Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0125

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 125/2011 tal- 11 ta’ Frar 2011 li jiffissa l-ammont tal-għajnuna li tinġieb ’il quddiem u l-għajnuna b’rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2011

    ĠU L 38, 12.2.2011, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/125/oj

    12.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 38/22


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 125/2011

    tal-11 ta’ Frar 2011

    li jiffissa l-ammont tal-għajnuna li tinġieb ’il quddiem u l-għajnuna b’rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2011

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2814/2000 tal-21 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta’ għajnuna li tinġieb ‘il quddiem ta’ ċerti prodotti tas-sajd (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 939/2001 tal-14 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward l-għoti tal-għajnuna b’rata fissa fuq ċerti prodotti tas-sajd (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi li tista’ tingħata għajnuna għall-kwantitajiet ta’ ċerti prodotti friski rtirati mis-suq u li jew ikunu ġew ipproċessati biex ikunu stabbilizzati u maħżuna jew ikunu ġew ippriservati.

    (2)

    L-iskop ta’ dik l-għajnuna huwa li jingħata inkoraġġiment xieraq lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi biex jipproċessaw jew jippriservaw il-prodotti rtirati mis-suq sabiex tkun evitata l-qerda tagħhom.

    (3)

    Il-livell tal-għajnuna ma għandux ikun tali li jfixkel il-bilanċ tas-suq għall-prodotti kkonċernati jew li joħloq tagħwiġ fil-kompetizzjoni.

    (4)

    Il-livell tal-għajnuna ma għandux jaqbeż l-ispejjeż tekniċi u finanzjarji marbuta mal-operazzjonijiet essenzjali għall-istabbilizzazzjoni u ħżin irreġistrati fl-Unjoni matul is-sena ta’ sajd li tkun ġiet qabel is-sena msemmija.

    (5)

    Sabiex ma tkunx imxekkla l-operazzjoni tas-sistema ta’ intervent fis-sena 2011, dan ir-Regolament għandu japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2011.

    (6)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għas-sena tas-sajd 2011, l-ammonti tal-għajnuna li tinġieb ’il quddiem imsemmijin fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 u l-ammonti tal-għajnuna b’rata fissa msemmijin fl-Artikolu 24(4) ta’ dak ir-Regolament huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

    (2)  ĠU L 326, 22.12.2000, p. 34.

    (3)  ĠU L 132, 15.5.2001, p. 10.


    ANNESS

    1.

    L-ammont tal-għajnuna li tinġieb ’il quddiem għall-prodotti elenkati fl-Anness I, (A) u (B) u għal-lingwata (Solea spp.) elenkata fl-Anness I, (C) għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

    Metodi ta’ pproċessar elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

    Għajnuna (f’EUR għal kull tunnellata)

    1

    2

    I.

    L-iffriżar u l-ħżin ta’ prodotti sħaħ, imnaddfa u bir-ras, jew ta’ prodotti mqattgħin

     

    Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus

    359

    Speċijiet oħra

    291

    II.

    Il-qtugħ fi fletti, l-iffriżar u l-ħżin

    400

    III.

    It-tmelliħ u/jew it-tnixxif u l-ħżin ta’ prodotti sħaħ, imnaddfa u bir-ras, jew ta’ prodotti mqattgħin jew fi fletti

    277

    IV.

    L-immarinar u l-ħżin

    260

    2.

    L-ammont tal-għajnuna li tinġieb ’il quddiem għall-prodotti l-oħra elenkati fl-Anness I(C) għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

    Metodi ta’ pproċessar u/jew ta’ preservazzjoni elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

    Prodotti

    Għajnuna (f’EUR għal kull tunnellata)

    1

    2

    3

    I.

    L-iffriżar u l-ħżin

    Ksampu

    (Nephrops norvegicus)

    327

    Dnieb tal-ksampu

    (Nephrops norvegicus)

    248

    II.

    It-tneħħija tar-ras, l-iffriżar u l-ħżin

    Ksampu

    (Nephrops norvegicus)

    293

    III.

    It-tisjir, l-iffriżar u l-ħżin

    Ksampu

    (Nephrops norvegicus)

    327

    Granċijiet li jittieklu

    (Cancer pagurus)

    248

    IV.

    Il-pasturizzazzjoni u l-ħżin

    Granċijiet li jittieklu

    (Cancer pagurus)

    392

    V.

    Il-ħżin ħaj f’tankijiet jew gaġeġ fissi

    Granċijiet li jittieklu

    (Cancer pagurus)

    210

    3.

    L-ammont tal-għajnuna b’rata fissa għall-prodotti elenkati fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

    Metodi ta’ pproċessar

    Għajnuna (f’EUR għal kull tunnellata)

    I.

    L-iffriżar u l-ħżin ta’ prodotti sħaħ, imnaddfa u bir-ras, jew ta’ prodotti mqattgħin

    291

    II.

    Il-qtugħ fi fletti, l-iffriżar u l-ħżin

    400


    Top