Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1340

    Regolament tal-Kunsill Nru 1340/2008 tat- 8 ta’ Diċembru 2008 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakistan

    ĠU L 348, 24.12.2008, p. 1–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2015: This act has been changed. Current consolidated version: 20/02/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1340/oj

    24.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 348/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL Nru 1340/2008

    tat-8 ta’ Diċembru 2008

    dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakistan

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 17(1) tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u r-Repubblika tal-Każakistan (1), jipprevedi li l-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar għandu jkun soġġett għal ftehim speċifiku dwar arranġamenti kwantitattivi.

    (2)

    Il-Ftehim bilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Każakstan fuq il-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar (2) konkluż fid-19 ta’ Lulju 2005 skada fil-31 ta’ Diċembru 2006. Mill-2007 u l-2008, miżuri awtonomi stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1870/2006 (3) u mir-Regolament (KE) Nru 1531/2007 (4) rispettivament irregolaw il-kummerċ f’ċerti prodotti tal-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Każakistan.

    (3)

    Sakemm jiġi ffirmat u jidħol fis-seħħ ftehim ġdid jew sakemm il-Każakistan jissieħeb fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), għandhom jiġu stabbiliti limiti kwantitattivi li jibdew mis-sena 2009.

    (4)

    Billi l-kondizzjonijiet li wasslu għall-iffissar tal-limiti kwantitattivi għall-2007 u l-2008 baqgħu fil-biċċa l-kbira fis-seħħ, jixraq li jiġu stabbiliti limiti kwantitattivi għall-2009 fuq l-istess livell bħal dak tal-2007 u l-2008.

    (5)

    Huwa meħtieġ li jkun hemm il-mezzi biex dan ir-reġim jiġi amministrat fil-Komunità b’tali mod li titħaffef l-implimentazzjoni tal-Ftehim il-ġdid billi jkunu previsti dispożizzjonijiet simili kemm jista’ jkun.

    (6)

    Huwa meħtieġ li jkun żgurat li l-oriġini tal-prodotti in kwistjoni tkun ivverifikata u li għal dan il-għan jitwaqqfu metodi xierqa ta’ kooperazzjoni amministrattiva.

    (7)

    Il-prodotti li jitpoġġew f’żona ħielsa jew li jkunu impurtati taħt l-arranġamenti li jikkontrollaw l-imħażen tad-dwana, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċessar attiv (sistema ta’ sospensjoni) m’għandhomx jiġu attribwiti għal-limiti stabbiliti għall-prodotti in kwistjoni.

    (8)

    L-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament titlob l-introduzzjoni ta’ kriterju għal liċenzja tal-importazzjoni tal-Komunità biex il-prodotti in kwistjoni jkunu jistgħu jiddaħħlu f’ċirkolazzjoni libera fil-Komunità.

    (9)

    Biex ikun żgurat li l-limiti kwantitattivi ma jiġux eċċeduti, huwa meħtieġ li titwaqqaf proċedura ta’ tmexxija li biha l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma joħorġux liċenzji tal-importazzjoni qabel ma jkollhom konferma mill-Kummissjoni li jibqgħu disponibbli ammonti adegwati fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti tal-azzar elenkati fl-Anness I li joriġinaw mir-Repubblika tal-Każakistan.

    2.   Il-prodotti tal-azzar għandhom jiġu kklassifikati fi gruppi tal-prodott kif stabbilit fl-Anness I.

    3.   Il-klassifikazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I għandha tkun ibbażata fuq in-Nomenklatura Magħquda (NM) stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (5).

    4.   L-oriġini tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita skond ir-regoli li hemm fis-seħħ fil-Komunità.

    Artikolu 2

    1.   L-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti tal-azzar elenkati fl-Anness I li joriġinaw mir-Repubblika tal-Każakistan għandha tkun soġġetta għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness V. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità tal-prodotti stabbiliti fl-Anness I li joriġinaw mir-Repubblika tal-Każakistann għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini, kif stipulat fl-Anness II, u ta’ liċenzja tal-importazzjoni li tinħareġ mill-awtoritajiet tal-Istati Membri skond l-Artikolu 4.

    2.   Sabiex ikun żgurat li l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ma jkunux jeċċedu f’kull żmien il-limiti kwantitattivi sħaħ għal kull grupp tal-prodott, l-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness IV għandhom joħorġu liċenzji tal-importazzjoni biss jekk ikollhom konferma mill-Kummissjoni li jkun għad hemm kwantitajiet disponibbli fil-limiti kwantitattivi għall-grupp tal-prodott rilevanti tal-prodotti tal-azzar fir-rigward tal-pajjiż fornitur, li għalihom importatur jew importaturi jkunu ppreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom lil dawn l-awtoritajiet.

    3.   L-importazzjonijiet awtorizzati għandhom jiġu attribwiti għal-limitu kwantitattiv rilevanti stabbilit fl-Anness V. Il-vjeġġ tal-prodotti għandu jitqies li jkun seħħ fid-data li fiha dawn ikunu tgħabbew fuq il-mezz ta’ trasport għall-esportazzjoni.

    Artikolu 3

    1.   Il-limiti kwantitattivi msemmija fl-Anness V m’għandhomx japplikaw għall-prodotti li jkunu tpoġġew f’żona ħielsa jew f’maħżen ħieles jew li jkunu ġew importati taħt l-arranġamenti li jirregolaw l-imħażen tad-dwana, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċessar attiv (sistema ta’ sospensjoni).

    2.   Fejn il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 sussegwentement jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera, jew fl-istat mhux mibdul tagħhom jew wara x-xogħol jew l-ipproċessar, għandu jkun applikabbli l-Artikolu 2(2) u l-prodotti li jiġu rilaxxati għandhom jiġu attribwiti għal-limitu kwantitattiv rilevanti stabbilit fl-Anness V.

    Artikolu 4

    1.   Għall-għan tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(2), qabel jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness IV għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ammonti tat-talbiet li jkollhom għal-liċenzji tal-importazzjoni, appoġġjati mil-liċenzji tal-esportazzjoni oriġinali, li huma jkunu rċevew. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tinnotifika jekk l-ammont(i) meħtieġ(a) ta’ kwantitajiet ikunux disponibbli għall-importazzjoni fl-ordni kronoloġika li fiha din tirċievi n-notifiki tal-Istati Membri (“fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”).

    2.   It-talbiet inklużi fin-notifiki lill-Kummissjoni għandhom ikunu validi jekk dawn jistabbilixxu b’mod ċar f’kull każ il-pajjiż esportatur, il-kodiċi tal-prodott ikkonċernat, l-ammonti li għandhom ikunu impurtati, in-numru tal-liċenzja tal-esportazzjoni, is-sena tal-kwota u l-Istat Membru li fih il-prodotti huma maħsuba li jitpoġġew f’ċirkolazzjoni libera.

    3.   Kemm jista’ jkun, il-Kummissjoni għandha tikkonferma mal-awtoritajiet l-ammont sħiħ muri fit-talbiet li jkunu ġew innotifikati għal kull grupp ta’ prodotti.

    4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih wara li jkunu ġew mgħarrfa dwar kull kwantità li ma tintużax matul il-perijodu tal-validità tal-liċenzja tal-importazzjoni. Dawn il-kwantitajiet mhux użati għandhom jiġu ttrasferiti b’mod awtomatiku fil-kwantitajiet li jibqa’ tal-limitu kwantitattiv sħiħ tal-Komunità għal kull grupp tal-prodott.

    5.   In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jiġu kkomunikati elettronikament fin-netwerk integrat stabbilit għal dan il-għan, sakemm għal raġunijiet tekniċi ma jkunx meħtieġ li, temporanjament, jintużaw mezzi oħrajn ta’ komunikazzjoni.

    6.   Il-liċenzji tal-importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu skond l-Artikoli 12 sa 16.

    7.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kull kanċellazzjoni ta’ liċenzji tal-importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti li jkunu nħarġu diġà f’każijiet fejn il-liċenzji tal-esportazzjoni li jikkorrispondu jkunu ġew irtirati jew ikkanċellati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakistan. Madankollu, jekk il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkunu ġew infurmati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakitsan dwar l-irtirar jew il-kanċellazzjoni ta’ liċenzja tal-esportazzjoni wara li l-prodotti relatati jkunu ġew impurtati fil-Komunità, il-kwantitajiet in kwistjoni għandhom jinqatgħu kontra l-limitu kwantitattiv rilevanti stabbilit fl-Anness V.

    Artikolu 5

    1.   Fejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet li l-prodotti elenkati fl-Anness I li joriġinaw mir-Repubblika tal-Każakistan ikunu nġarru, għaddew minn rotot oħra jew ikunu ġew impurtati mod ieħor fil-Komunità b’ċirkomvenzjoni tal-limiti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 2 u li jkun hemm il-ħtieġa biex isiru l-aġġustamenti meħtieġa, din għandha titlob li jsiru konsultazzjonijiet biex jintlaħaq ftehim fuq l-aġġustament meħtieġ tal-limiti kwantitattivi li jikkorrispondu li għandhom isiru.

    2.   Sakemm joħroġ ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ titlob lir-Repubblika tal-Każakistan biex tieħu l-passi ta’ prekawzjoni meħtieġa biex ikun żgurat li l-aġġustamenti għal-limiti kwantitattivi li jkunu ġew miftiehma wara dawn il-konsultazzjonijiet ikunu jistgħu jitwettqu.

    3.   Jekk il-Komunità u r-Repubblika tal-Każakistan ma jaslux għal soluzzjoni sodisfaċenti u jekk il-Kummissjoni tinnota li jkun hemm evidenza ċara ta’ ċirkomvenzjoni, il-Kummissjoni għandha tnaqqas mil-limiti kwantitattivi volum ekwivalenti ta’ prodotti li jkunu ġejjin mir-Repubblika tal-Każakistan.

    Artikolu 6

    1.   Liċenzja tal-esportazzjoni, li għandha tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakistan għandha tkun meħtieġa għal kull kunsinna ta’ prodotti tal-azzar li tkun soġġetta għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness V sal-livell ta’ dawn il-limiti.

    2.   L-oriġinal tal-liċenzja tal-esportazzjoni għandha tiġi ppreżentata mill-importatur biex tkun tista’ tinħareġ il-liċenzja tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 12.

    Artikolu 7

    1.   Il-liċenzja tal-esportazzjoni għal-limiti kwantitattivi għandha tkun konformi mal-kampjun muri fl-Anness II u għandha tiċċertifika, inter alia, li l-kwantità ta’ oġġetti in kwistjoni kienet attribwita għal-limitu kwantitattiv stabbilit għall-grupp tal-prodott ikkonċernat.

    2.   Kull liċenzja tal-esportazzjoni għandha tkopri biss wieħed mill-gruppi ta’ prodotti elenkati fl-Anness I.

    Artikolu 8

    L-esportazzjonijiet għandhom jinqatgħu kontra l-limiti kwantitattivi rilevanti stabbiliti fl-Anness V u li jinġarru fit-tifsira tal-Artikolu 2(3).

    Artikolu 9

    1.   Il-liċenzja tal-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 tista’ tinkludi fiha kopji addizzjonali debitament murija bħala tali. Il-liċenzja tal-esportazzjoni u l-kopji tagħha kif ukoll iċ-ċertifikat tal-oriġini u l-kopji tiegħu għandhom jiġu mfassla bl-Ingliż.

    2.   Jekk id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 jimtlew bl-idejn, l-entrati għandhom ikunu bil-linka u b’ittri kbar.

    3.   Il-liċenzji tal-esportazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandu jkollhom qies ta’ 210 × 297 mm. Il-karta għandha tkun bajda tal-kitba, kollata, li ma jkollhiex polpa mekkanika u li ma tkunx tiżen inqas minn 25 g/m2. Fl-isfond ta’ kull parti għandu jkun hemm stampat disinn ta’ guillocheli jirrendi kwalunkwe falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi viżibbli għall-għajn.

    4.   L-oriġinal biss għandu jkun aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità bħala validu għall-importazzjoni Skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

    5.   Kull liċenzja tal-esportazzjoni jew dokument ekwivalenti għandu jkollu fuqu numru tas-serje standardizzat, kemm jekk ikun stampat u kemm jekk le, li bih dan ikun jista’ jiġi identifikat.

    6.   In-numru ta’ serje għandu jkun magħmul mill-elementi li ġejjin:

    żewġ ittri li jidd entifikaw il-pajjiż esportatur kif ġej:

    KZ

    =

    Repubblika tal-Każakistan

    żewġ ittri li jidd entifikaw l-Istat Membru tad-destinazzjoni maħsuba kif ġej:

    BE

    =

    Belġju

    BG

    =

    Bulgarija

    CZ

    =

    Repubblika Ċeka

    DK

    =

    Danimarka

    DE

    =

    Ġermanja

    EE

    =

    Estonja

    IE

    =

    Irlanda

    GR

    =

    Greċja

    ES

    =

    Spanja

    FR

    =

    Franza

    IT

    =

    Italja

    CY

    =

    Ċipru

    LV

    =

    Latvja

    LT

    =

    Litwanja

    LU

    =

    Lussemburgu

    HU

    =

    Ungerija

    MT

    =

    Malta

    NL

    =

    Olanda

    AT

    =

    Awstrija

    PL

    =

    Polonja

    PT

    =

    Portugall

    RO

    =

    Rumanija

    SI

    =

    Slovenja

    SK

    =

    Slovakkja

    FI

    =

    Finlandja

    SE

    =

    Svezja

    GB

    =

    Renju Unit,

    numru b’figura waħda li jidd entifika s-sena tal-kwota li tikkorrispondi għall-aħħar figura fis-sena in kwistjoni, eż. “9” għall-2009,

    numru b’żewġ figuri li jidd entifika l-uffiċċju tal-ħruġ fil-pajjiż esportatur;

    numru b’ħames figuri bejn 00 001 sa 99 999 li jiġi allokat għall-Istat Membru speċifiku tad-destinazzjoni.

    Artikolu 10

    Il-liċenzja tal-esportazzjoni tista’ tinħareġ wara l-vjeġġ tal-prodotti li tikkonċerna. F’dawn il-każijiet hi għandu jkollha d-dikjarazzjoni “maħruġa retrospettivament”.

    Artikolu 11

    F’każ li liċenzja tal-esportazzjoni tinsteraq, tintilef jew tinqered, l-esportatur jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet id-dokument biex issir kopja duplikata fuq il-bażi tad-dokumenti tal-esportazzjoni li jkollu fil-pussess tiegħu.

    Il-liċenzja duplikata li tinħareġ b’dan il-mod għandu jkollha fuqha d-dikjarazzjoni “duplikata”. Hija għandha jkollha fuqha d-data tal-liċenzja oriġinali.

    Artikolu 12

    1.   Safejn il-Kummissjoni tkun ikkonfermat skond l-Artikolu 4 li l-ammont meħtieġ ikun disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzja tal-importazzjoni f’perijodu ta’ mhux aktar minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara li l-importatur ikun ippreżenta l-oriġinal tal-liċenzja tal-esportazzjoni korrispondenti. Din il-preżentazzjoni għandha ssir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara dik li fiha l-oġġetti koperti bil-liċenzja jkunu nġarru. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru, irrispettivament mill-Istat Membru indikat fuq il-liċenzja tal-esportazzjoni, safejn il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 4, tkun ikkonfermat li l-ammont meħtieġ ikun disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni.

    2.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal erba’ xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom. Fuq talba debitament motivata minn importatur, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jwessgħu l-perijodu tal-validità għal perijodu ieħor li ma jkunx jeċċedi l-erba’ xhur.

    3.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jitfasslu fil-mudell stabbilit fl-Anness III u għandhom ikunu validi fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.

    4.   Id-dikjarazzjoni jew it-talba li tkun saret mill-importatur sabiex jikseb il-liċenzja tal-importazzjoni għandu jkun fiha:

    (a)

    l-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur;

    (b)

    l-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur;

    (ċ)

    id-deskrizzjoni eżatta tal-oġġetti u l-kodiċi(jiet) TARIC;

    (d)

    il-pajjiż tal-oriġini tal-oġġetti;

    (e)

    il-pajjiż tal-kunsinna;

    (f)

    il-grupp tal-prodott adatt u l-kwantità għall-prodotti in kwistjoni;

    (g)

    il-piż nett skond l-intestatura TARIC;

    (h)

    il-valur c.i.f. tal-prodotti fil-fruntiera tal-Komunità skond l-intestatura TARIC;

    (i)

    jekk il-prodotti kkonċernati humiex ta’ sekonda kwalità jew inkella ta’ kwalità inferjuri;

    (j)

    fejn xieraq, id-dati tal-ħlas u t-twassil u kopja tal-polza tat-tagħbija u tal-kuntratt tax-xiri;

    (k)

    id-data u n-numru tal-liċenzja tal-esportazzjoni;

    (l)

    kwalunkwe kodiċi intern użat għal għanijiet amminstrattivi;

    (m)

    id-data u l-firma tal-importatur.

    5.   L-importaturi m’għandhomx ikunu obbligati li jimportaw il-kwantità sħiħa koperta minn liċenzja tal-importazzjoni f’kunsinna waħda.

    Artikolu 13

    Il-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għandha tkun soġġetta għall-validità tal-liċenzji tal-esportazzjoni u l-kwantitajiet indikati fil-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakistan li fuq il-bażi ta’ dawn ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni.

    Artikolu 14

    Il-liċenzji tal-importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skond l-Artikolu 2(2) u mingħajr diskriminazzjoni lejn kwalunkwe importatur fil-Komunità, ikun fejn ikun il-post tal-istabbiliment tiegħu fil-Komunità, mingħajr preġudizzju għall-konformità ma’ kondizzjonijiet oħrajn meħtieġa taħt ir-regoli preżenti.

    Artikolu 15

    1.   Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kwantitajiet totali koperti bil-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa mir-Repubblika tal-Każakistan għal grupp partikolari tal-prodott jeċċedu l-limitu kwantitattiv stabbilit għal dak il-grupp tal-prodott, l-awtoritajiet kompetenti li joħorġu l-liċenzji fl-Istati Membri għandhom ikunu mgħarrfa minnufih sabiex jieqfu milli joħorġu aktar liċenzji tal-importazzjoni. F’dan il-każ, il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew mill-ewwel mill-Kummissjoni.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom jirrifjutaw milli joħorġu liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Każakistan li ma jkunux koperti bil-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa skond l-Artikoli 6 sa 11.

    Artikolu 16

    1.   Il-formoli li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 għandhom ikunu konformi mal-mudell tal-liċenzja tal-importazzjoni muri fl-Anness III.

    2.   Il-formoli tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-estratti tagħhom għandhom ikunu f’kopji duplikati, kopja minnhom immarkata “Kopja tal-pussessur” u jkollha n-numru 1 u tingħata lill-applikant, u l-oħra mmarkata “Kopja għall-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji” li jkollha fuqha n-numru 2, li għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Għal għanijiet amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu kopji addizzjonali għall-formola 2.

    3.   Il-formoli għandhom ikunu stampati fuq karta bajda li tkun ħielsa minn kull polpa mekkanika, tajba għall-kitba u li tkun tiżen bejn 55 u 65 g/m2. Il-qies tagħhom għandu jkun 210 × 297 mm; l-ispazju tat-tipa bejn il-linji għandu jkun 4,24 mm (wieħed minn sitta ta’ pulzier); il-format tal-formola għandu jiġi segwit b’mod preċiż. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hija l-liċenzja nfisha, għandu jkollhom ukoll fl-isfond tagħhom disinn ta’ guilloche ta’ lewn aħmar biex ikun jidher kull falsifikazzjoni li tista’ ssir b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi.

    4.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli sabiex ikollhom il-formoli stampati. Il-formoli jistgħu jkunu stampati wkoll minn stampaturi maħtura mill-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti. Fil-każ tal-aħħar, għandha tidher referenza għall-ħatra mill-Istat Membru fuq kull formola. Kull formola għandu jkollha fuqha l-identifikazzjoni tal-isem u l-indirizz tal-istampatur jew marka li biha jkun jista’ jingħaraf l-istampatur.

    5.   Meta jinħarġu, il-liċenzji tal-importazzjoni jew l-estratti għandhom jingħataw numru tal-ħruġ li jkun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru. In-numru tal-liċenzja tal-importazzjoni għandu jkun innotifikat lill-Kummissjoni b’mod elettroniku fin-netwerk integrat stabbilit taħt l-Artikolu 4.

    6.   Il-liċenzji u l-estratti għandhom jimtlew fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru tal-ħruġ.

    7.   Fil-kaxxa 10, l-awtoritajiet kompetenti għandhom juru l-grupp tal-prodott tal-azzar adatt.

    8.   Il-marki tal-aġenziji tal-ħruġ u tal-awtoritajiet tad-debitu għandhom ikunu applikati permezz ta’ timbru. Madankollu, pressa ibbuzzata magħquda ma’ ittri jew figuri miksuba b’perforazzjoni, jew l-istampar fuq il-liċenzja jista’ jintuża minflok it-timbru tal-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji. L-awtoritajiet tal-ħruġ tal-liċenzji għandhom jużaw kwalunkwe metodu ta’ kontra l-qerq biex il-kwantità allokata tiġi rreġistrata b’tali mod li jkun impossibbli li jitniżżlu figuri jew referenzi oħrajn.

    9.   Il-parti ta’ wara tal-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2 għandu jkollha kaxxa li fiha jitniżżlu l-kwantitajiet, jew mill-awtoritajiet tad-dwana meta jkunu tlestew il-formalitajiet tal-importazzjoni, jew mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti meta jinħareġ estratt. Jekk l-ispazju maħsub għad-debiti fuq liċenzja jew estratt tagħha ma jkunx biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jehmżu paġni ta’ estensjoni oħrajn li jkollhom fuqhom kaxxi li jkunu jixbhu lil dawk li jkun hemm fuq in-naħa ta’ wara tal-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2 tal-liċenzja jew l-estratt. L-awtoritajiet tad-debitu għandhom jittimbraw b’tali mod li nofs il-marka tat-timbru tkun fuq il-liċenzja jew l-estratt tagħha u n-nofs l-ieħor fuq il-paġna ta’ estensjoni. Jekk ikun hemm aktar minn paġna waħda ta’ estensjoni, marka oħra ta’ timbru għandha titpoġġa bl-istess mod f’kull paġna u fil-paġna ta’ qabel.

    10.   Il-liċenzji tal-importazzjoni u l-estratti li jinħarġu, u t-tagħrif u l-konfermi li jitniżżlu fihom, mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru, għandu jkollhom l-istess effett legali f’kull Stat Membru bħad-dokumenti maħruġa, u l-entrati u d-dikjarazzjonijiet li jkunu saru, mill-awtoritajiet ta’ dawn l-Istati Membri.

    11.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, fejn ikun indispensabbli, jitolbu biex il-kontenut tal-liċenzji jew l-estratti jiġu maqluba fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru.

    Artikolu 17

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’l-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009. Jekk il-Każakistan tissieħeb fid-WTO, dan ir-Regolament għandu jiskadi mid-data tal-adeżjoni (6).

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. KOUCHNER


    (1)  ĠU L 196, 28.7.1999, p. 3.

    (2)  ĠU L 232, 8.9.2005, p. 64.

    (3)  ĠU L 360, 19.12.2006, p. 1.

    (4)  ĠU L 337, 21.12.2007, p. 2.

    (5)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (6)  Id-data ta’ l-iskadenza tkun ippubblikata mill-Kummissjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.


    ANNESS I

    SA PRODOTTI RRUMBLATI ĊATT

    SA1. Kolji

     

    7208100000

     

    7208250000

     

    7208260000

     

    7208270000

     

    7208360000

     

    7208370010

     

    7208370090

     

    7208380010

     

    7208380090

     

    7208390010

     

    7208390090

     

    7211140010

     

    7211190010

     

    7219110000

     

    7219121000

     

    7219129000

     

    7219131000

     

    7219139000

     

    7219141000

     

    7219149000

     

    7225301000

     

    7225303010

     

    7225309000

     

    7225401510

     

    7225502010

    SA2. Pjanċa Tqila

     

    7208400010

     

    7208512000

     

    7208519100

     

    7208519800

     

    7208529100

     

    7208521000

     

    7208529900

     

    7208531000

     

    7211130000

    SA3. Prodotti oħra rrumblati ċatt

     

    7208400090

     

    7208539000

     

    7208540000

     

    7208908010

     

    7209150000

     

    7209161000

     

    7209169000

     

    7209171000

     

    7209179000

     

    7209181000

     

    7209189100

     

    7209189900

     

    7209250000

     

    7209261000

     

    7209269000

     

    7209271000

     

    7209279000

     

    7209281000

     

    7209289000

     

    7209908010

     

    7210110010

     

    7210122010

     

    7210128010

     

    7210200010

     

    7210300010

     

    7210410010

     

    7210490010

     

    7210500010

     

    7210610010

     

    7210690010

     

    7210701010

     

    7210708010

     

    7210903010

     

    7210904010

     

    7210908091

     

    7211140090

     

    7211190090

     

    7211232010

     

    7211233010

     

    7211233091

     

    7211238010

     

    7211238091

     

    7211290010

     

    7211908010

     

    7212101000

     

    7212109011

     

    7212200011

     

    7212300011

     

    7212402010

     

    7212402091

     

    7212408011

     

    7212502011

     

    7212503011

     

    7212504011

     

    7212506111

     

    7212506911

     

    7212509013

     

    7212600011

     

    7212600091

     

    7219211000

     

    7219219000

     

    7219221000

     

    7219229000

     

    7219230000

     

    7219240000

     

    7219310000

     

    7219321000

     

    7219329000

     

    7219331000

     

    7219339000

     

    7219341000

     

    7219349000

     

    7219351000

     

    7219359000

     

    7225401290

     

    7225409000


    ANNESS II

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS III

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS IV

    СПИСЪК НА КОМПЕТЕНТНИТЕ НАЦИОНАЛНИ ОРГАНИ

    LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES

    SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ

    LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER

    LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN

    PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI

    ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ

    LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES

    LISTE DES AUTORITÉS NATIONALES COMPÉTENTES

    ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITÀ NAZIONALI

    VALSTU KOMPETENTO IESTĀŽU SARAKSTS

    ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS

    AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA

    LISTA TAL-AWTORITAJIET NAZZJONALI KOMPETENTI

    LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES

    WYKAZ WŁAŚCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH

    LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES

    LISTA AUTORITĂȚILOR NAȚIONALE COMPETENTE

    ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV

    SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV

    LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA

    FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER

     

    BELGIQUE/BELGIË

    Service public fédéral de l'économie, des PME, des classes moyennes et de l'énergie

    Direction générale du potentiel économique

    Service des licences

    Rue de Louvain 44

    B-1000 Bruxelles

    Fax (32-2) 277 50 63

    Federale Overheidsdienst Economie, KMO,

    Middenstand & Energie

    Algemene Directie Economisch Potentieel

    Dienst Vergunningen

    Leuvenseweg 44

    B-1000 Brussel

    Fax (32-2) 277 50 63

     

    DANMARK

    Erhvervs- og Byggestyrelsen

    Økonomi- og Erhvervsministeriet

    Langelinie Allé 17

    DK-2100 København Ø

    Fax: (45) 35 46 60 01

     

    DEUTSCHLAND

    Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle,

    (BAFA)

    Frankfurter Straße 29—35

    D-65760 Eschborn 1

    Fax: (49) 6196 90 88 00

     

    БЪЛГАРИЯ

    Министерство на икономиката и енергетиката

    дирекция „Регистриране, лицензиране и контрол“

    ул. „Славянска“ № 8

    1052 София

    Факс: (359-2) 981 50 41

    Fax (359-2) 980 47 10

     

    ČESKÁ REPUBLIKA

    Ministerstvo průmyslu a obchodu

    Licenční správa

    Na Františku 32

    CZ-110 15 Praha 1

    Fax: (420) 224 21 21 33

     

    FRANCE

    Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie

    Direction générale des entreprises

    Sous-direction des biens de consommation

    Bureau textile-importations

    Le Bervil

    12, rue Villiot

    F-75572 Paris Cedex 12

    Fax (33) 153 44 91 81

     

    ITALIA

    Ministero dello Sviluppo Economico

    Direzione Generale per la Politica Commerciale

    DIV. III

    Viale America, 341

    I-00144 Roma

    Tel. (39) 06 59 64 24 71/59 64 22 79

    Fax (39) 06 59 93 22 35/59 93 26 36

    E-mail: polcom3@mincomes.it

     

    EESTI

    Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

    Harju 11

    EE-15072 Tallinn

    Faks: +372 631 3660

     

    IRELAND

    Department of Enterprise, Trade and Employment

    Import/Export Licensing, Block C

    Earlsfort Centre

    Hatch Street

    IE-Dublin 2

    Fax: +353-1-631 25 62

     

    ΕΛΛΑΣ

    Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών

    Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής Πολιτικής

    Διεύθυνση Καθεστώτων Εισαγωγών-Εξαγωγών,

    Εμπορικής Άμυνας

    Κορνάρου 1

    GR-105 63 Αθήνα

    Φαξ (30-210) 328 60 94

     

    ESPAÑA

    Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

    Secretaría General de Comercio Exterior

    Subdirección General de Comercio Exterior de Productos Industriales

    Paseo de la Castellana 162

    E-28046 Madrid

    Fax: +34-91 349 38 31

     

    ΚΥΠΡΟΣ

    Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

    Υπηρεσία Εμπορίου

    Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

    Οδός Ανδρέα Αραούζου Αρ. 6

    CY-1421 Λευκωσία

    Φαξ (357) 22 37 51 20

     

    LATVIJA

    Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

    Brīvības iela 55

    LV-1519 Rīga

    Fakss: +371-728 08 82

     

    LIETUVA

    Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

    Prekybos departamentas

    Gedimino pr. 38/2

    LT-01104 Vilnius

    Faks. +370-5-26 23 974

     

    LUXEMBOURG

    Ministère de l’économie et du commerce extérieur

    Office des licences

    BP 113

    L-2011 Luxembourg

    Fax (352) 46 61 38

     

    MAGYARORSZÁG

    Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

    Margit krt. 85.

    HU-1024 Budapest

    Fax: (36-1) 336 73 02

     

    MALTA

    Diviżjoni għall-Kummerċ

    Servizzi Kummerċjali

    Lascaris

    MT-Valletta CMR02

    Fax: (356) 25 69 02 99

     

    NEDERLAND

    Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer

    Postbus 30003, Engelse Kamp 2

    NL-9700 RD Groningen

    Fax (31-50) 523 23 41

     

    ÖSTERREICH

    Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

    Außenwirtschaftsadministration

    Abteilung C2/2

    Stubenring 1

    A-1011 Wien

    Fax: (43-1) 7 11 00/83 86

     

    ROMÂNIA

    Ministerul pentru Întreprinderi Mici și Mijlocii, Comerț, Turism și Profesii Liberale

    Direcția Generală Politici Comerciale

    Str. Ion Câmpineanu, nr. 16

    București, sector 1

    Cod poștal 010036

    Tel. (40-21) 315 00 81

    Fax (40-21) 315 04 54

    e-mail: clc@dce.gov.ro

     

    SLOVENIJA

    Ministrstvo za finance

    Carinska uprava Republike Slovenije

    Carinski urad Jesenice

    Spodnji plavž 6C

    SI-4270 Jesenice

    Faks (386-4) 297 44 72

     

    SLOVENSKO

    Odbor obchodnej politiky

    Ministerstvo hospodárstva

    Mierová 19

    827 15 Bratislava 212

    Slovenská republika

    Fax: (421-2) 48 54 31 16

     

    SUOMI/FINLAND

    Tullihallitus

    PL 512

    FI-00101 Helsinki

    Faksi +358-20-492 28 52

    Tullstyrelsen

    PB 512

    FI-00101 Helsingfors

    Fax +358-20-492 28 52

     

    POLSKA

    Ministerstwo Gospodarki

    Plac Trzech Krzyży 3/5

    00-507 Warszawa

    Polska

    Fax: (48-22) 693 40 21/693 40 22

     

    PORTUGAL

    Ministério das Finanças e da Administração Pública

    Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos

    Especiais sobre o Consumo

    Rua da Alfândega, n.o 5, r/c

    P-1149-006 Lisboa

    Fax: (+351) 218 81 39 90

     

    SVERIGE

    Kommerskollegium

    Box 6803

    S-113 86 Stockholm

    Fax (46-8) 30 67 59

     

    UNITED KINGDOM

    Department of Trade and Industry

    Import Licensing Branch

    Queensway House — West Precinct

    Billingham

    UK-TS23 2NF

    Fax (44-1642) 36 42 69


    ANNESS V

    QUANTITATIVE LIMITS

    Prodotti

    Tonnellati metriċi fis-sena

    SA. Prodotti ċatti

    SA1. Kolji

    87 125

    SA2. Pjanċa tqila

    0

    SA3. Prodotti ċatti oħrajn

    117 875


    Top