Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0223(01)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 223/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 81, 21.3.2013, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/223(2)/oj

    21.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 81/25


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 223/2012

    tas-7 ta’ Diċembru 2012

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (1), irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1702/2003 (2), li jinsab inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-test tal-punt 66p (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

    32012 R 0748: Ir-regolament (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi..

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012 dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 (3), skont liema data tkun l-iżjed tard.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Atle LEIKVOLL


    (1)  ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1.

    (2)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

    (3)  ĠU L 76, 15.3.2012, p. 51.


    Top