Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0512

    2013/512/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta' Ottubru 2013 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lil ċerti Stati Membri għall-appoġġ ta’ studji ta’ sorveljanza volontarji dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel għall-istaġun 2013 - 2014 (notifikata bid-dokument C(2013) 6742)

    ĠU L 279, 19.10.2013, p. 67–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/512/oj

    19.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 279/67


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-17 ta' Ottubru 2013

    dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lil ċerti Stati Membri għall-appoġġ ta’ studji ta’ sorveljanza volontarji dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel għall-istaġun 2013 - 2014

    (notifikata bid-dokument C(2013) 6742)

    (It-testi bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Slovakk, bl-Ispanjol, u bl-Isvediż, biss huma awtentiċi)

    (2013/512/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-saħħa tan-naħal tal-għasel (2) tagħti ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet tal-Kummissjoni li diġà ttieħdu u li qed jittieħdu fir-rigward tas-saħħa tan-naħal tal-għasel fl-UE. Il-kwistjoni fis-suġġett prinċipali tal-Komunikazzjoni hija l-mortalità li qed tiżdied tan-naħal osservata madwar id-dinja.

    (2)

    Fl-2009, il-proġett tal-EFSA “Bee mortality and bee surveillance in Europe (3) ikkonkluda li b’mod ġenerali, is-sistemi ta’ sorveljanza fl-UE huma dgħajfa u hemm nuqqas ta’ dejta fil-livell tal-Istati Membri u nuqqas ta’ dejta komparabbli fil-livell tal-UE.

    (3)

    Sabiex tittejjeb id-disponibbiltà tad-dejta dwar il-mortalità tan-naħal, huwa xieraq li ċerti studji ta’ sorveljanza fl-Istati Membri dwar it-telf tan-naħal tal-għasel jingħataw assistenza u appoġġ.

    (4)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/362/UE (4) tat kontribuzzjoni finanzjarja għall-programmi ta’ studju ta’ sorveljanza volontarja dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel implimentati mill-Belġju, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Greċja, minn Spanja, minn Franza, mill-Italja, mil-Latvja, mil-Litwanja, mill-Ungerija, mill-Polonja, mill-Portugall, mis-Slovakkja, mill-Finlandja, mill-Isvezja u mir-Renju Unit għall-istaġjun 2012-2013.

    (5)

    L-istudji jipprevedu tliet żjarat fuq il-post fi mġiebaħ li għandhom isiru qabel ix-xitwa, wara x-xitwa u matul l-istaġun produttiv.

    (6)

    Huwa importanti f’dan it-tip ta’ studju li wieħed ikollu dejta komparabbli fir-rigward tat-telf li jinġabar fi snin differenti. Dan huwa partikolarment validu għal studji ta’ sorveljanza dwar it-telf tan-naħal tal-għasel minħabba li l-kundizzjonijiet klimatiċi jbiddlu r-riżultati b’mod sinifikanti. Għalhekk, jekk dawn l-istudji jsiru għal sena waħda biss jistgħu jagħtu biss dejta parzjali li ma toffrix biżżejjed raġunijiet biex wieħed jasal għall-konklużjonijiet jew it-tendenzi fuq telf bħal dan.

    (7)

    Għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, huwa opportun li jitkomplew l-istudji ta’ sorveljanza volontarja dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel fl-istaġun billi wieħed jibda bil-kontroll ta’ qabel ix-xitwa fil-ħarifa tal-2013, u jispiċċa bil-kontrolli ta’ wara x-xitwa u l-kontrolli ta’ staġun sħiħ produttiv fl-2014.

    (8)

    L-istudji li jridu jsiru fl-istaġun 2013-2014 huma bbażati fuq id-dokument “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses (5) maħruġ mil-laboratorju ta’ referenza tal-UE (EURL) għas-saħħa tan-naħal elenkat fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), li jipprovdi gwida għall-Istati Membri biex jelaboraw il-programmi ta’ studji ta’ sorveljanza volontarji tagħhom.

    (9)

    L-istess l-Istati Membri li ħadu sehem fl-ewwel studji ta’ sorveljanza volontarja dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel fl-2012-2013 kienu mistiedna jibagħtu lill-Kummissjoni l-programmi tagħhom għall-istaġun 2013-2014 bbażati fuq id-dokument tekniku tal-EURL għas-saħħa tan-naħal.

    (10)

    Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit ġabru programmi ta’ studji ta’ sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel b’konformità mad-dokument tekniku “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses” u talbu l-appoġġ finanzjarju tal-UE.

    (11)

    Għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-1 ta’ Lulju 2013 għall-programmi ta’ studju ta’ sorveljanza volontarja dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel implimentati mill-Belġju, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Greċja, minn Spanja, minn Franza, mill-Italja, mil-Latvja, mil-Litwanja, mill-Ungerija, mill-Polonja, mill-Portugall, mis- Slovakkja, mill-Finlandja, mill-Isvezja u mir-Renju Unit.

    (12)

    Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (7), il-miżuri veterinarji għandhom jiġu ffinanzjati skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għal finijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dak ir-Regolament.

    (13)

    Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jkun soġġett għall-kundizzjoni li l-programmi ta’ studju ta’ sorveljanza ppjanati fil-fatt ikunu twettqu u li l-awtoritajiet jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Kummissjoni u lil-EURL għas-saħħa tan-naħal tal-UE.

    (14)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   L-Unjoni għandha tagħti għajnuna finanzjarja għall-programmi ta’ studju ta’ sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel lill-Belġju, lid-Danimarka, lill-Ġermanja, lill-Estonja, lill-Greċja, lil Spanja, lil Franza, lill-Italja, lil-Latvja, lil-Litwanja, lill-Ungerija, lill-Polonja, lill-Portugall, lis-Slovakkja, lill-Finlandja, lill-Isvezja u lir-Renju Unit.

    2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni:

    (a)

    għandha tkun bir-rata ta’ 70 % tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-programmi ta’ studju ta’ sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel u speċifikata fl-Anness I għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014;

    (b)

    ma għandhiex taqbeż li ġej:

    (1)

    EUR 26 837 għall-Belġju;

    (2)

    EUR 116 417 għad-Danimarka;

    (3)

    EUR 160 445 għall-Ġermanja;

    (4)

    EUR 64 868 għall-Estonja;

    (5)

    EUR 78 421 għall-Greċja;

    (6)

    EUR 148 047 għal Spanja;

    (7)

    EUR 288 801 għal Franza;

    (8)

    EUR 142 212 għall-Italja;

    (9)

    EUR 86 310 għal-Latvja;

    (10)

    EUR 70 273 għal-Litwanja;

    (11)

    EUR 114 209 għall-Ungerija;

    (12)

    EUR 128 015 għall-Polonja;

    (13)

    EUR 29 159 għall-Portugall;

    (14)

    EUR 92 240 għas-Slovakkja;

    (15)

    EUR 117 416 għall-Finlandja;

    (16)

    EUR 74 389 għall-Isvezja;

    (17)

    EUR 109 871 għar-Renju Unit.”

    (c)

    ma għandhiex taqbeż EUR 348 għal kull żjara fil-miġbħa.

    Artikolu 2

    1.   Il-massimu tal-kontribuzzjoni globali awtorizzata minn din id-Deċiżjoni għall-ispejjeż imġarrba għall-programmi msemmija fl-Artikolu 1 huwa stabbilit għal EUR 1 847 930 u għandu jiġi ffinanzjat mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

    2.   L-infiq relatat mal-ispejjeż tal-persunal għat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju, għat-teħid ta’ kampjuni jew għall-monitoraġġ, u għall-oġġetti konsumabbli u għall-ispejjeż ġenerali relatati mal-istudji ta’ sorveljanza għandu jkunu eliġibbli skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness III.

    3.   L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha titħallas wara l-preżentazzjoni u l-approvazzjoni tar-rapporti u d-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fl-Artikolu 3(2) u (3).

    Artikolu 3

    1.   Il-programmi għandhom jitwettqu skont id-dokument tekniku “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses” u skont il-programmi ta’ studju ta’ sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel ippreżentati mill-Istati Membri.

    2.   Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja, u r-Renju Unit għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni:

    rapport tekniku intermedju mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu 2014 dwar l-ewwel żjara prevista fil-programm ta’ studju ta’ sorveljanza, u

    rapport tekniku finali mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2014 dwar it-tieni u t-tielet ż-żjara previsti fil-programm ta’ studju ta’ sorveljanza;

    ir-rapport tekniku għandu jkun konformi mal-mudell li jrid jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal.

    3.   Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit u għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni:

    verżjoni fuq il-karta u verżjoni elettronika tar-rapport finanzjarju miġbur skont l-Anness II mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014;

    fuq talba tal-Kummissjoni, id-dokumenti ta’ sostenn, li jixhdu l-infiq kollu msemmi fl-applikazzjoni għar-rimborż.

    4.   Ir-riżultat tal-istudji għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni u l-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Renju tal-Isvezja, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Ungerija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lis-Slovakkja, lir-Repubblika tal-Finlandja, u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

    (2)  COM(2010) 714 finali.

    (3)  disponibbli fuq: http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/154r.pdf

    (4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/362/UE tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lil ċerti Stati Membri għall-appoġġ ta’ studji ta’ sorveljanza volontarji dwar it-telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel (ĠU L 176, 6.7.2012, p. 65).

    (5)  disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/bees/docs/annex_i_pilot_project_en.pdf

    (6)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

    (7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1).


    ANNESS I

    SM

    Numru ta’ mġiebaħ

    Għadd ta’ żjajjar previsti fl-istudju ta’ sorveljanza għal kull miġbħa tan-naħal

    Spejjeż totali diretti

    (Testijet tal-laboratorju + żjajjar għat-teħid tal-kampjuni u għall-monitoraġġ)

    Spejjeż ġenerali

    (7 %)

    Spiża totali

    Kontribuzzjoni tal-UE

    (70 %)

    BE

    150

    3

    35 830

    2 508

    38 338

    26 837

    DK

    200

    3

    155 430

    10 880

    166 310

    116 417

    DE

    220

    3

    214 212

    14 995

    229 207

    160 445

    EE

    196

    3

    86 606

    6 062

    92 668

    64 868

    EL

    200

    3

    104 701

    7 329

    112 030

    78 421

    ES

    203

    3

    197 659

    13 836

    211 495

    148 047

    FR

    396

    3

    385 581

    26 991

    412 572

    288 801

    IT

    195

    3

    189 870

    13 291

    203 161

    142 212

    LV

    193

    3

    115 234

    8 066

    123 300

    86 310

    LT

    193

    3

    93 822

    6 568

    100 390

    70 273

    HU

    196

    3

    152 483

    10 674

    163 157

    114 209

    PL

    190

    3

    170 915

    11 964

    182 879

    128 015

    PT

    145

    3

    38 930

    2 725

    41 655

    29 159

    SK

    200

    3

    123 151

    8 621

    131 772

    92 240

    FI

    161

    3

    156 764

    10 973

    167 737

    117 416

    SE

    150

    3

    99 318

    6 952

    106 270

    74 389

    UK

    200

    3

    146 691

    10 268

    156 959

    109 871

    Spiża totali

     

     

    2 467 197

    172 703

    2 639 900

    1 847 930


    ANNESS II

    MUDELL TA’ RAPPORT FINANZJARJU DWAR L-ISTUDJI TA’ SORVELJANZA VOLONTARJA DWAR IT-TELF TA’ KOLONJI TAN-NAĦAL TAL-GĦASEL

    In-nefqa totali għall-proġett (spejjeż reali, VAT eskluża)

    Stat Membru:

     

    Numru ta’ mġiebaħ li saritilhom żjara:

     

     

    Numru totali ta’ kolonji kampjunati:


    Spejjeż tal-laboratorju

    Il-kategorija tal-persunal

    Nru ta’ ġranet tax-xogħol

    Ir-rata ta’ kuljum

    Spiża totali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Oġġetti konsumabbli (deskrizzjoni)

    Kwantità

    Spiża għal kull unità

    Spiża totali

     

     

     

     

     

     


    Teħid ta’ kampjuni u l-ispejjeż tal-monitoraġġ (żjajjar tal-imġiebaħ)

    Il-kategorija tal-persunal

    Nru ta’ ġranet tax-xogħol

    Ir-rata ta’ kuljum

    Spiża totali

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Oġġetti konsumabbli (deskrizzjoni)

    Kwantità

    Spiża għal kull unità

    Spiża totali

     

     

     

     

     

     

    Ċertifikazzjoni mill-benefiċjarju

    Niċċertifikaw li:

    in-nefqa imsemmija hawn fuq kienet magħmula fit-twettiq tax-xogħol deskritt fid-dokument tekniku “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses (1) u hija direttament relatata mal-implimentazzjoni tal-programm ta’ studju ta’ sorveljanza li għalih ingħata appoġġ finanzjarju skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/512/UE,

    in-nefqa saret tassew, ingħata rendikont preċiż għaliha u hija eleġibbli skont id-dispożizzjonijiet;

    id-dokumenti kollha ta’ evidenza marbuta man-nefqa huma disponibbli għall-finijiet ta’ verifika,

    l-ebda kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni ma ntalbet għall-proġetti elenkati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/512/UE.

    Data:

    Isem u firma tal-uffiċjal finanzjarju responsabbli:


    (1)  disponibbli fis-sit: http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/bees/docs/annex_i_pilot_project_en.pdf


    ANNESS III

    REGOLI TAL-ELIĠIBBILTÀ

    1.   Spejjeż tal-laboratorju

    L-ispejjeż tal-persunal għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż attwali attribwibbli max-xogħol (il-paga bażika, il-piżijiet soċjali u l-ispejjeż tal-irtirar) akkumulati waqt l-implimentazzjoni tal-istudju u tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju. Għal dan l-iskop għandhom jinżammu l-ħinijiet tax-xogħol fuq karta.

    Ir-rata ta’ kuljum se tiġi kkalkulata fuq ir-rata ta’ 220 jum tax-xogħol fis-sena.

    Ir-rimborż ta’ konsumibbli għandu jkun ibbażat fuq l-ispejjeż attwali mġarrba mill-Istati Membri biex iwettqu t-testijiet fil-laboratorju.

    L-ispejjeż tal-impjegati għal koordinazzjoni, ippjanar u t-trasport mhumiex eliġibbli. Il-kit tat-testijiet, ir-reaġenti u l-oġġetti konsumabbli kollha għandhom jiġu rimborżati biss jekk użati speċifikament fit-twettiq ta’ dawn it-testijiet.

    Il-varroa count (ħasil) li għandu jitwettaq fuq il-kolonji kollha miżjura fl-ewwel żjara u fuq kolonji simptomatiċi fiż-żjarat sussegwenti.

    Id-ditezzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-koleotteru tal-ġabsala (Aethina tumida) u l-araknidu Tropilaelaps) li għandhom jitwettqu fi spezzjoni klinika.

    Osservazzjoni klinika (inkluż l-osservazzjoni tas-sintomu tal-batteriji tal-larva, tan-nosema, tal-vajrusis) il-parassita mikrosporidjan (nosema spp.) l-għadd ta’ spori, il-kulturi, l-eżami mikroskopiku u t-testijiet bijokimiċi sabiex jiġi identifikat l- aġent kawżali Ewropew tal-batterji tal-larva (Melissococcus plutonius) u l-batterji tal-larva Amerikana (Paenibacillus larvae) fuq kolonji sintomatiċi.

    Il-batterji tal-larva Amerikana – konferma tal-identità tal- aġent kawżali tal-batterji tal-larva Amerikana u tal-batterji tal-larva Ewropea permezz tar-Reazzjoni Katina tal-Polimerażi (PCR) fuq kolonji sintomatiċi.

    Test tas-CBPV (PCR) fuq kolonji sintomatiċi.

    2.   L-ispejjeż tat-teħid ta’ kampjuni u tal-monitoraġġ

    l-ispejjeż għat-teħid ta’ kampjuni u l-monitoraġġ jistgħu jiġi rimborżati biss jekk ikunu direttament marbuta maż-żjarat tal-imġiebaħ u huma limitati għall-ħin li fil-fatt ikun tqatta’ fl-imġiebaħ. L-ispejjeż tal-persunal għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż tax-xogħol attribwibbli attwali (paga bażika, spejjeż soċjali u spejjeż tal-irtirar) miġbura fl-implimentazzjoni tal-istudju. Għal dan l-iskop għandhom jinżammu l-ħinijiet tax-xogħol fuq karta.

    Spejjeż tal-impjegati għal koordinazzjoni, ippjanar u t-trasport mhumiex eliġibbli.

    Ir-rata ta’ kuljum se tiġi kkalkulata fuq ir-rata ta’ 220 jum tax-xogħol fis-sena.

    Ir-rimborż ta’ oġġetti konsumabbli għandu jkun ibbażat fuq l-ispejjeż attwali magħmula mill-Istati Membri u għandhom jiġu rimborżati biss jekk użati speċifikament matul iż-żjarat fl-imġiebaħ.

    3.   Spejjeż ġenerali

    Tista’ tiġi ikklejmjata kontribuzzjoni b’rata fissa ta’ 7 % ikkalkulata fuq il-bażi tal-ispejjeż diretti eliġibbli kollha.

    4.   In-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tiġi espressa f’Euro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u t-taxxi l-oħra kollha.


    Top