Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32005R1567
Council Regulation (EC) No 1567/2005 of 20 September 2005 amending Regulation (EEC) No 2092/91 on organic production of agricultural products and indications referring thereto on agricultural products and foodstuffs
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1567/2005 ta' l- 20 ta’ Settembru 2005 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1567/2005 ta' l- 20 ta’ Settembru 2005 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel
ĠU L 252, 28.9.2005, p. 1–1
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 168M, 21.6.2006, p. 327–327
(MT)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2008
|
21.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
327 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1567/2005
ta' l-20 ta’ Settembru 2005
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 11(6) punt (a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 (1) l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2005 għat-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti importati min pajjiż terz li mhumiex inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu (1)(a) ta’ dak l-Artikolu. |
|
(2) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta’ l-10 ta’ Ġunju 2004 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Ikel u l-Biedja Organika, il-Kummissjoni ħabbret li sejra tipproponi emenda għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 li minflok id-derogi attwali li jikkonċernaw l-importazzjonijiet tistabbilixxi sistema permanenti ġdida li tagħmel użu minn evalwazzjonijiet ta’ ekwivalenza teknika minn korpi inkarigati mill-Komunità għal dak il-għan. |
|
(3) |
L-iżvilupp u l-istabbiliment ta’ din is-sistema permanenti ġdida ser jieħdu ċertu żmien. |
|
(4) |
Sa ma dan jitwettaq, il-kummerċ tal-prodotti organiċi m’għandux jiġi mfixkel bla ħtieġa, u għalhekk il-miżuri transitorji eżistenti għandhom jiġġeddu għal sena oħra. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu għalhekk jiġi emendat f'dan is-sens. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 11(6)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, id-data “il-31 ta’ Diċembru 2005” tiġi mibdula bid-data “il-31 ta’ Diċembru 2006”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar il-20 ta’ Settembru 2005
Għall-Kunsill
Il-President
M. BECKETT
(1) ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1336/2005 (ĠU L 211, 13.08.2005, p. 11).