Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0721

    Kawża C-721/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin – il-Ġermanja) – DB Station & Service AG vs ODEG Ostdeutsche Eisenbahn GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport ferrovjarju – Artikolu 102 TFUE – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Direttiva 2001/14/CE – Aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja – Artikolu 30 – Korp regolatorju ferrovjarju – Kontroll tat-tariffi ta’ infrastruttura – Qrati nazzjonali – Kontroll tat-tariffi fid-dawl tad-dritt tal-kompetizzjoni – Tqassim tal-kompetenzi bejn l-awtorità regolatorja u l-qrati nazzjonali)

    ĠU C 472, 12.12.2022, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 472/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin – il-Ġermanja) – DB Station & Service AG vs ODEG Ostdeutsche Eisenbahn GmbH

    (Kawża C-721/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport ferrovjarju - Artikolu 102 TFUE - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Direttiva 2001/14/CE - Aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja - Artikolu 30 - Korp regolatorju ferrovjarju - Kontroll tat-tariffi ta’ infrastruttura - Qrati nazzjonali - Kontroll tat-tariffi fid-dawl tad-dritt tal-kompetizzjoni - Tqassim tal-kompetenzi bejn l-awtorità regolatorja u l-qrati nazzjonali)

    (2022/C 472/08)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Kammergericht Berlin

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: DB Station & Service AG

    Konvenuta: ODEG Ostdeutsche Eisenbahn GmbH

    Dispożittiv

    L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet [tariffi] għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji, kif emendata bid-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    ma jipprekludix li qrati nazzjonali japplikaw l-Artikolu 102 TFUE u, fl-istess ħin, id-dritt tal-kompetizzjoni nazzjonali, sabiex jiddeċiedu dwar talba għal rimbors tat-tariffi ta’ infrastruttura, bil-kundizzjoni, madankollu, li l-korp regolatorju kompetenti jkun iddeċieda, minn qabel, dwar in-natura legali tat-tariffi inkwistjoni. F’dan il-kuntest, dawn il-qrati għandhom dover ta’ kooperazzjoni leali u huma obbligati li jieħdu inkunsiderazzjoni d-deċiżjonijiet mogħtija minn dawn il-korp bħala element ta’ evalwazzjoni u li jimmotivaw id-deċiżjonijiet rispettivi tagħhom fid-dawl tal-annessi tal-proċess kollha li jkunu ġew ippreżentati lilhom.


    (1)  ĠU C 88, 15.03.2021


    Top