Wählen Sie die experimentellen Funktionen, die Sie testen möchten.

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 32005D0638

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta' Lulju 2005 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Ukraina fuq il-kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar

ĠU L 232, 8.9.2005, S. 42-42 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 168M, 21.6.2006, S. 220-220 (MT)

Rechtlicher Status des Dokuments Nicht mehr in Kraft, Datum des Endes der Gültigkeit: 31/12/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/638/oj

Verbundene internationale Übereinkunft

32005D0638

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta' Lulju 2005 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Ukraina fuq il-kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar

Official Journal L 232 , 08/09/2005 P. 0042 - 0042
Official Journal L 168 , 21/06/2006 P. 0220 - 0220


Deċiżjoni tal-Kunsill

tat- 12 ta' Lulju 2005

dwar il-konklużjoni ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Ukraina fuq il-kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar

(2005/638/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-Artikolu 300 (2), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Ukraina [1] daħal fis-seħħ fl- 1 ta' Marzu 1998.

(2) L-Artikolu 22(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u Koperazzjoni jipprovdi li kummerċ ta' ċerti prodotti ta’ l-azzar għandu jkun regolat mit-Titolu III, ħlief l-Artikolu 14 tiegħu, u mid-disposizzjonijiet ta' Ftehim.

(3) Għas-snin 1995 sa 2001, il-kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar kien soġġett għal Ftehim bejn il-Partijiet, u fl-2002, l-2003 u sad- 19 ta’ Novembru 2004 għal arranġamenti speċifiċi. Ftehim ulterjuri kien konkluż fid- 19 ta’ Novembru 2004 li jkopri l-perjodu li jwassal sal- 31 ta' Diċembru 2004. Ftehim ġdid li jkopri l-perjodu li jwassal sal- 31 ta’ Diċembru 2006 kien negozjat bejn il-Partijiet.

(4) Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Ukraina f’dak li għandu x’jaqsam mal-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna/persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirma/jiffirmaw il-Ftehim sabiex jorbot lill-Komunitá.

Magħmul fi Brussel, nhar it- 12 ta’ Lulju 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Brown

[1] ĠU L 49, tad-19.2.1998, p. 3

--------------------------------------------------

Ftehim

bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Ukraina dwar il-kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn issa ’l quddiem "il-Komunità",

min-naħa l-waħda, u

IL-GVERN TA' L-UKRAINA,

min-naħa l-oħra,

flimkien imsejħa "il-Partijiet",

BILLI l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Ukraina, minn issa ’l quddiem "il-PCA", daħal fis-seħħ fl- 1 ta' Marzu 1998.

BILLI l-Partijiet juru x-xewqa li jippromwovu l-iżvilupp b'mod ordnat u ekwu tal-kummerċ fl-azzar li jsir bejniethom;

BILLI l-Artikolu 22(1) tal-PCA jipprovdi li l-kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar għandu jkun regolat mit-Titolu III bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 14 tiegħu, u mid-disposizzjonijiet ta’ Ftehim dwar l-arranġamenti kwantitattivi;

BILLI dan il-Ftehim jikkostitwixxi l-ftehim imsemmi fl-Artikolu 22(1) tal-PCA;

TENUT kont tal-proċess ta' adeżjoni ta' l-Ukraina għall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO) u l-appoġġ tal-Komunità għall-integrazzjoni ta' l-Ukraina fis-sistema internazzjonali tal-kummerċ;

BILLI għas-snin 1995 sa 2001 il-kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar kien is-soġġett tal-Ftehim bejn il-Partijiet, fl-2002, l-2003 u l-2004 ta' arranġamenti speċifiċi u minn Novembru 2004 ta' Ftehim li għalhekk huwa xieraq li jinbidel bi Ftehim ieħor.

BILLI l-Partijiet tennew l-impenn tagħhom li jiksbu, hekk kif jintlaħqu l-kondizzjonijiet, liberalizzazzjoni sħiħa tal-kummerċ f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti ta’ l-azzar koperti minn dan il-Ftehim;

BILLI dan il-Ftehim għandu jkun akkumpanjat bil-koperazzjoni bejn iż-żewġ partijiet fir-rigward ta' l-industriji tagħhom ta' l-azzar, inklużi skambji ta’ informazzjoni adattati, fi ħdan grupp ta’ kuntatt tal-faħam u l-azzar kif previst fl-Artikolu 22(2) għall-PCA,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Dan il-Ftehim japplika għall-kummerċ fil-prodotti ta’ l-azzar kif stipulat fl-Anness I li joriġinaw mill-Ukraina u mill-Komunità.

2. Kummerċ fil-prodotti ta’ l-azzar kif stipulat fl-Anness II jista’ jkun soġġett għal limiti kwantitattivi.

3. Kummerċ fil-prodotti ta’ l-azzar li mhuwiex stipulat fl-Anness II ma għandux ikun soġġett għal limiti kwantitattivi.

4. Fil-każ ta’ prodotti ta’ l-azzar u ta’ materji ta’ soġġett li mhumiex koperti b’dan il-Ftehim, id-disposizzjonijiet rilevanti tal-PCA għandhom japplikaw.

Artikolu 2

1. Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu u jżommu għall-perjodu ta’ validità tal-Ftehim preżenti arranġament kwantitattivi li jiffissaw il-limiti stipulati fl-Anness III fuq l-esportazzjonijiet ta’ l-Ukraina lill-Komunità tal-prodotti stipulati fl-Anness II. Dawn it-tip ta’ esportazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal sistema ta’ kontroll doppju kif speċifikat fil-Protokoll A.

2. Il-Partijiet itennu l-impenn tagħhom li jiksbu liberalizzazzjoni sħiħa tal-kummerċ f'dak li għandu x'jaqsam mal-prodotti ta' l-azzar stipulati fl-Anness II hekk kif jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet.

3. Il-Partijiet jaqblu li importazzjonijiet fil-Komunità mill-Ukraina tal-prodotti ta’ l-azzar stipulati fl-Anness II mill- 1 ta’ Jannar 2005 sad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim għandhom jitnaqqsu mil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness III.

4. Importazzjonijiet ta’ kwantitajiet li jaqbżu dawk imsemmija fl-Anness III għandhom ikunu awtorizzati fil-każ fejn l-industrija tal-Komunità ma jirnexxilhiex tilħaq it-talba interna u tirriżulta f’nuqqas ta’ provvista għal wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Anness II. Konsultazzjonijiet għandhom iseħħu mill-ewwel fuq it-talba ta’ waħda mill-Partijiet biex ikun determinat il-livell tan-nuqqas fuq il-bażi ta’ evidenza oġġettiva. Wara l-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet, il-Komunità għandha tinstiga l-proċeduri interni tagħha sabiex iżżid il-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness III.

5. Kull Parti, fi kwalunkwe mument, tista’ tressaq talba għal konsultazzjonijiet li jikkonċernaw:

- il-livelli tal-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness III, fejn il-kondizzjonijiet li jirrigwardaw il-prodotti koperti mill-Anness II iddeterjoraw jew tjiebu b’ mod sustanzjali;

- il-possibilità ta' trasferiment ta' ammonti mhux użati stipulati fl-Anness III minn gruppi ta' prodotti sotto-utilizzati għal gruppi oħra.

Artikolu 3

1. Importazzjonijiet fit-territorju doganali tal-Komunità għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti stipulati fl-Anness II għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru bbażata fuq il-produzzjoni ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Ukraina u għall-prova ta’ oriġini skond id-disposizzjonijiet tal-Protokoll A.

2. Importazzjonijiet fit-territorju doganali tal-Komunità tal-prodotti stipulati fl-Anness II ma għandhomx ikunu soġġetti għal-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness III sakemm huma ddikjarati li magħmulin għar-ri-esportazzjoni "l barra mill-Komunità fl-istess stat jew wara li jkunu ġew ipproċessati, fi ħdan is-sistema amministrattiva ta" kontroll li teżisti fi ħdan il-Komunità.

3. Għal dawk il-limiti kwantitattivi li ma jkunux intużaw f’sena kalendarja partikolari, it-trasferiment tagħhom għal-limiti kwantitattivi korrispondenti għas-sena kalendarja ta’ wara huwa awtorizzat sa 10% tal-limitu kwantitattiv rilevanti kif stipulat fl-Anness III għall-grupp ta' prodotti kkonċernat għal dik is-sena li fiha ma jkunx intuża Il-Gvern ta' l-Ukraina għandu jinnotifika l-Komunità sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta' wara jekk għandu l-intenzjoni li jagħmel użu minn din id-disposizzjoni.

4. Sa 15% tal-limitu kwantitattiv għal grupp speċifiku ta’ prodott jista’ jkun ittrasferit lejn grupp wieħed jew aktar gruppi oħra soġġett għall-kunsens taż-żewġ partijiet. Il-limitu kwantitattiv għal grupp speċifiku ta’ prodott jista’ jitranġa darba matul sena kalendarja. Kwalunkwe tibdil għal-limiti kwantitattivi li jirriżulta minn trasferimenti jrid jaffetwa biss is-sena kalendarja li qiegħda tiżvolġi. Fil-bidu tas-sena kalendarja sussegwenti, il-limiti kwantitattivi għandhom jkunu dawk li qegħdin jidhru fl-Anness II, bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3. L-Ukraina għandha tinnotifika l-Komunità sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju jekk għandha l-intenzjoni li tagħmel użu minn din id-disposizzjoni.

Artikolu 4

1. Bil-ħsieb li jrendu s-sistema ta’ kontroll doppju effettiva kemm jista’ jkun u sabiex inaqqsu kemm jistgħu l-possibilitajiet ta’ abbuż u evitar:

- l-awtoritajiet tal-Komunità għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina sat-28 ta’ kull xahar dwar l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni maħruġa matul ix-xahar ta’ qabel;

- l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina għandhom jinformaw lill-Komunità sat-28 ta’ kull xahar dwar il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa matul ix-xahar ta’ qabel.

2. Fil-każ ta’ diskrepanza sinifikanti, li tieħu f’kunsiderazzjoni l-fatturi taż-żmien involuti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ din it-tip ta’ informazzjoni, kwalunkwe Part tista’ titlob li jsiru konsultazzjonijiet li għandhom jinbdew minnufih.

3. Bla preġudizzju għall-paragrafu 1 u bil-ħsieb li jiżguraw it-tħaddim effettiv ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet jaqblu li jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jevitaw, jistħarrġu u jieħdu kwalunkwe azzjoni legali u/jew amministrattiva meħtieġa kontra l-evitar, notevolment permezz tat-trasbord, merkanzija li tintbagħat minn rotot alternattivi, dikjarazzjoni falza li tikkonċerna l-pajjiż jew il-post ta’ oriġini, falsifikazzjoni ta’ dokumenti, dikjarazzjoni falza fir-rigward tal-kwantitajiet, id-deskrizzjoni jew il-klassifika tal-merkanzija. Skond dan il-mod, il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu d-disposizzjonijiet legali u l-proċeduri amministrattivi meħtieġa li jippermettu sabiex tittieħed azzjoni effettiva kontra dan it-tip ta’ evitar, li għandhom jinkludu l-adozzjoni ta’ miżuri korrettivi li jorbtu legalment kontra esportaturi u/jew importaturi involuti.

4. F’każ li Parti tkun tal-fehma li fuq bażi ta’ informazzjoni disponibbli dan il-Ftehim qiegħed ikun evitat, tista’ titlob kondizzjoni ta’ konsultazzjonijiet mal-Parti l-oħra li se jinżammu minnufih.

5. Matul l-istennija għar-riżultati tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-Gvern ta’ l-Ukraina għandu, bħala miżura ta’ prekawzjoni, u jekk hekk tintalab bħala kondizzjoni mill-Komunità, jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiżgura li, fejn hemm evidenza suffiċjenti ta’ evitar, aġġustamenti tal-limiti kwantitattivi li dwarhom probabbilment se jintlaħaq qbil wara l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4, għandhom jitwettqu għas-sena kalendarja li fiha saret il-kondizzjoni tat-talba għall-konsultazzjonijiet taħt il-paragrafu 3, jew għas-sena ta’ warajha, jekk il-limitu għal dik is-sena kalendarja huwa eżawrit.

6. F’każ li l-Partijiet ma jirnexxilhomx jaslu għal soluzzjoni sodisfaċenti b'mod reċiproku matul il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-Komunità għandha jkollha d-dritt, fejn teżisti evidenza suffiċjenti li prodotti ta’ l-azzar koperti minn dan il-Ftehim li joriġinaw fl-Ukraina kienu importati b’evitar ta’ dan il-Ftehim, li jpaċu l-kwantitajiet rilevanti mal-limiti kwantitattivi stabbiliti taħt l-Anness III.

7. F’każ li l-Partijiet ma jirnexxilhomx jaslu għal soluzzjoni sodisfaċenti b'mod reċiproku matul il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-Komunità għandha jkollha d-dritt, fejn teżisti evidenza suffiċjenti li turi li seħħet dikjarazzjoni falza li tikkonċerna kwalitajiet deskrizzjoni jew klassifikazzjoni, li tirrifjuta l-importazzjoni tal-prodott partikolari.

8. Il-Partijiet jaqblu li jikkoperaw bis-sħiħ sabiex iwaqqfu u jindirizzaw b'mod effettiv il-problemi kollha li jinqalgħu mill-evitar ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 5

1. Il-limiti kwantitattivi stabbiliti taħt dan il-Ftehim fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti stipulati fl-Anness II m'għandhomx jinqasmu mill-Komunità f’ishma reġjonali.

2. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw sabiex iżommu milli bidliet iseħħu f’daqqa jew li jservu ta’ preġudizzju fil-flussi tradizzjonali tal-kummerċ diretti lejn il-Komunità. F’każ li sseħħ bidla f’daqqa jew li sservi ta’ preġudizzju fil-flussi tradizzjonali tal-kummerċ (inkluża konċentrazzjoni reġjonali jew it-telfa ta’ konsumaturi tradizzjonali), il-Komunità se tkun intitolata li tagħmel kondizzjoni ta’ talba għall-konsultazzjonijiet sabiex issib soluzzjoni sodisfaċenti għall-problema. Dawn it-tipi ta’ konsultazzjonijiet għandhom jinżammu minnufih.

3. Il-Gvern ta' l-Ukraina għandu jagħmel ħiltu sabiex jiżgura li l-esportazzjonijiet diretti lill-Komunità ta’ prodotti stipulati fl-Anness II jinfirxu b’mod uniformi kemm jista’ jkun fuq medda ta’ sena. F’każ li sseħħ żieda qawwija f’daqqa jew li sservi ta’ preġudizzju, il-Komunità se tkun intitolata li tagħmel kondizzjoni ta’ talba għall-konsaltazzjonijiet sabiex issib soluzzjoni sodisfaċenti għall-problema. Dawn it-tipi ta’ konsultazzjonijiet għandhom jinżammu minnufih.

4. Flimkien ma' l-obbligu li jinsab fil-paragrafu 3, u mingħajr preġudizzju għal konsultazzjonijiet previsti bl-Artikolu 2 (5), fil-każ fejn liċenzji maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Ukraina jilħqu d-90% tal-limiti kwantitattivi għas-sena kalendarja partikolari, kwalunkwe Parti tista’ tagħmel kondizzjoni ta’ talba għall-konsultazzjonijiet. Dawn it-tipi ta’ konsultazzjonijiet għandhom jinżammu minnufih. Fl-istennija tar-riżultat ta’ dawn it-tipi ta’ konsultazzjonijiet l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina jistgħu joħorġu liċenzji ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti stipulati fl-Anness II sakemm ma’ jaqbżux il-kwantitajiet stipulati fl-Anness III.

Artikolu 6

1. Fil-każ fejn kwalunkwe prodott stipulat fl-Anness II qiegħed ikun importat fil-Komunità mill-Ukraina taħt dawn it-tipi ta’ kondizzjonijiet b’tali mod li jikkawża jew jhedded li jikkawża ħsara sostanzjali lill-produtturi tal-Komunità ta’ prodotti simili, il-Komunità għandha tipprovdi l-Ukraina bl-informazzjoni rilevanti kollha bil-ħsieb li tfittex soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet. Il-Partijiet għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet minnufih.

2. F’każ li l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jonqsu li jaslu għal ftehim fi żmien 30 jum minn meta tintalab il-kondizzjoni għall-konsultazzjonijiet min-naħa tal-Komunità, il-Komunità tista’ tuża d-dritt li tieħu azzjoni li tikkonċerna miżuri ta’ salvagwardja skond id-disposizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u Koperazzjoni.

3. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 19 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u Koperazzjoni għandhom japplikaw.

Artikolu 7

1. L-ikklassifikar tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament huwa bbażat fuq in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika tal-Komunità (minn issa 'l quddiem "nomenklatura magħquda", jew fil-forma mqassra "NM"). Kwalunkwe emenda għan-nomenklatura magħquda li saret skond il-proċeduri fis-seħħ fil-Komunità li jikkonċernaw il-prodotti stipulati fl-Anness II jew kwalunkwe deċiżjoni relatata ma’ l-ikklassifikar tal-merkanzija ma għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas il-limiti kwantitattivi tal-prodotti stipulati fl-Anness III.

2. L-oriġini tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament għandha tiġi ddeterminata skond ir-regoli fis-seħħ fil-Komunità. Kwalunkwe emenda għal dawn ir-regoli ta’ oriġini għandha tkun ikkomunikata lill-Gvern ta’ l-Ukraina u m'għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas il-limiti kwantitattivi ta’ dan il-Ftehim. Il-proċeduri għall-kontroll ta’ l-oriġini tal-prodotti msemmija hawn fuq huma mfassla fil-Protokoll A.

Artikolu 8

1. Mingħajr preġudizzju għall-iskambju perjodiku ta’ informazzjoni fuq il-liċenzji ta’ esportazzjoni u l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni skond l-Artikolu 4(1), il-Partijiet jaqblu li jpartu l-informazzjoni disponibbli ta’ l-istatistika relatata mal-kummerċ fil-prodotti stipulati fl-Anness II f'intervalli adattati, li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-iqsar perjodi li fihom titħejja l-informazzjoni partikolari, li se tkopri l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 3 u l-istatistika ta’ importazzjonijiet u esportazzjonijiet fir-rigward tal-prodotti partikolari.

2. Kwalunkwe Parti tista’ titlob li jsiru konsultazzjonijiet fil-każ ta’ kwalunkwe diskrepanza sinifikanti fl-iskambju ta’ informazzjoni.

Artikolu 9

1. Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet li jikkonċernaw konsultazzjonijiet previsti fir-rigward ta’ ċirkostanzi speċifiċi fl-Artikoli preċedenti, konsultazzjonijiet għandhom jinżammu dwar kwalunkwe problema li tinqala’ mill-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim hekk kif issir talba ta’ kondizzjoni minn kwalunkwe naħa tal-Partijiet. Kwalunkwe konsultazzjoni għandha sseħħu fi spirtu ta’ koperazzjoni u b’xewqa li jkunu rrikonċiljati d-differenzi bejn il-Partijiet.

2. Fil-każ fejn il-Ftehim jipprovdi li l-konsultazzjonijiet għandhom jinżammu minnufih, il-Partijiet jwiegħdu li jużaw il-mezzi kollha raġjonevoli sabiex jiżguraw li dan jintlaħaq.

3. Kwalunkwe konsultazzjoni oħra għandha tkun irregolata minn dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin:

- kwalunkwe talba ta’ kondizzjoni għall-konsultazzjonijiet għandha tkun innotifikata bil-miktub lill-Parti l-oħra,

- fejn huwa adattat, it-talba ta’ kondizzjoni għandha tkun segwita fi żmien perjodu raġjonevoli b’rapport li jistipula r-raġunijiet għall-konsultazzjonijiet.

- konsultazzjonijiet għandhom jibdew fi żmien xahar mid-data ta’ l-irċevuta tat-talba ta’ kondizzjoni,

- konsultazzjonijiet għandhom jħabirku sabiex jaslu għal riżultat li huwa aċċettabbli b’mod reċiproku fi żmien xahar minn meta jinbdew, sakemm il-perjodu ma jittawwalx permezz ta’ ftehim bejn iż-żewġ Partijiet.

Artikolu 10

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta jiġi ffirmat. Għandu jkun applikabbli sal- 31 ta’ Diċembru 2006 soġġett għal kwalunkwe modifika miftiehma mill-Partijiet u sakemm ma jkunx iddenunzjat jew mitmum skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, rispettivament.

2. Kwalunkwe Parti fi kwalunkwe waqt tista’ tipproponi modifiki għal dan il-Ftehim li għandhom jissodisfaw il-kondizzjoni ta’ kunsens reċiproku tal-Partijiet u jkollhom effett kif jiftiehmu.

3. Kwalunkwe Parti tista' tiddenunzja dan il-Ftehim, sakemm tingħata notifika ta’ mill-inqas sitt xhur. F’dan il-każ, dan il-Ftehim jintemm meta jiskadi l-perjodu tan-notifika u l-limiti stabbiliti b’dan il-Ftehim jitnaqqsu fuq bażi pro rata sad-data li fiha seħħet id-denunzja sakemm il-Partijiet ma jiddeċiedux mod ieħor.

4. Fil-kaz li l-Ukraina taderixxi mad-WTO qabel ma jiskadi dan il-Ftehim, dan il-Ftehim għandu jintemm u l-limiti kwantitattivi għandhom jitneħħew mid-data ta’ l-adeżjoni.

5. Il-Komunità fi kwalunkwe żmien tirriserva d-dritt li tieħu l-miżuri adattati kollha inklużi, fil-każ fejn il-Partijiet ma jirnexxilhomx jilħqu soluzzjoni li tkun sodisfaċenti b’mod reċiproku fil-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikoli ta’ qabel jew fil-każ fejn dan il-Ftehim ikun iddenunzjat minn kwalunkwe parti, li tintroduċi mill-ġdid sistema ta’ kwoti awtonomi fir-rigward ta’ l-esportazzjonijiet mill-Ukraina tal-prodotti msemmija fl-Anness II.

6. L-Annessi I, II u III, id-dikjarazzjonijiet 1, 2, 3 u 4, il-minuta miftiehma u l-Protokoll A annessa ma’ dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali tiegħu.

Artikolu 11

Dan il-Ftehim għandu jitfassal fid-duplikat fil-lingwa Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża u Ukraina, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles den

Geschehen zu Brüssel am

Brüsselis

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addi'

Briselē,

Priimta Briuselyje

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussel,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Вчiнено в м.

+++++ TIFF +++++

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

За Eвропейське Спивтоварiство

+++++ TIFF +++++

Por el Gobierno de Ucrania

Za vládu Ukrajiny

For Ukraines regering

Für die Regierung der Ukraine

Ukraina valitsuse nimel

Για την Κυβέρνηση της Ουκρανίας

For the Government of Ukraine

Pour le gouvernement ukrainien

Per il governo dell'Ucraina

Ukrainas valdības vārdā

Ukrainos Vyriausybės vardu

Ukrajna kormánya részéről

Għall-Gvern ta' l-Ukrajna

Voor de regering van Oekraïne

W imieniu Rządu Ukrainy

Pelo Governo da Ucrânia

Za vládu Ukrajiny

Za Vlado Ukrajine

Ukrainan hallituksen puolesta

För Ukrainas regering

За Уряд Украйнi

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS I

7201101100

7201101900

7201103000

7201109000

7201200000

7201501000

7201509000

7202112000

7202118000

7202991010

7203100000

7203900000

7204100000

7204211000

7204219000

7204290000

7204300000

7204411000

7204419100

7204419900

7204491000

7204493000

7204499000

7204500000

7206100000

7206900000

7207111100

7207111400

7207111600

7207121000

7207191210

7207191291

7207191299

7207198010

7207201100

7207201500

7207201700

7207203200

7207205200

7207208010

7208100000

7208250000

7208260000

7208270000

7208360000

7208370010

7208370090

7208380010

7208380090

7208390010

7208390090

7208400010

7208400090

7208512010

7208512091

7208512093

7208512097

7208512098

7208519100

7208519810

7208519891

7208519899

7208521000

7208529100

7208529900

7208531000

7208539000

7208540000

7208900010

7209150000

7209161000

7209169000

7209171000

7209179000

7209181000

7209189100

7209189900

7209250000

7209261000

7209269000

7209271000

7209279000

7209281000

7209289000

7209900010

7210110010

7210122010

7210128010

7210200010

7210300010

7210410010

7210490010

7210500010

7210610010

7210690010

7210701010

7210708010

7210903010

7210904010

7210908091

7211130000

7211140010

7211140090

7211190010

7211190090

7211232010

7211233010

7211233091

7211238010

7211238091

7211290010

7211900011

7212101000

7212109011

7212200011

7212300011

7212402010

7212402091

7212408011

7212502011

7212503011

7212504011

7212506111

7212506911

7212509013

7212600011

7212600091

7213100000

7213200000

7213911000

7213912000

7213914100

7213914900

7213917000

7213919000

7213991000

7213999000

7214200000

7214300000

7214911000

7214919000

7214991000

7214993100

7214993900

7214995000

7214997100

7214997900

7214999500

7215900010

7216100000

7216210000

7216220000

7216311010

7216311090

7216319000

7216321100

7216321900

7216329100

7216329900

7216331000

7216339000

7216401000

7216409000

7216501000

7216509100

7216509900

7216990010

7218100000

7218911000

7218918000

7218991100

7218992000

7219110000

7219121000

7219129000

7219131000

7219139000

7219141000

7219149000

7219211000

7219219000

7219221000

7219229000

7219230000

7219240000

7219310000

7219321000

7219329000

7219331000

7219339000

7219341000

7219349000

7219351000

7219359000

7219900010

7220110000

7220120000

7220202110

7220202910

7220204110

7220204910

7220208110

7220208910

7220900011

7220900031

7221001000

7221009000

7222111100

7222111900

7222118100

7222118900

7222191000

7222199000

7222309710

7222401000

7222409010

7224100000

7224900200

7224900300

7224900500

7224900700

7224901400

7224903100

7224903800

7225110000

7225191000

7225199000

7225200010

7225300000

7225401230

7225401290

7225404000

7225406000

7225409000

7225500000

7225910010

7225920010

7225990010

7226110010

7226191000

7226198010

7226200010

7226912000

7226919100

7226919900

7226920010

7226930010

7226940010

7226990010

7227100000

7227200000

7227901000

7227905000

7227909500

7228102000

7228201010

7228201091

7228209110

7228209190

7228302000

7228304100

7228304900

7228306100

7228306900

7228307000

7228308900

7228602010

7228608010

7228701000

7228709010

7228800010

7228800090

7301100000

7302102100

7302102300

7302102900

7302104000

7302105000

7302109000

7302400000

--------------------------------------------------

ANNESS II

SA Prodotti rrumblati ċatti

SA1. (kojls)

7208100000

7208250000

7208260000

7208270000

7208360000

7208370010

7208370090

7208380010

7208380090

7208390010

7208390090

7211140010

7211190010

7219110000

7219121000

7219129000

7219131000

7219139000

7219141000

7219149000

7225200010

7225301000

7225309000

SA2. (pjanċa tqila)

7208400010

7208512010

7208512091

7208512093

7208512097

7208512098

7208519110

7208519190

7208519810

7208519891

7208519899

7208529110

7208529190

7208521000

7208529900

7208531000

7211130000

7225401230

7225404000

7225406000

7225990010

SA3. (prodotti rrumblatti ċatti oħrajn))

7208400090

7208539000

7208540000

7208900010

7209150000

7209161000

7209169000

7209171000

7209179000

7209181000

7209189100

7209189900

7209250000

7209261000

7209269000

7209271000

7209279000

7209281000

7209289000

7209900010

7210110010

7210122010

7210128010

7210200010

7210300010

7210410010

7210490010

7210500010

7210610010

7210690010

7210701010

7210708010

7210903010

7210904010

7210908091

7211140090

7211190090

7211232010

7211233010

7211233091

7211238010

7211238091

7211290010

7211900011

7212101000

7212109011

7212200011

7212300011

7212402010

7212402091

7212408011

7212502011

7212503011

7212504011

7212506111

7212506911

7212509013

7212600011

7212600091

7219211000

7219219000

7219221000

7219229000

7219230000

7219240000

7219310000

7219321000

7219329000

7219331000

7219339000

7219341000

7219349000

7219351000

7219359000

7225401290

7225409000

Prodotti twal SB

SB1. (travi)

7207198010

7207208010

7216311010

7216311090

7216319000

7216321100

7216321900

7216329100

7216329900

7216331000

7216339000

SB2. (virga tal-wajer)

7213100000

7213200000

7213911000

7213912000

7213914100

7213914900

7213917000

7213919000

7213991000

7213999000

7221001000

7221009000

7227100000

7227200000

7227901000

7227905000

7227909500

SB3. (prodotti oħra twal)

7207191210

7207191291

7207191299

7207205200

7214200000

7214300000

7214911000

7214919000

7214991000

7214993100

7214993900

7214995000

7214997110

7214997190

7214997910

7214997990

7214999510

7214999590

7215900010

7216100000

7216210000

7216220000

7216401000

7216409000

7216501000

7216509100

7216509900

7216990010

7218992000

7222111100

7222111900

7222118110

7222118190

7222118910

7222118990

7222191000

7222199000

7222309710

7222401000

7222409010

7224900289

7224903100

7224903800

7228102000

7228201010

7228201091

7228209110

7228209190

7228302000

7228304100

7228304900

7228306100

7228306900

7228307000

7228308900

7228602010

7228608010

7228701000

7228709010

7228800010

7228800090

7301100000

--------------------------------------------------

ANNESS III

LIMITI KWANTITATTIVI

Nota: SA u SB huma l-"kategoriji"

SA1, SA2, SA3, SB1, SB2 u SB3 huma "gruppi tal-prodotti"

(tunnellati) |

Prodotti | 2005 | 2006 |

SA Prodotti ċatti rrumblati

SA1. Kojls | 150000 | 153750 |

SA2. Pjanċa tqila | 348000 | 356700 |

SA3. Prodotti ċatti rrumblati oħrajn | 97000 | 99425 |

SB. Prodotti twal

SB1. Travi | 30000 | 30750 |

SB2. Virga tal-wajer | 125000 | 128125 |

SB3. Prodotti oħra twal | 230000 | 235750 |

--------------------------------------------------

MINUTA MIFTIEHMA

Fil-kuntest ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet jaqblu li:

- biex iseħħ il-bdil tat-tagħrif previst fl-Artikolu 4(1) dwar il-liċenzji ta' l-esportazzjoni u l-awtorizzazzjonijiet ta' l-importazzjoni l-Partijiet se jipprovdu dak it-tagħrif b'referenza għall-Istat Membru flimkien mal-Komunità bħala ħaġa waħda,

- fl-istennija ta’ riżultat sodisfaċenti tal-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2) il-Gvern ta’ l-Ukraina se jikkoopera, jekk jintalab il-kondizzjoni li jagħmel hekk mingħand il-Komunità, billi ma joħroġx liċenzji ta’ l-esportazzjoni li jiggravaw il-problemi li jirriżultaw minn tibdiliet ħesrem u li jservu ta' preġudizzju fil-flussi tradizzjonali tal-kummerċ; u

- il-Gvern ta’ l-Ukraina se jieħu f’kunsiderazzjoni n-natura sensittiva tas-swieq reġjonali żgħar fil-Komunità kemm dwar il-ħtiġijiet tradizzjonali tagħhom għall-provvisti kif ukoll biex ikunu evitati konċentrazzjonijiet reġjonali.

--------------------------------------------------

DIKJARAZZJONI Nru 1

Fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim, u b’mod aktar partikolari l-Artikolu 3 tiegħu, il-Partijiet jikkonfermaw li jifhmu li dan il-Ftehim ma jaffetwax sistemi eżistenti li jikkonċernaw l-importazzjoni u d-dazji f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti ta’ l-azzar imsemmija fl-Anness II tal-Ftehim li huma intenzjonati għal ċerti kategoriji ta’ vapuri, dgħajjes u bastimenti oħra u pjattaformi għat-tħaffir jew għall-produzzjoni għall-għanijiet sabiex jinbnew, jissewwew, jinżammu jew ikunu konvertiti u fir-rigward ta’ merkanzija maħsuba li sservi ta’ tagħmir jew li tarma dawn it-tipi ta’ vapuri, dgħajjes u bastimenti oħra.

--------------------------------------------------

DIKJARAZZJONI Nru 2

Il-Partijiet jaqblu li m'humiex se japplikaw restrizzjonijiet kwantitattivi, taxxi doganali, spejjeż jew kwalunkwe miżura li għandha effett ekwivalenti fuq l-esportazzjoni ta' rimi u skart tal-ħadid li jaqa’ taħt l-intestatura tan-Nomenklatura Magħquda 7204.

Minkejja dan, l-Ukraina attwalment qiegħda tapplika taxxa fuq l-esportazzjoni ta’ rimi tal-ħadid ta’ EUR 30 għal kull tunellata. Il-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness III tal-Ftehim jieħdu f’kunsiderazzjoni din it-taxxa. L-Ukraina hija impenjata li ma żżidx din it-taxxa. Kieku l-Ukraina kellha tnaqqas jew tneħħi din it-taxxa fuq il-posizzjonijiet tar-rimi tal-ħadid kollu, il-limiti kwantitattivi msemmija fl-Anness III jiżdiedu b'dan il-mod għal 43%. Iż-żieda ta’ dawn il-limiti kwantitattivi jkunu proporzjonati direttament għat-tnaqqis ta’ l-imposta.

Fil-każ ta’ tneħħija jew tnaqqis tat-taxxa ta’ l-esportazzjoni ta’ EUR 30 fuq l-esportazzjonijiet ta’ ċerti tar-rimi tal-ħadid, pereżempju, rimi f’biċċiet żgħar, il-Partijiet għandhom jidħlu minnufih f’konsultazzjonijiet sabiex jivvalutaw iż-żieda tal-limiti kwantitattivi stipulata fl-Anness III.

--------------------------------------------------

DIKJARAZZJONI Nru 3

Iż-żewġ Partijiet jimmiraw li jiksbu liberalizzazzjoni sħiħa tal-kummerċ fil-prodotti ta’ l-azzar. F’dan il-kuntest, iż-żewġ Partijiet għandhom l-intenzjoni li jtemmu r-restrizzjonijiet kwantitattivi ladarba l-Ukraina ssir membru tad-WTO. Jagħrfu wkoll li hija kondizzjoni importanti għall-promozzjoni tal-kummerċ bejniethom, li l-kompetizzjoni, l-għajnuna statali u d-disposizzjonijiet dwar l-ambjent applikabbli għal kull Parti għandhom ikunu kompatibbli. Għal dan il-għan, u fuq talba ta’ l-awtoritajiet l-Ukraina, il-Komunità għandha tipprovdi għajnuna teknika fi ħdan il-limiti tal-mezzi baġitarji rilevanti stabbiliti, biex tgħin lill-Ukraina tadotta u twettaq id-disposizzjonijiet leġiżlattivi li jkunu kompatibbli ma' dawk adottati u applikati fil-Komunità. Din it-tip ta’ għajnuna għandha tkun speċifikata fi proġetti li dwarhom għandhom jaqblu iż-żewġ Partijiet u tidentifika b’mod ċar, inter alia, l-għanijiet, il-mezzi u l-medda ta’ żmien.

--------------------------------------------------

DIKJARAZZJONI Nru 4

F’każ li ċerti operaturi Ukraini kellhom joħolqu ċentri ta’ servizz fil-Komunità li jipproċessaw b'mod ulterjuri l-prodotti ta’ l-azzar stipulati fl-Anness II importati mill-Ukraina, il-Gvern ta' l-Ukraina jiddikjara li jista’ jitlob il-kondizzjoni ta’ żieda tal-limiti kwantitattivi msemmija fl-Anness III. F'dan il-każ, il-Komunità għandha teżamina din it-tip ta’ kondizzjoni ta’ talba għaż-żieda u l-Partijiet se jidħlu f'konsultazzjonijiet malajr kemm jista’ jkun.

--------------------------------------------------

PROTOKOLL A

TITOLU I

KLASSIFIKA

Artikolu 1

1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jintrabtu li jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Ukraina dwar kwalunkwe bidla fin-nomenklatura magħquda b'rabta mal-prodotti koperti bil-Ftehim qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom fil-Komunità.

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jintrabtu li jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina bi kwalunkwe deċiżjoni relatata ma' l-ikklassifikar ta' prodotti koperti b'dan il-Ftehim fi żmien ta' mhux aktar tard minn xahar mill-adozzjoni tagħhom.

Din it-tip ta’ deskrizzjoni għandha tinkludi:

(a) deskrizzjoni tal-prodotti kkonċernati,

(b) il-kodiċi NM rilevanti,

(ċ) ir-raġunijiet li wasslu għal din id-deċiżjoni.

3. F'każ fejn deċiżjoni fuq ir-riżultati ta' l-iklassifikar tirriżulta f'bidla fil-prassi ta' l-iklassifikar ta’ kwalunkwe prodott kopert b’dan il-Ftehim, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità se jipprovu avviż ta’ 30 jum, mid-data tal-komunikazzjoni tal-Komunità, qabel mad-deċiżjoni tidħol fis-seħħ. Prodotti kkunsinjati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni għandhom jibqgħu soġġetti għall-prassi ta' l-ikklassifikar ta' qabel, sakemm l-merkanzija partikolari tkun ippreżentata għall-importazzjoni fil-Komunità fi żmien 60 jum minn dik id-data.

4. Fil-każ fejn deċiżjoni tal-Komunità fuq l-ikklassifikar li twassal għal bidla ta’ prassi ta’ l-ikklassifikar ta’ kwalunkwe prodott kopert mill-Ftehim taffetwa kategorija soġġetta għal-limiti kwantitattivi, il-Partijiet jaqblu li jidħlu f’konsultazzjonijiet skond il-proċeduri deskritti fl-Artikolu 9(3) tal-Ftehim bi ħsieb li jonoraw l-obbligu li jinsab fl-Artikolu 7(1) tal-Ftehim.

5. Fil-każ ta’ opinjonijiet diverġenti bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina u l-Komunità fil-punt ta’ dħul għal ġewwa l-Komunità dwar l-ikklassifikar ta’ prodotti koperti mill-Ftehim, l-iklassifikar għandu jkun ibbażat provviżorjament fuq indikazzjonijiet ipprovduti mill-Komunità, fl-istennija ta’ konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 9 bil-ħsieb li jintlaħaq qbil fuq l-ikklassifikar definittiv tal-prodotti kkonċernati.

TITOLU II

ORIĠINI

Artikolu 2

1. Prodotti li joriġinaw fl-Ukraina skond ir-Regolament tal-Komunità fis-seħħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità skond l-arranġamenti stabbiliti mill-Ftehim għandhom jkollhom magħhom ċertifikat ta’ oriġini Ukraina li jikkonforma mal-mudell li huwa anness ma’ dan il-Protokoll.

2. Iċ-ċertifikat ta' l-oriġini għandu jiġi ċċertifikat mill-organizzazzjonijiet Ukraini awtorizzati dwar jekk il-prodotti in partikolari għandhomx jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw mill-Ukraina.

Artikolu 3

Iċ-ċertifikat ta' l-oriġini jrid jinħareġ biss għal applikazzjoni li tkun saret bil-miktub mill-esportatur jew, taħht ir-responsabilità ta' l-esportatur, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. L-organizzazzjonijiet Ukraini awtorizzati għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikat ta' l-oriġini jimtela kif suppost, u għal dan il-għan dawn għandhom jagħmlu talba għal kwalunkwe prova dokumentata meħtieġa jew inkella jwettqu kull verifika li huma jkunu jqisu bħala waħda adattata.

Artikolu 4

Is-sejbien ta' diskrepanzi żgħar bejn id-dikjarazzjonijiet li jkunu saru fiċ-ċertifikat ta' l-oriġini u dawk magħmula fid-dokumenti murija lill-uffiċċju tad-dwana biex ikunu jistgħu jsiru l-formalitajiet biex ikunu jistgħu jiġu importati dawn il-prodotti m'għandux ipso facto jitfa' dubju fuq id-dikjarazzjonijiet li jsiru fiċ-ċertifikat.

TITOLU III

SISTEMA TA’ KONTROLL DOPPJU GĦAL PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAL LIMITI KWANTITATTIVI

TAQSIMA 1

ESPORTAZZJONI

Artikolu 5

L-awtoritajiet adattati tal-gvern Ukrain għandhom joħorġu liċenzja ta' l-esportazzjoni dwar il-kunsinni kollha ta' prodotti ta' l-azzar mill-Ukraina li jkunu koperti bil-Ftehim sal-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness III tal-Ftehim.

Artikolu 6

1. Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni għandha tkun konformi mal-mudell mehmuż ma' dan il-Protokoll u għandha tkun valida għall-esportazzjonijiet fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.

2. Kull liċenzja ta' l-esportazzjoni għandha tiċċertifika inter alia li l-kwantità tal-prodott partikolari ġiet stabbilita kontra l-limitu kwantitattiv rilevanti stabbilit għall-prodott ikkonċernat fl-Anness III tal-Ftehim.

Artikolu 7

L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jkunu mgħarrfa minnufih dwar it-tneħħija jew il-modifikazzjoni ta' kwalunkwe liċenzja ta' l-esportazzjoni li tkun inħarġet diġà.

Artikolu 8

1. Għandu jkun hemm tpaċija bejn l-esportazzjonijiet u l-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha tkun seħħet il-kunsinna tal-merkanzija anke jekk il-liċenzja ta' l-esportazzjoni tkun inħarġet qabel din il-kunsinna.

2. Għall-għanijiet li jkun applikat il-paragrafu 1, kunsinna tal-merkanzija titqies li seħħet fid-data ta’ meta tgħabbew għal fuq il-mezz ta' trasport ta’ l-esportazzjoni.

Artikolu 9

L-importatur għandu jippreżenta l-liċenzja ta' l-esportazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena wara dik li fiha l-prodotti koperti bil-liċenzja jkunu kkunsinjati.

TAQSIMA II

IMPORTAZZJONI

Artikolu 10

Ir-rilaxx ta' prodotti ta’ l-azzar għaċ-ċirkulazzjoni libera fil-Komunità soġġetti għal-limiti kwantitattivi għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni.

Artikolu 11

1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom joħorġu l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 10, fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol minn meta l-importatur ikun ippreżenta l-oriġinal tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni li tikkorrispondi għaliha.

2. L-awtorizzazzjonijiet ta' l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal erba' xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom għall-importazzjoni fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.

3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom iħassru l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni diġà maħruġa kulmeta l-liċenzja ta' l-esportazzjoni li tkun tikkorrispondi tkun ġiet irtirata. Madankollu, jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jiġu avżati dwar it-tneħħija jew it-tħassir tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni wara li jkun diġà seħħ ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni libera tal-prodotti fil-Komunità, il-kwantitajiet rilevanti għandhom ikunu stabbiliti kontra l-limiti stabbiliti għall-prodott.

Artikolu 12

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jsibu li l-kwantitajiet totali koperti bil-liċenzji ta’ esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina jaqbżu l-limiti kwantitattivi relevanti stabbiliti għal prodotti koperti bl-Anness III tal-Ftehim l-awtoritajiet tal-Komunità għandhom jissospendu l-ħruġ ulterjuri ta’ awtorizzazzjonijiet ta' l-importazzjoni fir-rigward ta’ prodotti koperti mil-limitu kwantitattiv partikolari. F'dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jgħarrfu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina u għandhom jingħata bidu minnufih għall-konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 9(1) tal-Ftehim.

TITOLU IV

L-GĦAMLA U L-PRODUZZJONI TAL-LIĊENZJI TA' L-ESPORTAZZJONI U Ċ-ĊERTIFIKATI TA' L-ORIĠINI, U D-DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI DWAR L-ESPORTAZZJONIJIET LEJN IL-KOMUNITÀ

Artikolu 13

1. Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta' l-oriġini jista' jkollhom kopji addizzjonali li jkunu juru dan b'mod adattat. Dawn għandhom jsiru bl-Ingliż. Jekk dawn jimtlew miktubin bl-idejn, l-informazzjoni għandha titniżżel bil-linka u b’ittri kbar.

Dawn id-dokumenti għandhom ikollhom il-kejl ta' 210 x 297 mm. Il-karta li tintuża għandha tkun karta bajda tal-kitba, skond il-qies muri fuq, ma jkollhiex polpożità mekkanika, u ma tkunx tiżen inqas minn 25 g/m2; Jekk id-dokumenti jkollhom ħafna kopji dik ta' fuq biss, li tkun l-oriġinal, għandha tiġi stampata bl-isfond juri x-xbieha ta' guilloche. Din il-kopja għandha tkun immarkata b'mod ċar bħala "oriġinali" u l-kopji l-oħrajn bħala "kopji". L-oriġinal biss irid jiġi aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità bħala validu għall-għan ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

2. Kull dokument għandu jkollu numru tas-serje standardizzat, kemm jekk huwa stampat u kemm jekk mhuwiex, li bih dan ikun jista' jiġi identifikat minnufih.

Dan in-numru għandu jkun kompost mill-elementi li ġejjin:

- żewġ ittri li jkunu juru l-pajjiż esportatur kif ġej:

UA = Ukraina

- żewġ ittri li jkunu juru l-Istat Membru maħsub li fih se jsir l-approvazzjoni doganali tal-merkanzija kif ġej:

BE = Il-Belġju

CZ = Ir-Repubblika Ċeka

DK = Id-Danimarka

DE = Il-Ġermanja

EE = L-Estonja

EL = Il-Greċja

ES = Spanja

FR = Franza

IE = L-Irlanda

IT = L-Italja

CY = Ċipru

LV = Il-Latvja

LT = Il-Litwanja

LU = Il-Lussemburgu

HU = L-Ungerija

MT = Malta

NL = L-Olanda

AT = L-Awstrija

PL = Il-Polonja

PT = Il-Portugall

SI = Is-Slovenja

SK = Is-Slovakkja

FI = Il-Finlandja

SE = L-Iżvezja

GB = Ir-Renju Unit,

- numru ta' ċifra waħda li jidentifika s-sena partikolari li tikkorrispondi ma' l-aħħar ċifra fis-sena, eż. "5" għas-sena 2005,

- numru b'żewġ ċifri minn 01 sa 99, li jidentifika l-uffiċċju partikulari kkonċernat li joħroġ il-liċenzji fil-pajjiż esportatur,

- numru b'ħames ċifri li jsegwu b’mod kondekuttiv minn 00001 sa 99999 li jkun allokat lill-Istat Membru li fih ikun maħsub li se jsir l-iżdoganar tal-merkanzija.

Artikolu 14

Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta' l-oriġini jistgħu jinħarġu wara li tkun saret il-kunsinna tal-prodotti li għalihom dawn ikunu jikkorrispondu. F'dawn il-każijiet, dawn għandhom juru l-kelmiet "maħruġ/a retrospettivament".

Artikolu 15

1. Fil-każ ta’ serq, telf jew qerda ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew ta’ ċertifikat ta’ oriġini, l-esportatur jista’ japplika lill-awtoritajiet governattivi Ukraini li għandhom il-kompetenza li joħorġu liċenzji jew lill-organizzazzjonijiet Ukraini awtorizzati biex joħorġu ċertifikati ta' l-oriġini taħt il-leġislazzjoni Ukraina rispettivament, sabiex isir f’żewġ kopji fuq il-bażi tad-dokumenti ta' l-esportazzjoni li għandu. Il-tieni kopja ta' dan iċ-ċertifikat jew liċenzja li jkunu nħarġu b’dan il-mod għandhom ikollhom il-kelma "imtenni".

2. It-tieni kopja għandha jkollha d-data tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni jew taċ-ċertifikat ta' l-oriġini oriġinali.

TITOLU V

KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 16

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw mill-qrib fl-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll. Għal dan il-għan, il-kuntatti u l-bdil ta' ideat, inklużi dawk dwar materji tekniċi, għandhom ikunu ffaċilitati miż-żewġ Partijiet.

Artikolu 17

Biex ikun żgurat it-tħaddim tajjeb ta' dan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom joffru għajnuna reċiproka biex ikunu vverifikati l-awtentiċità u l-eżattezza tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati ta' l-oriġini maħruġa jew ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni li tkun saret fit-termini ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 18

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Ukraina għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet kompetenti Ukraini li huma awtorizzati li joħorġu u jivverifikaw l-liċenzji ta' l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati ta' l-oriġini flimkien ma' kampjuni tal-marki uffiċjali u l-firem li jużaw. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Ukraina għandhom wkoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla f’din l-informazzjoni.

Artikolu 19

1. Il-verifika sussegwenti taċ-ċertifikati ta' l-oriġini jew tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni għandha titwettaq b'mod każwali, jew kulmeta l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jkollhom dubju raġonevoli dwar l-awtentiċità taċ-ċertifikat jew tal-liċenzja jew dwar l-eżattezza tat-tagħrif dwar l-oriġini vera tal-prodotti partikolari.

2. F'dawn il-każijiet, l-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità għandhom jibgħatu lura ċ-ċertifikat ta' l-oriġini jew il-liċenzja ta' l-esportazzjoni jew inkella kopja ta' dawn lill-awtoritajiet Ukraini adattati fejn jagħtuhom, fejn huwa adattat, ir-raġunijiet għaliex għandha ssir inkjesta. Jekk il-fattura tkun intbagħtet, din il-fattura jew kopja tagħha għandha tkun mehmuża maċ-ċertifikat jew mal-liċenzja jew mal-kopji tagħhom. L-awtoritajiet għandhom jgħaddu wkoll kull tagħrif li jkun inkiseb li jkun jissuġġerixxi b'xi mod li d-dettalji mogħtija fiċ-ċertifikat jew fil-liċenzja msemmija ma jkunux korretti.

3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom jkunu jgħoddu għall-verifiki sussegwenti taċ-ċertifikati ta' l-oriġini previsti fl-Artikolu 2.

4. Ir-riżultati tal-verifiki sussegwenti li jkunu saru skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità sa mhux aktar tard minn tliet xhur. It-tagħrif li jiġi kkomunikat għandu juri jekk iċ-ċertifikat, il-liċenzja jew id-dikjarazzjoni li dwarhom ikun hemm dubju, ikunx/tkunx j/tapplika għall-merkanzija li tkun ġiet fil-fatt esportata u jekk din il-merkanzija hijiex eliġibbli għall-esportazzjoni taħt l-arranġamenti stabbiliti bil-Ftehim. It-tagħrif għandu jinkludi wkoll, fuq talba mill-Komunità, kopji tad-dokumentzzjoni kollha meħtieġa biex ikunu stabbiliti l-fatti, u b'mod partikolari l-oriġini vera tal-merkanzija.

Jekk tali verifiki jiżvelaw irregolaritajiet sistematiċi fl-użu taċ-ċertifikati ta' oriġini, il-Komunità tista' tissoġġetta importazzjonijiet tal-prodotti partikolari għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(1) ta' dan il-Protokoll.

5. Għall-għan ta’ verifiki sussegwenti taċ-ċertifikati ta' l-oriġini, il-kopji taċ-ċertifikati kif ukoll kwalunkwe dokument ta' l-esportazzjoni li jkunu jirreferu għalihom għandhom jinżammu mill-awtoritajiet Ukraini adattati għal mill-inqas sena wara t-tmiem tal-Ftehim.

6. Ir-rikors għall-proċedura ta' verifika b'mod każwali speċifikata f'dan l-Artikolu m'għandux joħloq ostaklu għar-rilaxx tal-prodotti partikolari għaċ-ċirkulazzjoni libera.

Artikolu 20

1. Fejn il-proċedura tal-verifika msemmija fl-Artikolu 19 jew fejn it-tagħrif disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jew ta’ l-Ukraina turi jew tidher li turi li d-disposizzjonijiet tal-Ftehim ikunu qegħdin jinkisru, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkooperaw mill-qrib b'urġenza adattata biex jevitaw dan it-tip ta’ evitar jew ksur.

2. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet Ukraini adattati għandhom, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba mill-Komunità, iwettqu l-inkjesti meħtieġa, jew jagħmlu arranġamenti biex ikunu jistgħu jsiru dawn l-inkjesti, dwar operat li jkun, jew jidher għall-Komunità li jkun qiegħed imur kontra dan il-Protokoll. L-Ukraina għandha tikkomunika r-riżultati ta' dawn l-inkjesti lill-Komunità, inkluż kwalunkwe tagħrif pertinenti ieħor li jkun iwassal biex tiġi stabbilita l-kawża ta' dan il-ksur, inkluż biex tiġi stabbilita l-oriġini vera tal-merkanzija.

3. Bi ftehim bejn il-Komunità u l-Ukraina, l-uffiċjali maħtura mill-Komunità jistgħu jkunu preżenti fl-inkjesti msemmija fil-paragrafu 2.

4. Biex tinkiseb il-koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità u ta’ l-Ukraina għandhom jibdlu kwalunkwe tagħrif meqjus minn kwalunkwe Parti bħala bżonnjuż biex ikun evitat l-evitar jew il-ksur tad-disposizzjonijiet tal-Ftehim. Dan il-bdil jista' jinkludi tagħrif fuq il-kummerċ tal-prodotti koperti bil-Ftehim bejn l-Ukraina u pajjiżi terzi, l-aktar fejn il-Komunità jkollha raġunijiet sodi li l-prodotti partikolari jistgħu jkunu fi tranżitu fit-territorju ta’ l-Ukraina qabel ma dawn ikunu ġew impurtati fil-Komunità. Dan it-tagħrif jista' jinkludi, fuq talba mill-Komunità, kopji tad-dokumenti rilevanti kollha, fejn dawn ikunu disponibbli.

5. Fejn ikun hemm biżżejjed evidenza li d-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll ġew evitati jew inkisru, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina u l-Komunità jistgħu jaqblu li jieħdu kwalunkwe miżura li tkun meħtieġa biex ikun evitat li dan il-ksur jew dan l-evitar jerġa' jirrepeti ruħu.

LIĊENZJA TA' L-ESPORTAZZJONI

(1) Uri l-piż nett (kg) u wkoll il-kwantità fl-unità preskritta fejn din tkun differenti mill-piż nett.

(2) Fil-munita tal-kuntratt tal-bejgħ.

1 Esportatur (isem, indirizz sħiħ, pajjiż)

ORIĠINAL

2 Nru

3 Sena

4 Grupp tal-prodott

5 Destinatarju (isem, indirizz sħiħ, pajjiż)

LIĊENZJA TA' L-ESPORTAZZJONI

(għal ċerti prodotti ta' l-azzar)

6 Pajjiż ta' l-oriġini

7 Pajjiż tad-destinazzjoni

8 Post u data tal-kunsinna - mezz ta' trasport

9 Dettalji supplimentari

10 Deskrizzjoni tal-merkanzija - manifattur

11 Kodiċi TARIC

12 Kwantità (1)

13 Valur fob (2)

14 ĊERTIFIKAZZJONI MILL-AWTORITÀ KOMPETENTI

Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-merkanzija deskritta hawn fuq ġiet iddebidata kontra l-limitu kwantitattiv stabbilit għas-sena murija fil-kaxxa Nru 3 fir-rigward tal-Grupp tal-prodott muri fil-kaxxa Nru 4 bid-disposizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mal-Komunità Ewropea.

15 Awtorità kompetenti (isem, indirizz sħiħ, pajjiż)

F' …………………………………. fi ………………………………………

(Firma) (Marka uffiċjali)

+++++ TIFF +++++

LIĊENZJA TA' L-ESPORTAZZJONI

(1) Uri l-piż nett (kg) u wkoll il-kwantità fl-unità preskritta fejn din tkun differenti mill-piż nett.

(2) Fil-munita tal-kuntratt tal-bejgħ.

1 Esportatur (isem, indirizz sħiħ, pajjiż)

KOPJA

2 Nru

3 Sena

4 Grupp tal-prodott

5 Destinatarju (isem, indirizz sħiħ, pajjiż)

LIĊENZJA TA' L-ESPORTAZZJONI

(għal ċerti prodotti ta' l-azzar)

6 Pajjiż ta' l-oriġini

7 Pajjiż tad-destinazzjoni

8 Post u data tal-kunsinna - mezz ta' trasport

9 Dettalji supplimentari

10 Deskrizzjoni tal-merkanzija - manifattur

11 Kodiċi TARIC

12 Kwantità (1)

13 Valur fob (2)

14 ĊERTIFIKAZZJONI MILL-AWTORITÀ KOMPETENTI

Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-merkanzija deskritta hawn fuq ġiet iddebidata kontra l-limitu kwantitattiv stabbilit għas-sena murija fil-kaxxa Nru 3 fir-rigward tal-Grupp tal-prodott muri fil-kaxxa Nru 4 bid-disposizzjonijiet li jirregolaw il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mal-Komunità Ewropea.

15 Awtorità kompetenti (isem, indirizz sħiħ, pajjiż)

F' …………………………………. fi ………………………………………

(Firma) (Marka uffiċjali)

+++++ TIFF +++++

ĊERTIFIKAT TA' L-ORIĠINI

(1) Uri l-piż nett (kg) u wkoll il-kwantità fl-unità preskritta fejn din tkun differenti mill-piż nett.

(2) Fil-munita tal-kuntratt tal-bejgħ.

1 Esportatur (isem, indirizz sħiħ, pajjiż)

ORIĠINAL

2 Nru

3 Sena

4 Grupp tal-prodott

5 Destinatarju (isem, indirizz sħiħ, pajjiż)

ĊERTIFIKAT TA' L-ORIĠINI

(għal ċerti prodotti ta' l-azzar)

6 Pajjiż ta' l-oriġini

7 Pajjiż tad-destinazzjoni

8 Post u data tal-kunsinna - mezz ta' trasport

9 Dettalji supplimentari

10 Deskrizzjoni tal-merkanzija - manifattur

11 Kodiċi TARIC

12 Kwantità (1)

13 Valur fob (2)

14 ĊERTIFIKAZZJONI MILL-AWTORITÀ KOMPETENTI

Jien, hawntaħt iffirmat, niċċertifika li l-merkanzija deskritta hawn fuq toriġina mill-pajjiż muri fil-kaxxa Nru 6, skond id-disposizzjonijiet fis-seħħ fil-Komunità Ewropea.

15 Awtorità kompetenti (isem, indirizz sħiħ, pajjiż)

F' …………………………………. fi ………………………………………

(Firma) (Marka uffiċjali)

+++++ TIFF +++++

ĊERTIFIKAT TA' L-ORIĠINI

(1) Uri l-piż nett (kg) u wkoll il-kwantità fl-unità preskritta fejn din tkun differenti mill-piż nett.

(2) Fil-munita tal-kuntratt tal-bejgħ.

1 Esportatur (isem, indirizz sħiħ, pajjiż)

KOPJA

2 Nru

3 Sena

4 Grupp tal-prodott

5 Destinatarju (isem, indirizz sħiħ, pajjiż)

ĊERTIFIKAT TA' L-ORIĠINI

(għal ċerti prodotti ta' l-azzar)

6 Pajjiż ta' l-oriġini

7 Pajjiż tad-destinazzjoni

8 Post u data tal-kunsinna - mezz ta' trasport

9 Dettalji supplimentari

10 Deskrizzjoni tal-merkanzija - manifattur

11 Kodiċi TARIC

12 Kwantità (1)

13 Valur fob (2)

14 ĊERTIFIKAZZJONI MILL-AWTORITÀ KOMPETENTI

Jien, hawntaħt iffirmat, niċċertifika li l-merkanzija deskritta hawn fuq toriġina fil-pajjiż muri fil-kaxxa Nru 6, skond id-disposizzjonijiet fis-seħħ fil-Komunità Ewropea.

15 Awtorità kompetenti (isem, indirizz sħiħ, pajjiż)

F' …………………………………. fi ………………………………………

(Firma) (Marka uffiċjali)

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

nach oben