Choisissez les fonctionnalités expérimentales que vous souhaitez essayer

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 32013D0749

    2013/749/UE, Euratom: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 10 ta’ Diċembru 2013 li tawtorizza lill-Portugall biex juża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument C(2013) 8689)

    ĠU L 333, 12.12.2013, p. 81–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Statut juridique du document Plus en vigueur, Date de fin de validité: 31/12/2017: Cet acte a été modifié. Version consolidée actuelle: 28/11/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/749/oj

    12.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 333/81


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-10 ta’ Diċembru 2013

    li tawtorizza lill-Portugall biex juża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT

    (notifikata bid-dokument C(2013) 8689)

    (It-test bil-Portugiż biss huwa awtentiku)

    (2013/749/UE, Euratom)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 377 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), il-Portugall jista’ jkompli jeżenta t-tranżazzjonijiet elenkati fil-punti (2), (4), (7), (9), (10) u (13) tal-Parti B tal-Anness X, f’konformità mal-kundizzjonijiet li japplikaw f’dan l-Istat Membru fl-1 ta’ Jannar 1989; dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għad-determinar tal-bażi tar-riżorsi tal-VAT.

    (2)

    Il-Portugall talab awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex juża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT minħabba li mhuwiex f’pożizzjoni li jagħmel il-kalkolu preċiż tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (10) tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE. Kalkolu bħal dan x’aktarx li jinvolvi piż amministrattiv mhux ġustifikat meta wieħed iqis l-effett ta’ dawn it-tranżazzjonijet fuq il-bażi totali tal-Portugall tar-riżorsi proprji tal-VAT. Il-Portugall jinsab f’pożizzjoni li jagħmel kalkolu billi juża estimi approssimattivi għal din il-kategorija ta’ tranżazzjonijiet. Għalhekk, il-Portugall għandu jingħata l-awtorizzazzjoni biex jikkalkula l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT billi juża estimi approssimattivi f’konformità mat-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89.

    (3)

    Għall-finijiet ta’ trasparenza u ċertezza ġuridika, hu xieraq li jkun hemm limitu ta’ żmien għall-applikabilità tal-awtorizzazzjoni.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Sabiex tiġi kkalkolata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2013, il-Portugall huwa awtorizzat li juża estimi approssimattivi fir-rigward tal-kategoriji segwenti ta’ tranżazzjonijiet imsemmija fil-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE:

    Trasport tal-passiġġieri (il-punt 10).

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2017.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Portugall.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Janusz LEWANDOWSKI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9.

    (2)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


    Haut