Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0470

    2014/470/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, tas- 17 ta' Lulju 2014 li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea

    ĠU L 212, 18.7.2014, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/470/oj

    18.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 212/17


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni,

    tas-17 ta' Lulju 2014

    li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea

    (2014/470/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Fid-9 ta' Frar 2010, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni 2010/80/UE (2) dwar il-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea għall-perijodu sal-31 ta' Ottubru 2014.

    (2)

    Fl-ittra bid-data tat-18 ta' Ġunju 2014, is-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, President tal-Kummissjoni, informa lill-Kunsill li s-Sur Antonio TAJANI kien irriżenja mill-kariga tiegħu bħala Membru tal-Kummissjoni b'effett mit-30 ta' Ġunju 2014.

    (3)

    F'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, post battal ikkawżat b'riżenja għandu jimtela għall-bqija tal-mandat tal-Membru minn Membru ġdid tal-istess nazzjonalità.

    (4)

    Għalhekk, għandu jinħatar Membru ġdid tal-Kummissjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Bi qbil komuni mas-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, il-President tal-Kummissjoni, il-Kunsill jaħtar lis-Sur Ferdinando NELLI FEROCI bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-31 ta' Ottubru 2014.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. GOZI


    (1)  Opinjoni tas-16 ta' Lulju 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  ĠU L 38,11.2.2010, p. 7.


    Top