Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42009D0169

    2009/169/KE,Euratom: Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal- 25 ta' Frar 2009 li taħtar Imħallef għall-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU L 56, 28.2.2009, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/169/oj

    28.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 56/17


    DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

    tal-25 ta' Frar 2009

    li taħtar Imħallef għall-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

    (2009/169/KE, Euratom)

    IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 140 tiegħu,

    Billi:

    Skont l-Artikoli 5 u 7, flimkien mal-Artikolu 47, tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara r-riżenja tas-Sinjura Virpi TIILI, għandu jinħatar imħallef għall-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-kumplament tal-mandat tas-Sinjura Virpi TIILI, jiġifieri sal-31 ta' Awwissu 2010,

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sur Heikki KANNINEN huwa b'dan maħtur Imħallef tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2009 sal-31 ta' Awwissu 2010.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, fil-25 ta’ Frar 2009.

    Il-President

    M. VICENOVÁ


    Top