Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0485

    Kawża C-485/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rayonen sad – Nesebar – il-Bulgarija) – “S. V.” OOD vs E. Ts. D. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Artikolu 2(b) – Kunċett ta’ “konsumatur” – Artikolu 2(ċ) – Kunċett ta’ “bejjiegħ jew fornitur” – Persuna fiżika proprjetarja ta’ appartament f’binja f’kondominju – Diversi tipi ta’ relazzjonijiet legali rigward l-amministrazzjoni u l-manutenzjoni ta’ din il-binja – Differenza fit-trattament, fir-rigward tal-kwalità ta’ konsumatur, li ssir mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bejn il-koproprjetarji li daħlu f’kuntratt individwali għall-amministrazzjoni u għall-manutenzjoni tal-partijiet komuni ta’ tali binja u dawk li ma daħlux f’tali kuntratt)

    ĠU C 472, 12.12.2022, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 472/20


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rayonen sad – Nesebar – il-Bulgarija) – “S. V.” OOD vs E. Ts. D.

    (Kawża C-485/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Artikolu 2(b) - Kunċett ta’ “konsumatur” - Artikolu 2(ċ) - Kunċett ta’ “bejjiegħ jew fornitur” - Persuna fiżika proprjetarja ta’ appartament f’binja f’kondominju - Diversi tipi ta’ relazzjonijiet legali rigward l-amministrazzjoni u l-manutenzjoni ta’ din il-binja - Differenza fit-trattament, fir-rigward tal-kwalità ta’ konsumatur, li ssir mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bejn il-koproprjetarji li daħlu f’kuntratt individwali għall-amministrazzjoni u għall-manutenzjoni tal-partijiet komuni ta’ tali binja u dawk li ma daħlux f’tali kuntratt)

    (2022/C 472/23)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Rayonen sad – Nesebar

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent:“S. V.” OOD

    Konvenut: E. Ts. D.

    Dispożittiv

    L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur,

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    persuna fiżika, proprjetarja ta’ appartament f’binja f’kondominju, għandha titqies li hija “konsumatur”, fis-sens ta’ din id-direttiva, meta hija tidħol f’kuntratt ma’ amministratur għall-finijiet tal-amministrazzjoni u tal-manutenzjoni tal-partijiet komuni ta’ din il-binja, sakemm hija ma tużax dan l-appartament għal finijiet li jaqgħu esklużivament fl-attività professjonali tagħha. Il-fatt li parti mis-servizzi pprovduti minn dan l-amministratur abbażi ta’ dan il-kuntratt tirriżulta min-neċessità li jiġu osservati r-rekwiżiti speċifiċi fil-qasam ta’ sigurtà u ta’ ppjanar tal-użu tal-art, previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma huwiex tali li jneħħi l-imsemmi kuntratt mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva;

    fil-każ li kuntratt għall-amministrazzjoni u għall-manutenzjoni tal-partijiet komuni ta’ binja f’kondominju jiġi konkluż bejn l-amministratur u l-laqgħa ġenerali tal-kondominju jew l-assoċjazzjoni ta’ proprjetarji ta’ din il-binja, persuna fiżika, il-proprjetarju ta’ appartament f’din il-binja msemmija l-aħħar, tista’ titqies bħala “konsumatur”, fis-sens tad-Direttiva 93/13, sakemm din tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala “parti” f’dan il-kuntratt, u ma tużax dan l-appartament esklużivament għal finijiet li jaqgħu taħt l-attività professjonali tagħha.


    (1)  ĠU C 412, 11.10.2021.


    Top