Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0230

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 230/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 81, 21.3.2013, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/230(2)/oj

    21.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 81/32


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 230/2012

    tas-7 ta’ Diċembru 2012

    li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE,

    (2)

    Id-Direttiva 2011/92/UE tħassar id-Direttiva 85/337/KEE (2) tal-Kunsill, li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li b’hekk għandha konsegwentement titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

    (3)

    L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-test tal-punt 1a (Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE) fl-Anness XX tal-Ftehim ŻEE huwa mibdul b’li ġej:

    32011 L 0092: Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2011/92/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Atle LEIKVOLL


    (1)  ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1.

    (2)  ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top