This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0172
Council Regulation (EC) No 172/2005 of 18 January 2005 on the conclusion of the Agreement in the form of an Exchange of Letters concerning the extension of the Protocol setting out the fishing opportunities and financial contribution provided for in the Agreement between the European Economic Community and the Islamic Federal Republic of The Comoros on fishing off The Comoros for the period from 28 February 2004 to 31 December 2004
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2005 tat- 18 ta' Jannar 2005 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jiffissa l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Islamika tal-Komoros dwar is-sajd fl-ibħra tal-Komoros għall-perjodu mit- 28 ta’ Frar 2004 sal- 31 ta’ Diċembru 2004
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2005 tat- 18 ta' Jannar 2005 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jiffissa l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Islamika tal-Komoros dwar is-sajd fl-ibħra tal-Komoros għall-perjodu mit- 28 ta’ Frar 2004 sal- 31 ta’ Diċembru 2004
ĠU L 29, 2.2.2005, pp. 1–2
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 159M, 13.6.2006, pp. 77–78
(MT)
In force
|
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
77 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 172/2005
tat-18 ta' Jannar 2005
dwar il-konklużjoni ta’ ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jiffissa l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Islamika tal-Komoros dwar is-sajd fl-ibħra tal-Komoros għall-perjodu mit-28 ta’ Frar 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2004
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artiklu 37 flimkien ma’ l-Artiklu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artiklu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-parir tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Islamika tal-Komoros dwar is-sajd fl-ibħra tal-Komoros (2), il-Partijiet Kontraenti għandhom jidħlu f'negozjati bejniethom, qabel jiskadi l-perjodu ta’ validità tal-Protokoll għall-Ftehim, sabiex jiddeterminaw bi qbil bejniethom il-kontenut tal-Protokoll għall-perjodu li jmiss u, fejn ikun applikabbli, l-emendi jew iż-żidiet li għandhom isiru fl-Anness miegħu. |
|
(2) |
Sakemm isiru n-negozjati dwar l-emendi lill-Protokoll, iż-żewġ Partijiet Kontraenti iddeċidew li jestendu l-perjodu ta' validità tal-Protokoll attwali approvat permezz tar-Regolament (KE) Nru. 1439/2001 (3) mit-28 ta’ Frar 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2004 permezz ta’ ftehim taħt forma ta' Skambju ta’ Ittri. |
|
(3) |
Huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova din l-estensjoni. |
|
(4) |
L-allokazzjoni ta' l-opportunitajiet ta' sajd fost l-Istati Membri skond il-Protokoll estiż għandha tiġi kkonfermata, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jiffissa l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribut finanzjarju previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Islamika tal-Komoros dwar is-sajd fl-ibħra tal-Komoros għall-perjodu mit-28 ta’ Frar 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2004 huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.
It-test tal-Ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament (*).
Artikolu 2
L-opportunitajiet ta' sajd iffissati fil-Protokoll għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:
|
(a) |
vapuri tat-tonn bit-tartarun::
|
|
(b) |
vapuri bil-konz tal-wiċċ:
|
Jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma jkoprux l-opportunitajiet ta' sajd kollha ffissati fil-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkonsidra applikazzjonijiet għal-liċenzji minn kwalunkwe Stat Membru ieħor.
Artikolu 3
L-Istati Membri li l-vapuri tagħhom jistadu taħt dan il-Protokoll għandhom ikunu meħtieġa li jinfurmaw il-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet ta’ kull stokk ta’ ħut maqbud fiż-żona tas-sajd tal-Komoros skond ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru. 500/2001 ta’ l-14 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2847/93 dwar il-monitoraġġ tal-qabdiet li jsiru minn vapuri tas-sajd Komunitarji f'ilmijiet ta' pajjiżi terzi u f'ibħra internazzjonali (4).
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar it-18 ta' Jannar 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-C. JUNCKER
(1) Opinjoni mogħtija fis-16 ta' Diċembru 2004 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) GU L 137 tat- 2.6.1988, p. 19.
(3) ĠU L 193 tas- 17.7.2001, p. 1.
(*) Għat-test tal-Ftehim, ara 13981/04.