Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0548

    2009/548/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi mudell għall-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5174) (Test b’relevanza għaż-ŻEE )

    ĠU L 182, 15.7.2009, p. 33–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/548/oj

    15.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 182/33


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-30 ta’ Ġunju 2009

    li tistabbilixxi mudell għall-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5174)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2009/548/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentament tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), u b’mod partikolari it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2009/28/KE teżiġi li kull Stat Membru jadotta pjan ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli. Dawn il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu l-miri nazzjonali tal-Istati Membri għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli użata fit-trasport, l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ fl-2020, meta wieħed iqis l-effetti ta’ miżuri politiċi oħra konnessi mal-effiċjenza tal-enerġija fuq il-konsum finali tal-enerġija, u l-miżuri adegwati li għandhom jittieħdu biex jintlaħqu dawk il-miri nazzjonali totali, inkluża l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, trasferimenti ppjanati tal-istatistika jew proġetti konġunti, politiki nazzjonali biex jiġu żviluppati riżorsi tal-bijomassa eżistenti u jiġu mobilizzati riżorsi ġodda tal-bijomassa għal użi differenti, u l-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikoli 13 sa 19 tad-Direttiva 2009/28/KE.

    (2)

    Skont id-Direttiva 2009/28/KE, il-Kummissjoni għandha tadotta, sat-30 ta’ Ġunju 2009, mudell għall-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli li fih ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness VI għal dik id-Direttiva,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-mudell għall-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli meħtieġa skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/28/KE kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni qed jiġi adottat.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Andris PIEBALGS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.


    ANNESS

    KONTENUT

    1.

    Taqsira tal-politika nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli 35

    2.

    Konsum Finali tal-Enerġija Mistenni 2010-2020 35

    3.

    Miri u trajettorji għall-Enerġija Rinnovabbli 39

    3.1.

    Mira nazzjonali totali 39

    3.2.

    Miri u trajettorji skont is-settur 39

    4.

    Miżuri biex jintlaħqu l-miri 44

    4.1.

    Ħarsa fil-qosor lejn il-politiki u l-miżuri kollha għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli 44

    4.2.

    Miżuri speċifiċi biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti skont l-Artikoli 13, 14, 16 u l-Artikoli 17 sa 21 tad-Direttiva 2009/28/KE 44

    4.2.1.

    Proċeduri amministrattivi u ppjanar tal-ispazju (l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/28/KE) 44

    4.2.2.

    Speċifikazzjonijiet tekniċi (l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2009/28/KE) 45

    4.2.3.

    Bini (l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2009/28/KE) 45

    4.2.4.

    Dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni (l-Artikoli 14(1), 14(2) u 14(4) tad-Direttiva 2009/28/KE) 46

    4.2.5.

    Ċertifikazzjoni tal-installaturi (l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2009/28/KE) 46

    4.2.6.

    Żvilupp ta’ infrastrutturi tal-elettriku (l-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 16(3) sa (6) tad-Direttiva 2009/28/KE) 47

    4.2.7.

    Tħaddim ta’ netwerk tal-elettriku (l-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 16(7) u (8) tad-Direttiva 2009/28/KE) 47

    4.2.8.

    Integrazzjoni tal-bijogass fin-netwerk tal-gass naturali (l-Artikolu 16(7) u l-Artikolu 16(9) u (10) tad-Direttiva 2009/28/KE) 48

    4.2.9.

    Żvilupp ta’ infrastruttura għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali (l-Artikolu 16(11) tad-Direttiva 2009/28/KE) 48

    4.2.10.

    Bijofjuwils u bijolikwidi oħra – kriterji tas-sostenibilità u l-verifika tal-konformità (l-Artikoli 17 sa 21 tad-Direttiva 2009/28/KE) 48

    4.3.

    Skemi ta’ appoġġ għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fl-elettriku applikati mill-Istat Membru jew grupp ta’ Stati Membri 49

    4.4.

    Skemi ta’ appoġġ għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ applikati mill-Istat Membru jew grupp ta’ Stati Membri 51

    4.5.

    Skemi ta’ appoġġ għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fit-trasport applikati mill-Istat Membru jew grupp ta’ Stati Membri 51

    4.6.

    Miżuri speċifiċi għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija mill-bijomassa 52

    4.6.1.

    Provvista ta’ bijomassa: kemm domestika kif ukoll kummerċjali 52

    4.6.2.

    Miżuri biex titkabbar id-disponibilità tal-bijomassa, b’konsiderazzjoni ta’ utenti oħra tal-bijomassa (setturi tal-agrikoltura u bbażati fuq il-foresti) 55

    4.7.

    Użu ppjanat ta’ trasferimenti tal-istatistika bejn Stati Membri u parteċipazzjoni ppjanata f’proġetti konġunti ma’ Stati Membri oħra u pajjiżi terzi 56

    4.7.1.

    Aspetti ta’ proċedura 56

    4.7.2.

    Produzzjoni żejda stmata ta’ enerġija rinnovabbli meta mqabbla mat-trajettorja indikattiva li tista’ tiġi trasferita lil Stati Membri oħra 56

    4.7.3.

    Potenzjal stmat għal proġetti konġunti 56

    4.7.4.

    Talba stmata għal enerġija rinnovabbli li għandha tiġi sodisfatta b’mezzi oħra minbarra l-produzzjoni domestika 57

    5.

    Valutazzjonijiet 57

    5.1.

    Kontribut totali mistenni ta’ kull teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli biex jintlaħqu l-miri jorbtu tal-2020 u t-trajettorja interim indikattiva għas-sehem tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fl-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport 57

    5.2.

    Kontribut totali mistenni mill-miżuri għall-effiċjenza tal-enerġija u għat-tnaqqis fl-użu tal-enerġija biex jintlaħqu l-miri jorbtu tal-2020 u t-trajettorja interim indikattiva għall-ishma tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fl-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport 61

    5.3.

    Valutazzjoni tal-impatti (Mhux obbligatorja) 61

    5.4.

    Tħejjija tal-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli u t-tkomplija tal-implimentazzjoni tiegħu 62

    Mudell tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (NREAPs)

    Id-Direttiva 2009/28/KE teżiġi li Stati Membri jissottomettu Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (NREAP) lill-Kummissjoni Ewropea sat-30 ta’ Ġunju 2010. Dan hu l-mudell għal dawn il-Pjanijiet ta’ Azzjoni. Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/28/KE, l-użu tal-mudell huwa obbligatorju.

    L-iskop tal-mudell hu li jiġi żgurat li l-NREAPs ikunu kompluti, ikopru r-rekwiżiti kollha stabbiliti fid-Direttiva u jkunu jistgħu jitqabblu r-rapporti biennali dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva ma’ xulxin u ma’ ta’ Stati Membri futuri.

    Meta jimlew il-mudell, l-Istati Membri għandhom jkunu konformi mad-definizzjonijiet, ir-regoli tal-kalkolazzjoni u t-terminoloġija stabbiliti fid-Direttiva 2009/28/KE. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jużaw id-definizzjonijiet, ir-regoli tal-kalkolazzjoni u t-terminoloġija tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill  (1) .

    Informazzjoni addizzjonali tista’ tiġi pprovduta jew fl-istruttura preskritta tal-Pjan ta’ Azzjoni jew bl-inklużjoni ta’ annessi.

    Is-siltiet fil-korsiv għandhom l-għan li jiggwidaw lill-Istati Membri fit-tħejjija tal- NREAP tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jħassru dawn is-siltiet fil-verżjoni tal- NREAP li jissottomettu lill-Kummissjoni.

    Il-Kummissjoni tfakkar lill-Istati Membri li kull skema nazzjonali tal-appoġġ għandha tirrispetta r-regoli tal-għajnuna mill-istat kif previsti fl-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE. In-notifika tal-NREAPs ma tieħux post in-notifika tal-għajnuna mill-istat skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE.

    1.   TAQSIRA TAL-POLITIKA NAZZJONALI GĦALL-ENERĠIJA RINNOVABBLI

    Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni qasira tal-politika nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli li tiddeskrivi l-għanijiet tal-politika (bħas-sigurtà tal-provvista, benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u soċjali) u l-linji tal-azzjoni strateġiċi prinċipali.

    2.   KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA MISTENNI 2010-2020

    F’din it-taqsima, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-estimi tagħhom tal-konsum gross finali ta’ kull tip ta’ enerġija (minn sorsi kemm rinnovabbli kif ukoll konvenzjonali), b’kollox u skont is-settur, fil-perijodu sal-2020.

    Dawn l-estimi jridu jqisu wkoll l-effetti mistennija tal-miżuri għall-effiċjenza u t-tnaqqis fl-użu tal-enerġija li għandhom jiġu introdotti f’dan il-perijodu. Taħt it-titolu “xenarju ta’ referenza” għandu jiġi preżentat xenarju li jqis biss il-miżuri għall-effiċjenza u t-tnaqqis fl-użu tal-enerġija adottati qabel l-2009. Taħt it-titolu “xenarju ta’ effiċjenza addizjonali tal-enerġija” għandu jiġi preżentat xenarju li jqis il-miżuri kollha li għandhom jiġi adottati mill-2009. L-elaborazzjoni tal-partijiet l-oħra tal-NREAP hi bbażata fuq dan ix-xenarju ta’ effiċjenza addizzjonali tal-enerġija.

    Bit-terminu “konsum għat-tisħin u t-tkessiħ” wieħed għandu jifhem is-sħana prodotta (sħana mibjugħa), kif ukoll il-konsum finali tal-kommoditajiet kollha l-oħra tal-enerġija minbarra l-elettriku f’setturi tal-użu finali bħall-industrija, id-djar, is-servizzi, l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd. Il-kunċett tat-tisħin u t-tkessiħ allura jkopri ukoll il-kunċett tal-konsum finali tal-enerġija għall-ipproċessar. L-elettriku jista’ jintuża wkoll għat-tisħin u t-tkessiħ fil-konsum finali, imma dan l-elettriku hu kopert fil-mira tal-elettriku, għalhekk qed jiġi eskluż hawnhekk.

    Skont l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2009/28/KE, bil-għan li titkejjel il-konformità mal-mira tal-2020 u t-trajjetorja interim, l-ammont ta’ enerġija kkunsmat fl-avjazzjoni għandu jitqies bħala mhux aktar minn 6,18 % tal-konsum gross finali tal-enerġija tal-Istat Membru (4,12 % għal Ċipru u Malta). L-aġġustamenti xierqa (jekk dawn jeżistu) jistgħu jsiru fit-tabella. Il-kaxxa turi kif dawn għandhom jiġu kkalkolati

    KAXXA – Kif għandu jiġi Kkalkolat il-‘mekkaniżmu tal-capping tal-avjazzjoni’ fid-Direttiva għall-Enerġija Rinnovabbli

    Nassumu li f’Pajjiż A s-sehem mill-konsum tal-enerġija tal-avjazzjoni (AEC) mit-total tal-konsum gross finali tal-enerġija (GFEC) huwa X:

    X = AEC/GFEC

    Nassumu li X> 6,18 %

    F’din il-każ il-limitu jimplika li għall-iskop tal-valutazzjoni tal-konformità,

    GFECaġġustat = GFEC – AEC + AECaġġustat

    fejn AECaġġustat = 0,0618 * GFEC

    Fi kliem ieħor

    GFECaġġustat = GFEC – AEC + 0,0618 * GFEC=

    GFEC – X*GFEC + 0,0618 * GFEC=

    GFEC * (1,0618 – X)

    L-“aġġustament” bħala % tal-GFEC reali u bħala funzjoni ta’ X ikun allura

    Aġġustament= (GFEC – GFECaġġustat)/GFEC =

    X – 0,0618

    Fil-każ ta’ Ċipru u Malta, ċ-ċifri 4,12 % u 0,0412 għandhom jissostitwixxu ċ-ċifri 6,18 % u 0,0618 rispettivament.

    Tabella 1

    Konsum gross finali tal-enerġija mistenni ta’ [Stat Membru] għat-tisħin u t-tkessiħ, l-elettriku u t-trasport sal-2020 b’kunsiderazzjoni tal-effetti tal-miżuri tal-effiċjenza u t-tnaqqis fl-użu tal-enerġija  (2) 2010-2020 (ktoe)

     

    2005

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    sena bażi

    xenarju ta’ referenza

    effiċjenza addizzjonali tal-enerġija

    xenarju ta’ referenza

    effiċjenza addizzjonali tal-enerġija

    xenarju ta’ referenza

    effiċjenza addizzjonali tal-enerġija

    xenarju ta’ referenza

    effiċjenza addizzjonali tal-enerġija

    xenarju ta’ referenza

    effiċjenza addizzjonali tal-enerġija

    (1)

    tisħin u tkessiħ (3)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (2)

    elettriku (4)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (3)

    trasport skont l-Art. 3(4)a (5)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (4)

    Konsum gross finali ta’ enerġija (6)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Il-kalkolazzjoni li ġejja hi meħtieġa biss jekk il-konsum finali tal-enerġija għall-avjazzjoni mistenni jkun ogħla minn 6,18 % (4,12 % għal Malta u Ċipru):

    Konsum finali għall-avjazzjoni

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Tnaqqis għal-limitu tal-avjazzjoni (7) l-Art. 5(6)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Konsum TOTALI wara t-tnaqqis għal-limitu tal-avjazzjoni

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


     

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    xenarju ta’ referenza

    effiċjenza addizzjonali tal-enerġija

    xenarju ta’ referenza

    effiċjenza addizzjonali tal-enerġija

    xenarju ta’ referenza

    effiċjenza addizzjonali tal-enerġija

    xenarju ta’ referenza

    effiċjenza addizzjonali tal-enerġija

    xenarju ta’ referenza

    effiċjenza addizzjonali tal-enerġija

    xenarju ta’ referenza

    effiċjenza addizzjonali tal-enerġija

    (1)

    tisħin u tkessiħ (3)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (2)

    elettriku (4)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (3)

    trasport bħal fl-Art. 3(4)a (5)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (4)

    Konsum gross finali tal-enerġija (6)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Il-kalkolazzjoni li ġejja hi meħtieġa biss jekk il-konsum finali tal-enerġija għall-avjazzjoni mistenni jkun ogħla minn 6,18 % (4,12 % għal Malta u Ċipru):

    Konsum finali għall-avjazzjoni

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Tnaqqis għal-limitu tal-avjazzjoni (7) l-Art. 5(6)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Konsum TOTALI wara t-tnaqqis għall-avjazzjoni

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    3.   MIRI U TRAJETTORJI GĦALL-ENERĠIJA RINNOVABBLI

    3.1.   Mira nazzjonali totali

    Tabella 2

    Il-mira nazzjonali totali għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum gross finali tal-enerġija fiċ-ċifri tal-2005 u l-2020 (ċifri li għandhom jiġu traskritti mill-Parti A tal-Anness I għad-Direttiva 2009/28/KE):

    (A)

    Sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum gross finali tal-enerġija fl-2005 (S2005) (%)

     

    (B)

    Mira tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum gross finali tal-enerġija fl-2020 (S2020) (%)

     

    (C)

    Konsum totali aġġustat tal-enerġija mistenni fl-2020 (mit-Tabella 1, l-aħħar kaxxa) (ktoe)

     

    (D)

    L-ammont mistenni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli li jikkorrispondi għall-mira tal-2020 (kalkolat bħala BxC) (ktoe)

     

    L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jikkunsidraw il-miżuri ta’ flessibilità fl-Artikoli 6, 7, 8 u 11 tad-Direttiva 2009/28/KE bil-ħsieb li jqiegħdu xi ftit mill-konsum tagħhom tal-enerġija rinnovabbli disponibbli biex jgħodd għall-miri ta’ Stat(i) Membru/i ieħor/oħra – jew bil-ħsieb li jgħoddu l-enerġija minn sorsi rinnovabbli użata fi Stat(i) Membru/i oħra għall-miri tagħhom stess. Barra minn dan, jistgħu jużaw importazzjonijiet fiżiċi minn pajjiżi terzi ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2009/28/KE.

    Kull valutazzjoni tal-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli ta’ pajjiżek jista’ jiġi mehmuż fl-anness.

    Kull mira tal-enerġija rinnovabbli fuq livell reġjonali jew fi bliet ewlenin jew f’industriji li jikkunsmaw l-aktar enerġija li jappoġġjaw il-mira nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli jistgħu wkoll jiġu mehmuża fl-anness.

    3.2.   Miri u trajettorji settorjali

    Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/28/KE, l-Istati Membri huma meħtieġa jistabbilixxu l-miri tagħhom għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-2020 fis-setturi li ġejjin:

    tisħin u tkessiħ;

    elettriku;

    trasport.

    It-total tat-tliet miri settorjali, tradott f’volumi mistennija (ktoe)inkluż l-użu ppjanat ta’ miżuri ta’ flessibilità, għandu jkun mill-anqas daqs l-ammont mistenni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli li jikkorrispondi għall-mira tal-Istat Membru għall-2020 (kif rappurtat fl-aħħar kaxxa tat-Tabella 2).

    Barra minn hekk, il-mira għat-trasport, li għandha tkun kumpatibbli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/28/KE għal sehem ta’ 10 % mill-enerġija rinnovabbli għat-trasport. Madankollu, wieħed irid jinnota li l-kalkolazzjoni tal-konformità mal-mira tal-Artikolu 3(4) tvarja mill-kalkolazzjoni tal-kontribut tat-trasport għall-mira totali nazzjonali tal-Istat Membru għall-enerġija rinnovabbli.

    Għall-mira għat-trasport, u mhux għall-mira totali:

    Fost il-prodotti taż-żejt, il-petrol u d-diżil biss jgħoddu għad-denominatur. Dan ifisser li l-pitrolju/il-fjuwil tal-avjazzjoni u ż-żejt tal-fjuwil użat fit-tbaħħir ma jgħoddux (għalkemm id-diżil użat minn xi ferroviji u xi bastimenti li jbaħħru f’passaġġi tal-ilmijiet interni jgħodd);

    Bijofjuwils minn skart, residwi, materjal taċ-ċelluloża mhux mill-ikel u materjal tal-linjoċelluloża jgħoddu doppju għan-numeratur;

    L-elettriku minn sorsi rinnovabbli użat f’vetturi tat-triq jgħodd għal 2.5 dardiet għan-numeratur u d-denominatur.

    Skont l-Artikolu 3(4)(c) tad-Direttiva 2009/28/KE biex jiġi kkalkulat il-kontribut tal-elettriku prodott minn sori rinnovabbli u użat f’vetturi elettriċi, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw jew is-sehem medju tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-Komunità, jew is-sehem tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’pajjiżhom stess, kif imkejjel sentejn qabel is-sena inkwistjoni. Għall-istima tas-sehem medju ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jużaw ix-xenarji futuri mħejjija mill-Kummissjoni Ewropea jew għaliha  (8).

    Minbarra li jistabbilixxu miri settorjali għall-2020, l-Istati Membri għandhom ukoll jiddeskrivu t-trajettorja li jistennew lit-tkabbir tal-użu tal-enerġija rinnovabbli f’kull settur isegwi bejn l-2010 u l-2020. Il-miri settorjali rinnovabbli għall-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ tat-trajettorji settorjali huma estimi.

    It-Tabella 3 titlob lill-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni imsemmija hawn fuq.

    Meta jimlew it-tabella, l-Istati Membri jistgħu jikkonsultaw l-analiżi aktar dettaljata tal-użu mistenni tal-enerġija rinnovabbli meħtieġa fit-Tabella 9. It-Tabelli tal-kalkolazzjoni 4a u 4b jipprovdu gwida għat-tħejjija tat-Tabella 3.

    Id-Direttiva teżiġi lill-Istati Membri jippubblikaw u jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-previżjoni tagħhom għall-użu tal-miżuri ta’ flessibilità sal-31 Diċembru 2009. L-Istati Membri jistgħu jikkonsultaw din il-previżjoni meta jimlew il-partijiet rilevanti tat-Tabella 4a. Madankollu, fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni tagħhom, l-Istati Membri mhumiex mitluba jużaw l-istess ċifri li jkunu taw fid-dokumenti tal-previżjoni tagħhom. B’mod partikolari, forsi jkunu jixtiequ jemendaw iċ-ċifri fid-dawl tal-informazzjoni f’dokumenti tal-previżjoni ta’ Stati Membri oħra.

    Tabella 3

    Mira u trajettorja nazzjonali stmati għall-2020 tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ, l-elettriku u t-trasport

    (It-tabelli tal-kalkolazzjoni 4a u 4b mistennija jiggwidaw it-tħejjija tat-Tabella 3.)

     

    2005

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    RES-H&C (9) (%)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    RES-E (10) (%)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    RES-T (11) (%)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Sehem totali RES (12) (%)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Li minnu mill-mekkaniżmu tal-koperazzjoni  (13) (%)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Żejjed għall-mekkaniżmu tal-koperazzjoni  (13) (%)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    Bħala l-Parti B tal-Anness I għad-Direttiva

     

     

    2011-2012

    2013-2014

    2015-2016

    2017-2018

     

    2020

     

     

    S2005 + 20 %

    (S2020-S2005)

    S2005 + 30 %

    (S2020-S2005)

    S2005 + 45 %

    (S2020-S2005)

    S2005 + 65 %

    (S2020-S2005)

     

    S2020

    Trajettorja minima RES (14) (%)

     

     

     

     

     

     

     

     

    Trajettorja minima RES (ktoe)

     

     

     

     

     

     

     

     

    Tabella 4a

    Tabella tal-kalkolazzjoni għall-kontribut ta’ enerġija rinnovabbli ta’ kull settur għall-konsum finali tal-enerġija

    (ktoe)

     

    2005

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    (A)

    Konsum gross finali mistenni ta’ RES għat-tisħin u t-tkessiħ

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (B)

    Konsum gross finali mistenni ta’ elettriku minn RES

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (C)

    Konsum finali mistenni ta’ enerġija minn RES fit-trasport

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (D)

    Konsum totali mistenni ta’ RES (15)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (E)

    Trasferiment mistenni ta’ RES lil Stati Membri oħra

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (F)

    Trasferiment mistenni ta’ RES minn Stati Membri oħra u terzi pajjiżi

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (G)

    Konsum ta’ RES mistenni aġġustat għall-mira (D)-(E)+(F)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    Tabella 4b

    Tabella tal-kalkolazzjoni għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-trasport

    (ktoe)

     

    2005

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    (C)

    Konsum mistenni ta’ RES fit-trasport (16)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (H)

    Elettriku RES mistenni fit-trasport bit-triq (17)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (I)

    Konsum mistenni ta’ bijofjuwils minn skart, residwi, materjal taċ-ċelluloża mhux mill-ikel u linjoċellulożiku fit-trasport t (17)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    (J)

    Kontribut mistenni RES lit-trasport għall-mira RES-T: (C)+(2,5-1)x(H)+(2-1)x(I)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    4.   MIŻURI GĦALL-KSIB TAL-MIRI

    4.1.   Deskrizzjoni tal-politiki u l-miżuri kollha għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli

    Tabella 5

    Deskrizzjoni tal-politiki u l-miżuri kollha

    Isem u referenza tal-miżura

    Tip ta’ miżura (*)

    Riżultat mistenni (**)

    Grupp u/jew attività fil-mira (***)

    Eżistenti jew ippjanata

    Dati tal-bidu u t-tmiem tal-miżura

    1.

     

     

     

     

     

    2.

     

     

     

     

     

    3.

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    4.2.   Miżuri speċifiċi biex jintlaħqu r-rekwiżiti fl-Artikoli 13, 14, 16 u l-Artikoli 17 sa 21 tad-Direttiva 2009/28/KE

    4.2.1.    Proċeduri amministrattivi u ppjanar tal-ispazju (l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/28/KE)

    Meta jwieġbu l-mistoqsijiet li ġejjin, l-Istati Membri huma mitluba jispjegaw ir-regoli nazzjonali, reġjonali u lokali fis-seħħ dwar il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-liċenzji applikati għall-impjanti u l-infrastrutturi ta’ netwerks tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni assoċjati għall-produzzjoni ta’ elettriku, tisħin jew tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, u għall-proċess tat-trasformazzjoni tal-bijomassa ġo bijofjuwils jew prodotti oħra tal-enerġija. Fejn jenħtieġu passi oħra biex jiġi żgurat li l-proċeduri huma proporzjonati u meħtieġa, l-Istati Membri huma mitluba wkoll li jiddeskrivu r-reviżjonijiet ippjanati, ir-riżultati mistennija u l-awtorità responsabbli biex twettaq dawn ir-reviżjonijiet. Meta l-informazzjoni tkun speċifika għat-teknoloġija, jekk jogħġbok indika dan. Meta awtoritajiet reġjonali/lokali jkollhom rwol sostanzjali, jekk jogħġbok spjega dan ukoll.

    (a)

    Lista ta’ leġiżlazzjoni eżistenti nazzjonali u, jekk applikabbli, leġiżlazzjoni reġjonali dwar il-proċeduri tal-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni, l-liċenzi u l-ippjanar tal-ispazju li japplikaw għall-impjanti u l-infrastruttura ta’ netwerks assoċjati tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni:

    (b)

    Ministeru/i jew awtoritajiet responsabbli u l-kompetenzi tagħhom fil-qasam:

    (c)

    Reviżjoni prevista bil-ħsieb li jittieħdu passi xierqa kif deskritt fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/28/KE sa: [data]

    (d)

    Taqsira tal-miżuri eżistenti u ppjanati fuq livelli reġjonali/lokali (fejn rilevanti):

    (e)

    Huma skoperti ostakli mhux meħtieġa jew rekwiżiti mhux proporzjonati relatati mal-proċeduri tal-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-liċenzji applikati għall-impjanti u l-infrastrutturi ta’ netwerks assoċjati tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni għall-produzzjoni ta’ elettriku, tisħin jew tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, u mal-proċess ta’ trasformazzjoni tal-bijomassa f’bijofjuwils jew prodotti oħra tal-enerġija? Jekk iva, x’inhuma?

    (f)

    Liema livell ta’ amministrazzjoni (lokali, reġjonali u nazzjonali) huwa responsabbli għall-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-liċenzji ta’ stallazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli u għall-ippjanar tal-ispazju?(Jekk dan jiddependi fuq it-tip ta’ stallazzjoni, jekk jogħġbok speċifika). Jekk aktar minn livell wieħed hu involut, kif tiġi ġestita l-koordinazzjoni bejn il-livelli differenti? Kif se tittejjeb il-koordinazzjoni bejn awtoritajiet responsabbli differenti fil-ġejjieni?

    (g)

    Kif jiġi żgurat li tkun disponibbli informazzjoni komprensiva dwar l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-liċenzji u dwar l-assistenza lill-applikanti? Liema informazzjoni u assistenza hi disponibbli lill-applikanti potenzjali għal stallazzjonijiet ġodda ta’ enerġija rinnovabbli fuq l-applikazzjonijiet tagħhom?

    (h)

    Kif inhi faċilitata l-koordinazzjoni orizzontali bejn korpi amministrattivi differenti, responsabbli għall-partijiet differenti tal-permess? Kemm jenħtieġu passi proċedurali biex jirċievu l-awtorizzazzjoni/il-liċenzja/il-permess finali? Jeżisti one-stop shop għall-koordinazzjoni tal-passi kollha? L-iskedi għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet jiġu kkomunikati bil-quddiem? X’inhu ż-żmien medju għall-ksib ta’ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni?

    (i)

    Il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni jikkunsidraw l-ispeċifitajiet tat-teknoloġiji differenti tal-enerġija rinnovabbli? Jekk iva, jekk jogħġbok għid kif. Jekk le, taħseb li tikkunsidrahom fil-ġejjieni?

    (j)

    Hemm proċeduri speċifiċi, per eżempju notifika sempliċi, għal stallazzjonijiet fuq skala żgħira u deċentralizzati (bħal pannelli tax-xemx fuq bini jew bojlers tal-bijomassa f’bini)? Jekk iva, x’inhuma l-passi proċedurali? Ir-regoli huma disponibbli pubblikament għaċ-ċittadini? Fejn jiġu ppubblikati? Hija maħsuba l-introduzzjoni fil-ġejjieni ta’ proċeduri simplifikati tan-notifika? Jekk iva, għal liema tipi ta’ stallazzjoni/sistema? (Il-metraġġ nett huwa possibbli?)

    (k)

    Fejn jiġu ppubblikati l-miżati assoċjati ma’ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni/il-liċenzji/il-permessi għal stallazzjonijiet ġodda? Huma relatati mal-ispejjeż amministrattivi għall-għoti ta’ dawn il-permessi? Hemm xi pjan biex dawn il-miżati jiġu rriveduti?

    (l)

    Hemm iggwidar uffiċjali disponibbli għal korpi amministrattivi lokali u reġjonali għall-ippjanar, l-iddisinjar, il-bini u r-rinnovazzjoni ta’ żoni industrijali u residenzjali biex jiġu installati apparati u sistemi li jużaw sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ, inkluż it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali? Jekk dan l-iggwidar uffiċjali mhuwiex disponibbli jew suffiċjenti, kif u meta se tiġi indirizzata din il-ħtieġa?

    (m)

    Jeżisti taħriġ speċifiku għal min imexxi l-każijiet tal-proċeduri tal-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-liċenzji ta’ stallazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli?

    4.2.2.    Speċifikazzjonijiet tekniċi (l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2009/28/KE)

    (a)

    Biex igawdu minn skemi tal-appoġġ it-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli għandhom bżonn jissodisfaw ċerti standards ta’ kwalità? Jekk, iva liema stallazzjonijiet u liema standards ta’ kwalità? Hemm standards nazzjonali, reġjonali li jmorru lil hinn mill-istandards Ewropej?

    4.2.3.    Bini (l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2009/28/KE)

    Jekk jogħġbok innota li meta wieħed jirreferi għaż-żieda fl-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-bini, il-provvista ta’ elettriku rinnovabbli mis-sistema tad-distribuzzjoni nazzjonali ma għandhiex tiġi kkunsidrata. L-iffukar hawn qiegħed fuq iż-żieda fil-provvista lokali ta’ tisħin u/jew elettriku lil bini individwali. Il-provvista diretta ta’ sħana jew tkessiħ permezz ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali tista’ titqies wkoll.

    (a)

    Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u reġjonali eżistenti (jekk teżisti) u taqsira tal-leġiżlazzjoni lokali dwar iż-żieda fis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-kostruzzjoni:

    (b)

    Ministeru/i jew awtorità/jiet responsabbli:

    (c)

    Reviżjoni tar-regoli, jekk jeżistu, ippjanata sa: [data]

    (d)

    Taqsira tal-miżuri eżistenti u ppjanati fuq livelli reġjonali/lokali:

    (e)

    Jeżistu livelli minimi għall-użu tal-enerġija rinnovabbli fir-regolamentazzjoni u l-kodiċijiet tal-kostruzzjoni? F’liema żoni ġeografiċi u x’inhuma dawn ir-rekwiżiti? (Jekk jogħġbok agħti fil-qosor.) B’mod partikolari, liema miżuri ddaħħlu f’dawn il-kodiċijiet biex jiġi żgurat li jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli użata fis-settur tal-bini? X’inhuma l-pjanijiet għall-ġejjieni relatati ma’ dawn ir-rekwiżiti/il-miżuri?

    (f)

    X’inhi ż-żieda proġettata tal-użu tal-enerġija rinnovabbli sal-2020? (Jekk possibbli agħmel differenza bejn residenzjali – “unità waħda” u “unità multipla”, kummerċjali, pubbliku u industrijali.) (Biex twieġeb din il-mistoqsija tista’ tuża tabella bħat-Tabella 6 hawn taħt. Id-dejta tista’ tingħata għal kull sena, jew għal snin magħżula. Kemm il-konsum għat-tisħin u t-tkessiħ u tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandhom jiġu inklużi.)

    Tabella 6

    Sehem stmat tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini

    (%)

     

    2005

    2010

    2015

    2020

    Residenzjali

     

     

     

     

    Kummerċjali

     

     

     

     

    Pubbliku

     

     

     

     

    Industrijali

     

     

     

     

    TOTAL

     

     

     

     

    (g)

    Ġew kkunsidrati obbligi ta’ livelli minimi tal-enerġija rinnovabbli f’bini ġdid u li għadu kif ġie rrinnovat fil-politika nazzjonali? Jekk iva, x’inhuma dawn il-livelli? Jekk le, kif se tiġi esplorata l-konvenjenza ta’ din l-opzjoni tal-politika sal-2015?

    (h)

    Jekk jogħġbok iddeskrivi l-pjani biex jiġi żgurat ir-rwol eżemplari tal-bini pubbliku fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali bl-użu ta’ stallazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli jew billi jinbidel f’bini b’enerġija żero mill-2012 ‘il quddiem. (Jekk jogħġbok ikkunsidra r-rekwiżiti taħt l-EPBD).

    (i)

    Kif jiġu promossi teknoloġiji enerġetikament effikaċi tal-enerġija rinnovabbli fil-bini? (Dawn il-miżuri jistgħu jikkonċernaw bojlers tal-bijomassa, pompi tas-sħana u apparat solari termiku li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eko-tikketta jew standards oħra żviluppati fuq livell nazzjonali jew tal-Komunità [cf. test tal-Artikolu 13(6)]).

    4.2.4.    Dispożizzjonijiet tal-informazzjoni (l-Artikoli 14(1), 14(2) u 14(4) tad-Direttiva 2009/28/KE)

    Għandhom jiġu deskritti kampanji u programmi tal-informazzjoni u biex iqajmu għarfien, kif ukoll reviżjonijiet ippjanati, u r-riżultati mistennija. L-Istati Membri għandhom jindikaw ukoll liema awtorità responsabbli se timmonitorja u tistudja l-effetti tal-programmi. Meta l-awtoritajiet reġjonali/lokali għandhom rwol sostanzjali, jekk jogħġbok indika u agħtih fil-qosor ukoll.

    (a)

    Referenza għal-leġiżlazzjoni eżistenti nazzjonali u/jew reġjonali (jekk teżisti) dwar ir-rekwiżiti tal-informazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/28/KE:

    (b)

    Korp(i) responsabbli għat-tixrid tal-informazzjoni fuq livelli nazzjonali/reġjonali/lokali:

    (c)

    Taqsira tal-miżuri eżistenti u ppjanati fil-livelli reġjonali/lokali (fejn rilevanti):

    (d)

    Jekk jogħġbok indika kif titqiegħed għad-dispożizzjoni l-informazzjoni dwar miżuri tal-appoġġ għall-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u fit-trasport lill-atturi rilevanti kollha (konsumaturi, bennejja, installaturi, periti, fornituri ta’ apparat u vetturi rilevanti). Min hu responsabbli għall-adegwatezza u l-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni? Jeżistu riżorsi speċifiċi tal-informazzjoni għall-gruppi differenti fil-mira, bħall-konsumaturi finali, il-bennejja, il-maniġers tal-proprjetà, l-aġenti tal-proprjetà, l-installaturi, il-periti, il-bdiewa, il-fornituri ta’ apparat li juża sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-amministrazzjoni pubblika? Jeżistu kampanji tal-informazzjoni jew ċentri tal-informazzjoni permanenti fil-preżent, jew huma ppjanati għall-ġejjieni?

    (e)

    Min hu responsabbli għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-benefiċċji u l-ispejjeż netti u l-effiċjenza tal-enerġija tal-apparat u s-sistemi li jużaw sorsi tal-enerġija rinnovabbli għat-tisħin, it-tkessiħ u l-elettriku? (Il-Fornitur tal-apparat jew is-sistema, korp pubbliku jew ħaddieħor?)

    (f)

    Kif tingħata gwida lil dawk li jippjanaw u l-periti biex tgħinhom jikkunsidraw sew it-taħlita ottimali ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, teknoloġiji b’effiċjenza għolja u tisħin u tkessiħ distrettwali meta jippjanaw, jiddisinjaw, jibnu u jirrinovaw żoni industrijali jew residenzjali? Min hu responsabbli għal dak?

    (g)

    Jekk jogħġbok iddeskrivi l-programmi eżistenti u ppjanati tal-informazzjoni, biex iqajmu l-għarfien u ta’ taħriġ għaċ-ċittadini dwar il-benefiċċji u l-prattiċitajiet tal-iżvilupp u l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. X’inhu r-rwol tal-atturi reġjonali u lokali fl-iddisinjar u l-ġestjoni ta’ dawn il-programmi?

    4.2.5.    Ċertifikazzjoni tal-installaturi (l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2009/28/KE)

    (a)

    Referenza għal-leġiżlazzjoni eżistenti nazzjonali u/jew reġjonali (jekk teżisti) dwar iċ-ċertifikazzjoni jew l-iskemi ekwivalenti tal-kwalifikazzjoni għall-installaturi skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2009/28/KE:

    (b)

    Korp(i) responsabbli għat-twaqqif u l-awtorizzazzjoni ta’ skemi taċ-ċertifikazzjoni/il-kwalifikazzjoni sal-2012 għall-installaturi tal-bojlers u l-istufi tal-bijomassa fuq skala żgħira, sistemi solari fotovoltajċi u solari termiċi, sistemi ġeotermiċi baxxi u pompi tas-sħana:

    (c)

    Dawn l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni/il-kwalifikazzjonijiet diġà qegħdin jitħaddmu? Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi.

    (d)

    L-informazzjoni dwar dawn l-iskemi hija disponibbli pubblikament? Il-listi tal-installaturi ċertifikati jew kwalifikati huma ppubblikati? Jekk iva, fejn? Skemi oħra jiġu aċċettati bħala ekwivalenti għall-iskema nazzjonali/reġjonali?

    (e)

    Taqsira ta’ miżuri eżistenti u ppjanati fuq livelli reġjonali/lokali (fejn rilevanti).

    4.2.6.    Żvilupp tal-infrastruttura tal-elettriku (l-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 16(3) sa (6) tad-Direttiva 2009/28/KE)

    Minbarra s-sitwazzjoni preżenti u azzjonijiet leġiżlattivi futuri diġà eżistenti, reviżjonijiet ippjanati,il-korpi responsabbli minnu u r-riżultati mistennija għandhom jiġu deskritti.

    (a)

    Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti dwar ir-rekwiżiti relatati mas-sistemi tad-distribuzzjoni tal-enerġija (l-Artikolu 16):

    (b)

    Kif inhu żgurat li sistemi tad-distribuzzjoni u t-trażmissjoni jiġu żviluppati bil-ħsieb li jiġi integrat l-ammont immirat ta’ elettriku rinnovabbli filwaqt li jinżamm it-tħaddim sikur tas-sistema tal-elettriku? Dan ir-rekwiżit kif inhu inkluż fl-ippjanar perjodiku tan-netwerk mill-operaturi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni?

    (c)

    X’se jkun ir-rwol tan-netwerks intelliġenti, l-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-faċiltajiet tal-ħażna? Kif se jiġi żgurat l-iżvilupp tagħhom?

    (d)

    Hu ppjanat rinfurzar tal-kapaċità tal-interkonnessjoni ma’ pajjiżi ġirien? Jekk iva, liema interkonnetturi, f’liema kapaċità u minn meta?

    (e)

    Kif se tiġi indirizzata l-aċċellerazzjoni tal-proċeduri tal-awtorizzazzjoni tal-infrastruttura tas-sistemi tad-distribuzzjoni? X’inhu l-istat kurrenti u ż-żmien medju għall-ksib tal-approvazzjoni? Kif jista’ jitjieb? (Jekk jogħġbok irreferi għall-istatus u l-leġiżlazzjoni attwali,il-problemi skoperti u pjanijiet għat-titjib tal-proċedura b’qafas ta’ żmien għall-implimentazzjoni u r-riżultati mistennija.)

    (f)

    Kif tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn l-approvazzjoni tal-infrastruttura tas-sistema tad-distribuzzjoni u l-proċeduri amministrattivi oħra tal-ippjanar?

    (g)

    Jingħataw drittijiet ta’ prijorità fil-konnessjoni jew kapaċitajiet tal-konnessjoni riservati għal stallazzjonijiet ġodda li jipproduċu l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli?

    (h)

    Hemm xi stallazzjonijiet rinnovabbli lesti biex jingħaqdu mas-sistema tad-distribuzzjoni imma mhumiex konnessi minħabba limitazzjonijiet fil-kapaċità tas-sistema tad-distribuzzjoni? Jekk iva, x’passi qed jittieħdu biex dan jiġi riżolt u sa meta hu mistenni li jissolva?

    (i)

    Ir-regoli dwar il-qsim u l-ġarr tal-ispejjeż tal-addattazzjonijiet tekniċi fin-netwerk ġew stabbiliti u ppubblikati mill-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni? Jekk iva, fejn? Kif jiġi żgurat li dawn ir-regoli huma bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji? Hemm regoli speċjali għal produtturi li jinsabu f’reġjuni periferali u reġjuni b’densità baxxa tal-popolazzjoni? (Regoli għall-ġarr tal-ispejjeż jiddefinixxu liema parti tal-ispejjeż tkun koperta mill-ġeneratur li jixtieq ikun konness u liema parti mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew id-distribuzzjoni. Ir-regoli għall-qsim tal-ispejjeż jiddefinixxu kif l-ispiża meħtieġa għandha tiġi distribwita bejn il-produtturi konnessi sussegwentement, li kollha jgawdu mill-istess rinfurzar jew linji ġodda.)

    (j)

    Jekk jogħġbok iddeskrivi kif l-ispejjeż tal-konnessjoni u tal-addattazzjoni teknika huma attribwiti lill-produtturi u/jew l-operaturi tas-sistema tat- trażmissjoni u/jew id-distribuzzjoni. Kif jistgħu jirkupraw dawn l-ispejjeż tal-investiment l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni? Hemm ippjanata xi modifika ta’ dawn ir-regoli għall-ġarr tal-ispejjeż fil-ġejjieni? X’tibdiliet tbassar u x’riżultati huma mistennija? (Hemm bosta opzjonijiet għad-distribuzzjoni tal-ispejjeż għall-konnessjoni mas-sistema tad-distribuzzjoni. L-Istati Membri probabbli jagħżlu waħda minn dawn jew taħlita tagħhom. Skont kif jiġu ċċarġjati l-ispejjeż “fondi” tal-konnessjoni, l-iżviluppatur tal-istallazzjoni li tiġġenera l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli jġorr diversi spejjeż relatati mal-infrastruttura tas-sistema tad-distribuzzjoni (konnessjoni mas-sistema tad-distribuzzjoni, rinfurzar tas-sistema tad-distribuzzjoni, u l-estenzjoni). Approċċ ieħor hu l-iċċarġjar tal-ispejjeż “baxxi” tal-konnessjoni, li jfisser li l-iżviluppatur iġorr biss l-ispiża tal-konnessjoni mas-sistema tad-distribuzzjoni, imma mhux l-ispejjeż tar-rinfurzar u l-estenzjoni (din tkun inkluża fit-tariffi tas-sistema tad-distribuzzjoni u titħallas mill-klijenti). Varjant addizzjonali hu meta l-ispejjeż kollha tal-konnessjoni jiġu soċjalizzati u koperti mit-tariffi tas-sistema tad-distribuzzjoni.)

    (k)

    Hemm regoli għall-qsim tal-ispejjeż bejn il-produtturi konnessi inizjalment u dawk sussegwenti? Jekk le, kif jiġu kkunsidrati l-benefiċċji għall-produtturi konnessi sussegwentement?

    (l)

    Kif jiġi żgurat li operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni jipprovdu lill-produtturi ġodda, li jixtiequ jkunu konnessi, l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ispejjeż, skeda preċiża għall-ipproċessar tar-rikjesti tagħhom u skeda indikattiva għall-konnessjoni tagħhom mas-sistema tad-distribuzzjoni?

    4.2.7.    Tħaddim ta’ netwerk tal-elettriku (l-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 16(7) u (8) tad-Direttiva 2009/28/KE)

    (a)

    Kif jiġu ggarantiti t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli minn operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni? Jiġu żgurati l-prijorità jew l-aċċess garantit?

    (b)

    Kif jiġi żgurat li operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni, waqt id-distribuzzjoni jagħtu prijorità lil dawk l-istallazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jużaw sorsi tal-enerġija rinnovabbli?

    (c)

    Kif jittieħdu miżuri operattivi relatati mas-sistemi tad-distribuzzjoni u mas-suq sabiex tiġi minimizzata l-iskarsezza ta’ elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli? X’tipi ta’ miżuri huma ppjanati u meta hi mistennija l-implimentazzjoni? (Disinni tas-suq u tas-sistemi tad-distribuzzjoni li jippermettu l-integrazzjoni ta’ riżorsi varjabbli jistgħu jkopru miżuri bħan-negozjar aktar viċin il-ħin reali (il-previżjoni u l-iskedar mill-ġdid tal-ġeneraturi jibda jsir fl-istess jum u mhux jum qabel), l-aggregazzjoni ta’ żoni tas-suq, l-assigurazzjoni tal-kapaċità u l-kummerċ suffiċjenti tal-interkonnessjoni transkonfinali„ kooperazzjoni mtejba bejn l-operaturi ta’ sistemi li jmissu ma’ xulxin, l-użu ta’ għodod tal-komunikazzjoni u tal-kontroll imetjba, ġestjoni min-naħa tad-domanda kif ukoll partiċipazzjoni attiva min-naħa tad-domanda fis-swieq (permezz ta’ sistemi tal-komunikazzjoni miż-żewġ naħat – metraġġ intelliġenti), aktar produzzjoni distribwita u ħażna domestika (eż. karrozzi elettriċi) bil-ġestjoni attiva ta’ netwerks tad-distribuzzjoni (sistemi tad-distribuzzjoni intelliġenti).)

    (d)

    L-awtorità regolatorja tal-enerġija hija infurmata dwar dawn il-miżuri? Għandha l-kompetenza li timmonitorja u tinforza l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri?

    (e)

    L-impjanti li jiġġeneraw l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli huma integrati fis-suq tal-elettriku? Tista’ ġentilment tispjega kif? X’inhuma l-obbligi tagħhom rigward il-parteċipazzjoni fis-suq tal-elettriku?

    (f)

    X’inhuma r-regoli għall-iċċarġjar tat-tariffi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni lill-ġeneraturi tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli?

    4.2.8.    Integrazzjoni tal-bijogass fin-netwerk tal-gass naturali (l-Artikolu 16(7) u l-Artikolu 16(9) u (10) tad-Direttiva 2009/28/KE)

    (a)

    Kif jiġi żgurat li l-iċċarġjar ta’ tariffi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ma jiddiskriminax kontra l-gass minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli?

    (b)

    Saret xi valutazzjoni tal-ħtieġa li tiġi estiża l-infrastruttura tan-netwerk tal-gass biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-gass minn sorsi rinnovabbli? X’inhu r-riżultat? Jekk le, ser issir valutazzjoni simili?

    (c)

    Jiġu ppubblikati regoli tekniċi dwar il-konnessjoni man-netwerk u t-tariffi tal-konnessjoni għall-bijogass? Fejn jiġu ppubblikati dawn ir-regoli?

    4.2.9.    Żvilupp tal-infrastruttura tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali (l-Artikolu 16(11) tad-Direttiva 2009/28/KE)

    (a)

    Jekk jogħġbok agħti valutazzjoni tal-ħtieġa għal infrastrutturi ġodda tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali bl-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli u b’kontribut għall-mira tal-2020. Fuq bażi ta’ din il-valutazzjoni, hemm pjanijiet għall-promozzjoni ta’ infrastrutturi simili fil-ġejjieni? X’inhuma l-kontributi mistennija ta’ faċilitajiet kbar tal-bijomassa, solari u ġeotermiċi fis-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali?

    4.2.10.    Bijofjuwils u bijolikwidi oħra – kriterji tas-sostenibilità u l-verifika tal-konformità (l-Artikoli 17 sa 21 tad-Direttiva 2009/28/KE)

    Il-parti li ġejja tal-pjan nazzjonali ta’ azzjoni għandha tispjega l-istrateġija fil-ġejjieni tal-Istati Membri rigward is-sodisfar tal-kriterji tas-sostenibilità tal-bijofjuwils u l-bijolikwidi u l-verifika tal-konformità mal-iskema.

    (a)

    Kif se jiġu implimentati fuq livell nazzjonali l-kriterji tas-sostenibilità għall-bijofjuwils u l-bijolikwidi? (Hemm ippjanata leġiżlazzjoni għall-implimentazzjoni? X’se tkun l-istruttura istituzzjonali?)

    (b)

    Kif se jiġi żgurat li bijofjuwils u bijolikwidi li jingħaddu għall-mira nazzjonali tar-rinnovabbli, għall-obbligi nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli u/jew huma eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju jkunu konformi mal-kriterji tas-sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE? (Ser ikun hemm istituzzjoni/korp nazzjonali responsabbli mill-monitoraġġ/il-verifika tal-konformità mal-kriterji?)

    (c)

    Jekk awtorità/korp nazzjonali se jimmonitorja s-sodisfar tal-kriterji, dan/din l-awtorità/korp diġà teżisti/jeżisti? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. Jekk le, meta hu maħsub li tiġi/jiġi stabbilit(a)?

    (d)

    Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ liġi nazzjonali dwar it-taqsim ta’ art f’żoni u r-reġistru nazzjonali tal-art għall-verifika tal-konformità mal-Artikolu 17(3) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE. Kif jistgħu l-operaturi ekonomiċi jaċċedu għal din l-informazzjoni? (Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ regoli u d-distinzjoni bejn stati differenti tal-art, bħal żona tal-bijodiversità, żona protetta eċċ; u dwar l-awtorità nazzjonali kompetenti li għandha timmonitorja dan ir-reġistru tal-art u tibdiliet fl-istat tal-art.)

    (e)

    Sa fejn huma konċernati żoni protetti, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni taħt liema sistema ta’ protezzjoni nazzjonali, Ewropea jew internazzjonali huma klassifikati.

    (f)

    X’inhi l-proċedura għall-bdil tal-istatus tal-art? Min jimmonitorja u jirrapporta fil-livell nazzjonali dwar tibdiliet fl-istatus tal-art? Kemm jiġi aġġornat spiss ir-reġistru tat-taqsim tal-art f’żoni (kull xahar, kull sena, darbtejn fis-sena, eċċ)?

    (g)

    Kif tiġi żgurata u verifikata l-konformità fil-livell nazzjonali ma’prattiki tajba agroambjentali u rekwiżiti oħra tal-kundizzjonalità (meħtieġa skont l-Artikolu 17(6) tad-Direttiva 2009/28/KE)?

    (h)

    Għandek il-ħsieb li tgħin fl-iżvilupp ta’ skema/i taċ-“ċertifikazzjoni” volontarja għas-sostenibilità tal-bijofjuwils u l-bijolikwidi kif deskritti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2009/28/KE? Jekk iva, kif?

    4.3.   Skemi ta’ appoġġ għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fl-elettriku applikati mill-Istat Membru jew grupp ta’ Stati Membri

    L-iskemi ta’ appoġġ jistgħu jkunu regolatorji, jipprovdu għall-miri u/jew obbligi. Jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-investiment jew waqt it-tħaddim ta’ impjant. Hemm ukoll miżuri li ma jorbtux bħal kampanji tal-informazzjoni, l-edukazzjoni, jew biex iqajmu l-għarfien. Peress li l-miżuri li ma jorbtux huma deskritti aktar ‘il fuq, din il-valutazzjoni għandha tiffoka fuq miżuri regolatorji u finanzjarji.

    Jekk jogħġbok iddeskrivi l-iskemi eżistenti b’referenza legali, dettalji tal-iskema, id-it-tul ta’ żmien (billi tindika d-dati tal-bidu u t-tmiem), l-impatt fil-passat u spjega jekk hix ppjanata kwalunkwe riforma jew skema fil-ġejjieni u sa meta. X’inhuma r-riżultati mistennija?

    Regolamentazzjoni

    Ir-regolamentazzjoni tista’ tistabbilixxi mira/i u obbligi. Fil-każ li hemm dan it-tip ta’ obbligu jekk jogħġbok spjegah fid-dettal:

    (a)

    X’inhi l-bażi legali għal dan l-obbligu/din il-mira?

    (b)

    Hemm xi miri teknoloġikament speċifiċi?

    (c)

    X’inhuma l-obbligi/il-miri konkreti kull sena (għal kull teknoloġija)?

    (d)

    Min għandu jissodisfa l-obbligu?

    (e)

    X’inhi l-konsegwenza ta’ nuqqas ta’ sodisfar?

    (f)

    Hemm xi mekkaniżmu biex jissorvelja s-sodisfar?

    (g)

    Hemm xi mekkaniżmu biex jemenda l-obbligi/il-miri?

    Appoġġ finanzjarju

    L-appoġġ finanzjarju jista’ jiġi klassifikat f’diversi modi. Eżempji huma, appoġġ finanzjarju għall-investiment, għotjiet kapitali, self b’interessi baxxi, eżenzjonijiet mit-taxxa jew tnaqqis, rimborż ta’ taxxi, skemi ta’ sejħiet għall-offerti, obbligi ta’ enerġija rinnovabbli b’ċertifikati ħodor jew mingħajrhom (ċertifikati ħodor li jistgħu jiġu negozjati), tariffi feed-in, primjums feed-in, skemi volontarji

    Għal kwalunkwe skema li tuża, jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni dettaljata li twieġeb dawn il-mistoqsijiet?

    (a)

    X’inhu l-isem u deskrizzjoni qasira tal-iskema?

    (b)

    Din hi skema volontarja jew obbligatorja?

    (c)

    Min imexxi l-iskema? (Korp tal-implimentazzjoni, awtorità tal-monitoraġġ)

    (d)

    X’inhuma l-miżuri meħudin biex tiġi żgurata d-disponibilità tal-baġit/il-fondi meħtieġa biex tintlaħaq il-mira nazzjonali?

    (e)

    Kif tiġi indirizzata s-sigurtà u l-kredibilità fit-tul mill-iskema?

    (f)

    L-iskema tiġi riveduta perjodikament? X’tip ta’ mekkaniżmu tal-feedback jew tal-aġġustament jeżisti? Kif ġiet ottimizzata s’issal-iskema?

    (g)

    L-appoġġ ivarja skont it-teknoloġija?

    (h)

    X’inhuma l-impatti mistennija f’termini ta’ produzzjoni ta’ enerġija?

    (i)

    L-appoġġ jiddependi fuq jekk jintlaħqux il-kriterji tal-effiċjenza tal-enerġija?

    (j)

    Din hi miżura eżistenti? Tista’ jekk jogħġbok tindika l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregolaha?

    (k)

    Din hija skema ppjanata? Meta għandha tibda taħdem?

    (l)

    X’dati tal-bidu u tat-tmiem (tul ta’ żmien) huma stabbiliti għall-iskema kollha?

    (m)

    Jeżistu daqsijiet massimi jew minimi tas-sistema li huma eliġibbli?

    (n)

    Huwa possibbli li l-istess proġett jiġi appoġġjat minn aktar minn miżura tal-appoġġ waħda? Liema miżuri jistgħu jiġġemmgħu?

    (o)

    Jeżistu skemi reġjonali/lokali? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti dettalji bl-użu tal-istess kriterji.

    Mistoqsijiet speċifiċi dwar appoġġ finanzjarju għall-investiment:

    (a)

    X’jingħata mill-iskema? (sussidji, għotjiet kapitali, self b’interessi baxxi, eżenzjoni jew tnaqqis fit-taxxa, rimborż ta’ taxxa)

    (b)

    Min jista’ jgawdi minn din l-iskema? Hija speċifikata għal ċerta/i teknoloġija/i?

    (c)

    L-applikazzjonijiet jaslu u jingħataw kontinwament jew hemm sejħiet perjodiċi? Jekk perjodika, tista’ jekk jogħġbok tiddeskrivi l-frekwenza u l-kundizzjonijiet?

    Mistoqsijiet speċifiċi dwar ċertifikati li jistgħu jiġu negozjati:

    (a)

    Hemm sehem obbligatorju tal-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli fil-provvista totali?

    (b)

    Min għandu l-obbligu?

    (c)

    Hemm bands speċifiċi skont it-teknoloġija?

    (d)

    Liema teknoloġiji huma koperti mill-iskema?

    (e)

    Huwa permess negozju internazzjonali fiċ-ċertifikati? X’inhuma l-kundizzjonijiet?

    (f)

    Hemm prezz minimu?

    (g)

    Hemm penali għan-nuqqas ta’ sodisfar?

    (h)

    X’inhu l-prezz medju għaċ-ċertifikati? Dan jiġi ppubblikat? Fejn?

    (i)

    X’inhi l-iskema tan-negozju għaċ-ċertifikati?

    (j)

    Impjant kemm jista’ idum jipparteċipa fl-iskema?

    Mistoqsijiet speċifiċi dwar tariffi fissi feed-in:

    (a)

    X’inhuma l-kundizzjonijiet għall-ksib tat-tariffa fissa?

    (b)

    Hemm limitu fuq il-volum totali ta’ elettriku prodott kull sena jew tal-kapaċità installata li hija intitolata għat-tariffa?

    (c)

    Din hija skema speċifika skont it-teknoloġija? X’inhuma l-livelli tat-tariffi għal kull waħda?

    (d)

    Jeżistu kriterji oħra għad-divrenzjar tat-tariffi?

    (e)

    Għal kemm żmien tiġi ggarantita t-tariffa fissa?

    (f)

    Hemm maħsub xi aġġustament tat-tariffa fl-iskema?

    Mistoqsijiet speċifiċi dwar primjums feed-in:

    (a)

    X’inhuma l-kundizzjonijiet għall-ksib tal-primjum?

    (b)

    Hemm limitu fuq il-volum totali ta’ elettriku prodott kull sena jew tal-kapaċità installata li hija intitolata għall-primjum?

    (c)

    Din hija alternattiva għat-tariffa fissa?

    (d)

    Din hija skema speċifika skont it-teknoloġija? X’inhuma l-livelli tal-primjum għal kull waħda?

    (e)

    Hemm minimu u/jew massimu għall-primjum? Jekk jogħġbok speċifika.

    (f)

    Għal kemm żmien jiġi ggarantit il-prezz tal-primjum?

    (g)

    Hemm maħsub xi aġġustament tat-tariffa fl-iskema?

    Mistoqsijiet speċifiċi dwar is-sejħiet għall-offerti:

    (a)

    X’inhi l-frekwenza u d-daqs tas-sejħiet għall-offerti?

    (b)

    Liema teknoloġiji huma speċifikati?

    (c)

    Dan hu integrat mal-iżvilupp tas-sistema tad-distribuzzjoni?

    4.4.   Skemi tal-appoġġ għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ applikati mill-Istat Membru jew grupp ta’ Stati Membri

    Jekk jogħġbok segwi l-istruttura tal-punt 4.3 u applika l-mistoqsijiet għall-miżuri tal-appoġġ ipprovduti għall-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ. Jekk jogħġbok indirizza l-punti addizzjonali li ġejjin:

    (a)

    Kif inhuma addattati l-iskemi tal-appoġġ għall-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli biex jinkoraġġixxu l-użu ta’ CHP minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli?

    (b)

    Liema skemi tal-appoġġ huma stabbiliti biex jinkoraġġixxu l-użu tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali bl-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli?

    (c)

    Liema skemi tal-appoġġ huma stabbiliti biex jinkoraġġixxu l-użu tat-tisħin u t-tkessiħ fuq skala żgħira minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli?

    (d)

    Liema skemi tal-appoġġ huma stabbiliti biex jinkoraġġixxu l-użu tat-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli f’applikazzjonijiet industrijali?

    4.5.   Skemi tal-appoġġ għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fit-trasport applikati mill-Istat Membru jew grupp ta’ Stati Membri

    Jekk jogħġbok segwi l-istruttura tal-punt 4.3 u applika l-mistoqsijiet lill-miżuri tal-appoġġ ipprovduti għall-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport. Jekk jogħġbok agħmel distinzjonijiet skont il-modi tat-trasport (bħat-trasport tat-triq, it-trasport fl-art mhux bit-triq). Jekk jogħġbok indirizza l-punti addizzjonali li ġejjin:

    (a)

    X’inhuma l-obbligi/il-miri konkreti kull sena (skont il-fjuwil jew it-teknoloġija)?

    (b)

    Jeżisti divrenzjar tal-appoġġ skont it-tipi tal-fjuwil jew tat-teknoloġiji? Hemm xi appoġġ speċifiku għall-bijofjuwils li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 21(2) tad-Direttiva?

    4.6.   Miżuri speċifiċi għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija mill-bijomassa

    Il-bijomassa għandha rwol importanti bħala enerġija primarja fit-tliet setturi kollha: it-tisħin u t-tkessiħ, l-elettriku u t-trasport. L-istrateġija nazzjonali għall-bijomassa hi kruċjali biex jiġu ppjanati r-rwol u l-interazzjoni tal-użi bejn l-użi finali tal-enerġija u l-interazzjoni ma’ setturi oħra mhux tal-enerġija. Allura l-Istati Membri huma meħtieġa jivvalutaw il-potenzjal domestiku tagħhom u l-mobilizzazzjoni mkabbra ta’ riżosri tal-bijomassa domestiċi u importati. L-impatt fuq u l-interazzjoni ma’ setturi oħra mhux tal-enerġija (bħall-industrija tal-ikel u tal-għalf, l-industrija tal-polpa u tal-karta, l-industrija tal-kostruzzjoni, l-industrija tal-għamara eċċ) għandhom jiġu analizzati.

    4.6.1.    Provvista tal-bijomassa: kemm domestika kif ukoll kummerċjali

    Taħt dan il-punt l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-provvista tal-bijomassa disponibbli domestikament u l-ħtieġa għall-importazzjoni.

    Irid ikun hemm distinzjoni bejn il-bijomassa (A) mill-forestrija – provvista (1) diretta u (2) indiretta; (B) mill-agrikoltura u s-sajd – (1) ipprovduta direttament u (2) prodotti sekondarji/uċuħ tar-raba pproċessati; u (c) mill-iskart – (1) frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart solidu muniċipali, (2) frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart solidu industrijali u (3) ħama tad-dranaġġ. Tenħtieġ dejta għas-sottokategoriji msemmija qabel, filwaqt li informazzjoni aktar dettaljata hi opzjonali. Madankollu ċ-ċifri totali għandhom jirriflettu l-kategorizzazzjoni li ġejja u jagħtu informazzjoni fl-unitajiet tat-Tabella 7. Ir-rwol tal-importazzjonijiet (UE u mhux UE) u l-esportazzjonijiet (jekk possibbli, UE u mhux UE) għandu jiġi rifless.

    Jekk jogħġbok innota li l-laqx, il-briquettes u l-pritkuni tal-injam jistgħu jinkisbu jew bi provvista diretta jew bi provvista indiretta mill-forestrija. Jekk tiġi inkluża fit-tabella informazzjoni dwar il-pritkuni, din għandha tispeċifika jekk il-materja prima ġietx minn provvista diretta jew indiretta.

    Fil-każ tal-bijogass u l-bijofjuwils, l-ammont tal-materja prima mhux ipproċessata għandu jiġi dettaljat fit-Tabella 7, mhux l-ammont tal-materja prima pproċessata. Huwa mifhum li għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet hu aktar diffiċli li jiġi aċċertat l-ammont tal-materja prima tal-bijomassa għall-bijofjuwils, u għandhom mnejn ikunu meħtieġa estimi. Alternattivament, jekk l-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet tingħata fuq il-bażi tal-importazzjonijiet tal-bijofjuwils, dan għandu jiġi speċifikat fit-tabella.

    Tabella 7

    Provvista ta’ bijomassa fl-2006

    Settur tal-oriġini

     

    Ammont ta’ riżors domestiku (18)

    Importat

    Esportat

    Ammont nett

    Produzzjoni tal-enerġija primarja

    (ktoe)

    EU

    Mhux UE

    UE/mhux UE

    A)

    Bijomassa mill-forestrija (19)

    Li minnha:

     

     

     

     

     

     

    1.

    provvista diretta ta’ bijomassa tal-injam mill-foresti u art oħra bis-siġar għall-ġenerazzjoni tal-enerġija

     

     

     

     

     

     

    Opzjonali – jekk l-informazzjoni hi disponibbli tista’ tagħti aktar dettalji dwar l-ammont ta’ materja prima li taqa’ taħt din il-kategorija:

    (a)

    qtugħ ta’ siġar

    (b)

    residwi mill-qtugħ ta’ siġar (qċaċet, friegħi, qxur tas-siġar, zkuk)

    (c)

    residwi mill-ġestjoni tal-pajsaġġ (bijomassa tal-injam mill-parks, il-ġonna, ringieli siġar, l-arbuxelli)

    (d)

    ieħor (jekk jogħġbok iddefinixxi)

     

     

     

     

     

     

    2.

    provvista indiretta ta’ bijomassa tal-injam għall-ġenerazzjoni tal-enerġija

     

     

     

     

     

     

    Opzjonali – jekk l-informazzjoni hi disponibbli tista’ tagħti aktar dettalji:

    (a)

    residwi mill-isserrar, ix-xogħol tal-injam, l-industrija tal-għamara (qxur tas-siġar, serratura)

    (b)

    prodotti sekondarji tal-industrija tal-polpa u l-karta (sustanza sewda, Żejt tar-raża)

    (c)

    fjuwil mill-injam ipproċessat

    (d)

    injam riċiklat wara l-konsum (injam riċiklat għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, skart domestiku tal-injam)

    (e)

    ieħor (jekk jogħġbok iddefinixxi)

     

     

     

     

     

     

    B)

    Bijomassa mill-agrikoltura u s-sajd:

    Li minnha:

     

     

     

     

     

     

    1.

    uċuħ tar-raba’ agrikoli u prodotti tas-sajd ipprovduti direttament għall-ġenerazzjoni tal-enerġija

     

     

     

     

     

     

    Opzjonali – jekk l-informazzjoni hi disponibbli tista’ tagħti aktar dettalji:

    (a)

    uċuħ tar-raba’ (ċereali, żerriegħa taż-żjut, pitravi, qamħirrum għall-ħżin)

    (b)

    pjantaġġuni

    (c)

    siġar bir-rotazzjoni qasira

    (d)

    uċuħ tar-raba’ oħra għall-enerġija (ħxejjex)

    (e)

    alki

    (f)

    ieħor (jekk jogħġbok iddefinixxi)

     

     

     

     

     

     

    2.

    Prodotti sekondarji agrikoli/residwi pproċessati u prodotti sekondarji tas-sajd għall-ġenerazzjoni tal-enerġija

     

     

     

     

     

     

    Opzjonali – jekk l-informazzjoni hi disponibbli tista’ tagħti aktar dettalji:

    (a)

    tiben

    (b)

    demel

    (c)

    xaħam tal-annimali

    (d)

    smid tal-għadam u l-laħam

    (e)

    kejk mill-prodotti sekondarji (inklużi żerriegħa taż-żejt u kejk taż-żejt taż-żebbuġa għall-enerġija)

    (f)

    bijomassa tal-frott (inklużi l-qxur iebes, l-għadam)

    (g)

    prodott sekondarju tas-sajd

    (h)

    qatgħat minn dwieli, żebbuġ, siġar tal-frott

    (i)

    oħrajn (jekk jogħġbok iddefinixxi)

     

     

     

     

     

     

    (C)

    Bijomassa mill-iskart:

    Li minnha:

     

     

     

     

     

     

    1.

    Frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart solidu muniċipali inkluż bijoskart (skart bijodegradabbli tal-ġonna u tal-parks, skart tal-ikel u tal-kċejjen mid-djar, ir-restoranti, il-fornituri u ħwienet tal-imnut, u skart simili minn impjanti tal-ipproċessar tal-ikel) u gass mill-miżbliet

     

     

     

     

     

     

    2.

    Frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart industrijali (inklużi l-karta, il-kartun, il-palits)

     

     

     

     

     

     

    3.

    Ħama tad-dranaġġ

     

     

     

     

     

     

    Jekk jogħġbok spjega l-fattur tal-konverżjoni/il-metodoloġija tal-kalkolazzjoni użata hawn fuq għall-konverżjoni tal-ammont ta’ riżorsi disponibbli f’enerġija primarja.

    Jekk jogħġbok speċifika fuq liema bażi ġiet kkalkolata l-frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart solidu muniċipali u skart industrijali.

    Jekk jogħġbok uża t-Tabella 7a biex tagħti l-istima tal-kontribut tal-użu tal-enerġija mill-bijomassa fl-2015 u l-2020. (Skont il-kategorizzazzjoni użata fit-Tabella 7.)

    Tabella 7a

    Stima tal-provvista domestika tal-bijomassa fl-2015 u l-2020

    Settur tal-oriġini

    2015

    2020

    Ammont stmat ta’ riżors domestiku

    Produzzjoni ta’ enerġija primarja

    (ktoe)

    Ammont stmat ta’ riżors domestiku

    Produzzjoni ta’ enerġija primarja

    (ktoe)

    A)

    Bijomassa mill-forestrija:

    1.

    provvista diretta ta’ bijomassa tal-injam mill-foresti u art oħra bis-siġar għall-ġenerazzjoni tal-enerġija

     

     

     

     

    2.

    provvista indiretta ta’ bijomassa tal-injam għall-ġenerazzjoni tal-enerġija

     

     

     

     

    B)

    Bijomassa mill-agrikoltura u s-sajd:

    1.

    uċuħ tar-raba’ agrikoli u prodotti tas-sajd ipprovduti direttament għall-ġenerazzjoni tal-enerġija

     

     

     

     

    2.

    Prodotti sekondarji/residwi pproċessati mill-agrikoltura u prodotti sekondarji tas-sajd għall-ġenerazzjoni tal-enerġija

     

     

     

     

    (C)

    Bijomassa mill-iskart:

    1.

    Frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart solidu muniċipali inkluż bijoskart (skart bijodegradabbli tal-ġonna u tal-parks, skart tal-ikel u tal-kċejjen mid-djar, ir-restoranti, il-kejterersu l-ħwienet tal-imnut, u skart simili minn impjanti għall-ipproċessar tal-ikel) u gass mill-miżbliet

     

     

     

     

    2.

    Frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart industrijali (inklużi l-karta, il-kartun, li-palits)

     

     

     

     

    3.

    Ħama tad-dranaġġ

     

     

     

     

    X’inhu r-rwol stmat tal-bijomassa importata sal-2020? Jekk jogħġbok speċifika l-kwantitajiet mistennija (ktoe) u indika l-pajjiżi possibbli tal-importazzjoni.

    Minbarra l-informazzjoni ipprovduta hawn fuq, tista’ jekk jogħġbok tiddeskrivi s-sitwazzjoni attwali ta’ art agrikola użata għall-produzzjoni ddedikata għall-enerġija kif ġej:

    Tabella 8

    Użu attwali ta’ art agrikola għall-produzzjoni ta’ uċuħ tar-raba’ ddedikati għall-enerġija fl-2006

    (ettari)

    Użu ta’ art agrikola għall-produzzjoni ta’ uċuħ tar-raba’ ddedikati għall-enerġija

    Superfiċje

    1)

    Art użata għal siġar bir-rotazzjoni qasira (żafżafa, luq)

     

    2)

    Art użata għal uċuħ tar-raba’ oħra għall-enerġija bħall-ħxejjex (reed canary grass, switch grass, Miscanthus), sorġu

     

    4.6.2.    Miżuri biex tiżdied id-disponibilità tal-bijomassa, meta wieħed jikkunsidra utenti oħra tal-bijomassa (setturi tal-agrikoltura u bbażati fuq il-forestrija)

    Mobilizzazzjoni ta’ sorsi ġodda tal-bijomassa:

    (a)

    Jekk jogħġbok speċifika kemm hemm art degradata.

    (b)

    Jekk jogħġbok speċifika kemm hemm art tinħarat mhux użata.

    (c)

    Hemm ippjanati xi miżuri biex jinkoraġġixxu l-użu ta’ art tinħarat mhux użata, art degradata, eċċ għal skopijiet ta’ enerġija?

    (d)

    Hemm ippjanat l-użu ta’ ċerta materja prima diġà disponibbli (bħad-demel tal-annimali) għall-enerġija?

    (e)

    Hemm xi politika speċifika li tippromwovi l-produzzjoni u l-użu tal-bijogass? X’tip ta’ użi jiġu promossi (l-integrazzjoni mas-sistema tad-distribuzzjoni tat-tisħin lokali, distrettwali, il-bijogass, il-gass naturali)?

    (f)

    X’miżuri hemm ippjanati għat-titjib fit-tekniki tal-ġestjoni tal-foresti sabiex tiġi massizzata l-estrazzjoni tal-bijomassa mill-foresta b’mod sostenibbli? (20): Kif tista’ tittejjeb il-ġestjoni tal-foresti sabiex jitkattar it-tkabbir fil-ġejjieni? X’miżuri hemm ippjanati li jistgħu jiġu prattikati minn issa biex tiġi massimizzata l-estrazzjoni tal-bijomassa eżistenti?

    Impatt fuq setturi oħra:

    (a)

    Kif se jiġi mmonitorjat l-impatt tal-użu tal-enerġija tal-bijomassa fuq setturi oħra bbażati fuq l-agrikoltura u l-forestrija? X’inhuma dawn l-impatti? (Jekk jista’ jkun, jekk jogħġbok agħti wkoll informazzjoni dwar effetti kwantitattivi.) Il-monitoraġġ ta’ dawn l-impatti huwa ppjanat fil-ġejjieni?

    (b)

    X’tip ta’ żvilupp hu mistenni f’setturi oħra bbażati fuq l-agrikoltura u l-forestrija li jista’ jkollu impatt fuq l-użu tal-enerġija? (Eż. jistgħu l-effiċjenza/il-produttività mtejba jkabbru jew inaqqsu l-ammont ta’ prodotti sekondarji disponibbli għall-użu bħala enerġija?)

    4.7.   Użu ppjanat ta’ trasferimenti tal-statistika bejn Stati Membri u l-parteċipazzjoni ppjanata f’proġetti konġunti ma’ Stati Membri oħra u pajjiżi terzi

    Taħt dan is-sottokapitolu l-użu mistenni ta’ mekkaniżmi għall-kooperazzjoni bejn Stati Membri u pajjiżi terzi għandu jiġi deskritt. Din l-informazzjoni għandha ssegwi dik ipprovduta fid-dokument tal-previżjoni msemmi fl-Artikolu 4.3 tad-Direttiva 2009/28/KE.

    4.7.1.    Aspetti proċedurali

    (a)

    Iddeskrivi l-proċeduri nazzjonali (pass pass) stabbiliti jew li għandhom jiġu stabbiliti, għat-tħejjija ta’ trasferiment tal-statistika jew proġett konġunt (inklużi korpi responsabbli u punti tal-kuntatt).

    (b)

    Iddeskrivi l-mezzi li bihom entitajiet privati jistgħu jipproponu u jieħdu sehem f’proġetti konġunti jew ma’ Stati Membri jew pajjiżi terzi.

    (c)

    Agħti l-kriterji għad-determinazzjoni ta’ meta għandhom jintużaw trasferimenti tal-statistika jew proġetti konġunti.

    (d)

    X’se jkun il-mekkaniżmu għall-involviment ta’ Stati Membri oħra interessati f’xi proġett konġunt?

    (e)

    Tixtieq tipparteċipa f’proġetti konġunti fi Stati Membri oħra? Kemm qed tippjana li tappoġġja kapaċità installata/elettriku jew tisħin prodotti kull sena? Kif tippjana li tipprovdi skemi tal-appoġġ għal proġetti simili?

    4.7.2.    Produzzjoni żejda stmata ta’ enerġija rinnovabbli meta mqabbla mat-trajettorja indikattiva li tista’ tiġi trasferita lil Stati Membri oħra

    Jekk jogħġbok uża t-Tabella 9 u imla l-informazzjoni meħtieġa.

    4.7.3.    Potenzjal stmat għall-proġetti konġunti

    (a)

    F’liema setturi tista’ toffri l-iżvilupp tal-użu tal-enerġija rinnovabbli fuq it-territorju tiegħek għall-iskop ta’ proġetti konġunti?

    (b)

    Ġiet speċifikata t-teknoloġija li għandha tiġi żviluppata? Kemm jiġu prodotti kull sena kapaċità installata/elettriku jew tisħin?

    (c)

    Kif se jiġu identifikati siti għal proġetti konġunti? (Pereżempju, jistgħu awtoritajiet jew promoturi lokali u reġjonali jirrikmandaw siti? Jew jista’ jipparteċipa kwalunkwe proġett ikun xi jkun il-lok tiegħu?)

    (d)

    Inti konxju tal-potenzjal għal proġetti konġunti fi Stati Membri oħra jew f’pajjiżi terzi? (F’liema settur? Kemm kapaċità? X’inhu l-appoġġ ippjanat? Għal liema teknoloġiji?)

    (e)

    Għandek xi preferenza biex tappoġġja ċerti teknoloġiji? Jekk iva, liema?

    4.7.4.    Domanda stmata għall-enerġija rinnovabbli li għandha tiġi sodisfatta b’mezzi oħra minbarra produzzjoni domestika

    Jekk jogħġbok uża t-Tabella 9 u imla l-informazzjoni meħtieġa.

    Tabella 9

    Produzzjoni stmata żejda u/jew nieqsa ta’ enerġija rinnovabbli meta mqabbla mat-trajettorja indikattiva li tista’ tiġi trasferita lil/minn Stati Membri oħra fi [Stat Membru]

    (ktoe)

     

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    Żejjed stmat fid-dokument tal-previżjoni

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Żejjed stmat f’ NREAP

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Nieqes stmat fid-dokument tal-previżjoni

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Nieqes stmat f’ NREAP

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    5.   VALUTAZZJONIJIET

    5.1.   Kontribut totali mistenni ta’ kull teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli biex jintlaħqu l-miri jorbtu tal-2020 u t-trajettorja interim indikattiva għall-ishma tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fl-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport

    Il-kontribut ta’ kull teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli lit-trajettorja u l-miri tal-2020 fis-setturi tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport għandu jiġi stmat bl-għoti ta’ xenarju possibbli fil-ġejjieni bla ma neċessarjament jiġu stabbiliti xi miri jew obbligi tat-teknoloġija.

    Għas-settur tal-elettriku, kemm il-kapaċità installata (akkumulata) mistennija (f’MW) kif ukoll il-produzzjoni annwali (GWh) għandhom jiġu indikati skont it-teknoloġija. Għall-idro, għandha ssir distinzjoni bejn impjanti ta’ kapaċità installata ta’ anqas minn 1 MW, ta’ bejn 1 u 10 MW, u ta’ ‘l fuq minn 10 MW. Għall-enerġija solari, għandhom jingħataw dettalji separatament għall-kontributi mill-enerġija solari fotovoltajka u solari konċentrata. Dejta dwar l-enerġija mir-riħ għandha tiġi indikata għall-onshore u l-offshore separatament. Għall-bijomassa, għandha ssir distinzjoni bejn bijomassa solida, tal-gass u likwida għall-elettriku.

    Meta jiġi vvalutat is-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, għandhom jingħataw estimi kemm tal-kapaċità installata kif ukoll tal-produzzjoni għat-teknoloġiji ġeotermiċi, solari, ta’ pompi tas-sħana u tal-bijomassa, b’tqassim tal-kategorija tal-aħħar f’bijomassa solida, tal-gass u likwida. Għandu jiġi stmat il-kontribut minn impjanti tat-tisħin distrettwali li jużaw sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

    Il-kontribut minn teknoloġiji differenti għall-mira tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport għandu jiġi indikat għal bijofjuwils ordinarji (kemm bijoetanol u bijodiżil), bijofjuwils minn skart u residwi, bijofjuwils minn materjal taċ-ċelluloża mhux tal-ikel u minn materjal linjoċellulożiku, bijogass, elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u idroġenu li joriġina mill-enerġija rinnovabbli.

    F’każ li għandek estimi dwar l-iżvilupp tal-użu ta’ ċerti teknoloġiji skont ir-reġjuni, tista’ jekk jogħġbok tindika dan wara t-tabella?

    Tabella 10a

    Stima tal-kontribut totali (kapaċità installata, ġenerazzjoni grossa tal-elettriku) mistennija minn kull teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli fi [Stat Membru] biex jintlaħqu l-miri jorbtu tal-2020 u t-trajettorja interim indikattiva għall-ishma tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fl-elettriku 2010-2014

     

    2005

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    MW

    GWh

    MW

    GWh

    MW

    GWh

    MW

    GWh

    MW

    GWh

    MW

    GWh

    Idro:

    1MW

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    1MW–10 MW

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    10MW

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Li minnhom ippumpjar

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Ġeotermiku

    Solari:

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    fotovoltajku

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    enerġija solari konċentrata

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Marea, mewġ, oċean

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Riħ:

    onshore

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    offshore

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Bijomassa:

    solida

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    bijogass

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    bijolikwidi  (21)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    li minnu f’CHP

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    Tabella 10b

    Stima tal-kontribut totali (kapaċità installata, ġenerazzjoni gross totali tal-elettriku) mistenni minn kull teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli fi [Stat Membru] biex jintlaħqu l-miri jorbtu tal-2020 u t-trajettorja interim indikattiva għall-ishma tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fl-elettriku 2015-2020

     

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    MW

    GWh

    MW

    GWh

    MW

    GWh

    MW

    GWh

    MW

    GWh

    MW

    GWh

    Idro:

    1MW

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    1 MW-10 MW

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    10MW

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Li minnhom ippumpjar

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Ġeotermiku

    Solari:

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Fotovoltajku

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Enerġija solari konċentrata

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Marea, mewġ, oċean

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Riħ:

    Onshore

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Offshore

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Bijomassa

    solida

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    bijogass

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    bijolikwidi  (22)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    li minnu f’CHP

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    Tabella 11

    Stima tal-kontribut totali (konsum finali tal-enerġija  (23) ) mistenni minn kull teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli fi [Stat Membru] biex jintlaħqu l-miri jorbtu tal-2020 u t-trajettorja interim indikattiva għall-ishma tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ 2010-2020

    (ktoe)

     

    2005

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    Ġeotermika (minbarra sħana ġeotermika b’temperatura baxxa f’applikazzjonijiet tal-pompi tas-sħana)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Solari

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Bijomassa:

    solida

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    bijogass

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    bijolikwidi  (24)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Enerġija rinnovabbli minn pompi tas-sħana:

    li minnha ajrutermiċi

    li minnha ġeotermiċi

    li minnha idrotermiċi

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Li minnu DH  (25)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Li minnu bijomassa fid-djar  (26)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    Tabella 12

    Stima tal-kontribut totali mistenni minn kull teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli fi [Stat Membru] biex jintlaħqu l-miri jorbtu tal-2020 u t-trajettorja interim indikattiva għall-ishma tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fis-settur tat-trasport 2010-2020  (27)

    (ktoe)

     

    2005

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    2015

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    Bijoetanol/bijo-ETBE

    Li minnu Bijofjuwils  (28) l-Artikolu 21.2)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Li minnu impurtati  (29)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Bijodiżil

    Li minnu Bijofjuwils  (28) l-Artikolu 21.2

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Li minnu impurtati  (30)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Idroġenu minn sorsi rinnovabbli

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Elettriku rinnovabbli

    Li minnu trasport tat-triq

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Li minnu trasport mhux tat-triq

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Oħrajn (bħall-bijogass, żjut veġitali, eċċ) – jekk jogħġbok speċifika

    Li minnhom Bijofjwuils  (28) l-Artikolu 21.2

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    5.2.   Kontribut totali mistenni minn miżuri għall-effiċjenza tal-enerġija u għat-tnaqqis fl-użu tal-enerġija biex jintlaħqu l-miri jorbtu tal-2020 u t-trajettorja interim indikattiva għall-ishma tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fl-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport.

    It-tweġiba għal dan ir-rekwiżit għandha tiġi inkluża fit-Tabella 1 taħt il-Kapitolu 1.

    5.3.   Valutazzjoni tal-impatti (Opzjonali)

    Tabella 13

    Spejjeż u benefiċċji stmati tal-miżuri ta’ appoġġ tal-politika tal-enerġija rinnovabbli:

    Miżura

    Użu mistenni tal-enerġija rinnovabbli

    (ktoe)

    Spiża mistennija (f’ EUR) – indika l-perijodu ta’ żmien

    Tnaqqis GHG mistenni għal kull gass

    (t/sena)

    Ħolqien mistenni ta’ impjiegi

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    5.4.   Tħejjija tal-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija rinnovabbli u t-tkomplija tal-implimentazzjoni tiegħu

    (a)

    Kif kienu involuti awtoritajiet reġjonali u/jew lokali u/jew bliet fit-tħejjija ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni? Kienu involuti partijiet interessati oħra?

    (b)

    Jeżistu pjanijiet biex jiġu żviluppati strateġiji reġjonali/lokali għall-enerġija rinnovabbli? Jekk iva, tista’ jekk jogħġbok tispjega? Fil-każ li kompetenzi rilevanti jiġu delegati lil-livelli reġjonali/lokali, liema mekkaniżmu se jiżgura l-konformità mal-mira nazzjonali?

    (c)

    Jekk jogħġbok spjega l-konsultazzjoni pubblika li twettqet għat-tħejjija ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni.

    (d)

    Jekk jogħġbok indika l-punt tal-kuntatt tiegħek/l-awtorità jew il-korp nazzjonali responsabbli għat-tkomplija tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Rinnovabbli?

    (e)

    Għandek sistema tal-monitoraġġ, inklużi indikaturi għal miżuri u strumenti individwali, għat-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Rinnovabbli? Jekk iva, tista’ jekk jogħġbok tagħti aktar dettalji dwar dan?


    (1)  ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.

    (2)  Dawn l-estimi dwar l-effiċjenza tal-enerġija u t-tnaqqis fl-użu tal-enerġija għandhom ikunu konsistenti ma’ estimi oħra simili li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni, l-aktar fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni skont id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Enerġija u d-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija tal-Bini. Jekk jintużaw unitajiet differenti f’dawk il-Pjanijiet ta’ Azzjoni l-fatturi tal-konverżjoni applikati għandhom jiġu indikati.

    (3)  Dan hu l-konsum finali tal-enerġija tal-kommoditajiet kollha tal-enerġija minbarra l-elettriku għal skopijiet minbarra t-trasport, flimkien mal-konsum ta’ sħana għall-użu proprju fl-impjanti tal-elettriku u t-tisħin u s-sħana li tintilef fin-netwerks (punti “2. użu proprju mill-impjant” u ‘11. Telf fit-trażmissjoni u fid-distribuzzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2099/2008 p. 23-24).

    (4)  Il-konsum gross tal-elettriku huwa l-produzzjoni nazzjonali grossa tal-elettriku, inkluża l-produzzjoni proprja, flimkien mal-importazzjoni u li minnhom titnaqqas l-esportazzjoni.

    (5)  Il-konsum mit-trasport kif definit fl-Art. 3(4)a) tad-Direttiva 2009/28/KE. L-elettriku rinnovabbli fit-trasport tat-triq għal din iċ-ċifra għandu jiġi multiplikat b’fattur ta’ 2,5, kif indikat fl-Artikolu 3(4)c) tad-Direttiva 2009/28/KE.

    (6)  Kif definit fl-Artikolu (2)f) tad-Direttiva 2009/28/KE. Dan jinkludi l-konsum finali tal-enerġija flimkien mat-telf fin-netwerk u l-użu ta’ tisħin u elettriku minn impjanti tal-elettriku u tat-tisħin stess (NB: dan ma jinkludix il-konsum ta’ elettriku għall-idroħażna ppumpjata jew għat-trasformazzjoni f’bojlers jew pompi tas-sħana elettriċi f’impjanti tat-tisħin distrettwali).

    (7)  Skont l-Artikolu 5(6) il-konsum għall-avjazzjoni għandu jiġi kkunsidrat biss bħala 6,18 % (medja tal-Komunità), għal Ċipru u Malta sa 4,12 % tal-konsum gross finali tal-enerġija.

    (8)  Pereżempju x-xenarju dokumentat fl-Appendiċi 4, p. 287, f’“Appendixes to Model-based Analysis of the 2008 EU Policy Package on Climate Change u Renewables”: http://ec.europa.eu/environment/climat/pdf/climat_action/analysis_appendix.pdf. F’dan ix-xenarju is-sehem medju tal-UE27 tal-produzzjoni grossa tal-elettriku minn forom tal-enerġija rinnovabbli hu ta’ 19,4 %, 24,6 % u 32,4 % għas-snin 2010, 2015 u 2020, rispettivament.

    (9)  Sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ: konsum gross finali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ (kif definit fl-Artikoli 5(1)b) u 5(4) tad-Direttiva 2009/28/KE) diviż bil-konsum gross finali tal-enerġija għat-tisħin u t-tkessiħ. Ir-ringiela (A) tat-Tabella 4a diviża bir-ringiela (1) tat-Tabella 1.

    (10)  Sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-elettriku: konsum gross finali ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli għall-elettriku (kif definit fl-Artikoli 5(1)a) u 5(3) tad-Direttiva 2009/28/KE) diviż bil-konsum gross finali totali ta’ elettriku. Ir-ringiela (B) tat-Tabella 4a diviża bir-ringiela (2) tat-Tabella 1.

    (11)  Sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-trasport: enerġija finali minn sorsi rinnovabbli użata fit-trasport (cf. l-Artikolu 5(1)c) u 5(5) tad-Direttiva 2009/28/KE) diviża bil-konsum fit-trasport ta’ 1) petrol; 2) diżil; 3) bijofjuwils użati fit-trasport bit-triq u l-ferrovija u 4) elettriku fit-trasport bl-art (kif rifless fir-ringiela 3 tat-Tabella 1). Ir-ringiela (J) tat-Tabella 4a diviża bir-ringiela (3) tat-Tabella 1.

    (12)  Sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum gross finali tal-enerġija. Irringiela (G) tat-Tabella 4a diviża bir-ringiela (4) tat-Tabella 1.

    (13)  F’punti peċentwali ta’ sehem totali RES.

    (14)  Kif definit fl-Anness I.B għad-Direttiva 2009/28/KE.

    (15)  Skont l-Art. 5(1)tad-Direttiva 2009/28/KE il-gass, l-elettriku u l-idroġenu minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandhom jiġu kkunsidrati darba biss. L-ebda għadd doppju mhu permess.

    (16)  Li fihom kull RES użat fit-trasport inkluż l-elettriku, l-idroġenu u l-gass minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, u esklużi l-bijofjuwils li mhumiex konformi mal-kriterji tas-sostenibilità (cf. l-Artikolu 5(1) l-aħħar subparagrafu). Speċifika hawnhekk il-valuri attwali mingħajr ma tuża l-fatturi tal-multiplikazzjoni.

    (17)  Speċifika hawnhekk il-valuri attwali mingħajr ma tuża l-fatturi tal-multiplikazzjoni.

    (*)  Indika jekk il-miżura hix (b’mod predominanti) regolatorja, finanzjarja jew ma torbotx (i.e. kampanja tal-informazzjoni).

    (**)  Ir-riżultat mistenni huwa tibdil fl-aġir, il-kapaċità installata (MW; t/sena), l-enerġija ġġenerata (ktoe)?

    (***)  Min huma l-persuni fil-mira: investituri, utenti finali, amministrazzjoni pubblika, dawk li-jippjanaw, periti, installaturi, eċċ? jew x’inhi l-attività/is-settur fil-mira: produzzjoni ta’ bijofjuwils, użu tad-demel tal-annimali għall-enerġija, eċċ)?

    (18)  Ammont tar-riżorsi f’m3 (jekk possibbli, inkella f’unitajiet alternattivi xierqa) għall-kategorija A u s-sottokategoriji tagħha u f’tunnellati għall-kategoriji B u C u s-sottokategoriji tagħhom.

    (19)  Il-bijomassa mill-forestrija għandha tinkludi wkoll il-bijomassa mill-industriji bbażati fil-foresti. Taħt il-kategorija tal-bijomassa mill-forestrija, fjuwils solidi ipproċessati, bħal-laqx, il-pritkuni u l-briquettes għandhom jiġu inklużi fil-kategoriji sekondarji tal-oriġini korrispondenti.

    (20)  Ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jinstabu fir-rapport maħruġ mill-Grupp ta’ Ħidma II ad hoc tal-Kumitat Permanenti tal-Forestrija f’Lulju 2008 dwar il-Mobilizzazzjoni u l-użu effiċjenti tal-injam u residwi tal-injam għall-ġenerazzjoni tal-enerġija [isem mhux uffiċjali]. Ir-rapport jista’ jitniżżel minn: http://ec.europa.eu/agriculture/fore/publi/sfc_wgii_final_report_072008_en.pdf

    (21)  Ikkunsidra biss dawk li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibilità, cf. l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2009/28/KE l-aħħar subparagrafu.

    (22)  Ikkunsidra biss dawk li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibilità, cf. l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2009/28/KE l-aħħar subparagrafu.

    (23)  Użu dirett u sħana distrettwali kif definiti fl-Artikolu 5.4 tad-Direttiva 2009/28/KE.

    (24)  Ikkunsidra biss dawk li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibilità, cf. l-Artikolu 5(1) l-aħħar subparagrafu tad-Direttiva 2009/28/KE.

    (25)  Tisħin u/jew tkessiħ distrettwali mill-konsum totali tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli. (RES- DH)

    (26)  Mill-konsum totali tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli.

    (27)  Għall-bijofjuwils ikkunsidra biss dawn konformi mal-kriterji tas-sostenibilità (cf. l-Artikolu 5(1) tal-aħħar subparagrafu).

    (28)  Bijofjuwils li huma inklużi fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2009/28/KE.

    (29)  Mill-ammont totali ta’ bijoetanol/bijo-ETBE

    (30)  Mill-ammont totali ta’ bijodiżil


    Top