Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0334

    2010/334/CFSP: Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta’ sigurtà EU SSR GUINEA-BISSAU/1/2010 tal- 15 ta' Ġunju 2010 dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni tal-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GUINEA-BISSAU)

    ĠU L 151, 17.6.2010, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/334/oj

    17.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 151/18


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EU SSR GUINEA-BISSAU/1/2010

    tal-15 ta' Ġunju 2010

    dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni tal-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GUINEA-BISSAU)

    (2010/334/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/112/PESK tat-12 ta’ Frar 2008 dwar il-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GINEA BISSAW) (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Konformement mal-Artikolu 8(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK, il-Kunsill awtorizza l-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (minn hawn ‘il quddiem “KPS”), taħt l-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita t-tmexxija politika u strateġika tal-missjoni EU SSR GUINEA BISSAU, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap ta’ Missjoni.

    (2)

    Fil-5 ta’ Marzu 2008, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ir-Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta’ sigurtà komuni, il-KPS ħatar bid-Deċiżjoni EU SSR GUINEA-BISSAU/1/2008 (2) lis-Sur Juan Esteban VERASTEGUI bħala Kap ta’ Missjoni tal-missjoni EU SSR GUINEA-BISSAU tal-Unjoni Ewropea.

    (3)

    Ġie propost mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà li jinħatar is-Sur Fernando AFONSO biex jissostitwixxi lis-Sur Juan Esteban VERASTEGUI bħala Kap ta’ Missjoni tal-missjoni EU SSR GUINEA-BISSAU tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Lulju 2010,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sur Fernando AFONSO huwa b’dan maħtur bħala Kap ta’ Missjoni tal-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GUINEA-BISSAU), mill-1 ta’ Lulju 2010.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EU SSR GUINEA-BISSAU/1/2008 tal-5 ta’ Marzu 2008 hija b’dan imħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika sa meta tiskadi l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/112/PESK.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2010

    Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

    Il-President

    C. FERNÁNDEZ-ARIAS


    (1)  ĠU L 40, 14.2.2008, p. 11.

    (2)  ĠU L 73, 15.3.2008, p. 34


    Top