Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 32007R0804

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 804/2007 tad- 9 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fil-Baħar Baltiku (subdiviżjonijiet 25-32, ilmijiet tal-KE) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja

    ĠU L 180, 10.7.2007., 3./4. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dokumenta juridiskais statuss Vairs nav spēkā, Datums, līdz kuram ir spēkā: 31/12/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/804/oj

    10.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 180/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 804/2007

    tad-9 ta’ Lulju 2007

    li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fil-Baħar Baltiku (subdiviżjonijiet 25-32, ilmijiet tal-KE) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1941/2006 tal-11 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati tas-sajd għal ċerti stokkijiet tas-sajd u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2007, jistabbilixxi kwantità ta’ 10 794 tunnellata ta’ merluzz li jista’ jiġi mistad fl-2007 fil-Baħar Baltiku (3) (subdiviżjonijiet 25-32, ilmijiet tal-KE) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja.

    (2)

    L-informazzjoni miksuba mill-Kummissjoni permezz ta’ spezzjonijiet imwettqa mill-ispetturi tagħha u relatata mal-qabdiet ta’ dak l-istokk mhijiex konsistenti ma’ dik li l-Polonja bagħtet lill-Kummissjoni.

    (3)

    Mill-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet ta’ dak l-istokk minn bastimenti Pollakki fl-2007 huma tliet darbiet akbar mill-kwantitajiet iddikjarati mill-Polonja. Għaldaqstant, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi allokati lill-Polonja għall-2007 jitqiesu li ġew eżawriti.

    (4)

    Skond l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-Polonja għandha l-obblighu li, mid-data li fiha l-kwota rilevanti tal-qbid titqies li ġiet eżawrita, għal dak l-istokk proviżorjament tipprojbixxi s-sajd, iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt l-art ta’ ħut maqbud wara dik id-data.

    (5)

    Fin-nuqqas ta’ azzjoni adegwata meħuda mill-Polonja, jeħtieġ li l-Kummissjoni, b’inizjattiva tagħha, tistabbilixxi l-waqt li fih il-qbid tal-merluzz fil-Baltiku (subdiviżjonijiet 25-32, ilmijiet tal-KE) mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja jitqies li eżawrixxa l-kwota tal-Polonja, kif ukoll li immedjatament tipprojbixxi s-sajd għal dak l-istokk minn dik id-data. Jeħtieġ ukoll li tipprojbixxi, wara dik id-data, ż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt l-art ta’ dak l-istokk mistad minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Eżawriment tal-kwota

    Il-qbid tal-merluzz fil-Baħar Baltiku (subdiviżjonijiet 25-32, ilmijiet tal-KE) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja jitqies li eżawrixxa l-parti tal-kwota allokata lill-Polonja għall-2007, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Projbizzjonijiet

    Is-sajd għall-merluzz fil-Baħar Baltiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja għandu jkun ipprojbit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sal-31 ta’ Diċembru 2007. Għandu jkun ipprojbit ukoll li dan l-istokk jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art matul dak il-perjodu.

    Artikolu 3

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Joe BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

    (2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11; kif ikkoreġut bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).

    (3)  ĠU L 367, 22.12.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 609/2007 (ĠU L 141, 2.6.2007, p. 33).


    Augša