Cambodia, Pakistan and the Philippines or not
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/776 tat-18 ta' Mejju 2015 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal fuq importazzjonijiet ta' roti kkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/776 tat-18 ta' Mejju 2015 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal fuq importazzjonijiet ta' roti kkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le
ĠU L 122, 19.5.2015, p. 4–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 29/08/2019: This act has been changed. Current consolidated version: 19/05/2015
19.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 122/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/776
tat-18 ta' Mejju 2015
li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal fuq importazzjonijiet ta' roti kkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-Regolament bażiku), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Il-miżuri eżistenti
(1) |
Bir-Regolament (KEE) nru 2474/93 (2), il-Kunsill impona dazju definittiv antidumping ta' 30,6 % fuq l-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (iċ-Ċina) (il-miżuri oriġinali). |
(2) |
Wara t-twettiq ta' rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1524/2000 (3), iddeċieda li l-miżuri msemmija hawn fuq għandhom jinżammu. |
(3) |
Wara t-twettiq ta' reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1095/2005 (4), żied id-dazju antidumping fis-seħħ għal 48,5 %. |
(4) |
F'Mejju 2013, wara reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (UE) Nru 502/2013 (5), iddeċida li jżomm id-dazju antidumping fis-seħħ għal 48,5 % ħlief fir-rigward ta' tliet kumpaniji li għalihom ġew attribwiti rati individwali ta' dazju (19,2 % għal Zhejiang Baoguilai Vehicle Co. Ltd, 0 % għal Oyama Bicycles (Taicang) Co. Ltd u 0 % għal Ideal (Dongguan) Bike Co., Ltd) (il-miżuri eżistenti). |
(5) |
F'Mejju 2013, wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (UE) Nru 501/2013 (6), iddeċieda li jestendi l-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw miċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' roti kkunsinjati mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija (l-investigazzjoni preċedenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni). |
1.2. It-talba
(6) |
Fit-23 ta' Lulju 2014 il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw miċ-Ċina, u li l-importazzjonijiet ta' roti kkonsenjati mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini (il-apjjiżi investigati) jkunu suġġetti għar-reġistrazzjoni, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini kif ukoll jekk le. |
(7) |
It-talba kienet ippreżentata mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tar-Roti (EBMA) f'isem ħmistax-il produttur tar-roti fl-Unjoni. |
1.3. It-tnedija
(8) |
Hekk kif iddeterminat, wara li infurmat lill-Istati Membri, li hemm biżżejjed evidenza prima facie sabiex titnieda investigazzjoni skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinvestiga l-possibbiltà marbuta maċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping imposti fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw miċ-Ċina, u li l-importazzjonijiet ta' roti kkonsenjati mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini jkunu suġġetti għar-reġistrazzjoni, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini kif ukoll jekk le. |
(9) |
L-investigazzjoni nbdiet permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 938/2014 tat-2 ta' Settembru 2014 (7) (ir-Regolament tat-tnedija). |
1.4. L-investigazzjoni
(10) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment infurmat lill-awtoritajiet taċ-Ċina, tal-Kambodja, tal-Pakistan u tal-Filippini, lill-produtturi esportaturi ta' dawn il-pajjiżi, lil dawk l-importaturi fl-Unjoni magħrufin li għandhom x'jaqsmu u lill-industrija tal-Unjoni, bit-tnedija tal-investigazzjoni. |
(11) |
Intbagħtu formoli ta' eżenzjoni lill-produtturi/esportaturi li taf bihom il-Kummissjoni fil-Kambodja, fil-Pakistan u fil-Filippini, jew permezz tal-Missjonijiet tal-Kambodja, tal-Pakistan u tal-Filippini għall-Unjoni Ewropea. Intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi/esportaturi li taf bihom il-Kummissjoni fiċ-Ċina, jew permezz tal-Missjoni taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea. Intbagħtu wkoll kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati magħrufin fl-Unjoni. |
(12) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ skont iż-żmien stipulat fir-Regolament li jagħti bidu. Il-partijiet kollha kienu infurmati li n-nuqqas ta' koperazzjoni jista' jwassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u għal konstatazzjonijiet li jkunu bbażati fuq il-fatti disponibbli. |
(13) |
L-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta kien mitlub fl-investigazzjoni mill-kumpanija Pakistana li kkooperat fl-investigazzjoni. Is-seduta saret fit-23 ta' Marzu 2015. Il-valur evidenzjarju tal-Formoli A għall-komponenti tar-roti mixtrija minn kumpanija relatata fis-Sri Lanka permezz ta' operatur tas-suq kif spjegat fil-premessa 98 u l-applikazzjoni, b'analoġija, tal-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku għal dawn il-komponenti tar-roti mixtrija minn Sri Lanka ġew diskussi matul is-seduta. |
(14) |
Ħames produtturi/esportaturi fil-Kambodja, wieħed fil-Pakistan u tnejn fil-Filippini taw tweġibiet dwar il-formoli ta' eżenzjoni. Ma kienx hemm kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li mhumiex relatati mal-produtturi/esportaturi mill-pajjiżi investigati. Tliet importaturi mhux relatati fl-Unjoni ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju. |
(15) |
Il-Kummissjoni għamlet żjajjar ta' verifika fl-uffiċċji tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.5. Il-perjodu tar-rapport u l-perjodu tal-investigazzjoni
(16) |
Il-perjodu ta' investigazzjoni kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Awwissu 2014. Inġabret id-dejta ta' matul il-perjodu ta' investigazzjoni sabiex tiġi mistħarrġa, fost l-oħrajn, il-bidla allegata fix-xejra tal-kummerċ wara l-impożizzjoni tal-miżuri u t-twessigħ tagħhom għall-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija fl-2013, u l-eżistenza ta' xi prassi, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni ta' dazju. Inġabret dejta aktar iddettaljata għall-perjodu tar-rapport bejn l-1 ta' Settembru 2013 u l-31 ta' Awwissu 2014 sabiex jiġi eżaminat jekk l-importazzjonijiet kienux qed jheddu l-effett ta' rimedju tal-miżuri fis-seħħ f'dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet u/jew kwantitajiet u l-eżistenza ta' dumping. |
2. IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI
2.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
(17) |
Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, ġie evalwat jekk teżistix il-possibilità ta' ċirkomvenzjoni billi ġie analizzat b'mod suċċessiv jekk kienx hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn iċ-Ċina, il-pajjiżi kkonċernati, il-pajjiżi suġġetti għall-investigazzjoni preċedenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni u l-Unjoni; jekk din il-bidla fix-xejra tal-kummerċ nibtitx minn xi prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr għall-impożizzjoni tad-dazju; jekk kienx hemm evidenza ta' ħsara jew jekk l-effetti rimedjali tad-dazju ġewx kompromessi f'dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet u/jew kwantitajiet tal-prodott investigat; u jekk kienx hemm evidenza ta' dumping b'rabta mal-valuri normali stabbiliti qabel, li jekk kien meħtieġ, kien skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. |
2.2. Il-prodott ikkonċernat u l-prodott investigat
(18) |
Il-prodott ikkonċernat huwa roti u roti oħra (inklużi t-triċikli għat-tqassim, iżda esklużi l-uniċikli) mhux motorizzati, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 8712 00 30 u ex 8712 00 70, u li joriġinaw miċ-Ċina (il-prodott ikkonċernat). |
(19) |
Il-prodott investigat huwa l-istess bħal dak definit hawn fuq, iżda kkonsenjat mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini kif ukoll jekk le, u bħalissa jaqa' taħt l-istess kodiċijiet NM bħall-prodott ikkonċernat (il-prodott investigat). |
(20) |
L-investigazzjoni wriet li r-roti, kif definiti hawn fuq, esportati lejn l-Unjoni miċ-Ċina u dawk ikkonsenjati lill-Unjoni mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użu, u għalhekk għandhom jitqiesu bħala prodotti simili skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.3. Livell ta' kooperazzjoni
2.3.1. Il-Kambodja
(21) |
Matul il-perjodu tar-rapport, sitt kumpaniji mmanifatturaw roti fil-Kambodja. Ħamsa kkooperaw u ressqu talba għal eżenzjoni skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku. Dawn il-ħames kumpaniji koprew ftit iktar minn 100 % tal-importazzjonijiet totali mill-Kambodja lejn l-Unjoni, kif irrappurtat fil-COMEXT (8). Madankollu, l-investigazzjoni wriet li ċerti importazzjonijiet (b'mod partikolari lejn in-Netherlands) ma setgħux jiġu attribwiti għal xi kumpanija li kkooperat kif spjegat hawn taħt fil-premessi 66 u 67. Bħala riżultat, ġie stabbilit li l-kumpaniji li kkoperaw koprew 94 % tal-importazzjonijiet kollha mill-Kambodja lejn l-Unjoni. Waħda mill-kumpaniji li kkooperaw hija relatata ma' kumpanija Tuneżina li nstabet twettaq ċirkomvenzjoni mal-miżuri tal-investigazzjoni preċedenti ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Is-sitt kumpanija hija relatata ma' kumpanija fis-Sri Lanka li hija soġġetta għall-miżuri estiżi skont ir-Regolament (UE) Nru 501/2013, u mal-kumpanija li kkooperat fil-Pakistan imsemmija fil-premessa 22. Din ma kkooperatx mal-investigazzjoni. |
2.3.2. Il-Pakistan
(22) |
Matul il-perjodu tar-rapport, kumpanija pproduċiet ir-roti fil-Pakistan. Din l-unika kumpanija Pakistana ressqet talba għal eżenzjoni skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, u kopriet ftit aktar minn 100 % tal-importazzjonijiet kollha mill-Pakistan lejn l-Unjoni skont kif irrappurtat fil-Comext. Il-kumpanija tqieset li qed tikkoopera. Bi ftehim mal-kumpanija, iż-żjara ta' verifika seħħet fis-Sri Lanka, fis-sede tal-fornitur tal-komponenti relatat magħha. |
2.3.3. Il-Filippini
(23) |
Matul il-perjodu tar-rapport kien hemm żewġ kumpaniji li qed jipproduċu roti fil-Filippini. Kif spjegat fil-premessi 39 u 40, waħda minn dawn il-kumpaniji nstabet li tesporta lejn is-suq tal-Unjoni permezz ta' żewġ operaturi tas-suq mhux relatati. Matul l-investigazzjoni preċedenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni waħda mill-kumpaniji kummerċjali nstabet ukoll li twettaq operazzjonijiet simili ma' kumpanija oħra li qiegħda fis-Sri Lanka. |
(24) |
Iż-żewġ kumpaniji Filippini li ressqu t-talba għal eżenzjoni skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku kienu jkopru ftit aktar minn 100 % tal-importazzjonijiet kollha mill-Filippini lejn l-Unjoni, skont kif irrappurtat fil-Comext. Waħda biss minn dawn il-kumpaniji tqieset li kienet qed tikkoopera bis-sħiħ. |
(25) |
Il-kooperazzjoni tat-tieni kumpanija ma kinitx biżżejjed għal dawn ir-raġunijiet:
|
(26) |
Għalhek, f'konformità mal-Artikolu 18(4) tar-Regolament bażiku tas-16 ta' Jannar 2015 il-kumpanija ġiet infurmata li l-informazzjoni li hija ressqet mhix se tiġi aċċettata kollha, u ngħatat limitu ta' żmien sabiex tagħti l-kummenti tagħha. |
(27) |
Fit-tweġiba tagħha tat-30 ta' Jannar 2015, il-kumpanija ħadet pożizzjoni dwar ir-raġunijiet stipulati fil-premessa 25 ta' hawn fuq, kif spjegat hawn taħt. |
(28) |
Fir-rigward tar-raġuni stipulata fil-punt (a) tal-premessa 25, il-kumpanija sostniet li hija ma kinetx meħtieġa, skont il-formola ta' eżenzjoni, tagħti t-tqassim iddettaljat tal-komponenti tar-roti mixtrija, li l-kompitu sabiex jiġu identifikati u kklassifikati t-tip ta' komponenti kien ta' piż u li din l-informazzjoni ddettaljata, fl-opinjoni tagħha, ma kinitx se tipprovdi informazzjoni oħra ta' valur lill-Kummissjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kriterji tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku jintlaħqux. Fl-istess jum, jiġifieri wara aktar minn xahrejn wara l-verifika fuq il-post, il-kumpanija ppreżentat dokument ġdid bit-tqassim tat-tip ta' komponenti mixtrija fil-perjodu tar-rapport. |
(29) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' dawn id-dikjarazzjonijiet minħabba li l-volum u l-valur tax-xirjiet huma meħtieġa sabiex jiġi evalwat jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament bażiku jintlaħqux. Din l-informazzjoni kienet mitluba b'mod espliċitu fil-formola ta' eżenzjoni. Il-kumpaniji l-oħra kollha li kkoperaw f'din l-investigazzjoni kienu kapaċi jagħtu l-informazzjoni rilevanti fil-format mitlub. Rigward l-informazzjoni l-ġdida mibgħuta tard, din ma kinitx totalment konsistenti mal-informazzjoni mogħtija qabel. Għaldaqstant, minħabba n-natura u l-kwantità tal-informazzjoni mogħtija, u minħabba li l-fajl ġie ppreżentat wara l-verifika fuq il-post u għaldaqstant ma setax jiġi vverifikat, ġiet injorata. |
(30) |
Barra minn hekk, il-kumpanija sostniet li l-Kummissjoni ma pprovdietx biżżejjed gwida dwar jekk il-kumpanija Ċiniża relatata tagħha involuta fil-manifattura, il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni tar-roti kellhiex timla l-kwestjonarju tal-esportatur. Il-kumpanija sostniet ukoll li l-kwantitajiet esportati lejn l-Unjoni kienu de minimis u għalhekk din l-informazzjoni kienet fil-fehma tagħha mhux rilevanti għall-investigazzjoni. Minkejja dawn id-dikjarazzjonijiet, il-kumpanija Filippina eventwalment wieġbet il-kwestjonarju tal-esportatur, għalkemm fi stadju ferm tard tal-investigazzjoni. |
(31) |
Rigward id-dikjarazzjonijiet ta' hawn fuq, ta' min jinnota li l-formola għal talba ta' eżenzjoni teħtieġ b'mod ċar din l-informazzjoni, indipendentement mill-kwantitajiet esportati, u dan ġie enfasizzat ukoll lill-kumpanija fl-ittra dwar defiċenza tat-13 ta' Ottubru 2014. Barra minn hekk, is-sottomissjoni tard tat-tweġiba ma ppermettietx lill-Kummiswsjoni li tivverifika l-informazzjoni pprovduta fiha, u b'hekk ma kienx possibbli li jiġi evalwat jekk dawn kellhomx impatt materjali fuq is-sitwazzjoni tal-kumpanija. Għaldaqstant, id-dikjarazzjnijiet ta' hawn fuq u l-informazzjoni mogħtija ġew miċħuda. |
(32) |
Rigward ir-raġuni stipulata fil-punt (b) tal-premessa 25, il-kumpanija sostniet fis-sottomissjoni tagħha tat-30 ta' Jannar 2015, li d-diskrepanzi misjuba waqt il-verifika fuq il-post kienu minuri, li d-dewmien fl-għoti tad-dokumenti mitluba ma kienx sinifikanti u dan ġara minħabba l-mezzi organizzattivi limitati tal-kumpanija. Barra minn hekk, ġie sostnut li sa tmiem iż-żjara ta' verifika, il-Kummissjoni kienet irċeviet id-dokumenti kollha mitluba minnha. |
(33) |
F'dan ir-rigward għandu jiġi nnutat li d-diskrepanzi identifikati matul il-verifika fuq il-post kienu jikkonċernaw prinċipalment il-volum tal-produzzjoni tar-roti, li hija informazzjoni sinifikanti minħabba li hija importanti biex tiġi evalwata t-talba għal eżenzjoni. Rigward ir-riżorsi allegatament limitati tal-kumpanija, fl-ebda mument qabel iż-żjara ta' verifika l-kumpanija ma ddikjarat li r-riżorsi limitati jistgħu jdewmu t-twettiq tal-verifika. Barra minn hekk, kien għad hemm għadd ta' dokumenti mitluba ta' importanza sinifikanti li l-kumpanija ma ppreżentatx sal-aħħar tal-verifika, bħalma huma d-dokumenti ppreżentati lill-awtoritajiet lokali li abbażi tagħhom l-awtoritajiet ħarġu ċ-ċertifikati tal-oriġini fuq isem li kien differenti mill-isem tal-kumpanija, u d-dokumenti ta' sostenn sabiex tiġi ddeterminata l-ħajja utli tal-bini tal-kumpanija bl-għan li jiġi kkalkulat il-perjodu ta' deprezzament tagħha, u li kellu impatt sinifikanti fuq l-ispejjeż. |
(34) |
Rigward l-ewwel u t-tieni raġuni msemmija fil-punt (c) tal-premessa 25, il-kumpanija ddikjarat li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-volum u l-kwalità taż-żebgħa u t-trattament kimiku tal-frejms identifikati waqt id-diversi stadji taż-żjara ta' verifika, li ma kinux jaqblu mal-kwantità ta' roti lesti allegatament immanifatturati fil-perjodu tar-rapport, ma kinitx ċara. Iddikjarat ukoll li d-dubji tal-Kummissjoni dwar il-kapaċità tal-kumpanija li tipproduċi frejms ukoll mhix ċara. |
(35) |
F'dan ir-rigward, ta' min isemmi li, kif iddikjarat fil-premessa 29, il-kumpanija ma pprovdietx l-informazzjoni neċessarja kif mitlub fil-formola ta' eżenzjoni li tippermetti lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-volum ta' frejms mixtrija u ta' frejms immanifatturati. Matul il-verifika fuq il-post, il-Kummissjoni żaret l-impjant u żgurat li ċerti attivitajiet ma twettqux b'mod kontinwu kif meħtieġ skont il-proċess ta' produzzjoni. Pereżempju, wara l-ewwel żjara tal-Kummissjoni, meta deher li kien hemm għaddejja attività ta' manifattura, il-Kummissjoni reġgħet żaret l-impjant u sabet li din l-attività kienet waqfet, peress li l-frejms kienu abbandunati fiż-żona tat-trattament kimiku, u fid-dipartiment taż-żebgħa ma kienx hemm elettriku waqt li l-frejms ma kinux kompletament miżbugħa, mingħajr l-ebda ġustifikazzjoni evidenti. Għall-kuntrarju, tali waqfien tal-produzzjoni jista' jkollu impatt sinifikanti fuq il-kwalità tal-frejms lesti, li mhux konformi ma' proċess ta' produzzjoni ekonomikament razzjonali. It-tieni, il-Kummissjoni ma kinitx kapaċi tivverifika l-eżistenza ta' materja prima għall-manifattura ta' frejms fil-bini tal-kumpanija matul iż-żjara ta' verifika. Madankollu, matul iż-żjara ta' verifika, instab li l-kumpanija kellha tabilħaqq xi tagħmir għall-manifattura ta' frejms, u mhux eskluż li l-kumpanija setgħet mmanifatturat xi frejms fil-perjodu tar-rapport. Għaldaqstant, abbażi tal-informazzjoni mhux kompluta ppreżentata mill-kumpanija kif spjegat fil-punt (c) tal-premessa 25, il-Kummissjoni kkonkludiet, billi għaddet flimkien il-frejms kollha mixtrija rrappurtati mill-kumpanija fil-fajls excel sottomessi bħala tweġiba għall-ittra dwar defiċenza tat-13 ta' Ottubru 2014, li minkejja l-preżenza ta' tagħmir, ħafna frejms użati għall-assemblaġġ tar-roti mibjugħa fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tar-rapport kienu fil-fatt mixtrija miċ-Ċina. |
(36) |
Fir-rigward tat-tielet raġuni msemmija fil-punt (c) tal-premessa 25, il-kumpanija ddikjarat li d-diffikultajiet fit-tqabbil tal-valur tal-komponenti mixtrija huma minħabba l-fatt li l-kumpanija ppreżentat biss il-prezzijiet FOB (b'xejn abbord) minflok il-prezzijiet CIF (il-kost, l-assigurazzjoni u l-konsenja) indikati fuq il-fattura. Il-kumpanija ssottomettiet ukoll fajl ġdid li jindika l-prezzijiet FOB u CIF. |
(37) |
Dwar it-tqabbil tal-prezzijiet tax-xiri, il-formola ta' eżenzjoni titlob lill-kumpanija biex tindika l-valur tal-fattura u l-kundizzjonijiet reali tal-konsenja għal kull tranżazzjoni ta' xiri. Fit-tweġiba tagħha għall-formola ta' eżenzjoni, il-kumpanija ma indikatx għal xi waħda mit-tranżazzjonijiet irrapportati li l-kundizzjonijiet tal-konsenja kienu FOB jew CIF, iżda pjuttost C&F (il-kost u l-konsenja) jew COD (ħlas f'kontanti mal-konsenja). Barra minn hekk, peress li dawn l-allegazzjonijiet tqajmu mill-kumpanija tard tul l-investigazzjoni, u tali informazzjoni ma setgħetx tiġi vverifikata, filwaqt li giet ikkunsidrata n-natura u l-kwantità tagħha, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
(38) |
Rigward ir-raba' raġuni msemmija fil-punt (c) tal-premessa 25, kien iddikjarat li l-bejgħ indirett tal-kumpanija relatata Ċiniża permezz tal-fornituri allegatament mhux relatati, jirrappreżentaw parti żgħira tax-xiri totali tal-kumpanija. Il-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tistabbilixxi l-volum eżatt tal-komponenti mixtrija mill-fornitur relatat għar-raġunijiet stipulati fil-premessa 29. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha d-dubji tagħha dwar kemm huwa ta' min joqgħod fuqu l-prezz tax-xiri tal-komponenti u l-identità tal-fornitur prinċipali. |
(39) |
Rigward il-ħames raġuni msemmija fil-punt (c) tal-premessa 25 dwar il-korrettezza tal-prezz tal-esportazzjoni, ġie ddikjarat li l-kumpanija normalment tbigħ ir-roti fis-suq tal-Unjoni permezz ta' żewġ kumpaniji kummerċjali mhux relatati li mbagħad jerġgħu jbigħuhom lill-klijent finali fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-ismijiet tal-kumpaniji kummerċjali jidhru fuq xi ċertifikati ta' oriġini ppreżentati mill-kumpanija jirrifletti sempliċiment l-istatus tal-operatur tas-suq bħala l-bejjiegħ aħħari għall-klijenti tal-Unjoni. |
(40) |
F'dan ir-rigward, il-kumpanija ma rrappurtatx il-kumpaniji kummerċjali mhux relatati tagħha bħala klijenti, u dan jikkontradixxi d-dikjarazzjoni tal-kumpanija li huma kienu effettivament il-bejjiegħa aħħarija għall-klijenti tal-Unjoni. Dan fil-fatt jikkonferma l-fehma tal-Kummissjoni li fatturi bejn il-kumpanija u klijenti fl-Unjoni murija waqt il-verifika fuq il-post ma kinux jirriflettu t-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni reali, ġaladarba l-klijenti fl-Unjoni kellhom imbagħad jiġu ffatturati mill-operaturi tas-suq mhux relatati. Għaldaqstant, il-prezz tal-esportazzjoni rrappurtat instab li ma kienx affidabbli u għaldaqstant twarrab. |
(41) |
Fir-rigward tas-sitt raġuni msemmija fil-punt (c) tal-premessa 25 dwar in-nuqqas ta' affidabbiltà tal-ispejjeż relatati mad-deprezzament, il-kostijiet lavorattivi u l-elettriku, il-kumpanija ddikjarat dan li ġej. L-ewwel nett, rigward l-ispejjeż ta' deprezzament, il-kumpanija semmiet is-snin li matulhom kien qed jittella' l-bini tagħha, iżda ma sostnietx din l-istqarrija b'xi evidenza. Barra minn hekk, waqt il-verifika fuq il-post il-Kummissjoni ripetutament talbet għal evidenza dwar is-sena tal-kostruzzjoni tal-bini u l-valutazzjoni għall-perjodu ta' deprezzament tal-bini minħabba l-importanza sinifikanti tal-valur tad-deprezzament għall-kalkolu tat-test tal-valur miżjud skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari, il-kumpanija stipulat il-ħajja utli tal-bini tagħha ferm taħt in-norma, skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità, jiġifieri 50 sena. L-ispejjeż ta' deprezzament kienu għalhekk għoljin, b'impatt sinifikanti fuq l-ispejjeż globali rrappurtati għar-roti assemblati. Il-kumpanija ma setgħet tipprovdi l-ebda dokument ta' sostenn, bħal pereżempju xi analiżi relevanti jew dokumenti dwar ir-raġunijiet sottostanti l-għala l-kumpanija ħadet id-deċiżjonijiet interni li jiġġustifikaw devjazzjoni bħal din mill-prattiki normali. Matul iż-żjara ta' verifika, il-Kummissjoni ma setgħet tidentifika l-ebda raġuni li minħabba fiha l-kumpanija ma tkunx tista' tuża l-bini għal perjodu itwal minn dak li hija ddikjarat. Għaldaqstant, ġiet miċħuda d-dikjarazzjoni tal-kumpanija u l-perjodu ta' deprezzament ġie rivedut abbażi ta' ħajja utli aktar preċiża tal-bini, jiġifieri 20 sena. |
(42) |
It-tieni, fejn jidħlu l-kostijiet lavorattivi, il-kumpanija kkontestat iċ-ċarezza tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni. F'dan ir-rigward, kif spjegat fil-premessa 35, abbażi tal-informazzjoni sottomessa bħala tweġiba għall-ittra dwar defiċenza tat-13 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni kkalkulat li l-biċċa l-kbira tal-frejms użati għall-assemblaġġ tar-roti esportati lejn is-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tar-rapport kienu effettivament mixtrija miċ-Ċina. Għaldaqstant, il-kostijiet lavorattivi sottomessi mill-kumpanija kienu sproporzjonati b'mod sinifikanti meta mqabblin mal-volum ta' produzzjoni, u ġew rivedut abbażi tas-sejbiet għall-produttur ġenwin Filippin. |
(43) |
It-tielet, fejn jidħlu l-ispejjeż tal-enerġija, il-kumpanija kkontestat ukoll iċ-ċarezza tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni. F'dan ir-riward, bħal fil-każ tal-kostijiet lavorattivi, l-ispejjeż tal-enerġija rrappurtati mill-kumpanija kienu sproporzjonati b'mod sinifikanti meta mqabblin mal-volum ta' produzzjoni, u ġew riveduti abbażi tas-sejbiet għall-produttur ġenwin Filippin. |
(44) |
Għaldaqstant, parti mill-informazzjoni sottomessa mill-kumpanija kellha tiġi riveduta kif spjegat fil-premessi 41 sa 43, filwaqt li l-informazzjoni mogħtija dwar il-prezz ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni kellha titwarrab kompletament. Għaldaqstant, is-sejbiet marbutin mal-prezz ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-kumpanija kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-prezz tal-esportazzjoni kien għalhekk stabbilit abbażi tad-dejta tal-Comext. |
2.3.4. Iċ-Ċina
(45) |
L-ebda produttur esportatur Ċiniż mhux relatat ma kkoopera filwaqt li ċerti produtturi esportaturi Ċiniżi relatati mal-produtturi/esportaturi mill-pajjiżi investigati kkoperaw u rraportaw li biegħu kwantitajiet insinifikanti lejn is-suq tal-Unjoni u lill-Kambodja u l-Filippini matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Għaldaqstant, is-sejbiet li għandhom x'jaqsmu mal-importazzjonijiet miċ-Ċina tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni, min-naħa l-waħda, u mal-esportazzjonijiet tar-roti miċ-Ċina lejn il-Kambodja, il-Pakistan, u l-Filippini, min-naħa l-oħra, kienu bbażati fuq dejta rrapputata mill-produtturi esportaturi Ċiniżi relatati li kkooperaw u fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. Il-fatti disponibbli użati fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni kienu estratti minn Comext. L-istatistiċi nazzjonali Ċiniżi ntużaw sabiex jiġu stipulati l-volumi tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn il-Kambodja, il-Pakistan, u l-Filippini. |
(46) |
L-awtoritajiet lokali fil-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini ppreżentaw informazzjoni parzjali li tikkonċerna l-importazzjonijiet tar-roti miċ-Ċina. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li l-awtoritajiet lokali rispettivi fil-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini ma jwettqux kontrolli reċiproċi bejn l-istatistiċi tal-esportazzjoni Ċiniżi u l-istatistiċi rispettivi tal-importazzjoni lokali. |
2.4. Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ
2.4.1. L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni miċ-Ċina, mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini
(47) |
L-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina lejn l-Unjoni naqsu b'27 % fl-2012 meta jitqabblu mal-2011. Wara li l-importazzjonijiet mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija ġew irreġistrati wara li nbdiet l-investigazzjoni preċedenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni fl-2012, l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b'44 %. Fil-perjodu tar-rapport, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu b'7 % meta mqabblin mal-2013. B'kollox, l-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu bi 2 % fil-perjodu ta' investigazzjoni. |
(48) |
Kif spjegat fil-premessi 21, 22 u 24, l-esportazzjonijiet ivverifikati tal-kumpaniji li kkooperaw fil-pajjiżi investigati qabżu l-volum tal-importazzjonijiet kemm kemm kif irrappurtat fil-COMEXT. Ġaladarba d-dejta mill-kumpaniji li kkooperaw kienet meqjusa aktar preċiża peress li ġiet verifikata, id-dejta tal-COMEXT ġiet aġġustata skont dan. |
(49) |
Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott investigat mill-Kambodja żdiedu mill-2011 'il quddiem. Fl-2012, l-importazzjonijiet żdiedu b'120 % meta mqabblin mal-2011, filwaqt li fl-2013, l-importazzjonijiet ittriplaw meta mqabblin mal-2011. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni, l-importazzjonijiet mill-Kambodja lejn l-Unjoni żdiedu b'180 %. Iż-żieda tal-importazzjonijiet mill-Kambodja lejn l-Unjoni għandha titqies b'rabta mat-tnaqqis tal-importazzjonijiet mis-Sri Lanka u t-Tuneżija fl-2013 u fil-perjodu tar-rapport, apparagun tal-2011 (b'59 % u 57 % rispettivament għas-Sri Lanka, u bi 32 % u 23 % rispettivament għat-Tuneżija). Dan it-tnaqqis ikkonċida mar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija lejn l-Unjoni wara t-tnedija fl-2012 tal-investigazzjoni preċedenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni kif spjegat fil-premessa 21. |
(50) |
Rigward l-importazzjonijiet mill-Pakistan lejn l-Unjoni tal-prodott investigat, dawn kienu negliġibbli qabel l-2013. Fil-perjodu tar-rapport dawn żdiedu għal livell sinifikanti. Iż-żieda tal-importazzjonijiet mill-Pakistan lejn l-Unjoni għandha titqies b'rabta mat-tnaqqis tal-importazzjonijiet mis-Sri Lanka fl-2013 u fil-perjodu tar-rapport, apparagun tal-2011 (b'59 % u 57 % rispettivament). Dan it-tnaqqis ikkonċida mar-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet mis-Sri Lanka lejn l-Unjoni wara t-tnedija tal-investigazzjoni preċedenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni kif spjegat fil-premessa 21. |
(51) |
Peress li l-importazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni mill-Pakistan saru mill-uniku produttur/esportatur Pakistani kif spjegat fil-premessa 22, il-volum totali eżatt ta' esportazzjonijiet mill-Pakistan lejn l-Unjoni ma jistax jiġi żvelat għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità. |
(52) |
Fl-aħħar nett, l-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-Filippini lejn l-Unjoni żdiedu bejn 40 % u 65 % fil-perjodu tar-rapport meta mqabblin mal-2011. Iż-żieda tal-importazzjonijiet mill-Filippini lejn l-Unjoni għandha titqies b'rabta mat-tnaqqis tal-importazzjonijiet mis-Sri Lanka fl-2013 u fil-perjodu tar-rapport, apparagun tal-2011 (b'59 % u 57 % rispettivament). Dan it-tnaqqis ikkonċida mat-tnedija tal-investigazzjoni preċedenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni kif spjegat fil-premessa 23. |
(53) |
Peress li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-Filippini lejn l-Unjoni għamluhom żewġ produtturi/esportaturi, kif spjegat fil-premessa 23, il-volum totali ta' esportazzjonijiet mill-Filippini lejn l-Unjoni ma jistax jiġi żvelat għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità. |
(54) |
It-Tabella 1 turi l-kwantitajiet ta' importazzjonijiet ta' roti miċ-Ċina, mill-Kambodja, mill-Pakistan, mill-Filippini, mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Tabella 1 Il-volumi ta' importazzjoni lejn l-UE
|
2.4.2. L-esportazzjonijiet miċ-Ċina għall-Kambodja, għall-Pakistan u għall-Filippini
(55) |
L-esportazzjonijiet tar-roti miċ-Ċina għall-Kambodja żdiedu l-ewwel mill-2011 sal-2012 b'65 %. Bejn l-2012 u l-2013, l-importazzjonijiet naqsu ftit, b'10 %, iżda żdiedu b'76 % fil-perjodu tar-rapport meta mqabblin mal-2013. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni, l-esportazzjonijiet miċ-Ċina għall-Kambodja żdiedu b'kollox b'159 %. Iż-żieda tal-importazzjonijiet miċ-Ċina għall-Kambodja għandha titqies b'rabta mat-tnaqqis tal-importazzjonijiet miċ-Ċina għas-Sri Lanka u għat-Tuneżija fl-2013 u fil-perjodu tar-rapport, apparagun tal-2011 (b'44 % u 30 % rispettivament għas-Sri Lanka, u b'66 % u 57 % rispettivament għat-Tuneżija). Dan ikkonċida mar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija lejn l-Unjoni wara t-tnedija tal-investigazzjoni preċedenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni. |
(56) |
L-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina għall-Pakistan naqsu bi 22 % fl-2012 meta mqabblin mal-2011. Madankollu, wara t-tnedija tal-investigazzjoni preċedenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni, l-esportazzjonijiet tar-roti miċ-Ċina għall-Pakistan żdiedu b'57 % u komplew jiżdiedu fil-perjodu tar-rapport. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni, l-esportazzjonijiet miċ-Ċina għall-Pakistan żdiedu b'kollox b'57 %. Iż-żieda tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina għall-Pakistan għandha titqies b'rabta mat-tnaqqis tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina għas-Sri Lanka fl-2013 u fil-perjodu tar-rapport meta mqabbel mal-2011, b'44 % u bi 30 % rispettivament. Dan ikkonċida mar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet mis-Sri Lanka lejn l-Unjoni wara t-tnedija tal-investigazzjoni preċedenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni. |
(57) |
Fl-aħħar nett, l-esportazzjonijiet miċ-Ċina għall-Filippini naqsu fl-2012 b'27 % apparagun tal-2011. Madankollu, l-esportazzjonijiet miċ-Ċina għall-Filippini aktar milli rdoppjaw fl-2013 wara t-tnedija tal-investigazzjoni preċedenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni, l-esportazzjonijiet miċ-Ċina għall-Filippini żdiedu b'kollox b'140 %. Iż-żieda tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina għall-Filippini għandha titqies b'rabta mat-tnaqqis tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina għas-Sri Lanka fl-2013 u fil-perjodu tar-rapport apparagun tal-2011 (b'44 % u bi 30 % rispettivament). Dan ikkonċida mar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet mis-Sri Lanka lejn l-Unjoni wara t-tnedija tal-investigazzjoni preċedenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni. |
(58) |
It-Tabella 2 turi l-volum tal-esportazzjonijiet ta' roti miċ-Ċina għall-Kambodja, għall-Pakistan, għall-Filippini, għall-Indoneżja, għall-Malasja, għas-Sri Lanka u għat-Tuneżija matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Tabella 2 Il-volumi ta' esportazzjoni miċ-Ċina
|
2.4.3. Il-konklużjoni dwar il-bidla fix-xejra tal-kummerċ
(59) |
It-tnaqqis tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina u mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija lejn l-Unjoni u ż-żieda parallela tal-esportazzjonijiet mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini lejn l-Unjoni u ż-żieda fl-esportazzjonijiet miċ-Ċina għall-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini bi tnaqqis parallel tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija wara l-estensjoni tal-miżuri antidumping wara li seħħet l-investigazzjoni preċedenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni jikkostitwixxu bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn pajjiżi terzi u l-Unjoni skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Fil-każ ta' dawn it-tliet pajjiżi kkonċernati, din il-konklużjoni tista' tintlaħaq kemm (i) globalment kif ukoll (ii) għal kull wieħed mill-pajjiżi investigat. |
2.5. L-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni
(60) |
L-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku jitlob li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ tinbet minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju. Il-prattika, il-proċess jew il-ħidma jinkludu, fost oħrajn, il-konsenja tal-prodott suġġett għall-miżuri eżistenti minn pajjiżi terzi, u l-assemblaġġ tal-komponenti permezz ta' operazzjoni ta' assemblaġġ fl-Unjoni jew f'pajjiż terz. Għal dan l-għan l-eżistenza ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ tiġi ddeterminata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. |
2.5.1. Il-produzzjoni
(61) |
L-awtoritajiet lokali fil-pajjiżi investigati ma tawx informazzjoni dwar il-volum tal-produzzjoni tal-prodott investigat fil-pajjiżi rispettivi tagħhom. |
(62) |
Madankollu, abbażi tal-formola għal talba ta' eżenzjoni tal-kumpaniji, jista' jiġi stabbilit li l-produtturi fil-Kambodja u l-Filippini żiedu l-produzzjoni tagћhom tal-prodott investigat bejn l-2011 u l-perjodu tar-rapport b'161 %, u bejn 20 % u 55 % rispettivament. |
(63) |
Dwar il-Pakistan, l-unika kumpanija Pakistana li kkoperat bdiet tesporta r-roti fl-2013. Għaldaqstant, il-konklużjoni li ma kien hemm l-ebda produzzjoni ġenwina fil-Pakistan kienet ibbażata fuq informazzjoni vverifikata mogħtija minn din il-kumpanija. |
(64) |
Kif spjegat fil-premessa 24, żewġ kumpaniji mill-Filippini kkooperaw u waħda minnhom irriżulta li ma kinitx produttur ġenwin kif stipulat fil-premessi 112 u 125. Għaldaqstant, il-volum tal-produzzjoni fil-Filippini ma jistax jiġi żvelat minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità. Tabella 3 Il-produzzjoni tar-roti minn produtturi fil-Kambodja u fil-Filippini
|
2.5.2. Il-Kambodja
(65) |
Peress li ħames kumpaniji li kkooperaw fil-Kambodja kienu responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-esportazzjonijiet lejn l-UE, setgħet titwettaq analiżi ddettaljata. Kif imsemmi fil-premessa 21, ċerti importazzjonijiet lejn l-Olanda ma setgħux jiġu attribwiti għal xi kumpaniji li kkooperaw. Barra minn hekk, waħda mill-kumpaniji li kkooperaw hija relatata ma' kumpanija Tuneżina li nstabet twettaq ċirkomvenzjoni mal-miżuri tal-investigazzjoni preċedenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni. |
(66) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet lejn in-Netherlands mill-Kambodja żdiedu b'mod sinifikanti fl-2013 u l-perjodu tar-rapport apparagun tal-2011 (b'672 % u b'533 % rispettivament), filwaqt li l-prezz ta' importazzjoni naqas fl-2013 u l-perjodu ta' referenza apparagun tal-2011 (bi 43 % u 21 % rispettivament), kif jidher fit-tabella 4 hawn taħt: Tabella 4 L-importazzjonijiet lejn in-Netherlands mill-Kambodja
|
(67) |
Analiżi aktar iddettaljata bbażata fuq id-dejta ta' kull xahar, li tidher fit-tabella 5 ta' hawn taħt, żvelat li l-prezzijiet ta' importazzjoni mill-Kambodja lejn in-Netherlands fl-ewwel erba' xhur tal-perjodu tar-rapport kienu f'livell ħafna iktar baxx milli mill-prezzijiet minn Jannar 2014 'il quddiem. L-investigazzjoni żvelat ukoll li kumpanija fil-Kambodja li ma kkooperatx maret il-Pakistan fi tmiem l-2013. Barra minn hekk, it-tliet kumpaniji tal-Kambodja li kkooperaw esportaw lejn in-Netherlands kwantitajiet żgħar ta' roti bi prezzijiet konsiderevolment ogħla mill-prezzijiet medji li kien hemm fl-ewwel erba' xhur tal-perjodu tar-rapport. Iż-żewġ kumpaniji l-oħra ma esportawx roti lejn in-Netherlands. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet mill-Kambodja fin-Netherlands saru wkoll mill-kumpanija li ma kkooperatx. Tabella 5 Il-prezzijiet medji fix-xahar tal-importazzjonijiet mill-Kambodja għan-Netherlands
|
(68) |
L-esportazzjonijiet tal-kumpaniji tal-Kambodja li kkooperaw koprew 94 % tal-importazzjonijiet totali mill-Kambodja lejn l-Unjoni fil-perjodu tar-rapport. |
(69) |
Waħda mill-ħames kumpaniji li kkooperaw ma setgħetx tqabbel id-dejta dwar it-tip ta' frejms mixtrija miċ-Ċina mad-dejta marbuta mat-tip ta' roti mibjugħa fl-Unjoni, meta l-kumpanija f'dan il-perjodu ma kinitx timmanifattura frejms. Għaldaqstant ġie konkluż li r-roti ġew ittrasbordati. |
(70) |
Wara d-divulgazzjoni, il-kumpanija ma qablitx mal-valutazzjoni tat-trasbord tal-Kummissjoni. Il-kumpanija pprovdiet dokumenti addizzjonali u argumentat li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda evidenza fil-fajl li turi li l-frejms ġew miċ-Ċina. |
(71) |
Ta' min ifakkar li matul il-verifika fuq il-post, l-informazzjoni pprovduta mill-kumpanija ma ppemettietx lill-Kummissjoni biex tqabbel t-tip ta' frejms mixtrija mat-tip ta' roti esportati lejn l-Unjoni, minħabba li l-kumpanija wriet xirjiet ta' frejms tal-azzar filwaqt li esportat roti bi frejms tal-azzar u tal-aluminju ta' daqsijiet differenti. Dan jindika li r-roti esportati ma ġewx immuntati fil-Kambodja. Barra minn hekk, l-unika evidenza mressqa waqt il-verifika fuq il-post mill-kumpanija li turi l-oriġini ta' dawn il-frejms kienet il-Formola A/iċ-Ċertifikat ta' oriġini maħruġ mill-awtoritajiet Vjetnamiżi f'isem operatur tas-suq Vjetnamiż. Wara d-divulgazzjoni, il-kumpanija sostniet li Formola A/iċ-Ċertifikat ta' oriġini indikaw b'mod żbaljat li l-frejms kollha kienu tal-azzar meta fil-fatt kienu wkoll ta' aluminju. Id-dokumenti l-ġodda mressqa mill-kumpanija wara d-divulgazjoni, bil-Vjetnamiż u biċ-Ċiniż, tradotti b'mod limitat għall-Ingliż, kellhom diversi inkonsistenzi (il-kwantità ta' frejms mixtrija ma qablitx mal-għadd ta' roti esportati kif stabbilit waqt il-verifika fuq il-post; dokument wieħed ġie ppreżentat bħala fattura, iżda ma kien hemm l-ebda prezz; l-ebda evidenza ma ġiet sottomessa għall-istadji l-oħra tal-manifattura bħal ma huma l-qtugħ, l-iffurmar u t-titqib tal-frejms kif ukoll l-għoti taż-żebgħa fuqhom). Dawn id-dokumenti l-ġodda kienu, għaldaqstant, kkunsidrati inkompleti u mhux suffiċjenti sabiex juru li l-frejms inkwistjoni kienu prodotti fil-Vjetnam. |
(72) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-kumpanija xtrat il-maġġoranza (70 %) tal-komponenti l-oħra li ntużaw biex jiġu assemblati r-roti minn kumpaniji relatati fiċ-Ċina, filwaqt li l-komponenti li kien fadal (bi ftit eċċezzjonijiet irrelevanti) ġew minn operaturi tas-suq Vjetnamiżi. Madankollu l-kumpanija ma kinitx kapaċi tipprovdi evidenza/informazzjoni dwar il-produtturi reali ta' dawn il-komponenti l-oħra. |
(73) |
Barra minn hekk, il-kumpanija ma kinitx kapaċi tipprovdi l-formola A/iċ-Ċertifikat ta' oriġini mill-Ministeru tal-Kummerċ fil-Kambodja għar-roti inkwistjoni. Għaldaqstant, u fin-nuqqas ta' kull informazzjoni oħra disponibbli, ġie konkluż li l-komponenti inkwistjoni oriġinaw miċ-Ċina. Għaldaqstant, id-dikjarazzjonijiet ta' hawn fuq ġew miċħuda. |
(74) |
Għalhekk, abbażi tal-evidenza elenkata hawn fuq, l-eżistenza fil-Kambodja ta' prattiki ta' trasbord ta' prodotti ta' oriġini Ċiniża, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku hija b'dan stabbilita. |
(75) |
Is-sorsi tal-materja prima (il-komponenti tar-roti) u l-ispiża tal-produzzjoni kienu analizzati għal kull kumpanija li kkooperat u dan sabiex ikun stabbilit jekk hemmx xi operazzjoni ta' assemblaġġ eżistenti fil-Kambodja li qed tevadi l-miżuri eżistenti skont il-kriterji tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. Għal kull tlieta minn ħames kumpaniji li kkooperaw, il-materja prima (il-komponenti tar-roti) miċ-Ċina ma kinitx tikkostitwixxi 60 % jew aktar tal-valur totali tal-komponenti tal-prodott assemblat. Għaldaqstant ma kienx neċessarju li jiġi eżaminat jekk il-valur miżjud tal-komponenti miġjuba matul l-operazzjoni tal-assemblaġġ kienx ikbar jew le minn 25 % tal-ispiża tal-manifattura. |
(76) |
Iż-żewġ kumpaniji l-oħra twaqqfu fl-2013 fil-Kambodja. Waħda minnhom kienet involuta fi prattiki ta' trasbord, kif stabbilit fil-premessi minn 69 sa 74. Iż-żewġ kumpaniji sostnew li jipproduċu frejms. Iż-żewġ kumpaniji xtraw il-komponenti miċ-Ċina, jew minn kumpaniji relatati jew permezz ta' operaturi tas-suq relatati f'Ħong Kong. L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-allokazzjoni tal-ispejjeż fissi (jiġifieri d-deprezzament, il-kera u l-ispejjeż diretti u indiretti tal-elettriku) għall-manifattura tal-frejms kienet inkonsistenti mal-volum tal-produzzjoni tar-roti, u żiedet b'mod artifiċjali l-valur tal-frejms immanifatturati. Barra minn hekk, il-konsum taż-żebgħa użata fil-manifattura tal-frejms nstab li kien esaġerat meta mqabbel mad-dejta tal-produtturi ġenwini. Barra minn hekk, abbażi tas-sejbiet marbutin mal-produtturi ġenwini, il-kostijiet lavorattivi allokati għall-manifattura tal-frejms u għall-operazzjonijiet ta' assemblaġġ tar-roti nstabu li kienu għoljin wisq u mhux affidabbli meta mqabblin mal-volum ta' frejms immanifatturati u mar-roti assemblati. L-allokazzjoni ta' dawn l-ispejjeż differenti għall-manifattura tal-frejms ġiet għalhekk riveduta u wriet li l-materja prima (il-komponenti tar-roti) miċ-Ċina kienet fir-realtà tikkostitwixxi aktar minn 60 % tal-valur totali tal-komponenti tal-prodott assemblat, filwaqt li l-valur miżjud tal-komponenti li ddaħħlu matul l-operazzjoni ta' assemblaġġ kien inqas minn 25 % tal-ispiża tal-manifattura. |
(77) |
Wara d-divulgazzjoni, kumpanija saħqet li parti konsiderevoli mill-produzzjoni ta' roti tagħha kienet maħsuba għal swieq esterni barra l-Unjoni. F'dan ir-rigward ta' min jinnota li fil-perjodu tar-rapport il-bejgħ tal-kumpanija barra l-Unjoni rrappreżenta inqas minn 6 % tal-bejgħ totali u kien jinvolvi tranżazzjoni waħda (fattura waħda) biss. |
(78) |
L-istess kumpanija kkuntestat is-sejbiet tal-Kummissjoni, li l-komponenti miċ-Ċina kienu jirrappreżentaw iktar minn 60 % tal-valur totali tal-komponenti tal-prodott assemblat. Hija sostniet li l-Kummissjoni kienet assumiet ħażin li l-materja prima hija kollha għar-roti mibjugħin fl-Unjoni, filwaqt li l-kumpanija qiegħda tbigħ ukoll 'il barra mill-Unjoni. Hija sostniet ukoll li l-ispiża tal-produzzjoni għar-roti mibjugħa lill-Unjoni hija ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni għar-roti mibjugħa 'il barra mill-Unjoni. Il-kumpanija sostniet li l-Kummissjoni, għalhekk għandha taġġusta s-sejbiet tagħha b'tali mod li jitneħħew l-ispejjeż tal-komponenti u l-materjali għall-produzzjoni tar-roti li mhumiex maħsuba għall-Unjoni. Barra minn hekk, il-kumpanija argumentat li l-Kummissjoni bi żball ikkunsidrat li ċerti materjali mhux Ċiniżi (il-frejms u komponenti oħra tar-roti) kienu effettivament joriġinaw miċ-Ċina. Hija argument wkoll li xi komponenti koperti b'żewġ ordnijiet ta' xiri ġew bi żball rappurtati mill-kumpanija li joriġinaw miċ-Ċina. |
(79) |
F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li, kif spjegat fil-premessa 77, il-bejgħ barra l-Unjoni rrappreżenta inqas minn 6 % tal-bejgħ totali tal-kumpanija, u għalhekk, ma setax materjalment joħloq distorsjoni fl-analiżi tal-Kummissjoni. Il-kumpanija ssottomettiet, fit-tweġiba tagħha għad-divulgazzjoni, fajl ġdid li jindika liema komponenti ġew użati għar-roti esportati barra mill-Unjoni. Madankollu, il-kumpanija ma ssottomettiet l-ebda evidenza li turi li dawn il-komponenti kienu effettivament użati għall-assemblaġġ tar-roti esportati 'l barra mill-Unjoni, bħal pereżempju l-lista tal-materjali għar-roti esportati 'l barra mill-Unjoni, li turi t-tip ta' komponenti użati għal dawn ir-roti. Rigward il-komponenti li l-kumpanija sostniet li kienu b'mod żbaljat ikkunsidrati mill-Kummissjoni bħala Ċiniżi, ta' min jinnota li l-kumpanija rrappurtat li tixtri diversi komponenti minn diversi operaturi tas-suq Vjetnamiżi, madankollu ma tressqet l-ebda evidenza dwar il-produtturi ta' dawn il-komponenti, kif spjegat fil-premessa 71. Għalhekk, fin-nuqqas ta' kull evidenza li tikkonċerna l-produtturi reali ta' dawn il-komponenti, u filwaqt li jittieħed inkonsiderazzjoni l-fatt li l-kumpanija għandha kumpaniji relatati fiċ-Ċina li mingħandhom tixtri l-komponenti tar-roti, il-konklużjoni hija li l-komponeti inkwistjoni jiġu wkoll miċ-Ċina. Rigward iż-żewġ ordnijiet ta' xiri msemmija hawn fuq, dawn ġew irrappurtati mill-kumpanija nnifisha li jkopu x-xiri ta' komponenti mingħand il-kumpanija relatata tagħha Ċiniża, u ma tressqet l-ebda evidenza wara d-divulgazzjoni li tipprova li l-kumpanija għamlet żball meta ddikjarat l-oriġini għal dawn il-komponenti bħala Ċiniża. Għalhekk, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew miċħuda. |
(80) |
Iż-żewġ kumpaniji involuti fl-operazzjonijiet ta' assemblaġġ ikkuntestaw ir-reviżjoni magħmula mill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż tagħhom. Bħala nota ġenerali, ta' min jinnota li meta jiġi kkalkulat, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku, jekk il-valur miżjud tal-komponenti li ntużaw matul l-operazzjoni ta' assemblaġġ kienx ikbar minn 25 % tal-ispiża tal-manifattura, l-ispejjeż inklużi fil-kalkolu tal-valur miżjud huma spejjeż mġarrba fil-proċess ta' manifattura li jwasslu għal żieda fil-valur tal-prodott lest, minbarra l-ispejjeż inizjali tiegħu (pereżempju l-kostijiet lavorattivi tal-manifattura, l-ispejjeż ġenerali, id-deprezzament tal-faċilitajiet tal-assemblaġġ, il-komponenti mmanifatturati internament). Dawn l-ispejjeż għandhom għalhekk jiġu speċifikament mġarrba fil-proċess tal-manifattura u tat-tlestija tar-roti. |
(81) |
Kumpanija waħda saħqet li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-ispejjeż marbutin mal-pożizzjoni ġeografika tagħha. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li l-kumpanija ma ssottomettiet l-ebda evidenza li turi d-differenza fl-ispejjeż għal kull reġjun fil-Kambodja. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet injorata. |
(82) |
Rigward l-ispejjeż tad-deprezzament, kumpanija waħda waqt il-verifika fuq il-post sostniet li l-assi fissi kienu mħallsa mill-azzjonisti u mhux mill-kumpanija nnifisha. Għalhekk, peress li l-kumpanija ma daħlitx fi spejjeż mal-akkwist tal-assi fissi, l-ispejjeż ta' deprezzament irrappurtati mill-kumpanija ma ġewx ikkunsidrati. Madankollu, wara d-divulgazzjoni, il-kumpanija qalet li t-tagħmir mixtri mill-azzjonisti kien fil-fatt kontribuzzjoni mhux finanzjarja mal-kapital. Peress li din il-dikjarazzjoni saret fi stadju tard fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma kinitx f'qagħda li tivverifikaha, u għalhekk id-dikjarazzjoni twarrbet. |
(83) |
Iż-żewġ kumpaniji qed jikru bini għall-operazzjonijiet ta' assemblaġġ tar-roti tagħhom. Fil-perjodu tar-rapport, parti sinifikanti mill-kapaċitajiet ta' produzzjoni tagħhom ma ntużawx. Madankollu, iż-żewġ kumpaniji allokaw l-ispejjeż tal-kera kollha għal mal-produzzjoni tal-frejms u tal-assemblaġġ tar-roti. L-allokazzjoni magħmula mill-kumpaniji ma ħaditx inkunsiderazzjoni li parti biss mill-bini mikri kienet użata fil-proċess tal-produzzjoni. Għall-kalkolu tal-valur miżjud, il-Kummissjoni għalhekk irrevediet l-allokazzjoni tal-ispejjeż tal-kera għall-manifattura tal-frejms u tal-assemblaġġ tar-roti fi proporzjon mal-volum tal-produzzjoni reali. Il-bqija tal-ispejjeż tal-kera sostnuti mill-kumpaniji ġew ikkunsidrati spejjeż li ma jikkontribwixxux għall-ħolqien tal-valur miżjud meħtieġ mill-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. |
(84) |
Rigward l-ispejjeż għall-għoti taż-żebgħa, kumpanija waħda qalet li hija tuża proċedura aktar ikkumplikata bi tliet kisjiet ta' żebgħa u għalhekk, aktar żebgħa mill-kumpaniji użati sabiex jiġi kkalkulat parametru referenzjarju għall-konsum taż-żebgħa (madwar 2,5 aktar mill-parametru referenzjarju). F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li l-kumpaniji inklużi fil-parametru referenzjarju ukoll jużaw tliet kisjiet ta' żebgħa. Madankollu, anki jekk il-parametru referenzjarju ġie rivedut kif issuġġeriet il-kumpanija, dan ma kienx ibiddel il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li l-kumpanija ma tikkonformax mat-test tal-valur miżjud ta' 25 %, skont l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-kumpanija sostniet li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-ispejjeż tal-blasting bir-ramel. Il-kumpanija ssottomettiet fatturi wara d-divulgazzjoni li jindikaw dawn l-ispejjeż. Madankollu, dawn il-fatturi nħarġu wara tmiem il-perjodu tar-rapport u għalhekk twarrbu. Għalhekk, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew miċħuda. |
(85) |
L-istess kumpanija sostniet li ma kinitx korretta meta allokat l-ispejjeż tal-enerġija abbażi tal-metri kwadri ta' kull post minflok abbażi tal-konsum. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li mhux l-enerġija kollha kkunsmata minn din il-kumpanija intużat fil-proċess tal-manifattura. F'kull każ, anki li kieku l-ispejjeż tal-enerġija ma ġewx irriveduti, dan ma kienx ibiddel il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li l-kumpanija ma tikkonformax mat-test tal-valur miżjud ta' 25 %, skont l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku. L-istess konklużjoni tintleħaq anki jekk l-ispejjeż tal-għoti taż-żebgħa u tal-enerġija tbiddlu kif iddikjarat mill-kumpanija. |
(86) |
Il-kumpanija l-oħra argumentat li l-Kummissjoni ma kellhiex tirrevedi l-ispejjeż tagħha abbażi tad-dejta mil-lista ta' materjali tal-kumpanija, għaliex il-metodoloġija sabiex jiġu stabbiliti l-ispejjeż fil-lista ta' materjali hija differentri mill-metodoloġija tal-Kummissjoni sabiex jiġu ddeterminati l-ispejjeż tal-enerġija. Id-dikjarazzjoni tal-kumpanija ma ġietx elaborata aktar. Madankollu, anki li kieku l-ispejjeż tal-enerġija ma ġewx irriveduti abbażi tal-ispejjeż tal-enerġija mil-lista ta' materjali mogħtija mill-kumpanija waqt il-verifika fuq il-post, dan ma kienx ibiddel il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li l-kumpanija ma tikkonformax mat-test tal-valur miżjud ta' 25 %, skont l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku. |
(87) |
Rigward il-kostijiet lavorattivi, kumpanija waħda argumentat li l-Kummissjoni ma ħaditx inkonsiderazzjoni l-fatt li l-kumpanija kienet tħallas salarju ogħla lill-ħaddiema tagħha sabiex iżommhom magħha, peress li ma kienx hemm biżżejjed ħaddiema f'dan il-qasam. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li l-Kummissjoni ma rrevedietx il-livell tas-salarju tal-impjegati, iżda n-numru tal-impjegati effettivament allokati għall-produzzjoni tal-frejms u għall-assemblaġġ tar-roti. Barra minn hekk, l-istess kumpanija argumentat li l-Kummissjoni ma ħaditx inkonsiderazzjoni l-flessibbiltà tal-ħaddiema peress li ġie allegat li ħaddiema allokati għall-produzzjoni tal-frejms kienu xi drabi jaħdmu wkoll fl-assemblaġġ tar-roti. Bi tweġiba għal din id-dikjarazzjoni, ta' min jinnota li waqt il-verifika fuq il-post, il-Kummissjoni talbet lill-kumpanija biex tipprovdi stima tan-numru ta' impjegati għal kull dipartiment (għall-produzzjoni tal-frejms, għall-operazzjonijiet ta' assemblaġġ, eċċ.). Il-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni tagħha abbażi tal-informazzjoni ppreżentata waqt il-verifika fuq il-post. Il-kumpanija ma pprovdiet l-ebda informazzjoni dwar din il-flessibbiltà tal-ħaddiema, u għaldaqstant id-dikjarazzjoni ġiet injorata. Il-kumpanija l-oħra ddikjarat li l-kostijiet lavorattivi tagħha kienu għoljin minħabba spejjeż ta' taħriġ, mingħajr madankollu ma tat evidenza ta' fiex jissarfu dawn l-ispejjeż tat-taħriġ. Madankollu, ta' min jinnota, li minħabba li l-kumpanija se tibbenefika minn impjegati mħarrġa għal perjodu itwal ta' żmien, l-ispejjeż tat-taħriġ għandhom jiġu allokati għal perjodu itwal. Għalhekk, l-ispejjeż tat-taħriġ ma jistgħux jiġu kompletament allokati mal-ispejjeż tal-ewwel xhur tal-produzzjoni, peress li dawn jikkontribwixxu wkoll għaż-żieda fil-valur tar-roti prodotti wara l-perjodu tar-rapport. |
(88) |
Għaldaqstant, l-eżistenza fil-Kambodja ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ marbutin maċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri fis-seħħ skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku hija b'dan stabbilita. |
(89) |
Il-Kambodja hija benefiċjarju tal-iskema tal-UE “Kollox Minbarra Armi” (KMA) sa mill-2001. Filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li r-regoli tal-KMA setgħu kkontribwew sabiex kumpaniji differenti jiġu mmotivati jistabbilixxu faċilitajiet ta' produzzjoni fil-Kambodja u jesportaw ir-roti lejn is-suq tal-Unjoni, dawn ma affettwaw bl-ebda mod il-konklużjonijiet li l-kumpanija kienet involuta fi prattiki tat-trasbord u li żewġ kumpaniji ġabu l-komponenti tar-roti prinċipalment miċ-Ċina u li l-valur miżjud żdied b'mod insuffiċjenti fl-operazzjonijiet tagħhom ta' manifattura, u għalhekk nstab li kienu involuti f'attività ta' ċirkomvenzjoni. |
(90) |
Wara d-divulgazzjoni, kumpanija waħda ddikjarat li stabbilixxiet ruħha fil-Kambodja għal raġunijiet kummerċjali, sabiex tibbenefika minn kostijiet lavorattivi baxxi u minn vantaġġi loġistiċi. Madankollu, ta' min jinnota, li dokument mehmuż mill-kumpanija stess bħala tweġiba għad-divulgazzjoni jitfa' sa ċertu punt dubju fuq dawn il-vantaġġi. Barra minn hekk, kif spjegat hawn fuq, il-bejgħ tal-kumpanija lejn l-Unjoni matul il-perjodu tar-rapport kien jirrappreżenta madwar 94 % tal-bejgħ totali tagħha. Dan l-iffukar fuq is-suq tal-Unjoni mhuwiex kompatibbli mad-dikjarazzjoni, u għalhekk din tiġi miċħuda. |
(91) |
L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda kawża adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika għat-trasbord u għall-operazzjonijiet ta' assemblaġġ deskritti hawn fuq għajr l-evitar tal-miżuri eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat. Ma nstab l-ebda element, għajr għad-dazju, li seta' jitqies bħala kumpens għall-ispejjeż tat-trasbord u tal-operazzjonijiet ta' assemblaġġ. |
(92) |
Fit-tweġiba tiegħu għad-divulgazzjoni tad-19 ta' Marzu 2015, il-Ministeru tal-Kummerċ tal-Kambodja ma ddubitax mill-analiżi tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni. |
(93) |
Abbażi tal-evidenza ta' hawn fuq, l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ tnisslet minn, apparti għaż-żieda fl-esportazzjonijiet ta' xi produtturi ġenwini, prattika, proċess jew xogħol li għalihom ma hemmx ġustifikazzjoni ekonomika għajr id-dazju. |
2.5.3. Il-Pakistan
(94) |
L-investigazzjoni wriet li hemm biss kumpanija waħda involuta fil-manifattura tar-roti fil-Pakistan. Din il-kumpanija hija relatata ma' kumpanija fis-Sri Lanka li kienet is-suġġett ta' investigazzjoni preċedenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni u hija suġġetta għall-miżuri estiżi. Barra minn hekk, l-azzjonisti ta' din il-kumpanija tas-Sri Lanka waqqfu kumpanija fil-Kambodja involuta wkoll fl-esportazzjoni ta' roti lejn l-Unjoni. Kif spjegat fil-premessa 21, din il-kumpanija tal-Kambodja ma kkooperatx fl-investigazzjoni attwali, minkejja li esportat il-prodott investigat lejn is-suq tal-Unjoni fl-2013, kif spjegat fil-premessi minn 66 sa 67. Il-kumpanija tal-Kambodja waqqfet l-operazzjonijiet tagħha fil-Kambodja waqt il-perjodu tar-rapport, u ttrasferiet l-attivitajiet tagħha fil-kumpanija relatata fil-Pakistan. L-unika attività tal-kumpanija Pakistana kienet l-esportazzjoni tal-prodott investigat lejn is-suq tal-Unjoni. |
(95) |
L-esportazzjonijiet tal-unika kumpanija Pakistana li qed tikkoopera koprew l-importazzjonijiet kollha mill-Pakistan lejn l-Unjoni fil-perjodu tar-rapport. |
(96) |
L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda prattika ta' trasbord ta' prodotti ta' oriġini Ċiniża mill-Pakistan. |
(97) |
Is-sorsi tal-materja prima (il-komponenti tar-roti) u l-ispiża tal-produzzjoni kienu analizzati għall-unika kumpanija li kkooperat u dan sabiex ikun stabbilit jekk hemmx xi operazzjoni ta' assemblaġġ eżistenti fil-Pakistan li qed tevadi l-miżuri eżistenti skont il-kriterji tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. |
(98) |
L-investigazzjoni żvelat li l-kumpanija xtrat volum sinifikanti ta' frejms, frieket, rimmijiet tal-liga u roti tal-plastik minn waħda mill-kumpaniji relatati magħha fis-Sri Lanka permezz ta' operatur tas-suq mhux relatat. Sabiex jintwera li dawn il-komponenti huma mis-Sri Lanka, il-kumpanija ppreżentat iċ-ċertifikat ta' oriġini/il-Formoli A tagħhom maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ fis-Sri Lanka. Madankollu, dawn iċ-ċertifikati ma ġewx ikkunsidrati bħala evidenza suffiċjenti li turi l-oriġini tal-komponenti tar-roti, għaliex inħarġu abbażi ta' rendikonti tal-ispejjeż li ma kinux affidabbli. Fil-fatt instab li dawn ma kinux ibbażati fuq spejjeż tal-manifattura reali, iżda biss fuq projezzjoni globali tal-ispejjeż tal-manifattura li kienu validi għal volum ta' produzzjoni mhux determinat għal madwar sena. Barra minn hekk, għal ċerti tipi ta' frejms u frieket li għalihom inħarġu ċ-ċertifikati ta' oriġini/il-Formoli A, ir-rendikonti tal-ispejjeż ta' sostenn kienu neqsin. Konsegwentement, peress li dawn il-komponenti kienu mmanifatturati prinċipalment minn materja prima miċ-Ċina, ġie konkluż li dawn il-komponenti stess ġejjin miċ-Ċina. |
(99) |
Barra minn hekk, il-kumpanija sostniet li hija xtrat il-komponenti tar-roti relevanti minn kumpanija relatata magħha permezz ta' operatur tas-suq mhux relatat. L-investigazzjoni madankollu wriet li fi tmiem il-perjodu tar-rapport, kien hemm ammont mhux imħallas ta' madwar USD 5 miljun għall-komponenti mixtrija minn dan l-operatur tas-suq mhux relatat. Peress li dan id-dejn mhux imħallas kien jirrappreżenta aktar minn 90 % tal-bejgħ tal-kumpanija lejn l-Unjoni matul il-perjodu tar-rapport, dan il-fatt jixħet dubji fuq ir-relazzjoni ta' bejn il-kumpanija u l-operatur tas-suq. Barra minn hekk, il-verifika wriet li dan l-allegat operatur tas-suq mhux relatat applika valwazzjoni pożittiva inkonsistenti, u għalhekk il-prezzijiet mitluba għal komponenti lill-kumpanija Pakistana ma setgħux jitqiesu affidabbli. Fl-aħħar nett, il-kumpanija xtrat direttament il-komponenti mill-kumpaniji relatati magħha fis-Sri Lanka u l-Kambodja u minn kumpanija mhux relatata fis-Sri Lanka, iżda ma setgħetx tipprova l-oriġini tal-ebda waħda minn dawk il-komponenti matul iż-żjara ta' verifika, bl-eċċezzjoni tat-tajers mixtrija mis-Sri Lanka. Barra minn hekk, l-għan statutorju ta' dawn it-tliet kumpaniji huwa limitat għall-produzzjoni ta' roti u ma jinkludix komponenti tar-roti, u għalhekk ġie konkluż li dawn il-komponenti ġew miċ-Ċina. Filwaqt li jittieħed inkonsiderazzjoni dan ta' hawn fuq, il-materja prima (il-komponenti tar-roti) miċ-Ċina kienet tikkostitwixxi iktar minn 60 % tal-valur totali tal-komponenti tal-prodott finali. Barra minn hekk, il-valur miżjud tal-komponenti li nġiebu matul l-operazzjoni tal-assemblaġġ instab li kien anqas minn 25 % tal-ispiża tal-manifattura ta' din il-kumpanija. |
(100) |
Wara d-divulgazzjoni, il-kumpanija ma qablitx mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-Formoli A/iċ-Ċertifikati ta' oriġini ppreżentati għall-komponenti tar-roti mixtrija mis-Sri Lanka ma setgħux jitqiesu bħala biżżejjed evidenza sabiex tintwera l-oriġini tal-komponenti tar-roti. Il-kumpanija argumentat li d-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż ġew ippreparati minn ditta ta' kontabilisti rreġistrati, u li l-importaturi għandhom ikunu jistgħu jserrħu fuq il-Formoli A/iċ-Ċertifikati ta' oriġini maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ tas-Sri Lanka. Il-kumpanija kkonfermat li l-fatturi tal-ispejjeż għall-komponenti ma kinux appoġati minn spejjeż tal-manifattura reali, iżda kienu sempliċiment previżjoni tal-ispejjeż futuri validi għal madwar sena. Barra minn hekk, il-kumpanija sostniet li l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku mhuwiex regola dwar l-oriġini, u għalhekk ma jistax jiġi applikat sabiex tkun evalwata l-oriġini tal-komponenti tar-roti mixtrija mis-Sri Lanka. |
(101) |
Kif spjegat fil-premessa 98, il-Formoli A/iċ-Ċertifikati ta' oriġini ma ġewx ikkunsidrati bħala evidenza suffiċjenti li turi l-oriġini tal-komponenti tar-roti mixtrija mis-Sri Lanka minħabba li ma kinux maħruġa abbażi tal-ispejjeż reali tal-manifattura, iżda fuq previżjoni tal-ispejjeż tal-manifattura għall-futur, li ma tagħti l-ebda garanzija li l-komponenti tar-roti kienu tabilħaqq immanifatturati skont l-ispejjeż previsti. Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat li l-Kummissjoni mhix qed tikkuntesta l-metodoloġija inġenerali għall-ħruġ tal-Formoli A/taċ-Ċertifikati ta' oriġini fis-Sri Lanka, li jmur lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din l-investigazzjoni, iżda qed tivvaluta biss jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku jiġux issodisfati f'dan il-każ. F'dawn iċ-ċirkustanzi, filwaqt li jiġi nnutat li l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku mhuwiex bħala tali tabilħaqq regola dwar l-oriġini, il-Kummissjoni kienet iġġustifikata meta qieset li dawn il-komponenti kienu manifatturati b'aktar minn 60 % minn materja prima miċ-Ċina, u li l-valur miżjud kien inqas minn 25 % tal-ispejjeż tal-manifattura, u setgħet tikkonkludi li dawn il-komponenti nnifishom ġejjin miċ-Ċina. Għaldaqstant, id-dikjarazzjonijiet kollha ta' hawn fuq ġew miċħuda. |
(102) |
Fuq din il-bażi, il-kumpanija nstabet li topera fl-assemblaġġ. Għaldaqstant, l-eżistenza fil-Pakistan ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ involuti fiċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri fis-seħħ skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku hija fil-Pakistan stabbilita. |
(103) |
Il-Pakistan irċieva l-istatus ta' SĠP + (9) fi tmiem l-2013. Filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li l-għoti ta' benefiċċji addizzjonali skont ir-regoli tal-SĠP seta' kkontribwixxa sabiex kumpaniji differenti jkunu mmotivati jistabbilixxu faċilitajiet ta' produzzjoni fil-Pakistan u jesportaw roti lejn is-suq tal-Unjoni, dan ma affetwa bl-ebda mod is-sejbiet li l-uniku esportatur lejn l-Unjoni huwa relatat ma' kumpanija mis-Sri Lanka li hija suġġetta għal miżuri wara investigazzjoni preċedenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni, u li din ġabet il-komponenti tar-roti prinċipalment miċ-Ċina. |
(104) |
Għaldaqstant, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda kawża adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika għall-operazzjonijiet ta' assemblaġġ għajr l-evitar tal-miżuri eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat. Ma nstab l-ebda element, għajr għad-dazju, li seta' jitqies bħala kumpens għall-ispejjeż tal-operazzjonijiet ta' assemblaġġ. |
(105) |
Il-Gvern tal-Pakistan ma għamel l-ebda kumment wara d-divulgazzjoni. |
(106) |
L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ nibtet minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr id-dazju. |
2.5.4. Il-Filippini
(107) |
Kif iddikjarat fil-premessa 23, l-investigazzjoni wriet li l-esportazzjonijiet ta' waħda miż-żewġ kumpaniji li kkooperaw effettivament twettqu minn żewġ kumpaniji kummerċjali mhux relatati. Waħda minn dawn il-kumpaniji kummerċjali, li ma kkooperatx f'din l-investigazzjoni, wettqet operazzjonijiet simili fis-Sri Lanka skont il-kuntest tal-investigazzjoni preċedenti kontra ċ-ċirkomvenzjoni. |
(108) |
Kif imsemmi fil-premessa 24, żewġ kumpaniji fil-Filippini kkooperaw billi taw informazzjoni fil-formoli ta' eżenzjoni tagħhom. L-esportazzjonijiet ta' dawn il-kumpaniji koprew l-importazzjonijiet kollha mill-Filippini lejn l-Unjoni fil-perjodu tar-rapport. |
(109) |
L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda prattika ta' trasbord ta' prodotti ta' oriġini Ċiniża mill-Filippini. |
(110) |
Is-sorsi tal-materja prima (il-komponenti tar-roti) u l-ispiża tal-produzzjoni kienu analizzati għal kull kumpanija li kkooperat u dan sabiex ikun stabbilit jekk hemmx xi operazzjoni ta' assemblaġġ eżistenti fil-Filippini li qed tevadi l-miżuri eżistenti skont il-kriterji tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. |
(111) |
Għal waħda miż-żewġ kumpaniji fil-Filippini l-materja prima (il-komponenti tar-roti) miċ-Ċina ma kinitx tikkostitwixxi 60 % jew aktar tal-valur totali tal-komponenti tal-prodott assemblat. Għaldaqstant ma kienx neċessarju li jiġi eżaminat jekk il-valur miżjud tal-komponenti miġjuba matul l-operazzjoni tal-assemblaġġ kienx ikbar jew le minn 25 % tal-ispiża tal-manifattura. |
(112) |
Rigward il-kumpanija l-oħra, is-sejbiet kienu parzjalment ibbażati fuq l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, kif spjegat fil-premessi minn 25 sa 44. Instab li din il-kumpanija kienet relatata ma' manifattur Ċiniż tar-roti li huwa suġġett għall-miżuri. Din xtrat kważi l-komponenti kollha miċ-Ċina u għalhekk il-materja prima (il-komponenti tar-roti) miċ-Ċina kienet tikkostitwixxi iktar minn 60 % tal-valur totali tal-komponenti tal-prodott finali. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi minn 41 sa 43, ċerti elementi ta' spejjeż kellhom jiġu riveduti. Intuża perjodu ta' deprezzament aktar affidabbli għall-bini, il-proporzjon tal-produttività (il-kwantità immanifatturata diviża bin-numru tal-impjegati) ta' produttur ġenwin Filippin intuża sabiex jiġi kkalkulat b'mod affidabli l-għadd tal-impjegati għall-volum tal-produzzjoni rrapurtat mill-kumpanija, u l-medja tal-konsum tal-elettriku għal kull rota ta' produttur ġenwin Filippin intużat sabiex tiġi kkalkulata b'mod affidabli l-ispiża tal-elettriku għal kull rota. |
(113) |
Wara d-divulgazzjoni, kumpanija waħda sostniet li ma setgħetx tivverifika d-dejta użata tal-produttur ġenwin Filippin billi d-dejta mhux kunfidenzjali pprovduta minn dan il-produttur ġenwin ma kinitx kompluta. F'dan ir-rigward għandu jiġi nnutat li l-Kummissjoni ma tistax tiżvela d-dejta eżatta tal-produttur ġenwin Filippin, minħabba li din l-informazzjoni hija kunfidenzjali. Barra minn hekk, filwaqt li d-dejta mhux kunfidenzjali hija b'mod ġenerali pprovduta f'indiċi, il-Kummissjoni f'dan il-każ żvelat lill-kumpanija d-dejta użata minn produttur ġenwin f'firxiet, u tat valur minimu u massimu, u għalhekk it-tagħrif kien aktar siewi minn indiċi. Għalhekk, il-kumpanija kellha dejta ddettaljata sabiex tifhem il-bażi għar-reviżjoni tal-ispejjeż tagħha kif ukoll tagħti l-kummenti. Fl-aħħar nett, f'dan il-każ il-kumpanija ma talbitx l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
(114) |
L-istess kumpanija kkonfermat li hija ma kinitx qed tiddikjara li tikkonforma ma' anqas minn 60 % tat-test fl-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku. Hija madankollu sostniet li l-kalkolu tat-test tal-valur miżjud ta' 25 % mill-Kummissjoni kien żbaljat għaliex dan ma kienx jinkludi l-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u l-profitt, peress li l-Kummissjoni kienet sseparat il-valur miżjud tal-materja prima mill-valur miżjud tal-frejms importati u, it-tielet, minħabba li l-Kummissjoni kienet ħadet inkunsiderazzjoni biss il-valur miżjud fi proporzjon mal-komponenti li ġew mixtrija miċ-Ċina. Kif spjegat hawn taħt, dawn id-dikjarazzjonijiet huma bbażati fuq interpretazzjoni żbaljata tad-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament bażiku. |
(115) |
L-ewwel nett, kif spjegat fil-premessa 80, l-ispejjeż inklużi fil-kalkolu tal-valur miżjud huma spejjeż imġarrba fil-proċess tal-manifattura li jwasslu għal żieda fil-valur tal-prodott lest, minbarra l-ispejjeż inizjali tiegħu (pereżempju l-kostijiet lavortattivi tal-manifattura, l-ispejjeż ġenerali, id-deprezzament tal-faċilitajiet tal-assemblaġġ, il-komponenti mmanifatturati internament). Dawn l-ispejjeż għandhom jiġġarbu fil-proċess tal-manifattura. L-ispejjeż imġarrba mill-kumpanija li ma tistax tkun marbuta mal-proċess tal-manifattura matul il-perjodu tar-rapport mhumiex inklużi sabiex jiġi kkalkulat tal-valur miżjud. Għalhekk, il-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi mhumiex inklużi fil-kalkolu tal-valur miżjud billi dawn l-ispejjeż ma ġġarrbux mill-kumpanija fil-proċess tal-manifattura u ma jżidux il-valur miżjud tal-prodott. Lanqas il-profitt ma jista' jiġi inkluż għax mhuwiex komponent tal-valur miżjud. Barra minn hekk, huwa bbażat fuq id-deċiżjoni tal-maniġment u tal-forzi tas-suq. |
(116) |
Rigward it-tieni dikarazzjoni, ta' min jinnota li skont l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku, il-komponenti li huma mixtrija mhumiex inklużi fil-kalkolu tal-valur miżjud mill-kumpanija. Il-kalkolu tal-valur miżjud jinkludi biss l-ispejjeż imġarrba direttament u indirettament fl-operazzjonijiet ta' assemblaġġ tal-komponenti. |
(117) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-valur miżjud li hu proporzjonali għall-komponenti mixtrija miċ-Ċina f'konformità mal-prattika stabbilita u skont l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku. Fi kwalunkwe każ, anki li kieku din ir-regola ma ġietx applikata f'dan il-każ, dan ma kien bl-ebda mod jaffettwa l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-kumpanija naqset milli tilħaq it-test tal-valur miżjud ta' 25 %, peress li aktar minn 80 % tal-komponenti kienu mixtrija miċ-Ċina. |
(118) |
Barra minn hekk, il-kumpanija kkontestat r-reviżjoni tal-Kummissjoni fuq l-ispejjeż tagħha (il-manodopera, l-enerġija, id-deprezzament u l-bonusijiet tal-maniġers). Rigward l-ispejjeż tax-xogħol, il-kumpanija sostniet li l-Kummissjoni injorat mingħajr l-ebda raġuni l-kostijiet lavorattivi indiretti, u li ma wrietx li l-kostijiet lavorattivi rrappurtati ma kinux ta' min jorbot fuqhom. Rigward l-ispejjeż tal-enerġija, il-kumpanija sostniet li l-ispejjeż tal-enerġija jistgħu jvarjaw minn fost l-impjanti tal-produzzjoni skont it-tip ta' prodott u s-sigħat tax-xogħol. Rigward id-deprezzament, il-kumpanija tenniet id-dikjarazzjonijiet preċedenti tagħha, li l-kontijiet tal-kumpanija ġew awditjati filwaqt li dwar il-bonusijiet tal-maniġment l-kumpanija argumentat li l-aġġustament tal-Kummissjoni kien arbitrarju. |
(119) |
Għalkemm il-kumpanija ddikkjarat li timmanifattura frejms, fatt li ma setax jiġi vverifikat matul il-verifika fuq il-post kif spjegat fil-premessa 35, fl-ebda punt matul l-investigazzjoni ma pprovdiet l-ispejjeż reali sabiex il-frejms jiġu mmanifatturati. Il-kumpanija pprovdiet l-ispejjeż kumulattivi tal-manifattura għall-frejms u għall-assemblaġġ tar-roti. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kinitx f'qagħda li tivvaluta jekk l-ispejjeż tal-manifattura ta' kull unità għall-frejms, imġarrba mill-kumpanija, kinux affidabbli. Ta' min ifakkar li skont l-informazzjoni mogħtija fit-tweġiba tagħha għall-ittra dwar defiċenza, il-kumpanija xtrat il-maġġoranza tal-frejms miċ-Ċina u għalhekk, l-ispejjeż tal-manifattura rappurtati mill-kumpanija ġew imġarrba prinċipalment fl-assemblaġġ tar-roti. Meta l-Kummissjoni qabblet l-ispejjeż irrappurtati tal-kumpanija ma' spejjeż simili mġarrba minn produttur Filippin ġenwin, hija waslet għall-konklużjoni li l-ispejjeż irrapportati mill-kumpanija ma setgħux iġġarbu fil-proċess tal-manifattura, u li xi wħud minnhom kienu spejjeż oħra. |
(120) |
Rigward il-kostijiet lavorattivi, il-Kummissjoni ma injoratx il-kostijiet lavorattivi indiretti tal-kumpanija, iżda għall-kuntrarju inkludiethom fil-kostijiet lavorattivi totali flimkien mal-kostijiet lavorattivi diretti. Matul il-verifika fuq il-post tal-produttur Filippin ġenwini, il-Kummissjoni ġabret informazzjoni ddettaljata dwar l-għadd ta' impjegati u dwar il-produttività tagħhom fid-dipartimenti prinċipali. It-tqabbil tad-dejta ppreżentata mill-kumpanija ma' dejta simili ppreżentata minn produttur Filippin ġenwin wera li l-kumpanija esaġerat l-għadd tal-impjegati effettivament involuti fid-dipartimenti tal-frejms u l-frieket, id-dipartiment tal-assemblaġġ ta' roti sħaħ, tal-assemblaġġ tar-roti u d-dipartimenti tal-kontroll tal-kwalità. Għalhekk, ir-reviżjoni tal-kostijiet lavorattivi tal-kumpanija relatati mal-manifattura u mal-proċess ta' tlestija kien iġġustifikat. |
(121) |
Rigward l-ispejjeż tal-enerġija, il-Kummissjoni hija konxja li l-konsum tal-enerġija jista' jvarja minn produttur għal ieħor. Fil-fatt, l-attività tal-produttur ġenwini Filippin hija aktar kumplessa minn dik tal-kumpanija, u għalhekk għandha konsum ogħla tal-elettriku. Għaldaqstant, il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni ma qegħditx fi żvantaġġ il-kumpanija kkonċernata. |
(122) |
Rigward l-ispejjeż ta' deprezzament, fir-rapporti annwali awditjati ma hemm l-ebda spjegazzjoni dwar il-ħajja operattiva tal-bini. Ta' min ifakkar li waqt il-verifika fuq il-post il-Kummissjoni ripetutament talbet lill-kumpanija tipprovdi evidenza dwar is-sena tal-kostruzzjoni tal-bini kif ukoll il-valutazzjoni ta' kontabilist tal-kumpanija dwar il-perjodu ta' deprezzament tal-bini. Il-kumpanija naqset milli tagħmel dan u minflok allegat li, minħabba li huma kienu ġew awditjati mill-awtoritajiet lokali tat-taxxa, ma kellhomx għalfejn jagħtu evidenza lill-Kummissjoni fil-kuntest ta' din l-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni rrevediet l-ammont ta' deprezzament billi użat perjodu ta' deprezzament f'konformità mal-prattiki kontabilistiċi internazzjonali. |
(123) |
Fl-aħħar nett, dwar il-bonus tal-produzzjoni u tal-maniġers barranin, ta' min jinnota li dawn l-ispejjeż u speċjalment il-valur ta' spejjeż bħal dawn mhumiex marbutin mal-proċess ta' produzzjoni u mal-volum ta' produzzjoni. Dawn l-ispejjeż huma spejjeż amministrattivi u mhumiex inklużi fil-kalkolu tal-valur miżjud. |
(124) |
Għaldaqstant, id-dikjarazzjonijiet ta' hawn fuq ġew miċħuda. |
(125) |
Il-valur miżjud rivedut tal-komponenti li nġiebu matul l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ tal-kumpanija, abbażi ta' dan, ma kienx jaqbeż il-25 % tal-ispiża tal-manifattura ta' din il-kumpanija. |
(126) |
Għaldaqstant, l-eżistenza fil-Filippini ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ marbutin maċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri fis-seħħ skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku hija b'dan stabbilita. |
(127) |
Il-Filippini rċevew l-istatus ta' SĠP+ fi tmiem l-2014 sew wara li ż-żewġ produtturi Filippini stabilixxew ruħhom. |
(128) |
Għaldaqstant, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda kawża adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika għall-operazzjonijiet ta' assemblaġġ għajr l-evitar tal-miżuri eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat. Ma nstab l-ebda element, għajr għad-dazju, li seta' jitqies bħala kumpens għall-ispejjeż tal-operazzjonijiet ta' assemblaġġ. |
(129) |
Il-Gvern tal-Filippini ma għamel l-ebda kumment wara d-divulgazzjoni. |
(130) |
L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-bidla fix-xejra tal-kummerċ nibtet minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma hemmx ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr id-dazju. |
2.6. L-imminar tal-effett rimedjali tad-dazju antidumping
(131) |
Fil-valutazzjoni dwar jekk il-prodotti importati, f'termini ta' kwantitajiet u prezzijiet, imminawx l-effetti rimedjali tal-miżuri eżistenti, intużaw il-kwantitajiet u l-prezzijiet ta' esportazzjoni rrapurtati mill-kumpaniji li kkooperaw u minn Comext. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew imqabbla mal-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara għal produtturi tal-Unjoni kif stabbiliti l-aħħar, jiġifieri fir-rieżami interim konkluż fl-2013, imsemmija fil-premessa 4. |
(132) |
Il-paragun tal-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara kif stabbilit fir-rieżami interim fl-2013 u l-medja peżata tal-prezz tal-esportazzjoni matul il-perjodu tar-rapport tal-investigazzjoni attwali wera bejgħ taħt il-prezz sinifikanti għal kull wieħed mit-tliet pajjiżi kkonċernati. |
(133) |
L-investigazzjoni stabbilixxiet il-kwantitajiet prodotti u nstab li ċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri eżistenti kienet signifikanti, u li x'aktarx fil-futur kienet se tiżdied b'mod aktar sostanzjali minħabba l-attrattività tas-suq tal-Unjoni. |
(134) |
L-investigazzjoni wriet li l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ jistgħu faċilment jinħolqu u jitwaqqfu f'perjodu qasir ta' żmien. Dan intwera permezz tal-mod strutturat kif l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ tmexxew minn pajjiż għall-ieħor hekk kif il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Ġie stabbilit ukoll li xi kumpaniji suġġetti għal din l-investigazzjoni kienu relatati ma' kumpaniji li diġà huma suġġetti għal miżuri, jew li esportaw lejn is-suq tal-Unjoni permezz tal-istess kumpanija kummerċjali mhux relatata. |
(135) |
Għaldaqstant ġie konkluż li l-miżuri eżistenti qed jiġu mminati, f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwantitajiet u prezzijiet, mill-importazzjonijiet li huma suġġetti għal din l-investigazzjoni. |
2.7. Evidenza ta' dumping
(136) |
Fl-aħħar mill-aħħar, b'konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm evidenza ta' dumping b'rabta mal-valur normali stabbilit preċedentement għall-prodott ikkonċernat. |
(137) |
Fir-rieżami interim konkluż fl-2013, imsemmi fil-premessa 4, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet fil-Messiku, li f'dik l-investigazzjoni nstab li kien pajjiż b'ekonomija tas-suq adegwata li hija analoga għaċ-Ċina (il-valur normali stabbilit qabel). |
2.7.1. Il-Kambodja
(138) |
Parti sinifikattiva tal-esportazzjonijiet tal-Kambodja nstabet li kienet produzzjoni ġenwina tal-Kambodja esportata minn tliet kumpaniji tal-Kambodja li nstabu li ma kinux involuti fi prattiki ta' ċirkomvenzjoni kif iddikjarat fil-premessa 75. Għal din ir-raġuni, biex ikunu stabbiliti l-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Kambodja li huma affettwati mill-prattiki ta' ċirkomvenzjoni, l-esportazzjonijiet tal-produtturi/esportaturi li jwettqu ċirkomvenzjoni biss ġew ikkunsidrati. Din id-dejta ġiet kontroverifikata ma' dejta tal-Comext. |
(139) |
Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, saru aġġustamenti għal differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, l-immaniġjar, l-ispejjeż tat-tagħbija u tal-ppakkjar ippreżentati mill-kumpaniji fit-tweġiba tagħhom fil-formoli ta' eżenzjoni. |
(140) |
Skont l-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, id-dumping ġie kkalkulat billi l-valur normali medju peżat prestabbilit tqabbel mal-prezzijiet medji peżati tal-esportazzjonijiet tal-Kambodja li jikkorrispondu matul il-perjodu tar-rapport, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni bid-dazju mhux imħallas. |
(141) |
It-tqabbil bejn il-valur normali medju peżat u l-prezzijiet medji peżati tal-esportazzjoni kif stabbiliti wera dumping sinifikattiv. |
(142) |
Wara d-divulgazzjoni, il-Ministeru tal-Kummerċ tal-Kambodja talab biex jiġi ċċarat jekk is-sejbiet dwar id-dumping imsemmijin fil-premessa 141 kienux bbażati biss fuq l-esportazzjonijiet tal-kumpaniji li nstabu jwettqu ċirkomvenzjoni u jekk il-Kummissjoni sabitx evidenza ta' dumping minn kumpaniji ġenwini tal-Kambodja. |
(143) |
F'dan ir-rigward, huwa konfermat illi kif imsemmi fil-premessa 138, l-esportazzjonijiet tal-produtturi ġenwini tal-Kambodja ġew injorati bl-għan li jiġi kkalkulat il-marġini ta' dumping skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku ma jesiġix investigazzjoni dwar prattiki ta' dumping ta' produtturi ġenwini fil-Kambodja. |
2.7.2. Il-Pakistan
(144) |
Il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezz medju tal-esportazzjoni tar-roti matul il-perjodu tar-rapport mill-kumpanija li kkooperat u kontroverifikat mid-dejta ta' Comext. |
(145) |
Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, saru aġġustamenti fir-rigward tal-immaniġjar, it-tagħbija, l-ispejjeż anċillari, il-konsenja fil-pajjiż ikkonċernat, u l-ispejjeż tal-ippakkjar kif irrappurtat mill-kumpanija fir-risposta tagħha fil-formola ta' eżenzjoni u ġie konkluż matul il-verifika fuq il-post. |
(146) |
Skont l-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, id-dumping ġie kkalkulat billi l-valur normali medju peżat prestabbilit tqabbel mal-prezzijiet medji peżati tal-esportazzjonijiet tal-Pakistan li jikkorrispondu matul il-perjodu tar-rapport, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni bid-dazju mhux imħallas. |
(147) |
It-tqabbil bejn il-valur normali medju peżat u l-prezz medju peżat ta' esportazzjoni kif stabbilit juri dumping sinifikattiv. |
2.7.3. Il-Filippini
(148) |
Parti sinifikattiva tal-esportazzjonijiet tal-Filippini nstabu li kienu produzzjoni ġenwina Filippina esportata minn kumpanija Filippina li ma nstabitx li kienet involuta fi prattiki ta' ċirkomvenzjoni kif iddikjarat fil-premessa 111. Għal din ir-raġuni, sabiex ikunu stabbiliti l-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Filippini li huma affettwati mill-prattiki ta' ċirkomvenzjoni, l-esportazzjonijiet tal-produtturi/esportaturi li jwettqu ċirkomvenzjoni biss ġew ikkunsidrati. Madankollu, kif spjegat fil-premessi 40 u 44, il-prezz tal-esportazzjoni tal-kumpanija li twettaq ċirkomvenzjoni ma tqiesx, u l-prezz tal-esportazzjoni tagħha ġie stabbilit abbażi tad-dejta minn Comext. |
(149) |
Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, saru aġġustamenti għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġjar u t-tagħbija kif ukoll tal-ppakkjar ippreżentati mill-kumpanija li kkooperat fit-tweġiba tagħha fil-formoli ta' eżenzjoni. |
(150) |
Skont l-Artikoli 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, id-dumping ġie kkalkulat billi l-valur normali medju peżat prestabbilit tqabbel mal-prezzijiet medji peżati tal-esportazzjonijiet tal-Filippini li jikkorrispondu matul il-perjodu tar-rapport, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni bid-dazju mhux imħallas. |
(151) |
It-tqabbil bejn il-valur normali medju peżat u l-prezz medju peżat ta' esportazzjoni kif stabbilit juri dumping sinifikattiv. |
(152) |
Wara d-divulgazzjoni, kumpanija waħda sostniet li l-marġini ta' dumping ikkalkulat skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku kien aktar baxx mil-livell ta' dazju tal-miżuri eżistenti, u li l-estensjoni tal-miżuri għalhekk ma kinitx ġustifikata. Kif muri hawn fuq, il-kundizzjonijiet sabiex jiġu applikati l-miżuri skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, li huma differenti minn dawk għall-miżuri taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, huma ssodisfati. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
3. MIŻURI
(153) |
Minħabba dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-dazju antidumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet tar-roti li joriġinaw miċ-Ċina kien evitat permezz tat-trasbord fil-Kambodja u permezz ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ fil-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. |
(154) |
Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw miċ-Ċina għandhom għalhekk jiġu estiżi għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkonsenjati direttament jew indirettament mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippijni kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippijni kif ukoll jekk le. |
(155) |
Il-miżuri li għandhom jiġu estiżi għandhom ikunu dawk attwalment imposti skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 502/2013, fuq “il-kumpaniji l-oħra kollha”, jiġifieri dazju antidumping definittiv ta' 48,5 % applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju. |
(156) |
Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, li jistipula li kull miżura estiża għandha tapplika għall-importazzjonijiet li daħlu fl-Unjoni skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament li jagħti bidu, għandhom jinġabru d-dazji fuq dawk l-importazzjonijiet irreġistrati tar-roti kkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippijni. |
(157) |
Kumpanija mill-Kambodja talbet biex id-dazji ma jinġabrux fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti tagħha li kienu rreġistrati, għal raġunijiet ta' korrettezza. Fin-nuqqas ta' bażi legali, u sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-miżura, it-talba ġiet miċħuda. |
4. TALBIET GĦAL EŻENZJONI
4.1. Il-Kambodja
(158) |
Iż-żewġ kumpaniji fil-Kambodja li talbu eżenzjoni mill-miżuri estiżi possibbli skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku ppreżentaw il-formola ta' eżenzjoni. |
(159) |
Tlieta minn ħames kumpaniji li kkooperaw fil-Kambodja li talbu eżenzjoni mill-miżuri estiżi possibbli skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku nstab li ma kinux involuti fi prattiki ta' ċirkomvenzjoni kif stipulat fil-premessa 75. Barra minn hekk, tnejn minn dawn il-produtturi setgħu juru li ma kienu relatati mal-ebda wieħed mill-produtturi/esportaturi involuti fi prattiċi ta' ċirkomvenzjoni u lanqas ma' xi wieħed mill-produtturi/esportaturi Ċiniżi tar-roti. Għaldaqstant, eżenzjoni mill-miżuri estiżi tista' tingħata lil dawn iż-żewġ kumpaniji. |
(160) |
Fir-rigward tat-tielet kumpanija li nstabet li ma kinitx involuta fi prattiki ta' ċirkomvenzjoni li kienu suġġett għal din l-investigazzjoni kif iddikjarat fil-premessa 75, instab li din il-kumpanija kienet relatata ma' produttur/esportatur Ċiniż tar-roti. Madankollu, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li turi li din ir-relazzjoni ġiet stabbilita jew użata għaċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri eżistenti. Fil-fatt ir-relazzjoni ġiet stabbilita qabel ma ġew imposti l-miżuri fl-1993 u l-investigazzjoni attwali ma żvelat l-ebda relazzjoni kuntrattwali bejn dawn iż-żewġ kumpaniji. Għaldaqstant, kif iddikjarat fir-Regolament li jagħti bidu, anki jekk il-produtturi huma relatati ma' kumpaniji li jkunu suġġetti għall-miżuri oriġinali, xorta waħda tista' tingħata eżenzjoni jekk ma jkunx hemm evidenza li r-relazzjoni mal-kumpaniji, li jkunu suġġetti għall-miżuri oriġinali, ġiet stabbilita jew użata għaċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri oriġinali. Billi ma nstabet l-ebda evidenza ta' dan, setgħet tingħata eżenzjoni mill-miżuri estiżi lil din il-kumpanija. |
(161) |
Fir-rigward taż-żewġ kumpaniji l-oħra li talbu eżenzjoni mill-miżuri estiżi possibbli skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, kif stipulat fil-premessa 76, dawn il-kumpaniji nstabu li kienu involuti fi prattiki ta' ċirkomvenzjoni. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, ma tistax tingħata eżenzjoni lil dawn il-kumpaniji. |
4.2. Il-Pakistan
(162) |
Iż-żewġ kumpaniji fil-Pakistan li talbu eżenzjoni mill-miżuri estiżi possibbli skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku ppreżentaw il-formola għal talba ta' eżenzjoni. |
(163) |
Kif iddikjarat fil-premessa 102, il-kumpanija nstabet li kienet involuta fi prattiċi ta' ċirkomvenzjoni. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, ma tistax tingħata eżenzjoni lil din il-kumpanija. |
4.3. Il-Filippini
(164) |
Iż-żewġ kumpaniji fil-Filippini li talbu eżenzjoni mill-miżuri estiżi possibbli skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku taw tweġibiet fil-formola ta' eżenzjoni. |
(165) |
kumpanija waħda nstabet li ma kenitx involuta fil-prattiki ta' ċirkomvenzjoni li huma s-suġġett ta' din l-investigazzjoni kif spjegat fil-premessa 111. Barra minn hekk, dan il-produttur seta' juri li ma kien relatat mal-ebda waħda mill-kumpaniji li nstabu li qed jagħmlu ċirkomvenzjoni u lanqas ma' xi mill-produttur/esportatur Ċiniż tar-roti. Għaldaqstant, tista' tingħata lil din il-kumpanija eżenzjoni mill-miżuri estiżi. |
(166) |
Kif spjegat fil-premessi 112 u 125, it-tieni kumpanija nstabet li kienet involuta fi prattiċi ta' ċirkomvenzjoni u għalhekk skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, ma tistax tingħata eżenzjoni. |
4.4. Miżuri speċjali
(167) |
Huwa meqjus li huma meħtieġa miżuri speċjali f'dan il-każ sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta ta' dawn l-eżenzjonijiet. Dawn il-miżuri speċjali għandhom r-rekwiżit li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri, li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn din il-fattura jkunu suġġett għad-dazju tal-antidumping estiż. |
4.5. Esportaturi ġodda
(168) |
Bla ħsara għall-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, produtturi/esportaturi oħra fil-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini li ma ppreżentawx ruħhom f'dan il-proċediment u li ma esportawx il-prodott investigat lejn l-Unjoni fil-perjodu tar-rapport u li jikkunsidraw li jagħmlu talba għall-eżenzjoni mid-dazju antidumping estiż, skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku, iridu jimlew formola ta' eżenzjoni sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tistabbilixxi jekk tistax tkun iġġustifikata eżenzjoni. Din l-eżenzjoni tista' tingħata wara valutazzjoni dwar il-qagħda tas-suq għall-prodott investigat, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, l-akkwist u l-bejgħ, u jekk hemmx il-probabbiltà li jitkomplew il-prattiki li għalihom ma hemmx gustifikazzjoni biżżejjed jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti u jkun hemm evidenza ta' dumping. Il-Kummissjoni normalment tagħmel ukoll żjara ta' verifika fuq il-post. It-talba għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni minnufih, bl-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni u l-bejgħ. |
(169) |
Meta eżenzjoni hija ġġustifikata, il-miżuri estiżi fis-seħħ jiġu emendati skont dan. Sussegwentement, kull eżenzjoni mogħtija tkun immonitorjata sabiex tkun żgurata konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fiha. |
5. DIVULGAZZJONI
(170) |
Fit-13 ta' Marzu 2015 il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet kollha interessati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li wasslu għall-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq, u ġew mistiedna biex jikkummentaw. Waslu kummenti mingħand il-Ministeru tal-Kummerċ tal-Kambodja, żewġ kumpaniji fil-Kambodja, kumpanija fil-Pakistan, u kumpanija mill-Filippini. Ġew kkunsidrati l-kummenti bil-fomm u bil-miktub li tressqu mill-partijiet. L-ebda wieħed mill-argumenti ppreżentati ma ta lok biex is-sejbiet definittivi jiġu mmodifikati. |
(171) |
[Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku]. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Id-dazju antidumping definittiv applikabbli fuq “il-kumpaniji l-oħra kollha” impost permezz tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 502/2013 fuq importazzjonijiet ta' roti u roti oħra (inklużi triċikli tal-konsenja, iżda esklużi tal-uniċikli), mhux motorizzati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, huwa b'dan estiż għal importazzjonijiet ta' roti u roti oħra (inklużi triċikli tal-konsenja, iżda esklużi l-uniċikli), mhux motorizzati, ikkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le, u li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (il-kodiċi TARIC 8712003020 u 8712007092), bl-eċċezzjoni ta' dawk immanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:
Pajjiż |
Kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Il-Kambodja |
A and J (Cambodia) Co., Ltd., Special Economic Zone Tai Seng Bavet, Sangkar Bavet, Krong Baver, Ket Svay Rieng, il-Kambodja |
C035 |
|
Smart Tech (il-Kambodja) Co., Ltd., Tai Seng Bavet Special Economic Zone, National Road No. 1, Bavet City, Svay Rieng, il-Kambodja |
C036 |
|
Speedtech Industrial Co. Ltd. u Bestway Industrial Co., Manhattan (Svay Rieng) Special Economic Zone, National Road No. 1, Sangkat Bavet, Krong Bavet, Svay Rieng Province, il-Kambodja |
C037 |
Il-Filippini |
Procycle Industrial Inc., Hong Chang Compound, Brgy. Lantic, Carmona, Cavite, il-Filippini |
C038 |
2. L-applikazzjoni ta' eżenzjonijiet mogħtija lill-kumpaniji speċifikament imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew awtorizzati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(2) ta' dan ir-Regolament tkun tiddependi fuq il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri, ta' fattura kummerċjali valida li tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament. Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata, japplika d-dazju antidumping kif stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
3. Id-dazju estiż mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jinġabar fuq l-importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le, irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 938/2014 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, bl-eċċezzjoni ta' dawk immanifatturati mill-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 1.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali fis-seħħ.
Artikolu 2
1. It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju, estiżi permezz tal-Artikolu 1, isiru bil-miktub f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta lill-entità li qed titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:
European Commission |
Directorate-General for Trade |
Directorate H |
Uffiċċju: CHAR 04/039 |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
2. F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-Kummissjoni tista', tawtorizza b'deċiżjoni l-eżenzjoni ta' importazzjonijiet, mill-kumpaniji li ma jevadux il-miżuri antidumping imposti mir-Regolament (UE) Nru 502/2013, mid-dazju estiż permezz tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-awtoritajiet doganali huma mitluba jieqfu mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, stabbilita skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 938/2014.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 tat-8 ta' Settembru 1993 li jimponi dazju definittiv antidumping lejn il-Komunità ta' biċikletti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju antidumping (ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1524/2000 tal-10 ta' Lulju 2000 li jimponi dazju definittiv kontra l-iddampjar fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 175, 14.7.2000, p. 39).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005 tat-12 ta' Lulju 2005 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw fil-Vjetnam, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1524/2000 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 tad-29 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 153, 5.6.2013, p. 17).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 tad-29 ta' Mejju 2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta' biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' biċikletti kkonsenjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (ĠU L 153, 5.6.2013, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 938/2014 tat-2 ta' Settembru 2014 li jibda investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta' evażjoni tal-miżuri antidumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq l-importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'importazzjonijiet ta' roti kkonsenjati mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini u kemm jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 263, 3.9.2014, p. 5).
(8) Comext hija bażi tad-dejta ġestita mill-Eurostat li tħaddan statistika dwar il-kummerċ barrani.
(9) L-iskema tas-SĠP+ tinsab attwalment fil-kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).
ANNESS
Trid tidher dikjarazzjoni ffirmata fil-format li ġej mill-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(2):
(1) |
L-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali; |
(2) |
Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' (il-prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta”; |
(3) |
Id-data u l-firma. |