Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0058

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 58/2009 tat- 22 ta’ Jannar 2009 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

    ĠU L 19, 23.1.2009, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/58/oj

    23.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 19/9


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 58/2009

    tat-22 ta’ Jannar 2009

    li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti prodotti tal-ħalib (2) jipprovdi stedina permanenti għall-offerti.

    (2)

    Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli (3) u wara stħarriġ ta' l-offerti mressqa b’reazzoni għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu ta' rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għall-perjodu tat-tressiq ta’ l-offerti li jintemm fl-20 Jannar 2009.

    (3)

    Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) 619/2008 għall-perjodu tat-tressiq ta' l-offerti li jintemm fl-20 ta’ Jannar 2009, l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament imsemmi huma stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Jannar 2009.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Jannar 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.

    (3)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.


    ANNESS

    (EUR/100 kg)

    Prodott

    Kodiċi tan-nomenklatura għar-rifużjoni għall-esportazzjoni

    L-ammont massimu ta' refużjoni tal-esportazzjoni għall-esportazzjoni fid-destinazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 619/2008

    Butir

    ex ex 0405 90 10 9000

    50,00

    Żejt tal-butir (butteroil)

    ex ex 0405 90 10 9000

    58,00


    Top