Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0232

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' sigurtà EUJUST LEX/1/2005 tat- 8 ta' Marzu 2005 dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni Integrata ta' l-UE ta' l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX

ĠU L 72, 18.3.2005, p. 29–29 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 248–248 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/232/oj

13.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

248


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUJUST LEX/1/2005

tat-8 ta' Marzu 2005

dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni Integrata ta' l-UE ta' l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX

(2005/232/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/190/PESK tas-7 ta' Marzu 2005 dwar il-Missjoni Integrata ta' l-UE ta' l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 9(1) ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK jipprovdi li l-Kunsill jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, inkluż id-deċiżjoni li jaħtar, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, Kap tal-Missjoni.

(2)

Is-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra ta’ Stephen WHITE,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Stephen WHITE huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Missjoni ta' l-UE ta' l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX, mill-jum li fih tiġi mnedija l-missjoni. Sa dik id-data, huwa għandu jaġixxi bħala l-kap tat-tim ta’ l-ippjanar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika sat-30 ta’ Ġunju 2006.

Magħmula fi Brussel, nhar it-8 ta' Marzu 2005.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

P. DUHR


(1)  ĠU L 62, 9.3.2005, p 37.


Top