Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0119

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 tad- 9 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom, għall-importazzjoni fil-Komunità, jew għat-tranżitu minnha, ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 39, 10.2.2009, p. 12–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32020R0692

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/119/oj

    10.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 39/12


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 119/2009

    tad-9 ta’ Frar 2009

    li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom, għall-importazzjoni fil-Komunità, jew għat-tranżitu minnha, ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (1), b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8, l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4)(b) u (c) tagħha,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene fil-prodotti tal-ikel (2), b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi r-regoli speċifiċi għall-iġjene f’ikel ta’ oriġini mill-annimali (3), b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi r-regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali dwar prodotti ta’ oriġini mill-annimali li huma għall-konsum mill-bniedem (4), b’mod partikolari l-Artikoli 11(1) u 14(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex jiżguraw il-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel u mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-benesseri tagħhom (5), b’mod partikolari l-Artikolu 48(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE (6) telenka l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ laħam tal-fenek u ta’ ċertu laħam ta’ annimali tal-kaċċa selvaġġi u mrobbija fl-irziezet, filwaqt li tistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal dawn l-importazzjonijiet.

    (2)

    Għal aktar konsistenza mal-liġi Komunitarja, ir-regoli Komunitarji għall-importazzjonijiet tal-laħam tal-leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u tal-fniek imrobbija fl-irziezet għandhom jikkunsidraw ir-rekwiżiti tas-saħħa pubblika stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004.

    (3)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu bla ħsara għal-leġiżlazzjoni li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (7).

    (4)

    Bil-ħsieb li jkunu armonizzati l-kundizzjonijiet Komunitarji biex ikunu importati l-prodotti kkonċernati fil-Komunità, kif ukoll biex dawn isiru aktar trasparenti u tiġi ssimplifikata l-proċedura leġiżlattiva biex jiġu emendati dawn il-kundizzjonijiet, dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti fiċ-ċertifikati veterinarji mudell stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    (5)

    Iċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni fil-Komunità u għat-tranżitu minnha, inkluż il-ħażna matul it-tranżitu, ta’ laħam tal-leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet għandhom ikunu konformi mal-mudelli standard xierqa stabbiliti fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/240/KE tas-16 ta’ April 2007 li tistabbilixxi ċertifikati vetrinarji ġodda għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin, semen, embrijuni, bajd u prodotti ta’ oriġini mill-annimali fil-Komunità skont id-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE, 93/197/KEE, 95/328/KE, 96/333/KE, 96/539/KE, 96/540/KE, 2000/572/KE, 2000/585/KE, 2000/666/KE, 2002/613/KE, 2003/56/KE, 2003/779/KE, 2003/804/KE, 2003/858/KE, 2003/863/KE, 2003/881/KE, 2004/407/KE, 2004/438/KE, 2004/595/KE, 2004/639/KE u 2006/168/KE (8).

    (6)

    Iċ-ċertifikati veterinarji mudell, stabbiliti f’dan ir-Regolament, għall-importazzjonijiet fil-Komunità u għat-tranżitu minnha, inkluż il-ħażna waqt it-tranżitu, ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u tal-fniek imrobbija fl-irziezet għandhom ikunu kompatibbli mas-sistema Traces, kif previst fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces (9).

    (7)

    Il-lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet ta’ dawn, elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE (10) għandha tintuża għall-importazzjonijiet fil-Komunità jew għat-tranżitu minnha ta’ laħam tal-leporidae selvaġġi u tal-fniek imrobbija fl-irziezet. Għandha tkun stabbilita l-lista ta’ pajjiżi għall-importazzjonijiet fil-Komunità jew għat-tranżitu minnha fir-rigward ta’ laħam tal-mammali tal-art selvaġġi għajr l-annimali ungulati u l-leporidae.

    (8)

    Għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu mill-Komunità ta’ kunsinni lejn u mir-Russja, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika ta’ Kaliningrad li tikkonċerna biss il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja.

    (9)

    Biex tiġi evitata kull interruzzjoni fil-kummerċ, l-użu taċ-ċertifikati veterinarji maħruġa skont id-Deċiżjoni 2000/585/KE għandu jkun awtorizzat għal perjodu tranżizzjonali.

    (10)

    Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, id-Deċiżjoni 2000/585/KE għandha titħassar u tinbidel b’dan ir-Regolament.

    (11)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett u ambitu

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

    (a)

    lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom li minnhom il-prodotti li ġejjin jistgħu jkunu importati jew jgħaddu fi tranżitu mill-Komunità:

    (i)

    laħam tal-leporidae selvaġġi mingħajr interjuri, għajr fil-każ ta’ leporidae mhux bil-ġilda mqaxxra bil-ġewwieni tiegħu mhux imneħħija;

    (ii)

    laħam ta’ mammali tal-art selvaġġi għajr annimali ungulati u l-leporidae, mhux bl-interjuri;

    (iii)

    laħam tal-fniek imrobbija fl-irziezet.

    (b)

    ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-prodotti elenkati fil-punti (i), (ii), u (iii) (“il-prodotti”).

    2.   Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjoni prevista fl-Artikolu 5(2), għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-tranżitu jkopri l-ħażna matul it-tranżitu, (inkluż it-tpoġġija fl-imħażen, kif imsemmi fl-Artikolu 12(4) u fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (11)).

    3.   Dan ir-Regolament japplika bla ħsara

    (i)

    ir-rekwiżiti speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni previsti fil-ftehimiet Komunitarji ma’ pajjiżi terzi;

    (ii)

    ir-regoli rilevanti dwar iċ-ċertifikazzjoni stipulati fil-leġiżlazzjoni li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom.

    Artikolu 2

    Definizzjoni

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “leporidae selvaġġi” tfisser fniek selvaġġi u tal-liebru.

    Artikolu 3

    Listi ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet minn dawn li minnhom il-prodotti jistgħu jiġu importati fil-Komunità jew jgħaddu fi tranżitu minnha

    Il-prodotti għandhom ikunu importati fil-Komunità jew jgħaddu fi tranżitu minnha minn pajjiż terz biss jew minn partijiet tiegħu elenkat jew li hemm referenza għalih fil-Parti 1 tal-Anness I.

    Artikolu 4

    Ċertifikazzjoni veterinarja

    1.   Il-prodotti importati fil-Komunità għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat veterinarju magħmul skont iċ-ċertifikat mudell stipulat fl-Anness II, għall-komodità kkonċernata, li jimtela skont in-noti stabbiliti fil-Parti 4 tal-Anness I.

    2.   Il-prodotti li jkunu fi tranżitu mill-Komunità għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat magħmul skont iċ-ċertifikat mudell stabbilit fl-Anness III.

    3.   Il-konformità mal-garanziji addizzjonali, kif meħtieġ għal ċertu Stat Membru jew parti minnu fil-kolonni 4, 6 u 8 tat-Tabella fil-Parti 1 tal-Anness I u kif deskritt fil-Parti 3 tal-Anness I, għandha tkun iċċertifikata billi timtela t-taqsima xierqa fiċ-ċertifikat veterinarju għall-oġġett ikkonċernat.

    4.   Iċ-ċertifikazzjoni tista’ ssir b’mezzi elettroniċi jew permezz ta’ sistemi armonizzati oħra li dwarhom ikun hemm ftehim f’livell Komunitarju.

    Artikolu 5

    Deroga għal tranżitu mil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja

    1.   B’deroga mill-Artikolu 4(2), it-tranżitu fuq it-triq jew bil-ferrovija għandu jkun awtorizzat bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja, elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE (12), għall-kunsinni ta’ prodotti li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn ir-Russja, direttament jew permezz ta’ pajjiż terz ieħor, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-kunsinna tiġi ssiġillata b’siġill b’numru tas-serje mill-veterinarju uffiċjali fuq il-post tad-dħul ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera;

    (b)

    id-dokumenti li jkun hemm mal-kunsinna, kif stipulat fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE, jiġu ttimbrati bil-kliem “Għat-tranżitu biss lejn ir-Russja mill-KE” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fuq il-post ta’ spezzjoni tad-dħul fuq il-fruntieri;

    (c)

    ikun hemm konformità mar-rekwiżiti dwar il-proċedura stipulati fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

    (d)

    il-kunsinna tiġi ċċertifikata bħala tajba għall-ġarr fid-dokument veterinarju komuni tad-dħul maħruġ mill-veterinarju uffiċjali fuq il-post tad-dħul ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera.

    2.   Il-kunsinni, kif hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, ma għandhomx jinħattu jew jinħażnu, kif imsemmi fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fil-Komunità.

    3.   Għandu jsir awditjar regolari mill-awtorità kompetenti biex ikun assigurat li n-numru ta’ kunsinni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, u n-numru ta’ kwantitajiet korrispondenti ta’ prodotti li jitilqu mill-Komunità jikkorrispondu man-numru u l-kwantitajiet li jidħlu fil-Komunità.

    Artikolu 6

    Revoka

    Id-Deċiżjoni 2000/585/KE hija revokata.

    Referenzi għad-Deċiżjonijiet revokati għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella korrelattiva fl-Anness IV.

    Artikolu 7

    Dispożizzjonijiet tranżitorji

    Il-prodotti li għalihom inħarġu ċ-ċertifikati veterinarji rilevanti skont id-Deċiżjoni 2000/585/KE jistgħu jiġu impurtati jew jinġarru mill-Komunità sat-30 ta’ Ġunju 2009.

    Artikolu 8

    Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-12-il jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2009.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Frar 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

    (3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

    (4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

    (5)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

    (6)  ĠU L 251, 6.10.2000, p. 1.

    (7)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

    (8)  ĠU L 104, 21.4.2007, p. 37.

    (9)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63.

    (10)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.

    (11)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

    (12)  ĠU L 326, 11.12.2001, p. 44.


    ANNESS I

    LAĦAM TA’ LEPORIDAE SELVAĠĠI, TA’ ĊERTI MAMMALI TAL-ART SELVAĠĠI U TA’ FNIEK IMROBBIJA FL-IRZIEZET

    PARTI 1

    Lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet minnhom u garanziji addizzjonali

    Pajjiż

    Kodiċi tat-territorju

    Leporidae

    Mammali tal-art selvaġġi għajr l-ungulati u l-leporidae

    Selvaġġi

    Fniek imrobbija fl-irziezet

    ĊM

    GA

    ĊM

    GA

    ĊM

    GA

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    8

    L-Awstralja

    AU

    WL

     

    RM

     

    WM

     

    Il-Kanada

    CA

    WL

     

    RM

     

    WM

     

    Greenland

    GL

    WL

     

    RM

     

    WM

     

    In-New Zealand

    NZ

    WL

     

    RM

     

    WM

     

    Ir-Russja

    RU

    WL

     

    RM

     

    WM

     

    Kull pajjiż terz ieħor jew parti minnu elenkat fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KEE

    WL

     

    RM

     

     

     

    ĊM

    :

    Ċertifikat veterinarju mudell.

    AG

    :

    Garanziji addizzjonali.

    PARTI 2

    Ċertifikati veterinarji mudell

    Mudell(i):

    “WL”

    :

    Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam tal-leoporidae selvaġġi (fniek u fniek tal-liebru)

    “WM”

    :

    Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam ta’ mammali tal-art selvaġġi għajr l-annimali ungulati u l-leporidae

    “RM”

    :

    Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam tal-fniek imrobbija fl-irziezet

    PARTI 3

    Garanziji addizzjonali

    PARTI 4

    Noti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja

    (a)

    Ċertifikati veterinarji bbażati fuq il-mudelli fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness u skont il-format tal-mudell li jikkorrispondi mal-prodott konċernat għandhom jinħarġu mill-pajjiż terz esportatur jew minn parti minnu. Huma għandu jkun fihom, skont l-ordni li tidher fil-mudell, iċ-ċertifikati li huma meħtieġa għal kull pajjiż terz u, fejn japplika, dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa addizzjonali meħtieġa għall-pajjiż, esportatur jew ta’ parti minnu.

    Fejn ikun hemm bżonn ta’ aktar garanziji mill-Istat Membru ta' destinazzjoni għall-prodott ikkonċernat, dawn għandhom jitniżżlu fuq l-oriġinal taċ-ċertifikat veterinarju.

    (b)

    Irid jiġi ppreżentat ċertifikat separat, wieħed għal kull kunsinna tal-prodott ikkonċernat, esportat lejn l-istess destinazzjoni minn xi territorju li jidher fil-kolonni 2 u 3 tal-Parti 1 tat-tabella 14 ta’ dan l-Anness u li ġie trasportat fl-istess vagun tal-ferrovija, trakk, ajruplan jew vapur.

    (ċ)

    L-oriġinal taċ-ċertifikati għandu jkun magħmul minn paġna waħda stampata miż-żewġ naħat jew, fejn tkun meħtieġa aktar kitba, b’tali mod li l-paġni kollha jiffurmaw unità sħiħa u ma jistgħux jiġu sseparati.

    (d)

    Iċ-ċertifikat għandu jissawwar b’talanqas lingwa waħda uffiċjali tal-Istat Membru fejn issir l-ispezzjoni fuq il-fruntiera u b’lingwa waħda uffiċjali tal-Istat Membru ta' destinazzjoni. Minkejja dan, dawk l-Istati Membri jistgħu jippermettu lingwa oħra Komunitarja minflok tagħhom, flimkien ma’, jekk hemm bżonn, traduzzjoni uffiċjali.

    (e)

    Fejn ikun hemm paġni addizzjonali mehmuża maċ-ċertifikat għall-finijiet li jiġu identifikati l-oġġetti li hemm fil-kunsinna, dawk il-paġni addizzjonali għandhom jitqiesu li jiffurmaw parti mill-oriġinal taċ-ċertifikat, dejjem jekk il-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li jiċċertifika jkunu jidhru fuq kull paġna.

    (f)

    Meta ċ-ċertifikat, inkluż kull paġna addizzjonali kif stipulat f’(e), ikun magħmul minn aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun innumerata “–x(numru tal-paġna) ta’ y(numru totali ta’ paġni)–” fil-qiegħ u għandu jkollha n-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat allokat mill-awtorità kompetenti fin-naħa ta’ fuq.

    (g)

    L-oriġinal taċ-ċertifikat irid jimtela u jiġi ffirmat minn xi veterinarju uffiċjali mhux qabel 24 siegħa mindu tiġi mgħobbija l-kunsinna għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fil-leġislazzjoni Komunitarja. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandha tassigura li l-prinċipji ta’ ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 96/93/KE (1) jiġu segwiti.

    Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. L-istess regola għandha tapplika għat-timbri barra dawk li huma imbuzzati ’l barra.

    (h)

    L-oriġinal taċ-ċertifikat irid ikun mal-kunsinna safejn jikkonċerna l-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tal-Komunità Ewropea.


    (1)  ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.


    ANNESS II

    ĊERTIFIKATI VETERINARJI MUDELL GĦALL-IMPORTAZZJONI TA’ LAĦAM TA’ LEPORIDAE SELVAĠĠI, TA’ ĊERTI MAMMALI TAL-ART SELVAĠĠI U TA’ FNIEK IMROBBIJA FL-IRZIEZET FIL-KOMUNITÀ EWROPEA

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS III

    (kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)

    Ċertifikat veterinarju mudell għat-transitu/ħażna ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ fniek imrobbija fl-irziezet u ta’ mammali tal-art selvaġġi għajr l-annimali ungulati

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS IV

    (kif imsemmi fl-Artikolu 6)

    Tabella korrelattiva

    Deċiżjoni 2000/585/KE

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 2

    Artikolu 1

    Artikolu 2

    Artikolu 2a (a)

    Artikolu 3

    Artikolu 2a (b, ċ u d)

    Artikolu 4

    Artikolu 2b

    Artikolu 5

    Artikolu 4(1)

    Artikolu 6

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 7

    Artikolu 3

    Artikolu 8


    Top