This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1293
Commission Delegated Regulation (EU) No 1293/2014 of 17 July 2014 on the conditions for classification, without testing, of metal lath and beads for internal plastering covered by the harmonised standard EN 13658-1, metal lath and beads for external rendering covered by the harmonised standard EN 13658-2 and metal beads and feature profiles covered by the harmonised standard EN 14353, with regard to their reaction to fire Text with EEA relevance
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1293/2014 tas- 17 ta' Lulju 2014 dwar il-kondizzjonijiet għall-klassifikazzjoni mingħajr ittestjar, tal-istrixxi dojoq u l-gwarniċi għat-tond tal-metall għall-kisi ta' ġewwa koperti bl-istandard armonizzat EN 13658-1, tal-istrixxi dojoq u l-gwarniċi għat-tond tal-metall għall-kisi minn barra koperti bl-istandard armonizzat EN 13658-2 u tal-gwarniċi għat-tond tal-metall u l-profili metalliċi koperti bl-istandard armonizzat EN 14353, fir-rigward tar-reazzjoni tagħhom għan-nar Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1293/2014 tas- 17 ta' Lulju 2014 dwar il-kondizzjonijiet għall-klassifikazzjoni mingħajr ittestjar, tal-istrixxi dojoq u l-gwarniċi għat-tond tal-metall għall-kisi ta' ġewwa koperti bl-istandard armonizzat EN 13658-1, tal-istrixxi dojoq u l-gwarniċi għat-tond tal-metall għall-kisi minn barra koperti bl-istandard armonizzat EN 13658-2 u tal-gwarniċi għat-tond tal-metall u l-profili metalliċi koperti bl-istandard armonizzat EN 14353, fir-rigward tar-reazzjoni tagħhom għan-nar Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 349, 5.12.2014, p. 29–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 349/29 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1293/2014
tas-17 ta' Lulju 2014
dwar il-kondizzjonijiet għall-klassifikazzjoni mingħajr ittestjar, tal-istrixxi dojoq u l-gwarniċi għat-tond tal-metall għall-kisi ta' ġewwa koperti bl-istandard armonizzat EN 13658-1, tal-istrixxi dojoq u l-gwarniċi għat-tond tal-metall għall-kisi minn barra koperti bl-istandard armonizzat EN 13658-2 u tal-gwarniċi għat-tond tal-metall u l-profili metalliċi koperti bl-istandard armonizzat EN 14353, fir-rigward tar-reazzjoni tagħhom għan-nar
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE (2) ġiet adottata sistema għall-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini rigward ir-reazzjoni tagħhom għan-nar. L-istrixxi dojoq u l-gwarniċi għat-tond tal-metall għall-kisi ta' ġewwa koperti bl-istandard armonizzat EN 13658-1, l-istrixxi dojoq u l-gwarniċi għat-tond tal-metall għall-kisi minn barra koperti bl-istandard armonizzat EN 13658-2 u l-gwarniċi għat-tond tal-metall u l-profili metalliċi koperti bl-istandard armonizzat EN 14353, b'wiċċ espost li għandu materjal organiku, huma fost il-prodotti għall-bini li għalihom tapplika din id-Deċiżjoni. |
(2) |
Dawn il-prodotti wrew li għandhom prestazzjoni stabbli u prevedibbli rigward ir-reazzjoni għan-nar meta jintużaw għat-twavel tal-ġipsum sabiex jiffurmaw kantunieri mal-ħitan peress li parti insinifikanti biss tal-wiċċ tirriskja li tkun esposta għan-nar. |
(3) |
Għalhekk, l-istrixxi dojoq u l-gwarniċi għat-tond tal-metall għall-kisi ta' ġewwa koperti bl-istandard armonizzat EN 13658-1, l-istrixxi dojoq u l-gwarniċi għat-tond tal-metall għall-kisi minn barra koperti bl-istandard armonizzat EN 13658-2 u l-gwarniċi għat-tond tal-metall u l-profili metalliċi koperti bl-istandard armonizzat EN 14353, b'wiċċ espost li għandu materjal organiku, għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-klassi E tar-reazzjoni tal-prestazzjoni għan-nar mingħajr il-bżonn ta' ittestjar, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-istrixxi dojoq u l-gwarniċi għat-tond tal-metall għall-kisi ta' ġewwa koperti bl-istandard armonizzat EN 13658-1, l-istrixxi dojoq u l-gwarniċi għat-tond tal-metall għall-kisi minn barra koperti bl-istandard armonizzat EN 13658-2 u l-gwarniċi għat-tond tal-metall u l-profili metalliċi koperti bl-istandard armonizzat EN 14353 għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-klassi E stabbilita fit-Tabella 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/KE, mingħajr ittestjar, b'wiċċ espost li għandu materjal organiku.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE tat-8 ta' Frar 2000 li timplementa d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' l-imġieba tar-reazzjoni għan-nar ta' prodotti għall-bini (ĠU L 50, 23.2.2000, p. 14).