This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023M11260
Prior notification of a concentration (Case M.11260 - APAX PARTNERS / FREMMAN PARTNERS / CHACRIM DIRECTORSHIP) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2023/C 320/07
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11260 - APAX PARTNERS / FREMMAN PARTNERS / CHACRIM DIRECTORSHIP) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 320/07
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11260 - APAX PARTNERS / FREMMAN PARTNERS / CHACRIM DIRECTORSHIP) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 320/07
PUB/2023/1171
ĠU C 320, 11.9.2023, pp. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
11.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11260 - APAX PARTNERS / FREMMAN PARTNERS / CHACRIM DIRECTORSHIP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 320/07)
1.
Fl-1 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Apax Partners LLP (“AP”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Fremman Partners Limited (“Fremman”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Chacrim Directorship, S.L. (il-“Kumpanija fil-Mira”, Spanja), ikkontrollata minn Fremman. |
AP u Fremman jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpanija fil-Mira.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
AP hija sħubija b’responsabbiltà limitata u l-kumpanija prinċipali ta’ għadd ta’ entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment lil fondi ta’ ekwità privata li jinvestu f’firxa ta’ setturi tal-industrija, |
|
— |
Fremman hija kumpanija ta’ ekwità privata attiva fl-investiment u l-ġestjoni ta’ kumpaniji f’diversi setturi, |
|
— |
Il-Kumpanija fil-Mira tikkontrolla grupp ta’ kumpaniji attivi fid-distribuzzjoni ta’ provvisti u apparat mediku prinċipalment fi Spanja (Palex Group), l-Italja (Gada Group) u l-Portugall (LusoPalex). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11260 - APAX PARTNERS / FREMMAN PARTNERS / CHACRIM DIRECTORSHIP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).