Επιλέξτε τις πειραματικές λειτουργίες που θέλετε να δοκιμάσετε

Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex

Έγγραφο 52022AP0260

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil (14207/2021 – C9-0478/2021 – 2021/0336(NLE))

ĠU C 32, 27.1.2023, σ. 415-415 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 32, 27.1.2023, σ. 396-396 (GA)

27.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/415


P9_TA(2022)0260

It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2022 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil (14207/2021 – C9-0478/2021 – 2021/0336(NLE))

(Approvazzjoni)

(2023/C 32/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14207/2021),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/781/KE tas-6 ta' Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil (1),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0478/2021),

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0176/2022),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil.

(1)  ĠU L 295, 11.11.2005, p. 37.


Επάνω