Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1410

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1410/2007 tad- 29 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

    ĠU L 312, 30.11.2007, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1410/oj

    30.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 312/21


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1410/2007

    tad-29 ta’ Novembru 2007

    li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tal-majjal (1), u b’mod partikolari Artikolu 13(3), it-tieni inċiż, tiegħu;

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

    (2)

    Fid-dawl tal-qagħda tas-suq tal-laħam tal-majjal, kif osservata fil-preżent, jeħtieġ li jiġu definiti rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni f’konformità mar-regoli u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75.

    (3)

    Skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75, ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet meta l-qagħda tas-suq dinji, jew l-esiġenzi speċifiċi ta’ ċerti swieq, jagħmluha neċessarja li jinbidlu r-rifużjonjiet fuq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75, skond id-destinazzjoni.

    (4)

    Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw għajr fuq il-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom il-marka ta’ sanità pprovduta fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ l-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

    (5)

    Il-Kumitat ta' Ġestjoni tal-laħam tal-majjal ma ħariġx opinjoni fiż-żmien stipulat mill-president tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet ta’ l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 u l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament, b’riserva tal-kundizzjoni magħmula fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

    2.   Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skond il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tal-marka tas-sanità definiti fl-Anness I, Sezzjoni I, Kapitolu III, tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Novembru 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

    (2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Corrigendum fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).

    (3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Corrigendum fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

    (4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Corrigendum fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.


    ANNESS

    Rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal, applikabbli mit-30 ta’ Novembru 2007

    Il-kodiċi tal-prodott

    Id-destinazzjoni

    L-unità tal-kejl

    L-ammont tar-rifużjoni

    0203 11 10 9000

    A00

    EUR/100 kg

    31,10

    0203 21 10 9000

    A00

    EUR/100 kg

    31,10

    0203 12 11 9100

    A00

    EUR/100 kg

    31,10

    0203 12 19 9100

    A00

    EUR/100 kg

    31,10

    0203 19 11 9100

    A00

    EUR/100 kg

    31,10

    0203 19 13 9100

    A00

    EUR/100 kg

    31,10

    0203 19 55 9110

    A00

    EUR/100 kg

    31,10

    0203 22 11 9100

    A00

    EUR/100 kg

    31,10

    0203 22 19 9100

    A00

    EUR/100 kg

    31,10

    0203 29 11 9100

    A00

    EUR/100 kg

    31,10

    0203 29 13 9100

    A00

    EUR/100 kg

    31,10

    0203 29 55 9110

    A00

    EUR/100 kg

    31,10

    0203 19 15 9100

    A00

    EUR/100 kg

    19,40

    0203 19 55 9310

    A00

    EUR/100 kg

    19,40

    0203 29 15 9100

    A00

    EUR/100 kg

    19,40

    0210 11 31 9110

    A00

    EUR/100 kg

    54,20

    0210 11 31 9910

    A00

    EUR/100 kg

    54,20

    0210 19 81 9100

    A00

    EUR/100 kg

    54,20

    0210 19 81 9300

    A00

    EUR/100 kg

    54,20

    1601 00 91 9120

    A00

    EUR/100 kg

    19,50

    1601 00 99 9110

    A00

    EUR/100 kg

    15,20

    1602 41 10 9110

    A00

    EUR/100 kg

    29,00

    1602 41 10 9130

    A00

    EUR/100 kg

    17,10

    1602 42 10 9110

    A00

    EUR/100 kg

    22,80

    1602 42 10 9130

    A00

    EUR/100 kg

    17,10

    1602 49 19 9130

    A00

    EUR/100 kg

    17,10

    NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje «A » huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.


    Top