Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0460

    Kawża T-460/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2022 – MCO (IP) vs EUIPO – C8 (C2 CYPRUS CASINOS) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea C2 CYPRUS CASINOS – Trade mark figurattiva preċedenti C8 – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Interdipendenza ta’ fatturi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    ĠU C 472, 12.12.2022, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 472/36


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2022 – MCO (IP) vs EUIPO – C8 (C2 CYPRUS CASINOS)

    (Kawża T-460/21) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea C2 CYPRUS CASINOS - Trade mark figurattiva preċedenti C8 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Interdipendenza ta’ fatturi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    (2022/C 472/41)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: MCO (IP) Holdings Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: A. Roughton, barrister)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hamel u D. Hanf, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: C8 (Issy-les-Moulineaux, Franza) (rappreżentanti: M. Georges Picot u C. Cuny, avukati)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Mejju 2021 (Każ R 908/2020-2).

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Mejju 2021 (Każ R 908/2020-2) hija annullata sa fejn tirrigwarda servizzi li fir-rigward tagħhom ġie kkonstatat biss livell baxx ta’ xebh.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    MCO (IP) Holdings Ltd, l-EUIPO u C8 għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


    (1)  ĠU C 412, 11.10.2021.


    Top