Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0081

    Kawża T-81/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Sistem ecologica vs Il-Kummissjoni (Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 – Investigazzjoni dwar frodi għad-drittijiet konvenzjonali, kumpensatorji u antidumping stabbiliti fuq l-importazzjonijiet ta’ biodiesel fl-Unjoni – Komunikazzjoni tal-OLAF lill-awtoritajiet doganali nazzjonali – Rapport ta’ investigazzjoni tal-OLAF – Rikors għal annullament – Att li ma huwiex suġġett għal rikors – Rikors għal danni – Ksur biżżejjed serju ta’ regoli tad-dritt li tagħti drittijiet lill-individwi)

    ĠU C 472, 12.12.2022, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 472/35


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Sistem ecologica vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-81/21) (1)

    (Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 - Investigazzjoni dwar frodi għad-drittijiet konvenzjonali, kumpensatorji u antidumping stabbiliti fuq l-importazzjonijiet ta’ biodiesel fl-Unjoni - Komunikazzjoni tal-OLAF lill-awtoritajiet doganali nazzjonali - Rapport ta’ investigazzjoni tal-OLAF - Rikors għal annullament - Att li ma huwiex suġġett għal rikors - Rikors għal danni - Ksur biżżejjed serju ta’ regoli tad-dritt li tagħti drittijiet lill-individwi)

    (2022/C 472/38)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent:“Sistem ecologica” production, trade and services d.o.o. Srbac (Srbac, il-Bosnja-Ħerzegovina) (rappreżentanti: D. Diris, D. Rjabynina, C. Kocks u C. Verheyen, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u T. Materne, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikoli 263 TFUE u 268 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tar-rapport finali ta’ investigazzjoni adottat mill-Uffiċju Ewropew ta’ Ġlieda Kontra l-Frodi (OLAF) fit-8 ta’ Diċembru 2020 kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-OLAF li jinsabu f’komunikazzjoni indirizzata fid-9 ta’ Ġunju 2020 lill-Istati Membri, fl-ittri tal-25 u tas-27 ta’ Novembru 2020 kif ukoll fl-ittri tat-8 u tal-21 ta’ Diċembru 2020 u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li hija allegatament sostniet.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    “Sistem ecologica” production, trade and services d.o.o. Srbac hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 163, 3.5.2021.


    Top